Maltese

Translation: mlt-martinrzammitmu

Author: Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

Il-Fatiħa (Il-Ftuħ)

Surah 1

[1] F'IsemAlla, Kollu Ħniena, il-Ħanin

[2] t-tifħirlil Alla, Sid il-ħolqien

[3] Kollu Ħniena, il-Ħanin

[4] is-Sultan ta' Jum il-Ħaqq

[5] Lilekingimu, u lilek nitolbu għajnuna

[6] Mexxina fit-triq id-dritta

[7] triq dawk li xħett fuqhom il-grazzja tiegħek, u mhux ta' dawk li (ġibdu) l-għadab (tiegħek) fuqhom, u lanqas tal- mitlufin

Il-Baqra (Il-Baqra)

Surah 2

[1] Alif. Lam. Mim

[2] Dan huwa l-Ktieb (il-Qoran), bla (ebda) dubju; fih tmexxija tajba għal dawk li jibżgħu minn Alla

[3] lijemmnu fil-mistur, jagħmlu t-talb u jonfqu mill-ġid li tajniehom (għal ħaddieħor)

[4] u li jemmnu f'dak li tniżżel lilek (Muħammad) u f'li tniżżel qablek, u jemmnu sħiħ fil-Ħajja l-Oħra

[5] Dawk għandhom it-tmexxija t-tajba mingħand Sidhom, u dawk huma (tabilħaqq) ir-rebbieħa

[6] Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux xorta waħda għalihom, sew jekk twissihom ( Muħammad), u sew jekk ma twissihomx (dwar il-kastig li ġej fuqhom): huma ma jemmnux

[7] Alla qiegħed siġill fuq qlubhom, fuq is-smigħ tagħhom, u għamad fuq għajnejhom. Għalihom (hemm) kastig mill- kbar (f'din il-ħajja u fl-Oħra)

[8] Fost in-nies hemm min jgħid: 'Nemmnu f'Alla u fl- Aħħar Jum,' iżda ma jemmnux (tassew)

[9] Iqarrqu (mingħalihom) b'Alla u b'dawk li emmnu, iżda ma jqarrqux ħlief bihom infushom, bla ma jintebħu

[10] Fi qlubhom hemm marda, u Alla żiedhom fil-mard. Għalihom (hemm) kastig ta' wġigħ mill-kbar, tal-gideb li kienu jigdbu

[11] Meta jingħad lilhom: ''La tagħmlux ħsara fl-art;' huma jgħidu: ''Anzi aħna nagħmlu l-ġidi

[12] Tabilħaqq huma li jagħmlu l-ħsara, iżda ma jintebħux

[13] U meta jingħad lilhom: 'Emmnu bħalma jemmnu n- nies,' huma jgħidu: 'Għandna nemmnu bħalma jemmnu l-bolohi 7' Tabilħaqq huma l-boloh, iżda ma jafux

[14] Meta (dawn ta' wiċċ b'ieħor) jiltaqgħu ma' dawk li jemmnu, jgħidu: 'Aħna nemmnu. Iżda: meta. jkunu waħidhom, max-xjaten tagħhom, jgħidu: Aħna tabilħaqq magħkom. Konna qegħdin biss inwaqqgħu (it- twemmin) għaċ-ċajt

[15] Alla jwaqqa' lilhom għaċ-ċajt (u b'hekk iħallashom bl- istess għemil tagħhom) u jħallihom mitlufin bħal għomja. fil-ħtija tagħhom

[16] Huma dawk li xtraw it-telfien u biegħu t-tmexxija t- tajba, iżda n-negozju tagħhom ma ħalliex qligħ. u tilfu t- tmexxija t-tajba

[17] Huma bħal dak li kebbes nar li, meta dawwal madwaru, Alla (lil dawk li ċaħduh) ħadilhom id-dawl tagħhom u telaqhom fi dlamijiet, bla ma jaraw

[18] Torox, imbikkma, għomja, u għalhekk ma jerġgħux lura (għat-triq it-tajba)

[19] Jew bħal sħaba tax-xita, mis-sema, li fiha dlamijiet, ragħad u. beraq. Huma jqiegħdu subgħajhom f'widnejhom minħabba t-tifqigħ tar-ragħad, bil-biża' tal- mewt, Iżda Alla għandu taħt idejh lil dawk li ma jemmnux

[20] Il-beraq għoddu jaħtaf dawl għajnejhom; kull meta (iż- beraq) idawwal madwarhom, huma jimxu fih (fid-dawl tiegħu), u meta jdallam fuqhom, huma jieqfu. Kieku ried, Alla ħadilhom is-smigħ u dawl għajnejhom. Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan

[21] Ja nies, qimu lil Sidkom li ħalaq lilkom u lil ta' qabilkom, forsi jkollkom il-biża' ta' Alla

[22] (Huwa) li għamlilkom l-art bħal friex, u s-sema bħal saqaf, u niżżel l-ilma mis-sema u bih ħareġ għamliet ta' frott għall-għajxien tagħkom. Lil Alla tagħmlulux allat oħra (li jħabbtuha miegħu) meta intom tafu (li lilu biss tistħoqq kull qima)

[23] Jekk intom f'dubju dwar dak (il-Qoran) li niżżilna lill- qaddej tagħna (Muħammad), mela ġibu xi sura bħalu (/i tixbah is-suriet f'dan il-Ktieb) u sejħu x-xhieda tagħkom (jekk tabilħaqq għandkom lil xi ħadd) minbarra Alla, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[24] Iżda jekk ma tagħmlux dan, u tabilħaqq qatt m'intom se tagħmlu(di), mela ibżgħu min-Nar li l-ħatab tiegħu huma n-nies u l-ġebel, li tħejja għal dawk lima jemmnux (u jiċħdu s-sewwa)

[25] Agħti l-bxara t-tajba (Muħammad) lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba (u ħabbrilhom) li għalihom hemm Ġonna (fl-Għeden) bix-xmajjar jiġru taħthom. Kull meta jingħataw mill-frott tagħhom huma jgħidu: SDan huwa li ngħatajna qabel;'' għaliex jingħatalhom ikel jixbhu. Hemm ikollhom nisa safjin, u jgħammru fil- Ġonna għal dejjem

[26] Alla ma jistħix ixebbah ma' nemusa, jew ma' xi ħaġa ikbar jew iżgħar minnha. Dawk li jemmnu jafu li huwa s- sewwa mingħand Sidhom, iżda dawk li ma jemmnux jgħidu: 'Xi jrid (jgħallem) Alla b'din it-tixbihaf' Biha huwa jtellef it-triq lil ħafna, u lil ħafna oħrajn jurihom it- triq. Huwa ma jtellifx biha ħlief lill-ħżiena

[27] li jiksru r-rabta ta' Alla wara li kienu ntrabtu biha, jaqtgħu dak li Alla amar li għandu jingħaqad, u jagħmlu l-ħsara fl-art. Dawk huma t-telliefa

[28] Kif tiċħdu lil Alla, meta kontu mejtin u takom il-ħajja 2 Imbagħad jibagħtilkom il-mewt, u mbagħad jagħtikom il- ħajja, u wara terġgħu lura għandu (fl-Aħħar Jum biex tagħtu kont ta' ħajjitkom)

[29] Huwa ħalqilkom kulma jinsab fl-art, imbagħad dar lejn is-sema u għamel minnu seba' smewwiet. Huwa jaf b'kollox

[30] (Ftakar, Muħammad) meta Sidek qal lill-anġli: ''Jiena se nqiegħed fl-art suċċessur.' Huma qalu: ''Se tqiegħed fiha lil-min jagħmlilha l-ħsara u jxerred id-dmija, filwaqt li aħna nfaħħru s-sebħ tiegħek u nqaddsulek' Qal: Jiena naf dak li intom ma tafuxi

[31] U għallem lil Adam l-ismijiet kollha (ta' kulma jinsab fil-ħolqien), imbagħad uriehom. lill-anġli u qal(ilhom): Għiduli l-ismijiet ta' dawn (il-ħlejjaq), jekk intom qegħdin tgħidu s-sewwa (li jistħoqqilkom tkunu werrieta aktar minn Adam)

[32] Qalu: Sebħ lilekl Ma għandna ebda għerf għajr dak li Inti għallimtna. Inti tabilħaqq taf kollox, l-Għaref

[33] Huwa qal: 'Ja Adam, għarrafhom b'ismijiethom.' U meta għarrafhom b'ismijiethom, Huwa qal: 'Mela ma għedtilkomx li Jiena naf il-mistur tas-smewwiet u ta' l- art, u naf b'dak li turu u b'dak li kontu taħbu (meta ħsibtu li Alla ma huwiex se joħloq ħliqa aħjar minnkom)i

[34] (Ftakar, Muħammad) meta għedna lill-anġli: ''Inxteħtu quddiem Adam (u agħtuh ġieħ)I' Huma (ilkoll) inxteħtu, għajr Iblis. Hu b'xejn ma ried, u tkabbar. Hu kien fost dawk li m'emmnux

[35] Aħna għedna: 'Ja Adam, għammar inti u martek fil- Ġenna u kulu minnha kemm tixtiequ u minn fejn tridu, iżda la toqorbux lejn din is-siġra għaliex tkunu mal- ħżiena

[36] Ix-Xitan (imbagħad) waqqagħhom minnha (mill- Ġenna) u ħariġhom minn dak (l-hena) li kienu fih. U għedna: ''Inżlu 'l isfel (ja Adam, Eva, u Iblis), għedewwa ta' xulxinl L-art tkun l-għamara u t-tgawdija tagħkom għal xi żmien

[37] Adam laqa' kliem minn Sidu (fi għallmu kif jindem), u (alla) dar lejh bil-maħfra. Huwa tabilħaqq idur Kollu Maħfra, il-Ħanin

[38] Aħna għedna: ''Inżlu minnha Ikoll (Adam, Eva, u Iblis)i Tabilħaqq li meta tiġikom' tmexxija tajba mingħandi, dawk li jimxu skond it-tmexxija tiegħi ma jkollhom ebda biża' fuqhom. u lanqas jitnikktu

[39] Iżda dawk li ma jemmnux u jgiddbu s-sinjali u r- Rivelazzjoni tagħna, huma jkunu nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem

[40] Ja Wlied Israel, ftakru fil-grazzja tiegħi li xħett fuqkom; oqogħdu għal dak li wegħedtuni, u. Jiena noqgħod għal dak li wegħedikom. Minni biss ibżgħul

[41] Emmnu f'dak (il-Qoran imqaddes) li niżżilt, li jseddaq dak li diġà għandkom (it-Tora), u la tkunux ma' l-ewwel nies li jiċħduh, lanqas ma tbigħu r-Rivelazzjoni tiegħi bi prezz irħis, u minni ibżgħul

[42] La tlibbsux is-sewwa bil-qerq, u la taħbux is-sewwa meta intom tafu (tajjeb x'inhu)

[43] Agħmlu t-talb, agħtu l-karità, u milu (bil-qima) ma' dawk li jmilu;' ħ

[44] Jaqaw (ja rabbini Lhud) intom tamru lin-nies it-tjieba iżda tinsew lilkom infuskom, għad li taqraw il-Ktieb (it- Torà) 2 Mela ma tifhmux

[45] Fittxu l-għajnuna fis-sabar u t-talb; (din) hija tabilħaqq (ħaġa) tqila, ħlief għall-umli

[46] li jemmnu li għad jiltaqgħu ma' Sidhom, u li għad jerġgħu lura għandu

[47] Ja Wlied Israel, ftakru fil-grazzja tiegħi li: xħett fuqkom, u li (dak iż-żmien) kont ippreferejtkom mill- ħlejjaq (l-oħra)

[48] Ibżgħu minn Jum (il-Ħaqq) meta ruħ ma tħallasx għal ruħ oħra, ma tintlaqax minnha interċessjoni (għal dawk li ma jemmnux), u lanqas tittieħed minnha ebda fidwa; (Dakinhar dawk l-erwieħ ħżiena) ma jkunux megħjuna

[49] (Ftakru) meta ħlisniekom: minn nies. il-Fargħun, li kienu jgħaddukom mill-agħar tbatija, ibiċċru lil uliedkom filwaqt li jħallu lin-nisa tagħkom ħajjin. F'dan kien hemm tiġrib kbir minn Sidkom

[50] U (ftakru) meta froqna l-baħar bikom u ħlisniekom, u għerriqna nies il-Fargħun quddiem għajnejkom

[51] (Ftakru wkoll) meta wegħedna lil Mosċ (li nagħtuh it- Torà. fi żmien). erbgħin lejla, imbagħad minn. warajh, għażiltu l-għoġol (u nxtħettu tqimu lilu flok lil Alla), u (b'hekk) kontu ħżiena

[52] Imbagħad wara dan ħfimielkom, biex forsi tiżżu ħajr

[53] U (ftakru) meta tajna lil Mosċ l-Ktieb. (it-Tora) u l- Qjies (li jifred it-tajjeb mill-ħażin), biex forsi timxu fit- triq it-tajba. I

[54] U meta Mosċ qal lil niesu: 'Ja niesi, intom inqastu lejkom. infuskom meta ħadtu l-għoġol (għall-qima tagħkom). Mela duru, bi,ndiema, lejn il-Ħallieq tagħkom u oqtlu (lill-ħżiena fostkom) intom infuskoml Dan ikun aħjar għalikom quddiem il-Ħallieq tagħkom.' U dar bil- maħfra lejkom, (għaliex) Huwa tabilħaqq idur Kollu Maħfra, il-Ħanin

[55] U (ftakru) meta għedtu: 'Ja. Mosċ, m'aħniex se nemmnu fik qabel ma naraw lil Alla fid-dieher'' U s- sajjetta ħaditkom (għal għarrieda) waqt li kontu tħarsu

[56] Imbagħad qajjimniekom, wara mewtkom, biex forsi tiżżu ħajr

[57] U waqqajna d-dell fuqkom bis-sħab, u niżżilna fuqkom il-manna u s-summien, (u għednielkom): 'Kulu mill- ħwejjeġ tajba li tajniekom.' (Madanakollu huma ħaduha kontrina, imma) ma naqsux. lejna, iżda kienu qegħdin jonqsu lejhom infushom

[58] U meta għedna: 'Idħlu f'din il-belt (ta' Ġerusalemm) u kulu minnha, minn fejn u kemm tixtiequ. Idħlu mill-bieb, mixħutin fl-art (b''urija ta' radd il-ħajr lil Alla), u għidu: 'Il-Maħfraf' Aħna se naħfrulkom ħtijietkom u se nżidu (sehem) dawk li jagħmlu t-tajjeb

[59] U dawkli għamlu l-ħażen biddlu (Kliem 4Ila) bi kliem li ma kienx dak li ntqalilhom. Għalhekk fuq dawk. li għamlu l-ħażen niżżilna kastig mis-sema, tal-ħażen. li kienu jagħmlu

[60] (Ftakru wkoll) meta Mosċ talab l-ilma għal niesu. Aħna għedna (il Mosċ): ''Olqot il-blata bil-ħatar: tiegħekt' Minnha ħarġu jgelglu tnax-il għajn. Kull ġemgħa kienet taf minn fejn tixrob. (U għedna): 'Kulu u ixorbu mill-ġid ta' Alla, u la tagħmlux ħażen fl-art bil-ħsara tagħkoml

[61] U meta għedtu: 'Ja Mosċ, mhux se jkollna sabar (inżommu) fuq ikel wieħed. Mela itlob lil Sidek għalina biex joħorġilna minn dak li tnibbet l-art: il-ħaxix, il-ħjar, it-tewm, l-għads u l-basal tagħhaf' Huwa qal: ''Jaqaw tridu tibdlu dak li huwa aħjar ma' dak li hu inqas tajjeb Inżlu f'kull belt u ssibu li tlabtu;' It-tkasbir u l-għaks waqgħu fuqhom, u ġibdu fuqhom għadab minn Alla talli kienu jiċħdu s-sinjali u r-Rivelazzjoni ta' Alla; u kienu joqtlu lill-Profeti mingħajr ħaqq. Dan għaliex m'obdewx (lil Alla) u kienu jagħmlu l-ħażen

[62] Tabilħaqq li dawk li emmnu (il-Misilmin), il-Lhud, l- Insara u s-Sabijin 7' kulmin jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum, u jagħmel. il-ġid, għandhom ħlashom għand Sidhom. Ebda biża' ma hemm fuqhom, u lanqas jitnikktu

[63] (Ftakru, ja Wlied Israel) meta dħalna f'rabta magħkom u għollejna fuqkom il-muntanja (Sina; u għednielkom): SŻommu bil-qawwa ma' dak li tajniekom u flakru f'li fih, biex forsi tibżgħu minn Alla

[64] Imbagħad wara dan tajtu daharkom (u ma tajtx widen), u li ma kienx għat-tjieba u l-ħniena ta' Alla fuqkom. kontu tkunu mit-telliefa

[65] Intom tassew tafu (x'ġara) lil dawk fostkom li kisru s- Sibt, Aħna għednielhom: ''Kunu xadini mkasbraf

[66] Dan (il-kastig) għamilnieh eżempju (b'tagħlima) għal dawk ta' żmienhom u għal ta' warajhom, u twissija lil dawk li jibżgħu minn Alla

[67] U (ftakru) meta Mosċ qal lil niesu: ''Tassew Alla jamrilkom toqtlu baqra'' Huma qalu: SJaqaw trid twaqqagħna għaċ-ċajtf' Qal: 'Alla ħares inkun mill- injuranti

[68] Huma qalu: ''Itlob lil Sidek għalina biex jurina biċ-ċar X'inhil' Qal(ilkom Mose): 'Huwa tabilħaqq jgħid (hekk): Hija. baqra li la tkun xiħa u lanqas. żgħira, iżda bejniethom. Għalhekk agħmlu kif intom ordnati

[69] (Huma qalu: 'Itlob lil Sidek għalina biex jurina biċ-ċar il-lewn tagħhaf' Qal/iżom Mosċ): Huwa. tabilħaqq jgħid (hekk): Hija baqra ta' lewn isfar jgħajjat, tgħaxxaq lil dawk li jħarsu (/ejha)

[70] Huma qalu: Itlob lil Sidek għalina biex jurina biċ-ċar x'inhil Tabilħaqq li għalina l-baqar kollu jixxiebah. Jekk Alla jrid, inkunu mmexxija fis-sewwa

[71] (Qalfilhom Mosċ): 'Huwa tabilħaqq jgħid: Hija baqra li ma hijiex imdorrija taħrat l-art, u lanqas tisqi r-raba': sħiħa u (il-ġilda tagħha) bla tebgħa'' Huma qalu: ''Inti issa ġejt bis-sewwal' U (fl-aħħar) qatluha, għalkemm fuq qalbhom

[72] U (ftakru) meta qtiltu bniedem u tlewwimtu dwar (min kien ħati ta' dan il-qtil). Iżda Alla ħareġ fil-beraħ dak li kontu qegħdin taħbu

[73] U għedna; 'Olqtuh b'biċċa minnhal' Hekk Alla jagħti l-ħajja lill-mejtin, u jurikom is-sinjali tiegħu forsi. (fl- aħħar) tithmu

[74] Wara dan (is-sinjal ta' l-għaġeb). qlubkom ibbiesu u saru bħall-ġebel, jew aktar fl-ebusija. Għaliex hemm xi ġebel li minnu jgelglu x-xmajjar, ġebel ieħor jixxaqqaq u joħroġ l-ilma minnu, u (ġebel) ieħor li tabilħaqq jaqa' (minn fuq il-muntanji) bil-biża' ta' Alla. Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu

[75] Jaqaw (intom li emmintu) tittamaw li (il-Lhud) jemmnu bħalkom, meta ġemgħa minnhom kienet tisma' Kliem Alla (fit-Tora) u mbagħad kienet tgħawġu wara li fehmitu u kienet taf (x'qiegħda tagħmel)

[76] U meta (il-Lhud ta' wiċċ b'ieħor kienu) jiltaqgħu ma' dawk li jemmnu (il-Misilmin, kienu) jgħidu: 'Emminnaf' Iżda meta jkunu waħidhom, bejniethom jgħidu: 'Jaqaw se tgħarrfuhom (lill-Misilmin) b'dak li Alla wriekom (fit- Torà dwar Muħammad) biex. (imbagħad) iħaqquha magħkom dwaru quddiem Sidkom' Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhrmu)

[77] Mela dawn ma jafux li Alla jaf b'dak li jaħbu u b'dak li jikxfu

[78] Fosthom hemm dawk bla tagħlim, li ma jafux dwar il- Ktieb (it-Torà) ħlief dak li jixtiequ huma, u ma humiex ħlief jistħajlu

[79] Ħażin għal dawk li jiktbu l-ktieb b'idejhom u mbagħad jgħidu: 'Dan mingħand Alla,' biex ibigħuh bi prezz irħis. Ħażin. għalihom ta' dak li kitbu idejhom, u ħażin għalihom ta' dak li jiksbu (xinu dan ix-xogħol qarrieq)

[80] U qalu (il-Lhud): ''In-Nar ma huwiex se jmissna għajr għal xi jiem. magħduda'' Għidfilhom. Muħammad): 'Jaqaw ħadtu xi wegħda mingħand Alla' Alla ma huwiex se jikser il-wegħda tiegħul Jew qegħdin tgħidu dwar Alla dak li ma tafux

[81] Le (mhux kif qegħdin jgħidu)l Min jikseb il-ħażen, u l- ħtija tiegħu tagħlaq madwaru (u wa jibqax fit-triq tas- salvazzjoni) dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem

[82] U dawk li-jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, dawk huma nies il-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem

[83] (Ftakru) meta dħalna f'rabta ma' Wlied Israel (u għednielhom): ''La tqimux għajr lil- Alla, u uru tjubija mal-ġenituri, mal-qraba, ma' l-iltiema u mal-fqar, u kellmu tajjeb lin-nies, agħmlu t-talb u agħtu l-karitàl' Imbagħad tajtu daharkom, ħlief għal ftit minnkom, u ma tajtux widen

[84] U (ftakru) meta dħalna f'rabta; magħkom (u għednielkom): 'La xxerrdux demmkom, u la toħorġux lil xulxin minn djarkom;' imbagħad qbiltu (ma' dan l- amar); u intom tixhdu (għal dan)

[85] Imbagħad (minkejja l-wegħda tagħkom) intom toqtlu lil xulxin, u toħorġu minn djarhom. lil ġemgħa minn fostkom, (filwaqt li) tgħinu lil (ħaddieħor) kontrihom bil- ħtija u bl-aggressjoni. U meta jiġu għandkom bħala Isiera, intom. tifduhom; għalkemm ma jiswiex. li toħorġuhom (minn djarhom). Jaqaw intom temmnu biss f'taqsima mill-Ktieb u ma temmnux f'taqsima (oħra) 7 U xi jkun il-ħlas għal dawk fostkom li jagħmlu hekk, jekk mhux għajb f'din il-ħajja, u f'Jum il-Qawmien jintbagħtu għall-eqqel kastig' Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu

[86] Dawk humarli jixtru l-ħajja ta' din id-dinja bi (prezz) il- Ħajja l-Oħra. Ma huwiex se jitħaffilhom il-kastig, u lanqas ikunu megħjunin

[87] Aħna tassew tajna lil Mosċ l-Ktieb (it-Torà) u warajh bgħatna (għadd ta') Mibgħutin. Lil Ġesti bin. Marija tajnieh sinjali ċari u qawwejnieh b'ruħ il-qodos (l-anġlu Gabrijel). Jaqaw kull darba li jiġikom Mibgħut b'dak li ma tixtiqux, toqogħdu titkabbru, u lil uħud minnhom (mill-Mibgħutin) tgiddbuhom, u lil oħrajn toqtluhom

[88] (Il-Lhud) qalu: Qlubna (mimlija. bl-għerf u) magħluqa.' Iżda Alla seħethom għaliex m'emmnux. Ftit huwa twemminhom

[89] U meta ġiehom Ktieb mingħand Alla (il-Qoran). li jseddaq dak li diġà għandhom (it-Torà) għalkemm qabel kienu jitolbu r-rebħa fuq dawk li m'emmnux meta ġiehom dak li kienu jafu (li kien is-sewwa, jiġifieri Muħammad), huma m'emmnuhx. Mela s-saħta ta' Alla fuq dawk li m'emmnuxi

[90] Ta' għajb (il-prezz) li bih biegħu l-erwieħ tagħhom: li jiċħdu dak li Alla niżżel (il-Qoran, għaliex) fl-għira (tagħhom ma felħux jaraw) li Alla jniżżel mill-grazzja tiegħu (il-Ktieb) fuq min irid mill-qaddejja tiegħu. Għalhekk ġibdu fuqhom għadab fuq għadab, u għal dawk li m'emmnux hemm kastig ta' tkasbir

[91] U meta jingħad lilhom: 'Emmnu f'dak li Alla niżżel (il- Qoran),' huma jgħidu: 'Nemmnu f'dak li tniżżel lilna (it-Tora).' Iżda huma jiċħdu dak li tniżżel warajh, minkejja li huwa s-sewwa li jseddaq dak li (diġà) għandhom. Għid/i/hom Muħammad): ''Mela. għaliex qtiltu' lill-Profeti ta' Alla fl-imgħoddi, jekk tabilħaqq temmnu

[92] Mosċ tassew ġiekom b'sinjali ċari, imbagħad minn warajh ħadtu l-għoġol (biex tqimuh), ta' nies ħżiena li kontu

[93] U meta dħalna f'rabta magħkom, u għollejna fuqkom il-muntanja (Sinaj u għednielkom): Żommu. sħiħ ma' dak li tajniekom, u isimgħu (il-kmandamenti. tagħna); (il-Lhud) qalu: 'Nisimgħu (Kliemek) u ma nobdux (l- amar: tiegħek). Talli ċaħdu twemminhom, kienu mġiegħla jixorbu fi qlubhom (il-ġibda) għall-għoġol: Għidfilhom: Muħammad): ''Ta' għajb huwa dak li jamrilkom twemminkom (il-falz), jekk tassew temmnuf

[94] (Għidfilhom Muħammad): ''Jekk l-Aħħar Dar, (dik) għand Alla, hija (mħejjija) għalikom biss, u mhux (eħall- bqija) tan-nies, mela xxennqu għall-mewt, jekk tabilħaqq qegħdin tgħidu s-sewwa

[95] Iżda huma qatt ma huma 'se jixtiquha (il-miewt) minħabba dak li għamlu b'idejhom. Alla jaf kollox dwar dawk li jagħmlu l-ħażen

[96] Tassew li se ssibhom l-aktar nies imxennqa għall-ħajja, aktar minn dawk li jxierku allat oħra ma' Alla. Kull wieħed minnhom jixtieq li kieku jista' jgħix elf sena, għalkemm għajxien fit-tul ma huwiex se jbiegħdu mill- kastig. Alla jara sew dak li jagħmlu

[97] (Għidfilhom Muħammad): ''Min hu l-għadu ta' (l-anġlu). Gabrijel (għandu jkun jaf li) hu niżżlu (il-Ktieb) f'qalbek, bir-rieda ta' Alla; (Ktieb) li jseddaq dak (li niżel) qablu, u tmexxija u bxara tajba għal dawk li jemmnu

[98] Min hu għadu ta' Alla, ta' l-anġli tiegħu, tal-Mibgħutin tiegħu, ta' Gabrijel, u ta' Mikiel (għandu jkun jaf li) Alla tabilħaqq huwa l-għadu ta' dawk li m'emmnux

[99] Aħna niżżilnielek (Muħammad) versi ċari u ħadd, ħlief il-ħżiena, ma jiċħadhom

[100] Mela mhux kull darba li daħlu għal xi rabta (issib li) uħud minnhom iwarrbuha 7 Iżda ħafna minnhom ma jemmnux

[101] U meta ġiehom Mibgħut mingħand Alla (Muħammad) li jseddaq (it-Tora) li kellhom, uħud minn dawk li ngħatalhom il-Ktieb tefgħu wara daharhom il-Ktieb ta' Alla (it-Tora), bħallikieku ma jafux

[102] Huma mxew wara dak li qalgħu x-xjaten. (ninni żniedhom) dwar is-saltna ta' Salamun. Mhux Salamun kien li m'emminx, iżda x-xjaten m'emmnux, u għallmu lin-nies, lil Hart u lil Martt (iż-żewġ sħaħar) is-seħer f'Babel u mhux minnu illi (is-seħer) huwa dak li tniżżel liż-żewġ anġli (Gabrijel u Mikiel). (Is-sħaħar Hariit u Mariit) ma għallmu (xejn) lil ħadd jekk qabel ma kinux jgħidu: 'Aħna biss tiġrib (għalik), u għalhekk la tiċħadx (it-twemmin). Minn dawn it-tnejn. (Harir u Mariit) tgħallmu dak li jġib il-firda bejn ir-raġel u martu. Iżda bih huma ma jagħmlu l-ħsara lil ħadd, jekk mhux bil- permess ta' Alla. Huma tgħallmu dak li jġibilhom il- ħsara u mhux dak li hu ta' fejda għalihom. Huma kienu jafu li min jixtrih (is-seħer) ma jkollux sehem mill-Ħajja l-Oħra. Ta' għajb il-prezz li bih biegħu l-erwieħ tagħhom, li kieku kienu jaful

[103] Li kieku emmnu u beżgħu minn Alla, il-ħlas mingħand Alla kien ikun aħjar, li kieku kienu jafu

[104] Intom li temmnu, la tgħidux (ill-Profeta kliem imħawwad. bħal): ''Ragħina,' iżda (tkellmu sewwa u) għidu: 'Unzurnat' 4' U isimgħu (lilu) Għal dawk li m'emmnux hemm kastig ta' wġigħ, f

[105] Dawk fost Nies il-Ktieb (il-Lhud u l-Insara) li m'emmnux, u dawk li jxierku allat oħra ma' Alla, ma jixtiqux (minħabba l-għira tagħhom għalikom) li jitniżżel fuqkom il-ġid mingħand Sidkom. Iżda Alla jagħżel għall- ħniena tiegħu lil-min jidhirlu. Alla huwa ta' tjieba mill- akbar

[106] Aħna ma nħassru ebda vers (mill-Ktieb tagħna), u lanqas innessuh, jekk mhux biex inġibu xi ħaġa aħjar minnu jew (għallinqas) bħalu. Mela ma tafx li Alla fuq kollox Setgħan

[107] Ma tafx li Alla għandu s-saltna tas-smewwiet u l-art. Ma għandkom lil ħadd għajru li jħariskom u jgħinkom

[108] Jaqaw tridu tistaqsu lill-Mibgħut tagħkom (Muħammad) bħalma kien mistoqsi Mosċ dari 2 Min ibiddel it-twemmin maċ-ċaħda tat-twemmin ikun tilef it- triq it-tajba

[109] Ħafna minn Nies il-Ktieb jixtiequ li kieku jdawrukom u (ssiru) ma temmnux wara li (ksibtu) twemminkom. (Dan minħabba) l-għira tagħhom wara li s-sewwa sar magħruf lilhom. Aħfru u agħdru (lil dawn in-nies) sa ma Alla jagħti l-amar tiegħu (dwar x'għandu jsir minnhom). Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan

[110] Agħmlu t-talb' u agħtu l-karità, Kull ġid. li tressqu quddiemkom għall-erwieħ tagħkom, issibuh għand Alla. Alla tabilħaqq jara kulma tagħmlu

[111] (Il-Lhud u l-Insara) jgħidu: 'Ħadd ma jidħol il-Ġenna għajr il-Lhud u l-Insara'' Dawk huma x-xewqat (il- fiergħa). tagħhom. Għidfilhom; Muħammad): ''Ġibu. l- prova tagħkom (dwar dan), jekk qegħdin tgħidu s- sewwal

[112] Let Kulmin joqgħod għal Alla minn qalbu u jagħmel it- tajjeb, għandu ħlasu għand Sidu, Fuqhom ma hemm ebda biża' u lanqas jitnikktu

[113] Il-Lhud qalu: 'L-Insara ma' għandhom xejn (mis- sewwa), u l-Insara qalu: Il-Lhud ma għandhom xejn (mis-sewwa), meta huma jaqraw il-Ktieb (it-Tora u l- Evanġelju, u suppost jafu). Kliem bħal ta' dawn jgħiduh ukoll dawk li ma jafux (l-Għarab pagani ta' żmien Muħammad). Alla għad jagħmel ħaqq minnhom f'Jum il- Qawmien fuq dak li tlewmu dwaru

[114] U min hu aktar inġust minn dak li ma jħallix li fil- moskej ta' Alla jissemma Ismu, u li jħabrek għall-ħerba tagħhom 2. (Nies. bħal) dawn lanqas jixirqilhom jidħlu fihom jekk mhux bil-biża' (minn Alla). Tagħhom huwa l-għajb (f'din) id-dinja, u fl-Oħra jkollhom kastig mill- kbar

[115] Ta' Alla huwa l-Lvant u l-Punent, u kull fejn idduru, hemm (issibu) Wiċċ Alla. Alla tabilħaqq jesa' kollox, u jaf kollox

[116] (il-Lhud u l-Insara) jgħidu: 'Alla għażel għalih wild:' Sebħ lilul Tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u kollox joqgħod għalihl

[117] Huwa li ħalaq għall-ewwel darba s-smewwiet u l-art, u meta jaqta' (li għandha sseħħ) xi ħaġa, biżżejjed jgħidilha: SKunt' u tkun

[118] Dawk bla għerf (il-pagani) jgħidu: ''Għaliex Alla ma jkellimniex (u jgħidilna li inti, Muħammad, il-Profeta tiegħu), jew. jiġina xi sinjal (biex. nemmnuk)i' Ta' qabilhom ukoll qalu bħal (dan) kliemhom. Qlubhom jixxiebhu. Aħna tassew urejna biċ-ċar is-sinjali lil nies sħaħ fit-twemmin

[119] Aħna bgħatniek (Muħammad għand il-bnedmin) bis- sewwa bħala ħabbar tal-bxara t-tajba, u biex twissi. M'intix se tkun mistoqsi dwar nies in-Nar (ta' l-Infern)

[120] Lal-Lhud u lanqas l-Insara ma huma se jithennew bik, qabel ma timxi fi twemminhom. Inti għid(i/hom): 'it- tmexxija ta' Alla hija t-tmexxija (tassew u ma hemmx ħliefha).' Jekk timxi wara x-xewqat tagħhom, wara li ġiek l-għerf, ma jkollokx min iħarsek u lanqas jgħinek (kontra l-għadab li jiġi) minn Alla

[121] Dawk li tajniehom il-Ktieb, u jaqrawh kif jixraq li jinqara, dawk huma li jemmnu fih (tassew). Iżda dawk li jiċħduh huma t-telliefa

[122] Ja Wlied Israel, ftakru fil-grazzja tiegħi li xħett fuqkom, u (ftakru) li ppreferejtkom mill-ħlejjaq (l-oħra kollha)

[123] Ibżgħu minn Jum (il-Ħaqq) meta ruħ ma tħallasx għal fuħ oħra, u ma tintlaqa' minnha ebda fidwa, lanqas ma tiswielha ebda interċessjoni (jekk ma temminx), u (dakinhar dawk l-erwieħ ħżiena) ma jkunux megħjunin

[124] U (ftakar, Muħammad) meta lil Abraham Sidu ġarrbu b'xi kelmiet, u wettaghom. Huwa qal: ''Jiena ħtartek mexxej għan-niesf' Abraham qal: 'U minn nisli (x'se jiġri) 7' Qal (Alla): ''Ir-rabta tiegħi ma tesax lill-ħżiena

[125] U (ftakar) meta għamilna mid-dar (il-Kagħba) imkien fejn (b'xenqa u b'ħeġġa kbira) jinġabru n-nies, u (jkun ta'j kenn (għalihom) u (għednielhom): ''Ħudu l-imkien fejn kien waqaf Abraham. (biex jibni l-Kagħba) bħala mkien għat-talb għalikomi' Aħna qabbadna lil Abraham u (lil ibnu) Ismagħel isaffu dari għal dawk li jduru madwarha; li jqattgħu żmien ħdejha, li jmilu (bil-qima) u jinxteħtu fl-art (jitolbu fiha)

[126] U (ftakar) meta Abraham qal: 'Sidi, agħmel minn din (Mekka) belt ta' sliem, u għajjex lil niesha bil-frott lil dawk fosthom li emmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum.' Huwa qal: 'U lil min m'emminx, inħallih igawdi għal ftit żmien, imbagħad inġiegħlu jieħu l-kastig tan-Nar. (Dak ikun tassew) tmiem mill-agħart

[127] U (ftakar ukoll) meta Abraham, flimkien ma' Ismagħel, għolla sisien id-dar (il-Kagħba, u talbu hekk): 'Sidna, ilqa' minna (għemilna), Inti tabilħaqq tisma' kollox u taf kollox

[128] Sidna, agħmilna, Misilmin u (oħroġ) minn: nisilna nazzjon ta' Misilmin;' Urina kif nagħtu qima, u ilqa' l- indiema tagħna. Inti tabilħaqq iddur kollok maħfra, il- Ħanin

[129] Sidna, ibagħtilhom Mibgħut minn fosthom li jaqralhom il-versi tiegħek, jgħallimhom il-Ktieb. (il-Qoran) u l- għerf, u jsaffihom. Inti tabilħaqq il-Qawwi, l-Għaref

[130] U min jagħti dahru (u jiċħad) twemmin Abraham, jekk mhux min tbellah 7 Aħna (li Abraham) għażilnieh f'(din) id-dinja, u tabilħaqq li fl-Oħra huwa jkun mat-tajbin

[131] Meta Sidu qallu: ''Intelaq (għar-rieda tiegħiji' huwa qal: 'Intlaqt f'idejn Sid il-ħolqienf)

[132] Abraham ħeġġeġ lil uliedu b'dan (ir-twemmin f'Alla Wieħed u bl-ubbidjenza. lejh), u Ġakobb (ukoll qal lil uliedu): 'Ja wliedi, tabilħaqq li Alla għażlilkom id-din, u għalhekk la tmutux jekk mhux Misilmin

[133] Jew kontu (ja Wlied Israel) xhieda meta l-mewt ġiet għand Ġakobb, u meta qal lil uliedu: ''X'se tqimu warajja (meta mmut) 7' Qalu: 'Inqimu lil Alla tiegħek, u lil-Alla ta' missirijietek Abraham, Ismagħel u Iżakk: Alla wieħed (inqimu), u aħna Misilmin intlaqna f'idejh

[134] Dawk kienu nies li għaddew. Tagħhom huwa dak illi kisbu, u tagħkom huwa dak illi ksibtu. M'intomx se tkunu mistoqsijin dwar dak li kienu jagħmlu

[135] Huma (il-Lhud u l-Insara) qalu: ''Kunu Lhud jew Insara, u tkunu fit-triq it-tajba. ' Għid (Muħammad): ''Le (mhux: kif qegħdin: tgħidu), iżda. (jiena. nagħżel) it- twemmin safi ta' Abraham. Huwa ma kienx minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla l-Imbierek)

[136] Għidu (ja Misilmin): 'Aħna nemmnu f'Alla, f'dak li tniżżel lilna, u f'dak li tniżżel lil Abraham, lil Ismagħel, lil Iżakk, lil Ġakobb, u lit-tribujiet. (Aħna nemmnu) f'dak li ngħata Mosċ (it-Tora) u Ġesti (l-Evanġelju), u f'dak li ngħataw il-Profeti minn Sidhom, Aħna ma nagħmlu distinzjoni bejn ħadd minnhom, u aħna f'idejh intlaqna, Misilmin

[137] Għalhekk jekk (il-Lhud u l-Insara) jemmnu fi twemmin bħal twemminkom, ikunu fit-triq it-tajba, iżda jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen), huma jkunu tabilħaqq f'firda (u maqrugħin għalihom). Alla se jħarsek (Muħammad) minnhom. Huwa jisma' kollox u jaf kollox

[138] (Aħna nagħżlu) il-lewn ta' Alla (li huwa t-twemmin tiegħu). U min hu dak li lewnu huwa aħjar minn ta' Alla 7 Aħna lilu nqimu

[139] Għid (/i/ Nies il-Ktieb): 'Jaqaw tħaqquha magħna fuq Alla, meta Huwa Sidna u Sidkom' Aħna għandna l- għemejjel tagħna (xi. xwieġbu għalihom) u intom għandkom l-għemejjel tagħkom (ukoll). Aħna għalih (biss) noqogħdu

[140] Jew (tridu) tgħidu li Abraham, Ismagħel, Iżakk, Ġakobb, u' t-tribujiet kienu Lhud jew Insara 7: Għid: Ċintom tafu aktar, jew Alla 2 Min huwa l-aktar inġust minn dak li jaħbi xhieda li għandu mingħand Alla 7 Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu

[141] Dawk kienu nies li għaddew (u ntemmu). Tagħhom huwa dak li kisbu, u tagħkom huwa dak li ksibtu. M'intomx se tkunu mistoqsijin dwar dak li kienu jagħmlu

[142] Il-boloh fost in-nies se jgħidu: ''X'kien li ġegħelhom (il-Misilmin) ibiddlu l-qibla'' tagħhom li kienu (jħarsu) lejha 7' Għid (Muħammad): 'Ta' Alla huwa l-Lvant u l- Punent. Huwa jmexxi lil min jidhirlu lejn triq dritta

[143] Hekk għamilniekom ġens fit-triq tan-nofs (fost ġnus oħra) biex tkunu xhieda għan-nies, u biex il-Mibgħut ikun xhud għalikom. Aħna ma għamilniex il-gibla li (inti, Muħammad) kont tħares lejha (qabel, jiġifieri Ġerusalemm) jekk mhux biex nagħżlu lil min jimxi wara l-Mibgħut minn dak li jerġa' lura (ur jiċħad it-twemmin). Tabilħaqq din kienet (bidla) kbira (u tassew iebsa), ħlief għal dawk li. Alla mexxa fit-triq it-tajba. Alla qatt ma kien se jtellifkom twemminkom (u t-talb tagħkom b'ħarsitkom lejn Ġerusalemm). Alla tabilħaqq Kollu Tjubija u Ħniena man-nies

[144] Aħna rajna lil wiċċek (Muħammad) idur lejn is-sema (għall-għajnuna), u tabilħaqq indawruk lejn qibla li togħġbok. Mela dawwar wiċċek lejn il-Moskea mqaddsa (f'Mekka). Kull fejn tkunu, dawru wiċċkom lejha. Tabilħaqq li dawk li ngħatalhom il-Ktieb jafu tajjeb li dan huwa s-sewwa minn Sidhom. Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li jagħmlu

[145] Li kieku lil dawk li: ngħatalhom il-Ktieb kellek iġġibilhom kull sinjal, (xorta waħda) ma kinux jimxu fuq il-qibla tiegħek (Muħammad), u lanqas inti ma timxi fuq il-qibla tagħhom. Huma lanqas ma jimxu fuq il-qib/a ta' xulxin. Li kieku (Muħammad), wara l-għerf li ngħatalek, kellek timxi fuq ix-xewqat fiergħa tagħhom, tabilħaqq kont tkun fost il-ħżiena

[146] Dawk li tajniehom il-Ktieb jafuh (/il Muħammad) bħalma jafu lil uliedhom. Tabilħaqq li ġemgħa fosthom taf tajjeb li qiegħda taħbi s-sewwa

[147] (Dan. huwa) is-sewwa minn. Sidek (għalik, Muħammad). Mela la tkunx minn dawk ta' bejn ħaltejn

[148] Kulħadd għandu xi naħa li jdur lejha. Għaġġlu fl- għemejjel tajba. Tkunu fejn tkunu, Alla jġibkom ilkoll flimkien: (biex: tagħtu kont. ta' l-għemejjel. tagħkom). Tabilħaqq li Alla fuq kollox Setgħan

[149] Toħroġ minn fejn toħroġ (għas-safar, ur tkun fejn tkun dejjem) dawwar wiċċek lejn il-Moskea mqaddsa. Dan huwa s-sewwa minn Sidek. Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu

[150] Toħroġ minn fejn toħroġ, dawwar wiċċek (dejjem) lejn il-Moskea mqaddsa (f'Mekka), u tkunu fejn tkunu, dawru wiċċkom lejha (fit-talb). B'hekk in-nies ma jħaqquhiex magħkom, ħlief dawk fosthom. li jagħmlu. l-ħażen. Tibżgħux minnhom, iżda minni ibżgħul (B'hekk) nagħmel sħiħa t-tjieba tiegħi fuqkom, u forsi timxu fit- triq it-tajba

[151] Hekk ukoll. (urejna (jieba. magħkom meta) bgħatnielkom Mibgħut minn fostkom; jaqralkom il-versi tagħna, isaffikom, jgħallimkom il-Ktieb u l-għerf, u jgħallimkom dak li ma kontux tafu

[152] Mela ftakru fija, u Jiena niftakar fikom. Roddu ħajr lili u la tiċħdunixi

[153] Intom li emmintu, fittxu l-għajnuna fis-sabar u fit-talb. Alla tabilħaqq ma' dawk li jistabru (u jżommu sħiħ)

[154] Tgħidux li dawk li nqatlu għal Alla huma mejtin, imma ħajjin. Iżda intom ma tintebħux (b'dan)

[155] Tassew li se nġarrbukom b'xi biża', b'ġuħ, u b'nuqqas ta' ġid, ħajjiet u frott. Agħti (Muħammad) il-bxara t-tajba lil dawk li jistabru

[156] Dawk li meta jiġihom xi għawġ kbir jgħidu: 'Aħna tabilħaqq ta' Alla, u aħna lejh nerġgħu lura. I

[157] Dawk fuqhom hemm barkiet u ħniena minn Sidhom. Dawk huma li jimxu fit-triq it-tajba

[158] Tabilħaqq li 'as-Safsi u l-Marwa' huma fost is-simboli ta' (il-qima lejn) Alla. Min imur għall-ħaġġ (jew pellegrinaġġ lejn) id-dar (il-Kagħba), jew jagħmel l- għumra;' ma jkollu ebda ħtija jekk iterraq bejniethom. Min jagħmel il-ġid minn jeddu, tabilħaqq li Alla jrodd il- ħajr u jaf kollox

[159] Tabilħaqq li dawk li jaħbu s-sinjali ċ-ċari li niżżilna, u t-tmexxija t-tajba, wara li wrejnieha biċ-ċar lin-nies fil- Ktieb, dawk Alla għad jisħethom, u jisħtuhom (l-anġli u l-fidili) li jisħtu

[160] ħlief dawk li jindmu, jinbidlu għall-aħjar u jxandru s- sewwa. Dawn indur fuqhom bil-maħfra għaliex Jiena ndur kollni maħfra, il-Ħanin

[161] Dawk li ma jemmnux, u jmutu bla twemmin, dawk fuqhom (ikollhom) is-saħta ta' Alla, ta' l-anġli u tan-nies kollha

[162] Huma jibqgħu fih (in-Nar) għal dejjem; il-kastig (tagħhom) ma jitħaffilhomx u lanqas jingħataw nifs (biex jistrieħu xi ftit minnu)

[163] Alla tagħkom huwa Alla Wieħed. Ma hemmx alla ħliefu Kollu Ħniena, il-Ħanin

[164] Tabilħaqq li fil-ħolqien tas-smewwiet u ta' l-art, fid- dawrien (wara xulxin) tal-lejl u tan-nhar, fl-iġfna li jiġru fil-baħar b'dak li hu ta' fejda għan-nies, fl-ilma li Alla jniżżel mis-sema u bih jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha, u jxerred fiha kull għamla ta' bhejjem, u fit-taqlib ta' l- irjieħ, u fis-sħab li jinsaq bejn is-sema u l-art, (f'dan kollu hemm) sinjali għal nies bil-għaqal

[165] (Madanakollu) hemm xi nies li minflok lil Alla jieħdu (għall-qima) idoli (jew xbihat li mingħalihom) iħabbtuha miegħu, u jħobbuhom bl-imħabba (Zi sżxraq) lil Alla. Iżda dawk li jemmnu huma aqwa fl-imħabba lejn Alla. U kieku dawk li jagħmlu l-ħażen kellhom jaraw il-kastig (ta' Jum il-Qawmien u jifhmu) illi l-qawwa kollha hija ta' Alla, u Alla Qalil fil-kastig, (żewr jaraw ħwejjeġ tal- biża)

[166] meta dawk li kellhom min jimxi warajhom jiċħdu lil dawk li mxew warajhom, u jaraw il-kastig, u dak li jgħaqqadhom jitqatta' (fix-xejn)

[167] Dawk li mxew wara (ħaddieħor) jgħidu: 'Li kieku Kellna nerġgħu lura. (għall-ħajja fid-dinja), 'konna niċħduhom (lill-mexxejja ħżiena. tagħna), bħalma ċaħduna,' Hekk ukoll Alla jurihom l-għemejjel tagħhom (li jkunu) ta' ħasra għalihom: Huma ma humiex ħerġin min-Narl

[168] Kulu, ja nies, minn dak li hemm fl-art, li jiswa. li jittiekel u hu tajjeb, u la timxux fil-passi. tax-Xitan, għaliex huwa, tabilħaqq; għadu fil-beraħ tagħkom

[169] Huwa jamrilkom biss il-ħażen u l-faħx, u li tgħidu dwar Alla dak li ma tafux

[170] Meta jintqalilhom (lill-pagani): 'Imxu fuq dak li Alla niżżel,' huma jgħidu: 'Lel Imma (aħna rridu) nimxu fuq dak li fih sibna lil missirijietna Kif 2. Anki jekk missirijiethom ma jifhmu xejn, u lanqas jimxu fit-triq it- tajba

[171] Dawk li-ma jemmnux (u dawk 1i' jsejħulhom għat- twemmin) jixbhu lil dak (ir-ragħaj) li jgħajjat (lill-merħila tiegħu) li ma tismax għajr sejħa u għajta. (Dawn) torox, imbikkma, u għomja u għalhekk ma jifhmux

[172] Intom'li temmnu, kulu mill-ħwejjeġ tajba li tajniekom, u roddu ħajr lil Alla, jekk (tassew) lilu tqimu

[173] Huwa ma għamilx ma jiswiex għalikom ħlief (il-laħam) ta' annimali mejta, id-demm, laħam il-ħanżir, u kulma kien offrut (lill-idoli) minflok lil Alla. Iżda min ikollu (jiekol minn dan l-ikel minħabba l-ħtieġa), u huwa ma jixtiqux, (u meta jieklu) ma jaqbiżx il-limiti, ma jkollu ebda ħtija. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

[174] Tassew dawk li jaħbu dak li Alla niżżel fil-Ktieb, u jaqilgħu bih (b'dan il-ħabi) qligħ irħis, dawk ma jiklux f'żaqqhom għajr in-nar, u la jkellimhom Alla f'Jum il- Qawmien, u lanqas isaffihom (mit-tinġis. tad-dnub). Għalihom hemm kastig ta' wġigħ kbir

[175] Dawk huma li xtraw it-telfien bi' (il-prezz tà') it- tmexxija t-tajba, u l-kastig bi. (il-prezz ta') il-maħfra, Kemm jifilħu jistabru fin-Narl

[176] Dan minħabba li Alla niżżel il-Ktieb (it-Tora) bis- sewwa; U tabilħaqq dawk li ma qablux fuq il-Ktieb (jinsabu) f firda kbira (u 'l bogħod mis-sewwa)

[177] It-tjieba ma'hijiex li ddawru wiċċkom lejn il-Lvantul- Punent, iżda t-tjieba hija ta' min jemmen f'Alla, fl-Aħħar Jum, fl-anġli, fil-Ktieb, fil-Profeti, jagħti l-ġid minkejja li jħobbu lill-qraba, lill-iltiema, lill-fqar, lil min iterraq, liċtallaba, (għall-fidwa) ta' l-ilsiera, jagħmel it-talb u jagħti l-karità; (huma dawk li) iżommu l-wegħda tagħhom kull meta jwiegħdu, li jistabru. fit-taħbit, fil- ħsara u fi żmien ta' gwerra. Dawn huma nies li jemmnu tassew u li għandhom il-biża' ta' Alla

[178] Intom li temmnu, hija miktuba għalikom (il-liġi ta') it- tpattija għall-maqtulin; il-ħieles għall-ħieles, l-ilsir għall- ilsir, u l-mara għall-mara, Meta dak (il-ħati) li nħafirlu xi ħaġa minn (jeddijiet) ħuh (fil-fidi, billi l-qarib li jieħu ħsieb il-maqtul jaqbel li l-ħati ma jinġatilx, imma għandu jħallas kumpens, dan il-qarib) għandu jitlob kumpens b'mod tajjeb, u l-ħati (li/l-qarib) għandu jagħtih ħlas xieraq. Dan sar minn Sidkom biex iħaffef (it-toqol tagħkom) u juri ħniena. Min, wara dan (il-ħlas tal- kumpens), joffendi (lill-ħati), se jkollu kastig ta' wġigħ kbir

[179] Fi (il-liġi ta') it-tpattija hemm il-ħajja għalikom, ja nies ta' dehen, biex forsi jkollkom il-biża' ta' Alla

[180] Huwa miktub għalikom li meta l-mewt tasal għand xi ħadd minnkom, jekk (dan) iħalli warajh xi ġid, għandu jagħmel testment (biex jagħti minn ġidu) lill-ġenituri u lill-qraba, kif jixraq. Dan hu d-dmir ta' kulmin jibża' minn Alla

[181] U min ibiddlu (it-testment) wara li jisimgħu, il-ħtija ta' dan (il-bdil) tkun biss fuq dawk li biddluh. Alla tabilħaqq jisma' kollox u jaf kollox

[182] U min jibża' (li jista' jsir xi żball, u jkun hemm) xi nuqqas ta' ħaqq jew xi ħtija (oħra ġejja) minn dak li jagħmel it-testment, u jsewwi (l-inkwiet ta') bejniethom (bejn sid it-testment u. l-werrieta), ma jkunx ħati (jekk ikun sar xi tibdil fit-testment, għaliex dan iktm sar biex tinżamm. il-paċi u biex issir ġustizzja). Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, u Ħanin

[183] Intom li temmnu, huwa miktub għalikom is-sawm, bħalma nkiteb għal dawk ta' qabilkom, biex forsi jkollkom il-biża' ta' Alla

[184] (Huwa sawm) għal xi jiem magħduda, u min minnkom ikun marid, jew f'safar, (jista' ma jsumx, jekk irid, iżda għandu jsum) għall-istess għadd ta' jiem oħra (wara). U għal dawk li jistgħu (isumu, iżda bi tbatija kbira, għaliex xjuħ. jew morda wisq, dawn hemm għalihom) fidwa: li jitimgħu bniedem fqir (ta' kull jum illi ma samux). Ikun aħjar li wieħed jagħmel il-ġid minn jeddu. Huwa aħjar li ssumu, li kieku kontu tafu

[185] Xahar Ramadan (huwa x-xahar) li fih tniżżel il-Qoran bħala tmexxija tajba lin-nies. ( 4 l-Qoran huwa Ktieb) b'sinjali ċari (li juru din) it-tmexxija u l-Qjies (bejn it- tajjeb u l-ħażin). Għalhekk min minnkom ikun jinsab (f'daru u f'pajjiżu) matul dak ix-xahar, għandu jsumu. Iżda min ikun marid jew f'safar, (jista' ma jsumx, jekk irid, iżda għandu jsum għall-istess) għadd ta' jiem oħra (wara). Alla jridilkom il-ħafif u ma jridilkomx it-toqol, biex ittemmu ż-żmien maħsub (għas-sawm) u biex tfaħħru lil Alla talli mexxiekom fit-triq it-tajba, u biex forsi tiżżu ħajr

[186] Meta. l-qaddejja tiegħi jistaqsuk. (Mu/tammad) fuqi, (għidilhom li) Jiena tassew fil-qrib. Jiena nwieġeb it-talba ta' min jitlob, kull meta jsejjaħli. Huma għandhom iweġbuni (meta nsejħilhom) u għandhom jemmnu fija, biex forsi jimxu fit-triq it-tajbal

[187] F'lejlet is-sawm jiswa li tersqu lejn in-nisa tagħkom. Huma Ibies għalikom, u intom ilbies għalihom. Alla jaf'li intom kontu tqarrqu bikom infuskom. (f'din il-ħaġa), laqa' l-indiema tagħkom u ħafrilkom. Mela issa ersqu Iejhom (in-nisa tagħkom), u fittxu dak li Alla kitbilkom, u kulu u ixorbu sa ma tagħrfu l-ħajt l-abjad mill-ħajt l- iswed tas-sebħ, Imbagħad temmu s-sawm sal-lejl (jiġifieri sa nżul ix-xemx), u. la tersqux lejhom (in-nisa tagħkom) meta tkunu għamiltu wegħda li toqogħdu fil- moskej. Dawk huma l-limiti ta' Alla, u għalhekk la toqorbux lejhom. Hekk Alla juri biċ-ċar is-sinjali tiegħu lin-nies biex forsi jibżgħu minnu

[188] La tiklux ġidkom. bejnietkom. bil-ħażen, u lanqas tgħadduk lill-imħallfin (biex rixtruhom), biex (b'hekk) tieklu, bil-ħtija, biċċa minn ġid in-nies, meta intom tafu (li ma għandkomx tagħmlu hekk)

[189] Jistaqsuk. (Muħammad) dwar kull: qamar. ġdid. Għid(ilhom): ''Dawn żminijiet għan-nies u għall-ħaġġ.' Ma hijiex tjieba li tidħlu d-djar minn wara (bħal fi żmien il-pagani), iżda t-tjieba hija li tibżgħu (minn Alla). Idħlu d-djar minn bwiebhom, u ibżgħu minn Alla biex forsi tkunu rebbiħin

[190] Tqatlu għal-Alla ma' dawl li jitqatlu kontrikom, u la. tagħmlux aggressjoni. Alla tabilħaqq ma jħobbx lill- aggressuri

[191] Oqtluhom: kull fejn issibuhom (fil. dawk li. jitqarbu kontrikom), u oħorġuhom minn fejn ħarġukom, għaliex it- tiġrib. (tal-persekuzzjoni) hu. agħar mill-qtil. U. titqatlux magħhom fil-Moskea mqaddsa, ħlief jekk (ikunu huma l- ewwel. li). jitqatlu magħkom fiha, iżda jekk. jitqatlu magħkom, 'oqtluhoml Hekk ikun il-ħlas ta' dawk (l- aggressuri) li m'emmnux

[192] Iżdajekk jieqfu (mill-ġlied), Alla Kollu Maħfra, u Ħanin

[193] Tqatlu magħhom sa ma jintemm it-tiġrib (tal- persekuzzjoni), u l-qima tkun ta' Alla. Iżda jekk jieqfu, ma għandux ikun hemm ostilità għajr kontra l-ħżiena

[194] Ix-xahar projbit bix-xahar projbit, u l-ħwejjeġ projbiti (ukoll jaqgħu taħt il-liġi) tat-tpattija. Għalhekk min jaħbat għalikom, aħbtu għalih bħalma ħabat għalikom. ibżgħu minn Alla, u kunu afu li Alla ma' dawk li jibżgħu minnu

[195] Onfqu għal Alla u la tintremewx fil-qerda b'idejkom (stess, għaliex ma tagħtux karità). Agħmlu t-tajjeb; Alla tabilħaqq iħobb lil dawk li jagħmlu t-tajjeb

[196] Agħmlu u temmu l-ħaġġ u l-għumra (il-pellegrinaġġ iż- żgħir) għal Alla. Iżda jekk tkunu miżmumin (milli ikompluhom minħabba mard jew għal xi raġuni serja oħra), mela offru (xi ħaruf. baqra jew ġemel bħala) sagrifiċċju, skond kemm tistgħu, u la tqaxxrux irjuskom $a ma s- sagrifiċċju jasal fejn għandu jasal. Min minnkom ikun marid, jew għandu marda (fil-ġilda) ta' rasu (li tkun tirlob it- tqaxxir tax-xagħar, għandu jpatti u) jifdi (dan l-għemil) bis- sawm (għal rlett ijiem), jew b'karità (lil-sitt persuni fqar u jitmagħhom), jew joffri sagrifiċċju. Meta tkunu fi żmien ta' sliem, min jogħġbu jgħaqqad l-għumra mal-ħaġġ ikollu joffri sagrifiċċju skond kemm jista', iżda min ma jsibx (kif jagħmel sagrifiċċju, għaliex ma għandux flus, għandu (jagħmel) sawm ta' tlett ijiem fil-ħaġġ, u ta' sebat ijiem meta jerġa' lura; b'kollox. għaxart (ijiem) sħaħ. Dan (is- sagrifiċċju jgħodd) għal dak. (il-Mislem) li niesu ma jinsabux (jgħixu qrib) il-Moskea mqaddsa. Ibżgħu minn Alla, u kunu afu li Alla huwa Qalil fil-kastig

[197] Il-ħaġġ (isir matul) xhur magħrufa (Xawwal, di l- Qagħda u dit l-Ħiġġa). Għal min qatagħha li jagħmel il- ħaġġ fihom, ma hemmx kliem faħxi jew taħlit ma' nisa, la ħażen u lanqas tilwim fil-ħaġġ. Kull ġid li tagħmlu, Alla jaf bih. Ħudu l-meħtieġ għas-safar; tabilħaqq li l- aħjar ġid (li tistgħu tieħdu magħkom) huwa l-biża' ta' Alla, Ibżgħu minni, ja nies ta' dehent

[198] Ebda ħtija ma għandkom jekk tfittxu t-tjieba ta' Sidkom (matul il-ħaġġ. billi tagħmlu xi xiri jew bejgħ). Meta titilqu bil-ħeffa minn (l-għolja ta') Għarafft ftakru f'Alla qrib il-mafkar imqaddes (fl-imkien. imsejjaħ Mużdalifa).' Ftakru fih, kif mexxiekom fit-triq it-tajba, għalkemm qabel dan kontu tliftu t-triq

[199] Imbagħad itilqu bil-ħeffa minn fejn jitilqu n-nies (minn Għarafat), u itolbu l-maħfra ta' Alla. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin

[200] Meta ttemmu r-riti mqaddsa tagħkom (ral-ħaġġ), ftakru f'Alla bħalma kontu tiftakru f'missirijietkom, jew aktar minn hekk. Hemm xi nies li jgħidu: Sidna, agħtina (il- ġid tiegħek) f'(din) id-dinja'' u (min jgħid hekk) ma għandu ebda sehem fl-Oħra (fid-dinja l-Oħra)

[201] Fosthom hemm min jgħid: 'Sidna, agħtina dak li hu tajjeb (kemm) f (din) id-dinja kif ukoll fl-Oħra, u ħarisna mit-tbatija tan-Nar

[202] Dawk għandhom sehem tajjeb (imħejji għalihom) minn dak li kisbu (bl-imġiba tajba tagħhom f'ħajjithom). Alla malajr jagħmel il-kontijiet

[203] Ftakru f'Alla fi (tlett) ijiem magħduda (fil-ħdax; fit- tnax, u fit-tlettax tax-xahar ta' di: l-Ħiġġa f'Mina, ħdejn Mekka), u min jgħaġġel (u jitlaq) f'jumejn, ma jkollu ebda ħtija fuqu, u min joqgħod jiddawwar, ma hemmx ħtija fuqu min jibża' minn Alla. Mela ibżgħu minn Alla, u kunu afu li għandu għad tinġabru (fl-Aħħar Jum)

[204] Fost in-nies (Muħammad, hemm) min jogħġbok kliemu f'din id-dinja, u jsejjaħ lil Alla xhud għal dak. li għandu f'qalbu, minkejja li huwa l-aktar wieħed iebes fost l- għedewwa

[205] Meta (imbagħad) jagħti dahru (ur ma jagħtix widen), huwa jħabrek fl-art biex iġib ħsara fiha, u jeqred uċuħ ir- raba' u l-bhejjem. Alla ma jħobbx il-ħsara

[206] U meta jintqal lilu: 'Ibża' minn Alla,' il-kburija (tiegħu) twasslu għal ħtija (oħra). L-Infern biżżejjed għalih u ta' għajb il-friex (fiegħu fin-Nar)

[207] Fost in-nies hemm min' jagħti ħajtu biex. ifittex li jogħġob. lil Alla. Alla Kollu Tjubija mal-qaddejja (tiegħu)

[208] Intom li temmnu, idħlu (fl-Islam u) fis-sliem, ilkoll kemm intom, u la timxux fil-passi tax-Xitan, għaliex huwa tabilħaqq għadu fil-beraħ tagħkom

[209] Jekk żlaqtu (u waqajtu fid-dnub) wara li ġewkom is- sinjali ċari, mela kunu afu li Alla Qawwi u Għaref

[210] Jaqaw qegħdin jistennew biss li Alla jiġihom f'dellijiet is-sħab flimkien ma' l-anġli 2 (B'hekk) il-kwistjoni tkun inqatgħet. Kollox jerġa' lura. għand Alla (għall-ħaqq. tiegħu)

[211] Staqsi lil Ulied Israel kemm-il sinjal ċar tajniehom. Iżda min jibdel it-tjieba ta' Alla, wara li tkun ġiet għandu (għaliex jiċħad is-sinjali ċ-ċari), tabilħaqq li Alla (jkun) Qalil fil-kastig

[212] Il-ħajja f'din id-dinja żżejnet (u saret tidher sabiħa) għal dawk li ma jemmnux, u (arahom) jiddieħku b'dawk li jemmnu. Iżda dawk li jibżgħu minn. Alla. (ikuri) fuqhom f'Jum il-Qawmien. Alla jagħti l-ġid (tiegħu) lil min irid Hu, bla qjies

[213] In-nies (fl-ewwel żminijiet) kienu ġens wieħed, u Alla bagħat il-Profeti. bil-bxara u bit-twissija, u niżżel magħhom il-Ktieb bis-sewwa biex jagħmel ħaqq min- nies dwar dak li tlewmu fuqu. Ma tlewmux fuqu għajr dawk li ngħataw lilu (il-Ktieb), wara li kienu ġewhom is- sinjali ċ-ċari, minħabba l-għira ta' bejniethom. Alla, bir- rieda tiegħu, wera lil dawk li emmnu s-sewwa ta' dak li ma qablux fuqu. Alla jmexxi lil min irid lejn triq dritta

[214] Jew ħsibtu li se tidħlu l-Ġenna mingħajr ma jiġikom (it- tiġrib kbir) bħal ta' dawk li għaddew qabilkom: (Lil dawn) messewhom it-taħbit u l-ħsara, u theżżu (b'qawwa hekk kbira) li (anki) il-Mibgħut u dawk li emmnu miegħu qalu: ''Meta (tasal) l-għajnuna ta' Alla 7' Tabilħaqq li l- għajnuna ta' Alla hija fil-qrib

[215] Jistaqsuk (Muħammad: dwar) x'għandhom. jonfqu (i għal min). Għidilhom): ''Kull ħaġa tajba. li tonfqu (għandha tkun) għall-ġenituri, għall-qraba, għall-iltiema, għall-fqar, u għal dawk li jterrqu, Kull ġid li tagħmlu, Alla tabilħaqq jaf bih

[216] Huwa miktub għalikom it-taqbid (kontra l-aggressuri), iżda għalikom (dan): huwa ikrah. Għandu mnejn li tistkerrhu xi ħaġa li hija tajba għalikom, u forsi tħobbu xi ħaġa li hija ħażina għalikom. Alla jaf, u intom ma tafux

[217] Jistaqsuk. (Muħammad) dwar. it-taqbid fix-xahar imqaddes. Għidfilhom): 'It-taqbid fih (huwa dnub) kbir, iżda li żżomm (Żif min irid jaqbad) it-triq ta' Alla, li ma temminx fih, (li-żżomm lil dawk li jemmnu milli jidħlu) fil-Moskea mqaddsa, u li tibgħat 'il barra lil niesha, (dawn kollha huma dnubiet) akbar quddiem Alla. It-tiġrib huwa agħar mill-qtil. Ma jiqfux (il-pagani) jitqatlu magħkom, sa ma jreġġgħukom lura mid-din tagħkom, li kieku jistgħu. Min minnkom jerġa' lura mid-din tiegħu, u jmut filwaqt li huwa jiċħad it-twemmin, dawk l- għemejjel tagħhom jisfaw fix-xejn, f'(din) id-dinja u fl- Oħra. Dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem. x

[218] Tabilħaqq li dawk li emmnu, u dawk li emigraw u tqatlu għal Alla, dawk (huma li tassew jistħoqqilhom) jittamaw fil-ħniena ta' Alla. Alla Kollu Maħfra u Ħanin

[219] Jistaqsuk (Muħammad) dwar l-inbid u l-logħob ta' l- azzard. Għid(ilhom): 'Fihom it-tnejn (hemm) dnub kbir u xi fejda għan-nies, iżda d-dnub tagħhom. it-tnejn huwa akbar mill-fejda tagħhom.' Huma jistaqsuk (ukoll) x'għandhom jonfqu, Għid(i/hom): '(Agħtu) miż-żejjed (tagħkom).' 7 Hekk Alla jurikom biċ-ċar ir-Rivelazzjoni (tiegħu) biex forsi tixtarru (is-siwi tagħha)

[220] f'(din) id-dinja u fl-Oħra. Jistaqsuk (Muħammad) dwar l- iltiema. Għid(ilhom): 'L-aħjar (ħaġa hija) li timxu tajjeb magħhom. Jekk titħalltu magħhom (is rqisuhom bħala l- familjari tagħkom, ftakru li) dawk huma ħutkom. Alla jaf min jagħmel il-ħsara (u juża ħażin flus l-iltiema), u min jagħmel il-ġid. Kieku ried Alla seta' għakkiskom (bi kmandamenti iebsa għalikom, iżda ma għamilx. hekk). Alla tabilħaqq Qawwi u Għaref

[221] La tiżżewġux nisa li jxierku allat ma' Alla, qabel ma jemmnu. Ilsira li temmen hija aħjar minn mara li xxierek allat ma' Alla, minkejja li (din) tkun togħġobkom. Lanqas iżżewġu (ix-xebbiet tagħkom) lil irġiel li jxierku allat ma' Alla, qabel ma jemmnu. Ilsir li jemmen huwa aħjar minn raġel li jxierek allat ma' Alla, minkejja li (dan) ikun jogħġobkom. Dawk (li jxierku allat ma' Alla) isejħu(/kom) għan-Nar, filwaqt li Alla jsejjaħ għall- Ġenna u l-maħfra, bir-rieda tiegħu, u juri biċ-ċar ir- Rivelazzjoni tiegħu lin-nies biex forsi jiftakru (fit-twissija ta' Alla). j

[222] Jistaqsuk (Muħammad) dwar id-demm ta' kull xahar (fin-nisa). Għidfilhom): ''Huwa ta' ħsara u tinġis. Għalhekk tbiegħdu min-nisa bid-demm ta' kull xahar, la toqorbux lejhom sa ma jissaffew (minnu). Meta jissaffew u jinħaslu, ersqu lejhom minn fejn amrilkom Alla. Alla tabilħaqq iħobb lil dawk li jindmu, u jħobb lil-dawk li jissaffew

[223] In-nisa tagħkom huma r-raba' tagħkom. (li intom tiżirgħu fih). Mela ersqu lejn ir-raba' tagħkom kif tridu, u ressqu quddiemkom (għemejjel tajba) għalikom infuskom. Ibżgħu minn Alla, u kunu afu li se tiltaqgħu miegħu. Agħti (Muħammad) il-bxara t-tajba lil-dawk li emmnu

[224] Tħallux li l-ħalf tagħkom (ħ''/sem) Alla jfixkilkom milli tagħmlu l-ġid, tibżgħu minn Alla, u ssewwu l-inkwiet ta' bejn in-nies. Alla jisma' kollox u jaf kollox

[225] Alla ma jlumkomx ta' dak li hu bla ħsieb fil-ħalf tagħkom, iżda jlumkom ta' dak li għandkom fi qlubkom. Alla Kollu Maħfra u Kollu Ħlewwa u. Sabar (mal- midinbin)

[226] Dawkli jaħilfu li jiċċaħħdu min-nisa tagħhom (jistgħu) jistennew erba' xhur, u jekk jerġa' jibdielhom (u jerġgħu jersqu lejhom), Alla Kollu Maħfra u Ħanin

[227] U jekk jaqtgħuha li jiddivorzjaw, Alla jisma' kollox u jaf kollox

[228] In-nisa divorzjati (għandhom) jistennew għal tliet tnixxijiet ta' demm (fliet xhur). Ma jiswiex li jaħbu dak li Alla ħalaq f'ġufhom, jekk jemmnu FAlla u fl-Aħħar Jum. F'dak (iż-żmien ta' stennija), żwieġhom ikun jistħoqqilhom aktar li jeħduhom lura ( 1 ma jinfirdux), jekk ikunu jridu jsewwu (ir-relazzjoni tagħhom). Huma (in-nisa) għandhom jeddijiet daqs id-dmirijiet tagħhom, skond ma huwa xieraq,.u l-irġiel (qegħdin) tarġa fuqhom (bħala kapijiet tal-familji). Alla huwa Qawwi u Għaref

[229] Id-divorzju darbtejn (biss jista' jsir, u wara dan) jew ir- raġel iżomm lil martu kif xieraq, jew jitlaqha bit-tjieba. Ma jiswilkomx (irġiel) li tieħdu xi ħaġa minn dak li tajtuhom (lin-nisa tagħkom bħala dota), ħlief jekk iż- żewġ naħat jibżgħu li ma jħarsux id-digrieti. ta' Alla (dwar iż-żwieġ). Jekk tibżgħu li huma t-tnejn ma jħarsux id-digrieti ta' Alla, ma jkollhom ebda ħtija f'dak (il-ġid) li (il-mara) tinfeda bih (biex titlaq lil żewġha). Dawk huma d-digrieti ta' Alla. Mela la tiksruhomxi Min jikser id-digrieti ta' Alla, dawk huma l-ħżiena

[230] Jekk jiddivorzjaha (għat-tielet u l-aħħar darba), din imbagħad ma tkunx tiswa għalih, qabel ma tiżżewweġ raġel ieħor. Jekk fdan) jitlaqha, ma jkollhom ebda ħtija jekk jerġgħu lura għand xulxin (bħa/ qabel), jekk jaħsbu li jħarsu d-digrieti ta' Alla. Dawk huma d-digrieti ta' Alla. Huwa jurihom biċ-ċar lil nies li jafu

[231] Meta tiddivorzjaw lin-nisa (tagħkom) u jkun qorob li jgħaddilhom żmienhom (ta' stennija), jew żommuhom kif jixraq, jew itilquhom kif jixraq. La żżommuhomx biex tweġġgħuhom u tonqsu lejhom. Min jagħmel hekk, ikun qed jonqos lejh innifsu. Tiħdux ir-Rivelazzjoni ta' Alla biċ-ċajt. Ftakru fit-tjieba ta' Alla fuqkom, u fil-Ktieb u fl-għerf li niżżlilkom biex jgħallimkom bih. Ibżgħu minn Alla, u kunu afu li Alla jaf b'kollox

[232] Meta tiddivorzjaw lin-nisa (ragħkom), u jkun għaddielhom żmienhom (ta' srennija, intom li tieħdu ħsiebhom) la żżommuhomx milli jiżżewġu lil żwieġhom (li kellhom qabel) jekk ikunu qablu bejniethom, kif jixraq. Din hija twissija għal dak minnkom li jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum. Dan huwa aktar xieraq għalikom, uaktar safi. Alla jaf, u intom ma tafux

[233] L-ommijiet (divorzjati: għandhom) ireddgħu lil uliedhom għal sentejn sħaħ, għal min (miż-żewġ ġenituri) ikun irid li l-irdigħ ikompli sa l-aħħar. Il-missier għandu jaħseb għall-għajxien u l-ilbies tagħhom (ta' martu divorzjata minnu u tat-tarbija tagħhom), kif jixraq. Ħadd ma jitgħabba (bi spejjeż) aktar milli jiflaħ. Omm ma għandhiex tkun imġiegħla tbati minħabba binha (b'inġustizzja min-naħa tal-missier), u lanqas missier ma. għandu jkun imġiegħel ibati: minħabba ibnu (b'inġustizzja. min-naħa ta' l-omm). Il-werriet (tal- missier ukoll) għandu (l-istess) dmirijiet bħal dawk (tal- missirijiet). Jekk huma t-tnejn (il-ġenituri), bi qbil u wara li jkunu tkellmu bejniethom, ikunu jridu l-ftim ftat- tarbija. qabel sentejn, għaliex dan. ikun fl-interess tagħha), huma ma jkollhom ebda. ħtija fuqhom. Jekk tridu (bħala ġenituri tqabbdu) min iredda' lil uliedkom, ma jkollkom ebda ħtija fuqkom, ġaladarba tħallsu. (li//- imreddgħa) dak li wegħedtuha, kif jixraq. Ibżgħu minn Alla, u kunu afu li Alla jara sew dak li tagħmlu

[234] In-nisa tagħkom li tħallu warajkom meta tmutu għandhom jistennew għal erba' xhur u għaxart ijiem (bħala żmien ta' luttu qabel jerġgħu jiżżewġu). Meta jkun għaddielhom żmienhom (ta' sfennija) ma jkollkom ebda ħtija fuqkom (intom li tieħdu ħsiebhom) ta' dak li jagħmlu bihom infushom, kif jixraq. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[235] Ma għandkom ebda ħtija fuqkom jekk tagħtu x'jifhem li tridu titgħarrsu lin-nisa (/i jkunu fi żmien l-istennija, jiġifieri matul l-erba' xhur u għaxart ijiem), jew li tostru fikom infuskom (ix-xewqa fi titgħarrsu). Alla jaf li intom se tibqgħu tiftakruhom (b'għożża), iżda tifiehmux magħhom: bil-moħbi (dwar iż-żwieġ), ħlief li tgħidu(/hom) biss kliem xieraq. La taqtgħuhiex dwar l- għaqda taż-żwieġ sa ma jintemm iż-żmien miktub ta' l- istennija. U kunu afu li Alla jaf x'hemm fi qlubkom. Mela ibżgħu minnu u kunu afu li Alla Kollu Maħfra u Kollu Ħlewwa u Sabar (mal-midinbin)

[236] Ma għandkom ebda ħtija fuqkom jekk titilqu n-nisa qabel ma tmissuhom, jew (qabel) taħsbulhom għal sehem (mill-ġid tagħkom). Agħtuhom għotja xierqa, l-għani skond kemm jiflaħ, u l-fqir skond kemm jiflaħ. (Dan huwa) dmir dawk li jagħmlu t-tajjeb

[237] U jekk tiddivorzjawhom qabel ma tmissuhom, iżda ikunu diġà ħsibtulhom għal sehem (mill-ġid tagħkom, jingħatalhom) nots dak. li ħsibtu(lhom), ħlief jekk (in- nisa divorzjati) jaqblu li jċedu (dan in-nofs), jew jekk dak li jkollu f'idu l-għaqda taż-żwieġ (l-għarus) iċedi (in-nofs tiegħu). (Ja rġiel u nisa, kunu afu dan:) li ċċedu (in-nofs tagħkom) ikun eqreb lejn il-biża' ta' Alla. La tinsewx it- tjieba bejnietkom. Alla tabilħaqq jara sew dak li tagħmlu

[238] Żommu t-talb kollu, u (l-aktar). it-talba. tan-nofs (imsejħa 'al-għasr), u' (f'talbkom) qumu. bil-wieqfa quddiem Alla bil-qima

[239] Jekk tibżgħu (minn xi għadu jew periklu, tistgħu titolbu) intom u mixjin fuq riġlejkom jew rekbin, u meta tkunu fis-sliem (għaliex il-periklu jkun għadda) ftakru PAlla (u faħħruh) kif għallimkom (Hu dwar) dak li ma kontux tafu

[240] Dawk minnkom li jmutu u jħallu warajhom nisa (romol) għandhom iħallu fit-testment, lin-nisa tagħhom, sehem għal sena, mingħajr ma jintbagħtu (minn djarhom), iżda jekk jitilqu (minn jeddhom), ma hemm ebda ħtija fuqkom (intom il-qraba tal-mejjet) ta' dak li (dawn. in-nisa romol) jagħmlu bihom. infushom, kif jixraq: Alja huwa Qawwi u Għaref

[241] In-nisa divorzjati (għandu) ikollhom sehem (mill-ġid) kif jixraq. Dan huwa dmir dawk li jibżgħu minn Alla

[242] Hekk Alla jurikom biċ-ċar ir-Rivelazzjoni tiegħu biex forsi tifhmu

[243] Mela ma rajtx (Muħammad, x'ġara) lil-dawk li ħarġu minn djarhom, u huma eluf, bil-biża' tal-mewt 7 Alla qalilhom: ''Mutuf' Imbagħad huwa (reġa') tahom il- ħajja. Alla tabilħaqq Kollu Tjieba man-nies, iżda l-kotra tan-nies ma jiżżux ħajr

[244] Tqatlu għal Alla, u kunu afu li Alla jisma' kollox u jaf kollox

[245] Min hu dak li jsellef lil Alla self tajjeb, u Huwa jkattarhulu għal ħafna drabi 7 Huwa Alla li jnaqqas (il- ġid), u Huwa li jżid(hulkom), u lejh terġgħu lura

[246] Mela ma' rajtx (x'ġara, Muħammad) lill-kbarat ta' I Wlied Israel (li għexu) wara Mosċ 2 Meta qalu lil wieħed) Profeta fosthom (li jingħad li kien Samwel); ''Ibagħtilna. ) sultan biex nitqatlu għal Alla.' Qal(i/hom): ''Jista' jkun li) meta jkun miktub li titqatlu, intom ma titqatlux 7' Qalu: SU kif nistgħu ma nitqatlux għal Alla, meta tkeċċejna minn: djarna, u. wliedna (injjassrin. mill-għedewwa tagħna)T' Meta (imbagħad) inkitbilhom li jitqatlu, huma taw daharhom (u ma rqarlux), għajr għal flit minnhom. Alla jaf kollox dwar il-ħżiena

[247] Il-Profeta tagħhom qalilhom: ''Alla kien bagħtilkom lil Talit (Sawl) bħala sultan.' Huma qalu: 'Kif ikollu s- saltna fuqna, meta aħna: jistħoqqilna aktar minnu. li nsaltnu, (ġaladarba) huwa ma. ngħatax ġid bil-kotra 7' Huwa qalil(hom): 'Alla tabilħaqq ħatru fuqkom, u żiedu bil-bosta fl-għerf u fil-(awwa tal-) ġisem. Alla jagħti s- saltna. tiegħu lil-min irid. Alla ġeneruż ħafna u jaf kollox

[248] Il-Profeta tagħhom qalilhom ukoll: ' Tabilħaqq li s- sinjal tas-saltna tiegħu huwa li għandha tiġikom l-arka (tal-patt) li fiha r-rahan tas-sliem minn Sidkom, u l-bqija ta' dak li ħallew warajhom nies Mosċ u nies Aron, L- anġli jġorruha. F'dan (kollu hawn) sinjal. għalikom, li kieku tassew temmnu

[249] Meta Taliit (Sawl) ħareġ flimkien mal-qawwiet (tiegħu), qal(ilhom' hekk meta kienu mġarrba. b'għatx kbir): ''Alla tabilħaqq iġarrabkom bi xmara. Min jixrob minnha, ma jkunx miegħi, u min ma jdughiex, ħlief min jixrob. ftit fil-qiegħ ta' idu, ikun miegħi:' Iżda huma xorbu minnha, għajr għal ftit minnhom. U meta qasamha (ix-xmara), huwa u dawk miegħu li emmnu (fi kliemu u ma'xorbux, meta raw il-kotra ta' l-għadu). qalu: ''Illum ma għandniex saħħa (neħduha kontra) Ġalit (Gulija) u l- qawwiet tiegħu.' Iżda dawk li kienu jafu li għad jiltaqgħu ma' Alla qalu//hom): 'Kemm-il ġemgħa żgħira għelbet ġemgħa kbira, bir-rieda ta' Alla. Alla ma' dawk li jistabru

[250] U meta ħarġu għal Ġalit (Gu/ija) u qawwietu, qalu: ''Sidna, sawwab fuqna s-sabar, saħħaħ riġlejna, u għinna kontra dawk bla twemmin

[251] Huma għelbuhom, bir-rieda ta' Alla, u David qatel lil Ġalat (Gulija), u Alla tah is-saltna u l-għerf, u għallmu dak li (Huwa) ried. Li kieku Alla ma żammx lil xi nies (ħżiena) b'nies oħra (tajba), kieku l-art kienet titħassar, Iżda Alla huwa ta' tjieba għall-ħolqien (tiegħu kollu)

[252] Dawn huma l-versi ta' Alla. Aħna naqrawhomlok (Muħammad). bis-sewwa. Inti tabilħaqq (wieħed) mill- Mibgħutin

[253] Dawk il-Mibgħutin, uħud minnhom għollejniehom fiq oħrajn. Hemm minnhom li kellimhom Alla (bħal Mosċ), u lil-xi wħud għolla fi gradi (ta' ġieħ). Lil Ġesti bin Marija tajna s-sinjali ċ-ċari (il-mirakli li kien jagħmel) u saħħaħnieh b'ruħ il-qodos (l-anġlu Gabrijel). U li kieku Alla ried, dawk (/i ġew) warajhom ma kinux jitqatlu, wara li kienu ġewhom' is-sinjali ċ-ċari, iżda (xorta waħda) ma qablux bejniethom u (kien hemm) minnhom li emmen, u minnhom li m'emminx. U li kieku Alla ried, ma kinux jitqatlu, iżda Alla jagħmel dak li jrid

[254] Intom li temmnu, onfqu (fil-karità u fl-għemejjel tajba) minn dak il-ġid li tajniekom qabel ma jasal Jum li fih la (ikun hemm) bejgħ, la ħbiberija, u lanqas ħadd jaqbeż għal ħaddieħor (jekk ma jemminx, għaliex ma' hemmx interċessjoni għal. min. ma. jemminx). Dawk li-ma jemmnux huma l-ħżiena

[255] Alla ma hemmx alla ħliefu: il-Ħaj, Dak li jżomm minnu nnifsu għal dejjem; la jieħdu ngħas u lanqas irqad tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Min hu dan li jidħol quddiemu (biex jaqbeż għal ħaddieħor), ħlief bil- permess tiegħuż Huwa jaf x'hemm quddiemhom. (il- ħlejjaq tiegħu f'din. id-dinja) u warajhom (fl-Oħra, u huma) lanqas jaqbdu xejn minn Għerfu, ħlief dak li Hu jrid (li huma jifhmu). Is-Siġġu tiegħu jesa' s-smewwiet u. l-art, u ma jgħajjihx il-ħarsien tagħhom. Huwa l-Għoli u l-Kbir bla qjies

[256] Ma hemm ebda ġegħil fir-reliġjon. It-triq it-tajba tidher biċ-ċar mill-qerq. Mela min jiċħad l-allat foloz u jemmen f'Alla, ikun qabad l-isħaħ maqbad li ma jinqasamx. Alla jisma' kollox u jaf kollox

[257] Alla jħares lil dawk li jemmnu. Huwa joħroġhom mid- dlamijiet għad-dawl. Dawk li ma jemmnux, iħarsuhom l- allat foloz u x-xjaten tagħhom. Huma joħorġuhom mid- dawl għad-dlamijiet. Dawk huma nies in-Nar, u fih (jgħammru) għal dejjem

[258] Mela ma rajtx (x'ġara, Muħammad) lil dak (is-sultan tirann Nimriid bin Kangħan) li ħaqqaqha ma' Abraham fuq Sidu (il-Mulej) għaliex Alla tah is-saltna 2 Abraham qal: ''Sidi huwa dak li jagħti l-ħajja u l-mewt'' Qal (Nimrid): ''Jiena nagħti l-ħajja u l-mewtf' Abraham qal: VAlla tabilħaqq iġib ix-xemx mil-Lvant, Mela issa inti ġibha mill-Punenti' U tħawwad dak li ċaħad it-twemmin (u ma setax iwieġeb). Alla ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

[259] Jew (rajix, Muħammad) bħal dak li għadda qrib belt li kienet ħerba, bis-soqfa mġarrfa, u qal: 'Kif ikun li Alla jagħti l-ħajja lil din (il-belt) wara mewtha 7' Għalhekk Alla bagħat il-mewt fuq dan, għal mitt sena, imbagħad qajmu u qal(lu): 'Kemm domt (mejjer)a' Qal: ''Domt jum (wieħed), jew xi ftit minn jum.' Qallu): 'Lel Iżda domt mitt sena. Ħares lejn l-ikel u x-xorb tiegħek: dawn ma qatgħux (u għadhom jistgħu jittieklu u jinxtorbu). Ħares lejn il-ħmar tiegħekl U biex nagħmluk sinjal għan- nies, ħares lejn l-għadam (tal-ħmar) kif niġbruh flimkien, u mbagħad niksuh bil-laħam.' U meta (is-sinjal) deherlu hekk biċ-ċar, huwa qal: 'Naf'li Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan

[260] U (ftakar, Muħammad) meta Abraham qal: ''Sidi, urini kif tagħti. l-ħajja. lill-mejtin.' Qal: (Alla): ''Jaqaw ma temminxi' Qal (Abraham): 'lva. (nemmen), iżda. biex inserraħ rasi.' Qal (A/la): ''Mela ħu għalik erba' tajriet, imbagħad qattagħhom f'biċċiet u qiegħed biċċa minnhom fuq kull għolja. Imbagħad sejħilhom (x tarahom ħajjin u) jiġuk bil-ħeffa. Kun af li Alla Qawwi u Għaref

[261] Dawk li jonfqu ġidhom għal Alla: (fil-karità u fl- għemejjel tajba) huma bħal ħabba (qamħ) li tnibbet seba' sbuliet, u f'kull sbula hemm mitt ħabba. Alla jkattar lil- min irid. Alla jesa' kollox, u jaf kollox

[262] Dawk. li. jonfqu ġidhom. għal Alla, u Wara ma joqogħdux ifakkru (lill-fġir) f'dak: li nefqu, biex iweġġgħuh jew iżebilħuh, għandhom ħlashom. għand Sidhom, u ebda biża' ma jkun hemm fuqhom, u' lanqas jitnikktu

[263] Kelma tajba u maħfra huma aħjar minn għotja li-ġġib magħha. ż-żebliħ. Alla Għani u Kollu. Sabar mal- midinbin

[264] Intom li temmnu, la ġġibux fix-xejn il-karità tagħkom biċ-ċanfir, billi tfakkru lill-fqir fil-karità li tajtuh, u biż- żebliħ. (tagħkom. lilu, għaliex tkunu) bħal: dak. li jonfoq ġidu biex jarawh in-nies, u ma jemminx f'Alla u fl-Aħħar Jum, Dan huwa bħal blata bit-trab fuqha: tinżel fuqha xita qawwija u tħalliha samma. Huma ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn b'dak li kisbu. Alla ma jurix it-triq it-tajba lin-nies li ma jemmnux

[265] Dawk li-jonfqu ġidhom biex jogħġbu lil-Alla u biex iqawwu lilhom infushom huma bħal ġnien fuq għolja: tinżel fuqu xita qawwija, (ku arah) jagħti d-doppju. tal- frott, u jekk ma tinżilx fuqu xita qawwija, in-nida (ikun biżżejjed għalih). Alla jara sew dak li tagħmlu

[266] Irid xi ħadd minnkom li jkollu ġnien (b'siġar) tal-palm u l-għeneb, bix-xmajjar jiġru taħtu u fih ikollu mill-frott kollu; imbagħad jikber, u wliedu jkunu dgħajfin (għaliex ikunu għadhom żgħar u ma' jistgħux jieħdu ħsieb il- ġnien), u tolqtu tromba riħ bin-nar fiha, u taħarqu' Hekk Alla jurikom biċ-ċar is-sinjali (tiegħu) biex forsi tixtarru (is-siwi tagħhom)

[267] Intom li temmnu, onfgu mill-ħwejjeġ tajba li ksibtur u minn dak li ħriġnielkom mill-art, u la tfittxux li tagħtu l- ħażin minnu, meta intom, kieku, ma teħduhx jekk mhux b'għajnejkom magħluqin (biex ma tarawhx). U kunu afu li Alla Għani u jistħoqq kull tifħir

[268] Ix-Xitan iwegħedkom il-faqar u jamrilkom tagħmlu l- faħx. Iżda Alla jwegħedkom maħfra minnu u tjieba. Alla jesa' kollox, u jaf kollox

[269] Huwa jagħti l-għerf lil min irid, u min jingħata l-għerf ikun ingħata ġid kotran. Iżda ħadd ma jżomm f'rasu (dan il-kliem) għajr dawk ta' dehen

[270] L-infiq li-tonfqu (għall-karità) u l-wegħdiet li twiegħdu, Alla. tabilħaqq jaf bihom. il-ħżiena. ma għandhomx min jgħinhom

[271] Jekk turu l-għotjiet (ta' karità li tagħmlu) huwa tajjeb, iżda jekk taħbuhom u tagħtuhom. lill-foqra, dan ikun aħjar għalikom, u ( 4//a) jaħfrilkom uħud mill-għemejjel ħżiena tagħkom. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[272] Ma huwiex dmirek (Muħammad) li tqabbadhom it-triq it-tajba, iżda huwa Alla li jqabbad it-triq it-tajba lil-min irid Hu. Il-ġid li tonfqu (għal ħaddieħor jiswa) għalikom infuskom, u ma tonfquhx jekk mhux biex tfittxu Wiċċ Alla. Il-ġid li tonfqu (għal ħaddieħor) jintraddilkom, u ma tmorrux ħażin (ima ' Alla)

[273] (Il-karità. hija). għall-foqra. li huma mxekkla (u ma jistgħux isiefru) għal Alla, u li ma jistgħux iterrqu fl-art (biex isibu l-għajxien tagħhom). Min ma jafx, jaħsibhom għonja minħabba li joqogħdu lura milli jittallbu. (Zil dawn). tagħrafhom: mis-sinjal tagħhom: huma. ma jittallbux mingħand in-nies b'fittaġni. U l-ġid li tonfqu (għal ħaddieħor), Alla tabilħaqq jaf sew bih

[274] Dawk li jonfqu ġidhom (fil-karità), lejl u. nhar, bil- moħbi u bil-miftuħ, għandhom ħlashom għand Sidhom; u la'jkun hemm biża' fuqhom, u lanqas jitnikktu

[275] Dawk li jieklu l-imgħax, ma'jġumux (la f'din il-ħajja u lanqas fl-Oħra) jekk mhux bħal dak li messu x-Xitan u ġennu, Dan għaliex huma qalu: ''Il-bejgħ (u x-xiri) bħall- imgħax.' Iżda Alla ppermetta l-bejgħ ( 1 x-xiri), u pprojbixxa l-imgħax. Min jiġih it-twiddib minn Sidu (dwar. il-kruha ta' l-imgħax) u jieqaf, tiegħu (ikun il- qligħ) ta' qabel (li kien kiseb mill-imgħax), u minnu lil Alla (li jista' jaħfirlu jew jikkastigah). Iżda dawk li jerġgħu għalli kienu, dawk huma nies in-Nar, u fih (jgħammru) għal dejjem

[276] Alla jeqred l-imgħax u jkattar il-karitajiet. Alla ma jħobbx lil kulmin ma jemminx u (lil kulmin hu) ħati

[277] Tabilħaqq li dawk li jemmnu, jagħmlu għemejjel tajba, jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, għandhom ħlashom għand Sidhom, u ma hemm ebda biża' fuqhom u lanqas jitnikktu

[278] Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla u ċedu dak li baqa' (tieħdu) mill-imgħax, jekk tassew temmnu

[279] Jekk ma tagħmlux (dan), mela stennew gwerra minn Alla u mill-Mibgħut tiegħu. U jekk tindmu, tagħkom ikunu fluskom (li selliftu mingħajr imgħax, u b'hekk) la tagħmlu inġustizzja (għaliex tieħdu l-imgħax), u lanqas issir inġustizzja magħkom (u titilfir fluskom)

[280] Jekk (min issellef) ikun magħfus (u ma jkunx f'qagħda li jħallas malajr, agħtuh) iż-żmien sa ma jkun jista' (iħallas). U li taħfrulu dejnu, b'karità, ikun aħjar għalikom, li kieku kontu tafu

[281] Ibżgħu minn Jum (il-Qawmien) li fih terġgħu lura lejn Alla, Imbagħad kulħadd jitħallas ta' dak li għamel, u ma ssirx inġustizzja magħhom

[282] Intom li temmnu, meta tiddejnu' għal-xi żmien miftiehem, iktbuh. Ħa jikteb l-iskrivan (il-fżehim ta') bejnietkom bil-ħaqq. L-iskrivan ma għandux jirrifjuta li jikteb kif għallmu Alla. Mela ħalli jiktebt U dak li fuqu (jaqa') id-dmir (li jrodd is-self) għandu. jgħid. (lill- iskrivan) x'għandu jinkiteb. Ħalli jibża' minn Alla Sidu u ma jnaqqas xejn minnu. Jekk dak li fuqu (jaga') id-dmir (li jrodd is-self) ikun iblah jew dgħajjet, jew ma jkunx jista' jgħid huwa (sress) x'għandu jinkiteb, mela ħalli dak li jieħu ħsiebu jiddetta (x'għandu jinkiteb, minfloku), bil- ħaqq. Ġibu żewġ xhieda minn fost l-irġiel tagħkom, u jekk ma jkunux żewġt irġiel, mela (ġibu) raġel u żewġ nisa minn dawk li intom kuntenti bihom bħala xhieda, biex jekk waħda minnhom tinsa, waħda tfakkar lill-oħra. Meta jissejħu x-xhieda (biex jagħtu x-xhieda tagħhom), dawn ma għandhomx jgħidu le. Lanqas ma għandkom tiddejqu li tiktbuh (id-dejn), żgħir jew. kbir, saż-żmien stabbilit tiegħu. Dan (iż tiktbu l-fehim. tagħkom) huwa. aktar ġust quddiem Alla, huwa aqwa bħala xhieda, u l- aħjar mod biex ma tidħlux fid-dubju (dwar id-dejn u meta għandu jitħallas). Iżda jekk ikun Xi negozju ta' dak il-ħin stess, li tagħmlu bejnietkom, ma' jkollkom. ebda ħtija jekk ma tiktbahx. Ġibu x-xhieda kull meta tagħmlu xi negozju bejnietkom, u la l-iskrivan u lanqas ix-xhud ma għandu jbati ħsara. Jekk tagħmlu(/hom xi ħsara), dan ikun (ġej mill-) ħażen fikom. Ibżgħu minn Alla; Alla jgħallimkom. Alla jaf b'kollox

[283] Jekk tkunu f'safar u ma ssibux skrivan, (araw li għallinqas) taqbdu l-irħna (bħala garanzija, minflok il- kitba). Jekk. tafdaw. lil-xulxin (bla ma jkun. hemm bejnietkom la xhud, la kitba, u lanqas rahan), dak li jkun fdat għandu jrodd lura dak li kien fdat lilu, u għandu jibża' minn Alla Sidu. La taħbux ix-xhieda (vera). Min jaħbiha, qalbu tkun tabilħaqq midinba, Alla jaf b'kulma tagħmlu

[284] Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Sew jekk turu x'hemm fi qlubkom, u sew jekk taħbuh, tiegħu Alla għad jagħmel il-kontijiet magħkom. Huwa jaħfer lil min irid, u jikkastiga lil-min irid. Alla fuq kollox Setgħan

[285] Il-Mibgħut emmen f'dak li tniżżel lilu minn Sidu, u (hekk ukoll) dawk li jemmnu. Kollha emmnu f'Alla, fl- anġli tiegħu, fil-Kotba tiegħu, u fil-Mibgħutin tiegħu. (Huma jgħidu:) 'Ma nagħmlu distinzjoni bejn ħadd mill- Mibgħutin tiegħu.' U qalu: Smajna (is-sejħa tiegħek) u obdejna; (itolbu). il-maħfra tiegħek, Sidna, u lejk nerġgħu lura

[286] Alla ma jgħabbix lir-ruħ ħlief b'dak li tiflaħ. Tagħha huwa. (it-tajjeb). li kisbet, u kontriha jkun (il-ħażin) li għamlet. (/rolbu hekk:) Sidna, la teħodhiex magħna jekk ninsew jew nonqsul Sidna, la tgħabbiniex b'toqol bħalma. għabbejt lil dawk ta' qabilna. Sidna, la tgħabbiniex b'dak li: ma' nifilħux, Ħassrilna ħtijietna, aħfrilna u ħenn għalina. Inti l-Mulej tagħna; għinna u oħroġna rebbiħin fuq in-nies lima jemmnux

Ali Imran (Il-Familja ta' Imran)

Surah 3

[1] Alif Lam. Mim

[2] Alla ma hemmx alla ħliefu il-Ħaj, Dak li jżomm minnu nnifsu għal dejjem

[3] Huwa niżżel fuqek (Muħammad) il-Ktieb (il-Qoran) bis-sewwa, li jseddaq dawk (il-Korba li niżlu) qablu. U niżżel it-Tord u l-Evanġelju

[4] qabel, bħala tmexxija tajba għan-nies, u niżżel il-Qjies (li hu l-Qoran, li juri t-tajjeb u l-ħażin). Dawk li jiċħdu r- Rivelazzjoni ta' Alla għandhom kastig qalil. Alla Qawwi u jpattiha (lill-ħżiena b''kastig aħrax)

[5] Tabilħaqq li ma hemm xejn moħbi minn Alla, la fl-art u lanqas fis-sema

[6] Huwa li jsawwarkom fil-ġwief, kif irid. Ma hemmx alla ħliefu il-Felħan, l-Għaref

[7] Huwa li niżżel fuqek (Muħammad) il-Ktieb. Fih hemm versi li t-tifsir tagħhom huwa mill-aktar ċar huma Omm il-Ktieb. (Versi) oħra jista' jkollhom aktar minn tifsira waħda, Issa dawk li fi qlubhom hemm l-għawġ, (arahom) jimxu fuq dawk (il-versi) li jista' jkollhom aktar minn tifsira waħda, għaliex iridu (joħolqu) it-taħwid, u jridu (mingħalihom) ifissruhom. Ħadd ħlief Alla ma jaf it-tifsir (sħiħ) tagħhom. Dawk midħla sew ta' l-għerf jgħidu: ĊNemmnu fih fil-Krieb). Kollu fġej) mingħand Sidnaf' Iżda ħadd ma jżomm f'rasu (dan il-kliem) għajr dawk ta' dehen

[8] (Huma jgħidu:) ''Sidna, la tħallix. li-qlubna. jitilfu triqithom. wara li qabbadina t-triq it-tajba, u agħtina ħniena mingħandek. Inti. tabilħaqq tagħti: b'idejk miftuħin

[9] Sidna, inti tiġma' n-nies għal Jum li ma hemmx dubju dwaru.'' Alla tabilħaqq ma jiksirx il-wegħda

[10] Dawkeli-ma' jemmnux xejn ma jħarishom' ġidhom, u I lanqas uliedhom, minn Alla (u mill-kastig tiegħu). Dawk. l huma ħatab in-Nar

[11] Bħal (dak li ġara lil) nies il-Fargħun, u lil-dawk ta' qabilhom: Huma giddbu s-sinjali tagħna, u Alla ħadhom bi dnubiethom. Alla Qalil fil-kastig

[12] Għid (Muħammad) lil-dawk li- ma jemmnux: ''Se tingħelbu, u. tinġabru għall-Infern. Ta' għajb il-friex (tagħkom fin-Nar)

[13] Diġà kellkom sinjal (ta' dan) f'żewġ ġemgħat. li Itaqgħu (fit-taqbida ta' Badr): ġemgħa (ta' Misilmin) tqabdet għal Alla, u oħra (dik tal-pagani mit-tribi ta' Qurajx minn Mekka) li ma temminx. (Is-suldati paġani) raw b'għajnejhom stess li (l-arrrata Misilma) kienet id- doppju tagħhom. Alla jsaħħaħ bl-għajnuna tiegħu lil-min irid. F'dan. tabilħaqq hawn tagħlima għal dawk li għandhom għajnejn biex jaraw (u jifhmu)

[14] Iżżejnet lin-nies l-imħabba tax-xewat (imqanqla) min- nisa, l-ulied, il-qnatar fuq qnatar ta' deheb u fidda, iż- żwiemel immarkati (għaliex. tar-razza), il-frat u l- għelieqi. Din hija t-tgawdija (fiergħa) tal-ħajja ta' din id- dinja, Għand Alla l-aħjar wasla u ħlas (għaż-rajbin)

[15] (Għidilhom: Muħammad): ''Triduni ngħarrafkom b'dak li hu aħjar minn dawk (il-ħwejjeġ fiergħa) 7 Għal dawk li jibżgħu (inn Ala) għand Sidhom hemm Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. (Hemm ikollhom) nisa safjin u l-għaxqa minn Alla. Alla jara sew il-qaddejja (tiegħu)

[16] (Huma) dawk li: jgħidu: 'Sidna, aħna tabilħaqq nemmnu. Mela aħfrilna dnubietna u ħarisna mill-kastig tan-Nar

[17] (Huma) dawk li jistabru (fis-sewwa u fid-dnewwa), li jgħidu s-sewwa (u jagħmlu l-ġid); li joqogħdu (għal Alla) bil-qima, li jonfqu (fil-karità) u li jitolbu l-maħfra maż- żerniq

[18] Alla jixhed li tabilħaqq ma hemmx alla ħliefu, (u hekk ukoll jixhdu) l-anġli u dawk mogħnija bl-għerf. Huwa jimxi bil-ġustizzja. Ma hemmx alla ħliefu il-Qawwi, l- Għaref

[19] Id-din (tassew) għand Alla huwa l-Islam. Dawk (il- Lhud u l-Insara) li ngħataw il-Ktieb ma tlewmux jekk mhux wara li kien ġiehom l-għerf, minħabba l-inġustizzja kontra xulxin. Min jiċħad is-sinjali ta' Alla, (jeħtieġ jiftakar li) Allà tabilħaqq malajr jagħmel il-kontijiet

[20] Għalhekk. (Muħammad), jekk. (il-Lhud u l-Insara) iħaqquha miegħek. (dwar. l-Islam); għidilhom: ''Intlaqt f'idejn Alla, u anki dawk li jimxu warajja.' U għid lil dawk (il-Lhud u l-Insara) li ngħataw il-Ktieb u lil dawk (il-pagani) bla tagħlim: 'Jaqaw intlaqtu (intom ukoll) f'idejn Alla 7' Jekk isiru Misilmin, ikunu fit-triq it-tajba, u jekk jagħtu daharhom. (u ma jagħtux widen), dmirek ikun biss (Żi twasslilhom) it-taħbira. Alla jara sew lill- qaddejja (tiegħu)

[21] Tabilħaqq li (fil) dawk li jiċħdu s-sinjali ta' Alla, joqtlu l-Profeti mingħajr ħaqq, u joqtlu lil dawk fost in-nies li jamru l-ġustizzja, ħabbrilhom kastig ta' wġigħ (li ġej fuqhom)

[22] Huma dawk li l-għemejjel tagħhom f'din id-dinja u fl- Oħra sfaw fix-xejn, u ma għandhomx min jgħinhom

[23] Mela ma tajtx (x'ġara, Muħammad) lil dawk (il-Lhud) li ngħataw sehem mill-Ktieb 2 Huma kienu msejħa lejn il- Ktieb ta' Alla biex jagħmel ħaqq minnhom. imbagħad ġemgħa minnhom tat daharha (ma tatx widen) u warrbet (il-kelma ta' Alla)

[24] Dak għaliex huma qalu: ''Ma huwiex se jmissna n-Nar, ħlief għal xi jiem magħduda Dak li kienu jaqilgħu minn żniedhom qarraq bihom dwar ir-reliġjon tagħhom

[25] U kif (se jibqgħu) meta niġimgħuhom għal (dak il-) Jum li ma hemmx dubju dwaru (tal-Qawmien mill- imwiet, meta) kull ruħ titħallas ta' dak li kisbet, u ma ssirx inġustizzja magħhom

[26] Għid: 'O Alla, Sid is-saltna (u l-qawwa), Inti tagħti s- saltna lil min trid, u tneżża' mis-saltna lil-min trid. Inti tagħti ġieħ lil min trid, u tkasbar lil min trid. F'idek il- ġid. Inti tabilħaqq fuq kollox Setgħan

[27] Inti ddaħħal il-lejl fin-nhar, u ddaħħal in-nhar fil-lejl; toħroġ il-ħaj mill-mejjet, u toħroġ il-mejjet mill-ħaj. Inti tagħti l-ġid lil min trid, bla qjies

[28] Dawk li jemmnu ma għandhomx jieħdu b'alleati tagħhom lil dawk li ma jemmnux, minflok (ma jieħdu lil dawk bħalhom) li emmnu. Min jagħmel hekk, ma huwa f'xejn ma' Alla, ħlief biex titħarsu minnhom (jekk ikun hemm bżonn). Alla jwissikom biex tibżgħu minnu, Lura lejn Alla t-tmiem (ta' kull bniedem fl-Aħħar Jum)

[29] Għid (Muħammad): ''Sew jekk taħbu dak li għandkom fi qlubkom, u sew jekk turuh, Alla jaf bih, u jaf b'dak li hemm fis-smewwiet u b'dak li hemm fl-art. Alla fuq kollox Setgħan

[30] Fil-Jum meta kull ruħ issib quddiemha. t-tajjeb. li għamlet u l-ħażin li għamlet, hija tkun tixtieq li kieku bejnha u bejnu (il-ħażen tagħha) kien hemm bogħod bla tarf. Alla jwissikom biex minnu tibżgħu. Alla huwa Kollu Tjubija mal-qaddejja (tiegħu)

[31] Għid (Muħammad): ''Jekk tħobbu lil Alla, mela imxu warajja. Alla jħobbkom u jaħfrilkom dnubietkom. Alla Kollu Maħfra, Ħanin

[32] Għid (Muħammad): ''Obdu lil Alla u lill-Mibgħut (tiegħu)i' U jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen), Alla ma jħobbx lil dawk li ma jemmnux

[33] Alla. tabilħaqq għażel lil Adam, lil Noċ, lil nies Abraham' u lil-nies Għimran (missier Marija) fuq il- ħlejjaq (tiegħu kollha)

[34] (biex ikunu) in-nisel, wieħed mill-ieħor. Alla jisma' kollox u jaf b'kollox

[35] (Ftakar Muħammad) meta mart Għimran qalet: 'Sidi, jiena nwiegħdek dak li għandi fil-ġuf tiegħi, ħieles (u mogħti. għal kollox għalik). Mela ilqa' (dan) minni Tabilħaqq Inti tisma' kollox u taf b'kollox

[36] Meta wellditha (lil Marija), qalet (b'sogħba): 'Sidi, wellidt tifla ' Alla jaf aktar (minnha) b'dak li welldet, u r-raġel. ma: huwiex bħall-mara. (Jiena. tabilħaqq semmejtha. Marija, u tabilħaqq inqiegħed lilha u. lil nisilha taħt il-ħarsien tiegħek mix-Xitan il-misħut)

[37] Sidha laqagħha tajjeb (lil Marija), u ra li tikber sewwa. Huwa għaddieha għall-ħarsien ta' Żakkarija. Kull meta Żakkarija daħal għandha, f'kamritha tat-talb, kien isib li għandha kulma teħtieġ għall-għajxien (saħansitra frott barra żmienu). Qalfilha): Marija, minn fejn (jiġik) dan 7' Qalet: 'Huwa mingħand Alla. Alla jagħti l-ġid (tiegħu) lil min irid, bla qjies

[38] Hemm talab Żakkarija lil Sidu u qal: 'Sidi, agħtini mingħandek nisel tajjeb. Inti tabilħaqq tisma' t-talb

[39] U l-anġli sejħulu, waqt li kien wieqaf jitlob fil-kamra tat-talb: (u: qalulu): ''Alla jagħtik il-bxara t-tajba ta' Ġwanni, li (jiġi biex) iseddaq kelma minn Alla u (jkun) sid (fost niesu), kollu safa, Profeta, u wieħed mix-xirka tat-tajbin

[40] Qal (Żakkarija): ''Sidi, kif (jista') ikolli iben meta xjaħt, u marti ma jistax ikollha tfal 7 Qal: 'Hekk (iseħħ); Alla jagħmel dak li jridf

[41] Qal: ''Sidi, agħtini sinjal. ' Qal: ''Is-sinjal tiegħek ikun li ma tkellimx lin-nies għal tlett ijiem, ħlief bis-sinjali. U ftakar ħafna: f'Sidek, u sebbaħ (Żilu) filgħaxija u filgħodu

[42] U (ftakar Muħammad) meta l-anġli qalu: ''Marija, Alla tabilħaqq għażlek u saffiek; Huwa għażlek fuq in-nisa tal-ħolqien (kollu)

[43] UMarija, qim lil Sidek, u nxteħet fl-art (fit-talb), u mil ma' dawk li jmilul

[44] Dawk huma wħud mill-ġrajjiet tal-ħwejjeġ mistura li Aħna nnebbħulek (Muħammad, u ngħallmuk). Inti ma kontx magħhom: (ir-rabbini tal-Lhud) meta tefeħu l- pinen (tal-kitba biex itellgħu x-xorti sabiex jaraw) min minnhom jieħu ħsieb Marija, u ma kontx magħhom meta tlewmu (dwar dan)

[45] (Ftakar) meta l-anġli qalu: ''Marija, Alla tabilħaqq jagħtik il-bxara t-tajba ta' Kelma minnu: Ismu (jkwi) il- Messija Ġesii bin Marija, mogħti ġieħ f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u (jkun) minn dawk l-eqreb (/ejn Alla)

[46] Huwa jkellem lin-nies. mill-benniena (tiegħu), u (ikellimhom ukoll) meta jikber, u (jkun) mit-tajbin

[47] Qalet (Marija): ''Sidi, kif ikolli iben meta ebda bniedem ma messnit' Qalilha): 'Hekk (iseħħ): Alla joħloq dak li jrid. Meta jaqta' (fi għandha sseħħ) xi ħaġa, biżżejjed jgħidilha: 'Kunt' u tkun

[48] (Alla) jgħallmu. l-kitba, l-għerf, it-Tora u l- Evanġelju

[49] u (jaħtru) Mibgħut għal għand Ulied Israel (b'dan il- messaġġ): 'Jiena ġibtilkom sinjal minn Sidkom. Jiena noħolqilkom mit-tajn xbieha ta' tajra, nonfoħ fiha u tkun tajra. (ħajja), bir-rieda ta' Alla. Jiena nfejjaq lill-agħma mit-twelid u lill-imġiddem, u nqajjem. lill-mejtin, bir- rieda ta' Alla. Jiena nbassrilkom dak li tieklu u dak li tgeddsu fi djarkom. Tabilħaqq li f'dan (kollu) għandkom sinjal, li kieku kontu temmnu

[50] (Jiena ġejt) biex inseddaq dak li kien qabli, mit-Tora, u biex nippermettilkom xi ħwejjeġ li (qabel) kienu projbiti għalikom. U ġibtilkom sinjal minn Sidkom. Mela ibżgħu minn Alla, u obdunil

[51] Allatabilħaqq Sidi u Sidkom, mela qimuhl Din hija triq dritta

[52] U meta Ġest ħass fihom. (il-Lhud) iċ-ċaħda tat- twemmin, qal: ''Min (huma) dawk li jimxu warajja u jgħinuni (fil-ħidma) ta' Alla 7' Id-dixxipli (tiegħu) qalu: ċAħna dawk li nżommu ma' Alla. Aħna nemmnu f'Alla; u inti (Ġesi) ixhed li aħna Misilmin (għaliex intlaqna f'idejn Alla)

[53] Sidna, aħna nemmnu. f'dak li niżżilt (il-Kotba Mqaddsa), u nimxu wara l-Mibgħut. (tiegħek). Mela iktibna max-xhieda (li jixhdu għas-sewwa)

[54] U (dawk il-Lhud li m'emmmux) nassu (u ħadmu minn taħt biex joqtlu lil Ġesit), u Alla (ukoll) nassas. Alla huwa l-Aqwa fost dawk li jnassu

[55] (Ftakar, Muħammad) meta Alla qal: ''Ġesii, Jiena tabilħaqq se nieħdok lura (mid-dinja), nerfgħek lejja u nsaffik minn dawk li ma jemmnux. Jiena ngħolli lil dawk li mxew warajk fuq dawk li m'emmnux, sa Jum il- Qawmien. Imbagħad għandi terġgħu lura (kollha kemm intom), u nagħmel ħaqq minnkom fuq dak li kontu titlewmu dwaru

[56] U dawk li m'emmnux nikkastigahom b'kastig qalil f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u ma jkollhomx min jgħinhom

[57] Iżda dawk li emmnu, u għamlu għemejjel tajba, ( 4//a) jagħtihom: ħlasijiethom: kollha. Alla ma jħobbx lill- ħżiena

[58] (Muħammad): dan li qed naqrawlek. huwa mir- Rivelazzjoni (tagħna) u tifkira ta' għerf

[59] Tabilħaqq li Ġest, għal Alla, huwa bħal Adam: Huwa ħalqu minn trab, imbagħad qallu: 'Kunf' u kien

[60] (Muħammad, dan huwa) is-sewwa mingħand Sidek. Mela la tkunx minn dawk ta' bejn ħalltejni

[61] Min ħaqqaqha miegħek dwaru (dwar Ġesii), wara l- għarfien li ġiek, għid(i/hom): ''Ejjew insejħu lil uliedna u lil uliedkom, lin-nisa tagħna u lin-nisa tagħkom, lilna nfusna u lilkom infuskom, imbagħad nitolbu bil-ħerqa, u nsejħu s-saħta ta' Alla fuq il-giddibinf

[62] Dinhija l-ġrajja tabilħaqq (dwar Ġesii). Ma hemmx alla ħlief Alla, u Alla huwa tabilħaqq il-Qawwi, l-Għaret

[63] U jekk jagħtu daharhom (ir ma jagħtux widen), Alla jaf kollox dwar dawk li jagħmlu l-ħsara

[64] Għid (Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb (Lhud u Nsara), ejjew (naslu) għal kelma sewwa bejnna u bejnkom: li ma nqimux ħlief lil Alla, ma nxierku (miegħu) xejn, u ma neħdux sidien minn fostna, minflok. lil Alla'' Jekk (imbagħad) jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen), għidu: 'Ixhdu li aħna Misilmin (u (i ntlagna f'idejn Allaji)

[65] Ja Nies il-Ktieb, għaliex toqogħdu tħaqquha. dwar Abraham (u tgħidu li kien jimxi fuq ir-reliġjon tal-Lhud jew ta' l-Insara), meta la t-Torà u lanqas l-Evanġelju ma tniżżlu jekk mhux warajh 2 Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhmu)

[66] Ara, intom dawk li ħaqqaqtuha dwar dak li kellkom xi għarfien dwaru (jiġifieri dwar: Mosċ u Ġesir). Iżda għaliex tħaqquha dwar dak li ma għandkomx għarfien dwaru (jiġifieri dwar Abraham li għex mijiet ta' snin qabilkom) 7 Alla jaf, u intom ma tafuxt

[67] Abraham la kien Lhudi u lanqas Nisrani, iżda kellu t- twemmin safi (l-/s/am) u (kien) Mislem. Huwa ma kienx minn dawk li jxierku allat oħra ma' Alla

[68] Tabilħaqq li l-aktar li jistħoqqilhom. ikunu nies Abraham huma dawk li mxew warajh, dan il-Profeta (Muħammad), u dawk li jemmnu, Alla d-Difensur ta' dawk li jemmnu

[69] Ġemgħa minn Nies il-Ktieb tixtieq li kieku ttellifkom it-triq. (it-tajba). Iżda ma. ttellifx it-triq (it-tajba) jekk mhux lilha nnifisha, imma ma tintebaħx (B'dan)

[70] Ja Nies il-Ktieb, għaliex tiċħdu s-sinjali ta' Alla meta intom tixhdu għalihom (u tafis li huma s-sewwa) I

[71] Ja Nies il-Ktieb; għaliex tlibbsu s-sewwa (fi jinsab fil- Kotba tagħkom stess dwar il-Profeta Muħammad) bil-gideb, u taħbu s-sewwa, meta intom tafu

[72] Ġemgħa minn Nies il-Ktieb qalet: 'Emmnu. f'dak li tniżżel fuq dawk li jemmnu (il-Misilmin) fil-bidu tal-jum, u iċħdub' fl-aħħar tal-jum, forsi (bis-saħħa sa' dan il-pjan qarrieqi l-Misilmin) jerġgħu lura (mit-twemmin tagħhom)

[73] (Il-Lhud qalu wkoll bejniethom:) ''U la temmnu (lil ħadd), ħlief lil min jimxi fuq id-din tagħkom.' Għid ( Muħammad): it-tmexxija t-tajba (ma hijiex f'idejn il-Lhud iżda) hija t- tmexxija ta' Alla'' (Il-Lhud qalu:) 'Araw li-ma (iġrix li) ħaddieħor (mhux Lhudi) jingħata bħal dak li ngħata lilkom (il-profezija). jew li jħaqquha magħkom quddiem Alla.' Għid (Muħammad): ''lt-tjieba tabilħaqq tinsab f'idejn Alla, u jagħtiha lil min irid. Alla jesa' kollox. u jaf kollox

[74] Huwa jagħżel għall-ħniena tiegħu lil-min irid. Alla ta' tjieba bla tart

[75] Fost Nies il-Ktieb hemm min, jekk tafdah b'qantar, iroddhulek (mingħajr inkwiet), u hemm min. jekk tafdah b'dinar, ma jroddhulekx jekk ma tibqax (tagħfas) fuqu (biex iroddhulek), Dan għaliex huma jgħidu: 'M'aħniex marbutin bid-dmir lejn dawk bla tagħlim (jiġifieri l-pagani u kulmin ma huwiex Lhudi):' Huma qegħdin jgħidu gidba fuq Alla, u huma jafu (tajjeb x'qegħdin jagħmlu)

[76] Le (ma humiex qegħdin jgħidu s-sewwa), iżda dak li żamm kelmtu (ma' Alla u man-nies), u jibża' minn Alla (u ma jigdibx, u lanqas ma jżomm għalih dak li tqiegħed għandu għal-xi żmien, tajjeb ikun jaf li): Alla tabilħaqq iħobb lil dawk li jibżgħu (ninrme)

[77] Dawk lijbigħu r-rabta ta' Alla (li kienu ntrabtu biha) u l- ħalf tagħhom bi prezz irħis, dawk ma jkollhomx sehem fil- (Ħajja) l-Oħra, u la jkellimhom Alla, la jħares lejhom f'Jum il-Qawmien (b'għajn ta' ħniena), u lanqas ma jsaffihom (mid-dnub). Għalihom hemm kastig ta' wġigħ

[78] Tabilħaqq hemm ġemgħa minnhom: (il-Għid) li tgħawweġ il-Ktieb bi lsienha biex (dak li tħarref) taħsbuh (li huwa tassew) mill-Ktieb, iżda ma huwiex mill-Ktieb. Huma jgħidu li huwa mingħand Alla, iżda ma huwiex mingħand Alla, u qegħdin jaqilgħu gideb fuq Alla, u huma jafu (tajjeb x'qegħdin jagħmlu)

[79] Ma (jistax) ikun li bniedem, wara li Alla jkun tah il- Ktieb, l-għerf, u. l-profezija, jgħid. lin-nies: 'Kunu qaddejja tiegħi, minflok ta' Alla.' Iżda (kliemu għandu jkun): ''Kunu qaddejja ta' Alla għaliex intom tgħallmu l- Ktieb u tistudjawh

[80] Lanqas-ma jamrilkom (il-Profeta) tieħdu l-anġli u l- J Profeti. bħala s-sidien tagħkom. Jaqaw se jamrilkom tiċħdu t-twemmin wara li sirtu Misilmin

[81] U ftakar (Muħammad) meta Alla daħal f'rabta mal- Profeti ( 4 qal): ''Meta tajtkom Ktieb u għerf, imbagħad ġiekom: Mibgħut. (Muħammad) li: jseddaq dak. li għandkom, araw li temmnu fih u tgħinuhi' Huwa qal: Intom qbiltu (dwar dan), u ħadtu (figkom din) ir-rabta tiegħi 77 Qalu: 'Qbilnal' Qal(ilhom): 'Mela ixhdu, u Jiena, magħkom, fost dawk li jixhdul

[82] Min (minnhom); Wara dan, jagħti dahru fer jikser il- patt), dawk huma l-ħżiena

[83] Jaqaw (il-Lhud u l-Insara) ifittxu Xi din ieħor għajr id- din ta' Alla, meta kulma huwa fis-smewwiet u fl-art intelaq f'idejh, irid jew ma jridx, u lejh (għad) jerġgħu lura

[84] Għid (Muħammad): ''Aħna nemmnu f'Alla, f'dak li tniżżlilna, u f'dak li tniżżel lil Abraham, Ismagħel, Iżakk, Ġakobb, u. t-tribujiet, u (nemmmu) f'dak li ngħata lil Mosċ (it-Tora), lil Ġest: (l-Evanġelju) u lill-Profeti (l- oħra) minn Sidhom. Ma nagħżlu bejn ħadd minnhom, u aħna ntlaqna f'idejh, Misilmin

[85] Min ifittex din (ieħor) għajr (dak ta') l-Islam ma jkunx milqugħ minnu, u fl-Oħra (fil-ħajja l-Oħra) huwa jkun mit-telliefa

[86] Kif ikun li Alla jmexxi fit-triq it-tajba lil nies li jiċħdu twemminhom wara li kienu jemmnu, u xehdu li l- Mibgħut (Muħammad) kien tabilħaqq (Profeta ta' Alla), u kienu ġewhom (is-sinjali) ċari 2 Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

[87] Dawk ħlashom ikun li fuqhom (tinżel) is-saħta ta' Alla, ta' l-anġli, u tan-nies kollha

[88] Huma jibqgħu. fih (in-Nar) għal dejjem; il-kastig (tagħhom) ma jitħaffilhomx u lanqas jingħataw nifs biex jistrieħu mill-kastig

[89] ħlief dawk li nidmu, wara dan, u nbidlu għall-aħjar. Alla huwa tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin

[90] Tabilħaqq li dawk li ċaħdu twemminhom; wara li kienu jemmnu, imbagħad żdiedu fiċ-ċaħda tat-twemmin (tagħhom), l-indiema. tagħhom: (fis-siegħa tal-mewt tagħhom) ma tintlaqax (għaliex ma: hijiex ġejja minn qalbhom), u dawk huma l-mitlufin

[91] Tabilħaqq li dawk li m'emmnux, u mietu jiċħdu t- twemmin, ma jintlaqa' minn ħadd minnhom kemm tesa' l-art (kollha) deheb, (kieku jistgħu jagħmlu dan): biex jinfdew bih: ( 4 jeħilsu mill-kastig). Dawk għandhom kastig ta' wġigħ, u ma jsibux min jgħinhom

[92] M'intomx se tiksbu t-tjieba qabel ma tonfqu (għall- karità) minn dak li tħobbu. U kull ħaġa li tonfqu, Alla tabilħaqq jaf biha

[93] L-ikel kollu kien jiswa għal Ulied Israel, ħlief dak li Isracl (Ġakobb) għamlu ma jiswiex għalih innifsu, (is dan) qabel ma tniżżlet it-Tora (il-liġi ta' Mose). Għid(ilhom, Muħammad): ''Ġibu t-Torà u aqrawha, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[94] Min, wara dan, jaqla' l-gideb fuq Alla, dawk ikunu l- ħżiena

[95] Għid (Muħammad): ''Alla jgħid is-sewwa. Għalhekk imxu wara r-reliġjon ta' Abraham, bniedem ta' twemmin safi (li huwa l-Islam). Huwa ma kienx minn dawk li jxierku allat oħra ma' Alla

[96] Tabilħaqq li l-ewwel dar imqiegħda għan-nies. (biex iqimu lil Alla Wieħed) hija dik f'Bakka (jiġifieri Mekka, imkien) imbierek u tmexxija tajba għall-ġnus kollha

[97] Fiha hemm sinjali ċari, (fosthom) l-imkien fejn waqaf l Abraham (biex iqiegħed sisien id-dar). Min jidħol fiha jkun qawwi u sħiħ. Il-ħaġġ lejn id-dar huwa dmir il- bnedmin lejn Alla, għal (kul) min jista' jsib triq lejha. U min ma jemminx, tabilħaqq li Alla ma jeħtieġ lil ħadd fil- ħolqien

[98] Għid (Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb, għaliex tiċħdu s- sinjali ta' Alla, meta Alla (nnifsu) jixhed għal dak li tagħmlu

[99] Għid (ukoll. Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb, għaliex tfixklu mit-triq ta' Alla lil-dawk li jemmnu, u tridu tgħawġuha (bil-gideb tagħkom), meta (intom stess) tixhdu (li kulma ġie bih Muħammad: huwa s-sewwa) Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu

[100] Intomli temmnu, jekk tobdu minn ġemgħa minn dawk li ngħataw il-Ktieb, (taraw li) iġibukom ma temmnux, wara li sirtu temmnu

[101] U kif tiċħdu t-twemmin meta qegħdin jinqrawlkom il- versi ta' Alla, u fostkom hemm il-Mibgħut tiegħu 7 Min iżomm sħiħ f'Alla, ikun tmexxa fi triq dritta

[102] Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla bil-biża' li jixraq lilu, u la tmutux jekk mhux Misilmin

[103] U żommu sħiħ, ilkoll, mal-ħabel (jiġifieri r-rabta) ta' Alla u la tinfirdux. Ftakru fit-tjieba ta' Alla fuqkom: meta kontu għedewwa u ħabbeb qlubkom, u sirtu aħwa, bit- tjieba tiegħu, u (mera) kontu f'xifer ħofra tan-Nar (/i hu l- Infern) u ħeliskom minnha (bis-saħħa ta' l-Islam). Hekk Alla jurikom is-sinjali tiegħu biex forsi timxu fit-triq it- tajba

[104] Ħa jkun minnkom nazzjon li jsejjaħ għall-ġid, jamar it- tajjeb, u ma jħallix il-ħażenl Dawk huma r-rebbiħin (li jsalvaw)

[105] U la tkunux bħal dawk: li nfirdu u ma' qablux bejniethom wara li ġewhom is-sinjali ċ-ċari. Għal dawk hemm kastig mill-kbar

[106] fil-Jum (tal-Ġudizzju) meta jibjadu. wċuħ u. jiswiedu wċuħ. Dawk li wċuħhom jiswiedu (se jingħad lilhom): SJaqaw ċħadtu t-twemmin, wara li kontu emmintu 7 Mela duqu l-kastig talli m'emmintuxi

[107] Iżda dawk li wċuħhom jibjadu, (dawn ikunu) fil-ħniena ta' Alla. Huma jgħammru fiha (il-Ġenna) għal dejjem

[108] Dawk huma l-versi ta' Alla. Aħna naqrawhomlok (Muħammad) bis-sewwa. Alla ma jridx inġustizzja lill- ħlejjaq (fiegħu). I

[109] Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u l- kwistjonijiet kollha jitreġġgħu lura għand Alla (għad- deċiżjoni tiegħu)

[110] Intom (Zi temmnu) l-aħjar nazzjon li nħareġ għan-nies, (għaliex) tamru t-tajjeb u ma tħallux il-ħażin, u temmnu f'Alla. Li kieku Nies il-Ktieb jemmnu, ikun aħjar għalihom. (Hemm) minnhom li jemmnu, (iżda) l-aktar fosthom huma l-ħżiena

[111] Ma jagħmlulkomx ħsara, għajr għal xi weġgħa żgħira (bi. lsienhom. il-ħażin). U meta. jitqatlu. kontrikom, (arawhom) jagħtukom daharhom (maħrubin), imbagħad ma jkollhomx min jgħinhom

[112] (Dawn) jaqa' fuqhom it-tkasbir kull fejn jinstabu, ħlief (jekk iżommu) ma' ħabel minn Alla (u joqogħdu għalih), u ma' ħabel tan-nies (li jagħmlu t-tajjeb u jwarrbu mill- ħażen). Huma jiġbdu fuqhom għadab minn Alla, u fuqhom jaqa' l-għaks. Dan għaliex kienu jiċħdu s-sinjali ta' Alla u kienu joqtlu l-Profeti mingħajr ħaqq. Dan (jiġrilhom) talli m'obdewx (lil Alla) u kienu jagħmlu l- ħażen

[113] (Nies il-Ktieb) ma humiex (ilkoll) l-istess: fost Nies il- Ktieb hemm ġemgħa dritta, li taqra l-versi ta' Alla fil- ħinijiet tal-lejl, mixħuta fl-art (bil-qima)

[114] Huma jemmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum, jamru t-tajjeb u ma jħallux il-ħażin, u jgħaġġlu lejn l-għemejjel ta' ġid. Dawk huma fost it-tajbin

[115] Il-ġid li jagħmlu ma jiċċaħħdux minnu. Alla jaf tajjeb b'dawk li jibżgħu (minnu)

[116] Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux xejn ma jiswielhom ġidhom, u lanqas uliedhom, (biex iħarsu/kom) minn Alla (u mill-kastig tiegħu): Dawk huma sħab in-Nar, u fih huma (jgħammru) għal dejjem

[117] Dak li jonfqu f'din il-ħajja (hawn) fid-dinja jixbah lil riħ kiesaħ li jaħraq uċuħ ir-raba' ta' nies li naqsu lejhom infushom (b' dnubiehom) u jeqridhom. Mhux Alla li naqas lejhom, iżda huma naqsu lejhom infushom

[118] Intom'li temmnu, la tiħdux bi ħbieb tal-qalb lil xi nies li ma humiex minnkom; (dawk ra' wiċċ b'ieħor) ma jonqsux li jħassrukom. Huma jixtiequ t-telfien tagħkom. Il-mibegħda. (tagħhom lejkom) dehret minn ħalqhom, u dak. li jaħbu qlubhom huwa akbar (u agħar). Aħna wrejniekom biċ-ċar is-sinjali (tagħna), li kontu tifhmul

[119] Hawn intom, tħobbuhom (u ċixtigulhom il-ġid), u huma ma jħobbukomx, għalkemm temmnu fil-Ktieb kollu (fit- Tora u fl-Evanġelju; u fil-Kotba mqaddsa kollha). Meta jiltaqgħu magħkom jgħidu//kom): 'Nemmnu,' iżda meta jkunu waħidhom, (arahom). igiddmu. truf subgħajhom minħabba fl-għadab kbir (tagħhom) għalikom. Għidfilhom Muħammad): ''Mutu. fl-għadab: tagħkoml Alla tabilħaqq jaf b'kulma hemm fil-qlub

[120] Jekk imisskom xi ġid, (arahom ta' wiċċ. b'ieħor) jitnikktu, u jekk isibkom xi deni, (malajr) jifirħu bih. Iżda jekk tistabru u tibżgħu minn Alla, il-qerq tagħhom xejn ma jkun ta' ħsara għalikom. Tabilħaqq li Alla jaf sewwa u għandu taħt idejh dak li jagħmlu

[121] (Ftakar. Muħammad). meta għodu għodu 'ħallejt lil niesek biex tqassam lil dawk li emmnu fl-imkejjen tat- taqbid (fil-battalja ta' 'Uħud), u Alla jisma' kollox u jaf kollox

[122] Meta żewġ ġemgħat minnkom kienu għoddhom qatgħu jieshom (tr riedu jirtiraw mit-taqbidaj. Iżda Alla kien iħarishom. (u jgawwilhom qlubhom, hekk lima. baqgħux imbeżżgħin). F'idejn Alla għandhom iħallu dawk li jemmnu

[123] Alla kien diġà takom ir-rebħa (fit-taqbida) f'Badr meta kontu fqawwa) dgħajfa. Mela ibżgħu minn Alla biex forsi tiżżu ħajr

[124] (U ftakar, Muħammad) meta għedt lil-dawk li emmnu: UMeja ma. huwiex. biżżejjed għalikom. li Sidkom isaħħaħkom bi tlett elef anġlu mniżżlin (għalikom)

[125] Melal Jekk toqogħdu b'sabarkom u titħarsu mill-ħażen, anki jekk (l-għedewwa) jiġu (jaħbru għalikom) għal għarrieda (issa stess), il-Mulej tagħkom isaħħaħkom b'ħamest elef anġlu b'sinjal (fi: bik jingħarfir minn ħaddieħor)

[126] (L-għajnuna bl-anġli) Alla ma' għamilhiex jekk. mhux bħala bxara tajba għalikom, u biex qlubkom isibu s-serħan biha. Ma hemmx rebħa ħlief mingħand Alla, il-Qawwi, l- Għaref

[127] biex jeqred uħud minn dawk li ma jemmnux, jew (inkella) ikasbarhom (bit-telfien) u jmorru lura b'qalbhom maqtugħa tellifin (iningħajr ma jilħqu l-għan tagħhom)

[128] (Muħammad, din) Xejn ma hija ħaġa tiegħek (iżda ta' Alla biss, jiġifieri) jekk idurx lejhom bil-maħfra (jekk jemmmu), jew jikkastigahomx (jekk jidqgħu jwebbsu rashom), għaliex huma tabilħaqq ħżiena

[129] Ta' Alla huwa dak li jinsab fis-smewwiet u fl-art. Huwa jaħfer lil min irid u jikkastiga lil min irid. Alla huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin

[130] Intom li temmnu, la tiklux l-imgħax (u reħdih) id-doppju tad-doppju. U ibżgħu minn Alla, biex forsi tkunu rebbiħin (u ssalvaw)

[131] Ibżgħu min-Nar li tħejja għal dawk li ma jemmnux

[132] (Uobdu lil-Alla u lill-Mibgħut friegħu), biex forsi riksbu l- ħniena

[133] Għaġġlu lejn maħfta minn Sidkom u (/ejn) Ġenna li l- wisa' tagħha huwa (daqs) is-smewwiet u l-art, li tħejjiet għal dawk li jibżgħu minn Alla (i jobduh)

[134] lijonfqu (mill-ġid li tahom Alla), fil-hena u fil-hemm, li jrażżnu l-għadab (tagħhom), u li jagħdru lin-nies. Alla jħobb lil dawk li jagħmlu t-tajjeb

[135] (Il-Ġenna tħejjiet ukoll għal) dawk: li meta jagħmlu għemejjel faħxija, jew jonqsu lejhom infushom, jiftakru f'Alla u jitolbu maħfra għal dnubiethom, U min jaħfer id- dnubiet jekk mhux Alla 2 Huma ma jwebbsux rashom f'dak (il-ħażen) li għamlu, meta huma jafu (li Alla jaħfer id-dnubiet)

[136] Dawk ħlashom huwa maħfra minn Sidhom u Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Tassew sabiħ il-ħlas. għal dawk: li: jagħmlu (għemejjel tajbajt)

[137] Għaddew qabilkom (bosta) liġijiet u regoli ta' Alla. Terrqu fl-art u araw kif kien tmiem dawk li giddbu (it- twemmin)

[138] Dan (kollu huwa) tifsira lin-nies, tmexxija tajba u twissija lil dawk li jibżgħu minn Alla (is jobduh)

[139] La tiddgħajfux u lanqas titnikktu (minħabba t-telfa fit- taqbida ta' 'Uħud); intom (tkumu) l-ogħla (fuq l- għedewwa tagħkom), jekk tassew temmnu

[140] Jekk messitkom xi ġerħa (waqt it-taqbida ta' 'Uħud, kunu afu li) messet (ukoll) ġerħa bħalha lil dawk in-nies (paġani, bħalma ġara qabel fit-taqbida ta' Badr), Dawn il-jiem: (fit-tajjeb uw fil-ħażin) indawruhom bejn in-nies (kollha) biex. Alla jkun jaf b'dawk li jemmnu (għaliex jistabru fit-tiġrib), u jieħu minn fostkom martri (li jixhdu għas-sewwa). Alla ma jħobbx lill-ħżiena

[141] (Mhux biss; iżda dari isir) biex Alla jġarrab u jsaffi lil dawk li emmnu, u jxejjen lil dawk li ma jemmnux

[142] Jaqaw ħsibtu. li tidħlu l-Ġenna mingħajr ma Alla (iġarrabkom u) ikun jaf b'dawk minnkom li tqatlu għall- kawża tiegħu u b'dawk li kienu sħaħ fis-sabar

[143] Kontu tassew tixtiequ l-mewt qabel ma ltqajtu magħha (fit-taqbid). Issa rajtuha b' għajnejkom stessi

[144] Muħammad ma huwiex ħlief Mibgħut; (ħafna) Mibgħutin (oħra). għaddew qablu. Issa jekk imut jew jinqatel (x'se tagħmlu); terġgħu għalli kontu 2 Min jerġa' lura (għat-twemmin pagan. tiegħu), xejn ma huwa se jagħmel ħsara lil Alla. Alla se jħallas lil dawk li jiżżu ħajr

[145] Ebda ruħ ma tmut jekk mhux bir-rieda ta' Alla, fiż- żmien miktub (għaliha). Min irid il-ħlas ta' (din) id- dinja, nagħtuhulu mill-ħlas tagħha, u min irid il-ħlas ta' l- Oħra (tad-dinja l-Oħra), nagħtuhulu mill-ħlas tagħha, Aħna se nħallsu lil-dawk li jiżżu ħajr

[146] Kemm-il Profeta tqabad (għal Alla) u (tqabdu) miegħu għadd kbir min-nies ta' Allal Huma ma qatgħux qalbhom minħabba dak li għaddew minnu għal Alla, ma kinux dgħajfa (kontra l-għadu), u lanqas ċedew. Alla jħobb lil dawk sħaħ fis-sabar

[147] Kliemhom ma kienx għajr: 'Mulej tagħna, aħfrilna dnubietna u kull nuqqas tagħna lejn dmirna (meta morna kontra r-rieda. tiegħek), wettaq. riġlejna. (fit-taqbid), u oħroġna rebbiħin fuq dawk li ma jemmnux

[148] U Alla tahom il-ħlas ta' (din) id-dinja u l-aħjar ħlas ta' l-Oħra (tad-dinja l-Oħra). Alla jħobb lil dawk li jagħmlu t-tajjeb

[149] Intom li temmnu, jekk toqogħdu għal dawk li-ma' J jemmnux, huma jroddukom għalli kontu qabel (pagani). u terġgħu lura telliefa

[150] Iżda Alla huwa l-Mulej tagħkom (jekk toqogħdu għalih), u Huwa l-Aħjar fost dawk li jgħinu

[151] Se nitfgħu l-biża' fi qlub dawk li ma jemmnux, talli xierku allat ma' Alla mingħajr ma Huwa niżżel ebda prova (dwar dan l-għemil pagan). In-Nar ikun il-kenn tagħhom, u ta' għajb l-għamara tal-ħżiena

[152] Alla żamm kelmtu magħkom meta, bir-rieda tiegħu, kontu qegħdin teqirduhom (lill-għedewwa tagħkom), sa dak il-ħin li naqsitkom il-ħila, tlewwimtu dwar l-amar (li ngħatalkom), u m'obdejtux (l-amar tal-Profeta), wara li wriekom dak li tħobbu (ir-rebħ fit-taqbida). Hemm minnkom li jrid (din) id-dinja (bil-priża tal-gwerra li ġġib magħha), u hemm min irid (il-ħajja) l-Oħra (bil- ħlas tal-Ġenna). Imbagħad huwa. firidkom minnhom (tellifin) biex iġarrabkom. (Iżda issa) Huwa ħafrilkom. Alla Kollu Tjieba ma' dawk li jemmnu

[153] (Ftakru) meta tlajtu (fuq l-għolja, maħrubin) bla ma dortu (biex tħarsu) lejn ħadd, u l-Mibgħut (Muħammad) kien warajkom, jgħajtilkom (biex rerġgħu lura). Għalhekk ( 4ila) ħallaskom b'diqa fuq diqa (tat-relfa, minħabba x-xniegħa dwar. il-qril. tal-Profeta) biex (jgħallimkom) ma. titnikktux. minħabba (il-priża tal- gwerra) li tliftu u minħabba (it-relfa) li ġarrabtu. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[154] Imbagħad wara d-diqa (A/la) niżżel fuqkom sliem u nagħsa li ħakmet ġemgħa minnkom. Ġemgħa (oħra, minn ta' wiċċ b'ieħor) kienet mikduda biha nnifisha, u qagħdet taħseb fuq Alla dak li ma huwiex sewwa ħsieb (ġej) mill-injuranza. Huma qalu: 'Aħna għandna xi sehem f'din il-ħaġa 7' Għidfilhom Muħammad): ''Din hija ħaġa kollha kemm hi ta' Allaf' Huma jaħbu fihom infushom dak li ma jurukx. Huma jgħidu: ''Li kieku kien minna, ma konniex ninqatlu hawn.' Għid(i/lhom): '(Anki) kieku kontu fi djarkom, dawk li l-qtil kien miktub għalihom kienu (xorta waħda) joħorġu lejn l-imkejjen tal-qtil tagħhom:' (It-telf fit-taqbida seħħ) biex Alla jġarrab dak li hemm f'sidirkom, u jnaqqi dak li hemm fi qlubkom. Alla jaf b'kulma hemm fil-qlub

[155] Dawk minnkom li taw daharhom (u ma tawx widen) fil- jum meta ż-żewġ qtajja' (tal-Misilmin u. tal-pagani) iltaqgħu, kien ix-Xitan li waqqagħhom minħabba. xi (ħażen) li għamlu. (Iżda issa) Alla ħafrilhom. Tabilħaqq li Alla huwa Kollu Maħfra u Kollu Sabar mal-midinbin

[156] Intom'li temmnu, la tkunux bħal dawk li ma jemmnux u li jgħidu dwar ħuthom, meta jterrqu fl-art jew jitqabdu: 'Li kieku baqgħu magħna, ma kinux imutu u lanqas jinqatlu'' Dan (ikun) biex Alla jġib niket fi qlubhom. Huwa Alla (u ħadd ħliefu) li jagħti l-ħajja u l-mewt. Alla jara sew dak li tagħmlu

[157] U jekk tinqatlu (martri) għal Alla, jew tmutu, tassew li maħfra u ħniena minn Alla huma aħjar minn dak li jiġmgħu (u jgeddsu mill-ġid tad-dinja)

[158] U (sew) jekk tmutu (mewta naturali), jew tinqatlu (fit- taqbid), tabilħaqq lejn. Alla tinġabru (biex tieħdu ħlaskom)

[159] Kien bil-ħniena minn Alla li (inti. Muħammad) imxejt bil-ħlewwa magħhom (minkejja li dawn sħabek. marru kontra l-amar tiegħek). Li kieku kont iebes (u aħrax) u qalbek kiefra finagħhom), kienu jixterdu (u jitilqu) minn madwarek. Mela agħdirhom. itlob li jaqilgħu l-maħfra (ta' Alla), u kkonsultahom dwar il-kwistjoni (tat-tmexxija tal-komunità Misilma). Meta (imbagħad) tkun qtajt (x'se tagħmel), ħalli f'idejn Alla. Alla jħobb lil dawk. li jħallu f'idejh

[160] (Jekk Alla jagħtikom. ir-rebħa, mela ħadd ma jegħlibkomt Iżda jekk jitlaqkom, min hu dan li, warajh, jista' jrebbaħkom) F'idejn Alla għandhom iħallu dawk li jemmnu

[161] Profeta ma jieħu: qatt mill-priża tal-gwerra bil-qerql Min jieħu mill-priża tal-gwerra bil-qerq, arah ġej, f'Jum il-Qawmien, b'dak. li ħa' bil-qerq: Imbagħad kulħadd jitħallas ta' dak'li kiseb, u ma ssirx inġustizzja magħhom

[162] Jaqaw dak li jfittex li jogħġob lil Alla huwa bħal dak li ġibed fuqu l-għadab ta' Alla, u l-kenn tiegħu fl-Infern 2 (Dan ikun tassew) tmiem ta' għajb

[163] Huma: (jinsabu) fi gradi (differenti) quddiem. Alla, u Alla jara kulma jagħmlu

[164] Alla wera tjieba ma' dawk li jemmnu meta bagħat għandhom Mibgħut minn fosthom li jaqralhom il-versi tiegħu, isaffihom (minni dnubiethom. u mill-għemejjel ħżiena tagħhom), u jgħallimhom il-Ktieb u l-għerf. (Dan) minkejja li qabel kienu f'telfien mill-aktar ċar

[165] Meta ġie fuqkom għawġ. kbir (fit-telfa ta' 'Uħud, minkejja li) Kontu ġibtu (fuq il-pagani għawġ) id-doppju tiegħu (fil-relfa ta' Badr), intom għidtu: ''Dan (l-għawġ) minn fejn (inqala')I' Għidfilhom, Muħammad): 'Ħuwa (ġej) minnkom infuskom (għaliex ma smajtux minn Alla u mill-Profeta). Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan

[166] Dakli għaddejtu minnu dakinhar li ż-żewġ qtajja' ltaqgħu (fit-taqbida ta' 'Uħud) seħħ bir-rieda ta' Alla, u biex ikun jaf (min huma) dawk li jemmnu

[167] u biex ikun jaf (min huma) dawk li-wrew wiċċ b'ieħor li. meta ntqal: (ilhom): Ejjew, tqatlu għal Alla, jew (għallinqas). iddefendu. (lilkom. infuskom: u. lil nieskom),' huma qalu: 'Li kieku konna nafu li se jseħħ xi ġlied, konna niġu warajkom.' Dakinhar huma kienu eqreb lejn iċ-ċaħda tat-twemmin milli lejn it-twemmin; b'fommhom jgħidu dak li-ma huwiex fi qlubhom. Iżda Alla jaf sewwa b'dak li jaħbu

[168] (Dawn ta' wiċċ b'ieħor huma dawk) li, filwaqt li qagħdu (mistrieħa d-dar), qalu hekk dwar ħuthom (li marru jitqatlu għal Alla): ''Li kieku semgħu minna, ma kinux jinqatlu.' Għidfilhom Muħammad): ''Biegħdu l-mewt minnkom infuskom, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal

[169] La taħsibx-(Muħammad) li dawk li nqatlu għal Alla huma mejtin, imma ħajjin għand Sidhom, u għandhom l-għajxien tagħhom

[170] Huma ferħanin b'dak li Alla tahom mit-tjieba tiegħu (fil- Ġenna) u jifirhu bil-bxara li dawk (li jitqabdu għal Alla), li għadhom ma ġewx ħdejhom. (fil-hena tal-Ġenna), u (baqgħu) warajhom (fid-dinja), ma għandhom ebda biża' fuqhom (minn Jum. il-Qawmien) u. lanqas. (għandhom għalfejn). jitnikktu (li: se jħallu d-dinja, għaliex. hemm tistenniehom Ħajja bil-wisq aħjar)

[171] Huma jifirħu bil-bxara ta' grazzja minn Alla u. tjieba (kbira mingħandu), u li Alla ma jiellifx il-ħlas ta' dawk li jemmnu

[172] dawk li wieġbu (għas-sejħa) ta' Alla u tal-Mibgħut (fiegħu Muħammad), wara. li ndarbu. (fir-raqbid); għal: dawk minnhom li għamlu t-tajjeb u beżgħu minn Alla (i/ obdew/), hemm ħlas kbir

[173] Dawk li n-nies (ta' wiċċ b'ieħor) qalulhom: ''Tabilħaqq in-nies. (għedewwa: .tagħkom, il-pagani: 1a' Qurajx) inġemgħu kontrikom. Mela ibżgħu minnhom.' (Iżda dan il- kliem) żiedhom fit-twemmin u qalu: 'Alla biżżejjed għalinal Ħadd aħjar minnu ma jieħu ħsiebnal' I

[174] Huma reġgħu lura bi grazzja minn: Alla u tjieba (mingħandu), u ma messhom (ebda) deni. Huma fittxu li jogħġbu lil Alla, u Alla huwa ta' tjieba bla tarf

[175] Dak biss, ix-Xitan, li jbeżża' (/il dawk li jemmnu) bi sħabu. La tibżgħux minnhom, iżda minni ibżgħu, jekk tassew temmnut

[176] (Muħammad), la tħallix li dawk (ta' wiċċ b'ieħor, dawk). li jgħaġġlu (bi kliemhom: u b'għemilhom). biex jiċħdu t-twemmin, inikktuk. Ma huma se jagħmlu ebda ħsara lil-Alla. Alla jrid li ma jagħtihomx sehem fil-(ħajja) l-Oħra. Għalihom (hemm) kastig mill-kbar

[177] Tabilħaqq li dawk (ta' wiċċ b'ieħor) li jixtru ċ-ċaħda tat-twemmin. (bil-prezz tat-) twemmin ma huma se jagħmlu ebda ħsara lil Alla, iżda jkollhom kastig ta' wġigħ

[178] Dawk li-ma jemmnux ma għandhomx jaħsbu li huwa ta' ġid għalihom li qegħdin intawlulhom (ħajjifhom). Iżda qed intawlulhom (ħajjithom) biex jiżdiedu fil-ħtija. Tagħhom huwa kastig ta' tkasbir

[179] Alla ma huwiex se jħalli lil dawk li emmnu fil-qagħda li intom (issa), sa ma jifred il-ħażin mit-tajjeb. Alla ma kellux għalfejn jgħarrafkom il-ħwejjeġ mistura, iżda Alla jagħżel lil min irid mill-Mibgħutin tiegħu (u jgħarrafhom b'dak li hu mistur). Għalhekk emmnu f'Alla u fil- Mibgħutin tiegħu, u jekk temmnu u tibżgħu minn Alla (iż tobduh), ikollkom ħlas kbir

[180] (Hekk ukoll) dawk. li jixxaħħu b'li tahom Alla mit- tjieba tiegħu, ma għandhomx jaħsbu li (dan) huwa ta' ġid għalihom. Lel Huwa ħażin għalihom Dak li xxaħħu bih se jiddawwar ma' għonqhom f'Jum il-Qawmien. U ta' Alla huwa wirt is-smewwiet u l-art. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu. l

[181] Alla sema' kliem dawk (il-Lhud) li-qalu: SAlla fqir, u aħna għonjaf'' Se niktbu dak li qalu, u (niktbu wkoll 1 huma) qatlu l-Profeti, bla ħaqq. (Lil dawn) ngħidu(lhom): ''Duqu l-kastig tal-ħruql

[182] Dan (il-kastig: tal-ħruq. jingħatalkom) minħabba: (il- ħażen) li għamlu idejkom, Alla ma huwiex inġust mal- qaddejja (tiegħu)

[183] Huma dawk li qalu: ''Alla amrilna (u wissiena fit-Tora) biex ma nemmnux. lil xi Mibgħut qabel ma jġibilna. offerta li jikolha (u jaħraqha) in-nar (li jinżel mis-sema).' Għidfilhom Muħammad): ''Diġà ġewkom qabli (għadd ta'). Mibgħutin' bis-sinjali ċ-ċari, u b'dan li qegħdin tgħidu (dwar l-offerta). Mela għaliex qtiltuhom, jekk tabilħaqq qegħdin tgħidu s-sewwa

[184] Jekk igiddbuk (Muħammad, kun af li) Mibgħutin (oħra) qablek tgiddbu, (rninkejja) li kienu ġew bis-sinjali ċ-ċari, bil-Kotba ta' l-għerf, u bil-Ktieb li jdawwal (bħat-Tord u l-Evanġelju)

[185] Kull ruħ idduq il-mewt. F'Jum il-Qawmien biss tieħdu ħlaskom kollu. Min jinħeles min-Nar u jiddaħħal. fil- Ġenna, ikun (tassew) rebbieħ, (għaliex) il-ħajja fid-dinja (ma hija xejn) għajr tgawdija qarrieqa (u fiergħa)

[186] Tabilħaqq li għad tiġġarrbu f'ġidkom u fikom infuskom, u żgur li għad tisimgħu deni kbir minn dawk li ngħataw il-Ktieb qabilkom, u minn dawk li xierku (allat foloz ma' Alla). Iżda jekk tistabru u tibżgħu minn Alla, tabilħaqq li dan huwa sinjal ta' rieda qawwija

[187] (Ftakar; Muħammad) meta Alla daħal f'rabta ma' dawk li ngħataw il-Ktieb (u qalilhom): 'Araw li tfissruh biċ-ċar lin-nies, u la taħbuhxi' Iżda huma. tefgħuh wara daharhom, u bigħuh bi prezz irħis. Tassew ta' għajb dak it-telfien) li xtrawl

[188] La taħsibx (Muħammad) li dawk li jifirħu b'li għamlu (meta ħbew lin-nies it-tagħrif minn Alla fuqek), u jħobbu jkunu mfaħħra ta' dak li ma għamlux (u lanqas ħarsu s- sewwa) la taħsibhomx li ħelsu mill-kastig. Għalihom hemm kastig ta' wġigħ

[189] Ta' Alla (hija) is-saltna fuq is-smewwiet u l-art, u Alla fuq kollox Setgħan

[190] Tabilħaqq li fil-ħolqien tas-smewwiet u l-art, u fid-dħul wara xulxin tal-lejl u n-nhar, hemm sinjali għal dawk ta' dehen

[191] dawk li jfaħħru lil Alla weqfin, bil-qiegħda u (mimdudin) fuq ġenbejhom, u jaħsbu fit-tul dwar il-ħolqien tas- smewwiet u l-art ( 4 jgħidu): ''Sidna, Inti ma ħlaqtx dan (kollu) għalxejn, Sebħ lilekl Ħarisna mill-kastig tan-Nart

[192] Sidna, Inti lil dak li ddaħħal fin-Nar tiksih bl-għajb. Il- ħżiena ma għandhomx min jgħinhom

[193] Sidna, aħna smajna lil min isejjaħ lejn it-twemmin (ta' Muħammad, u jgħid): 'Emmnu fil-Mulej tagħkom, u aħna emminna, Sidna, aħfrilna dnubietna, ħassar minn fuqna ħtijietna, u ħudilna ħajjitna (mera nkun tajbin, biex ninġabru) mal-ġusti

[194] Sidna, agħtina dak li wegħedina permezz tal-Mibgħutin tiegħek, u la tkasbarniex f'Jum il-Qawmien. Inti, tabilħaqq, ma tiksirx il-wegħda (tiegħek)

[195] U Sidhom. laqa' t-talba tagħhom (i: weġibhom): Tabilhaqq. li Jiena ma nġibx fix-xejn ix-xogħol ta' ħadd minnkom; sew. jekk raġel, u sew jekk mara. Intom. (ġejjin) minn xulxin (ir-raġel mill-mara, u l-mara mir- raġel, u ħlaskom l-istess). Għalhekk dawk. li emigraw (minħabba. r-reliġjon. tagħhom), li. tkeċċew minn djarhom, li batew ħsara minħabba fija, u tqatlu u nqatlu tassew li se nħassar ħtijiethom, u ndaħħalhom f'Ġonna. bix-xmajjar jiġru taħthom, bħala ħlas mingħand Alla, għaliex Alla għandu l-aħjar ħlas

[196] La tħallix iqarraq bik (Muħammad, u b'kulmin jimxi warajk) il-ġid u s-setgħa li dawk li m'emmnux igawdu fil-pajjiżi

[197] (F'dan għandhom. biss) tgawdija żgħira (għaliex) imbagħad il-kenn tagħhom ikun l-Infern. Ta' għajb il- friex (tagħhom fin-Nar)

[198] Iżda dawk li beżgħu minn Sidhom għandhom Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u. fihom jgħammru: għal dejjem. Huma għotja mingħand Alla. U dak li hu għand Alla huwa aħjar għall-ġusti

[199] Tabilħaqq li fost Nies il-Ktieb (il-Lhud u l-Insara) hemm min jemmen f'Alla u f'dak. li tniżżlilkom (il- Qoran); u f'dak li tniżżlilhom (it-Tora u l-Evanġelju; nies) umli quddiem Alla, u:ma jbigħux ir-Rivelazzjoni ta' Alla bi: prezz irħis, Dawk għandhom ħlashom għand Sidhom. Tabilħaqq li Alla malajr jagħmel il-kontijiet

[200] (Intom li temmnu, stabru, fittxu li tgħaddu ffill- għedewwa tagħkom). fis-sabar, żommu sħiħ fl-imkejjen tat-taqbid ma' l-għadu, u ibżgħu minn Alla, biex forsi tkunu rebbiħin

In-Nisa

Surah 4

[1] Ja nies, ibżgħu minn Sidkom li ħalaqkom minn bniedem wieħed, u minnu ħalaq seħbitu. Minnhom it-tnejn xerred ħafna rġiel u nisa. Ibżgħu minn Alla li f'ismu titolbu dak li tixtiequ mingħand xulxin, u la tonqsux lejn qrabatkom. Alla tabilħaqq iħariskom (u jgħasses fuqkon)

[2] Agħtu lill-iltiema ġidhom (mera jikbru) u la tbiddlux il- ħażin (u dak li hu projbit għalikom, jiġifieri ġidhom) mat- tajjeb (jiġifieri ġidkom). La tiklux ġidhom (Ġilli għalltuh) ma' ġidkom. (Dan) huwa tabilħaqq dnub kbirl

[3] U jekk tibżgħu li ma timxux bil-ħaqq mat-tfajliet iltiema, mela żżewġu n-nisa: (l-oħrajn) li tridu, tnejn, tlieta, (jew) erbgħa. U jekk tibżgħu li ma timxux bil-ħaqq (magħhom kollha), mela żżewġu. waħda (biss), jew dawk (in-nisa lsiera). li-għandkom fil-leminija tagħkom. Dan huwa aħjar biex ma tonqsux (lejn in-nisa tagħkom)

[4] Agħtu lin-nisa (tagħkom) id-dota tagħhom bħala għotja (mill-qalb). Iżda jekk, minn rajhom, iroddulkom xi ħaġa minnha, intom tistgħu teħduha u tithennew biha

[5] La tagħtux lil dawk ta' moħħhom ħafif il-ġid (tagħhom miżmum għandkom, u li huwa wkoll) tagħkom, li Alla ħejja għalikom biex tgħixu bih, iżda għajxuhom u libbsuhom minnu, u għidulhom kliem xieraq

[6] Għarblu lill-iltiema (biex taraw l-għaqal tagħhom) u meta jilħqu l-età taż-żwieġ, jekk issibu l-għaqal fihom, mela roddulhom: ġidhom (bla dewmien). La tiklux (ġidhom) fil- ħela u bl-għaġla, qabel ma jikbru ( 4 jkun jistħoqqilhom ġidhom). Min (fost dawk li jrabbu l-iltiema) ikun għani, għandu jżomm lura fmi/fi jieħu minn ġidhom), u min ikun fqir, jista' jieħu bil-ħaqqi Meta (imbagħad) tagħtuhom ġidhom, araw li ġġibu x-xhieda għalihom. Alla: huwa biżżejjed biex jagħmel il-kontijiet

[7] L-irġiel għandhom sehemhom minn dak li jħallu l- ġenituri u l-qraba (tagħhom), u. (hekk ukoll) in-nisa għandhom sehemhom minn dak li jħallu l-ġenituri u l- qraba, sew jekk ftit, sew jekk ħafna sehem iffissat (skond il-liġi ta' Alla)

[8] (U jekk il-qraba fl-oħra lima jistħoqqilhomx sehem mill-wirt), l-iltiema u. l-foqra jkunu preżenti għall-qsim (tal-wirt), mela agħtuhom minnu, u għidulhom. kliem xieraq

[9] Ħalli jibżgħu dawk (li jkunu qed jaqsmu xi wirt, jew min irabbi u jieħu ħsieb l-iltiema, bħalma) kienu jibżgħu kieku ħallew warajhom ulied dgħajfal Mela ħalli jibżgħu minn Alla, u ħalli jgħidu kliem sewwal

[10] Tabilħaqq li dawk li jieklu ġid l-iltiema mingħajr ħaqq, ma jkunux jieklu ħlief Nar ġewwa żaqqhom. Huma se jinxtwew f'ħuġġieġal

[11] Alla jamrilkom. (b'darr li ġej) fuq (il-wirt li jmiss lil) uliedkom: l-iben ikollu daqs is-sehem taż-żewġt ibniet, u jekk (il-werrieta) ikunu nisa (biss, tnejn jew) aktar minn tnejn, (dawn) imisshom żewġ terzi minn dak li ħalla (il- missier jew l-omm). Jekk (il-werrieta) tkun mara waħda, din imissha n-nofs. Kull wieħed mill-ġenituri (tal-mejjet) imissu wieħed minn sitta ta' dak li jkun ħalla, jekk dan ikollu tfal. Jekk ma jkollux tfal, u l-ġenituri tiegħu jirtuh, ommu tieħu terz (u missieru jieħu żewġ terzi). Jekk (il- mejjet) ikollu aħwa, għal ommu (hemm) wieħed minn sitta (u l-bqija jieħdu l-missier). (Qsim il-wirt isir) warali (jitħallas): xi legat li l-mejjet ikun ordna, jew xi dejn. Intom ma tafux min minnhom, il-ġenituri tagħkom jew uliedkom, huma l-aktar ta' fejda għalikom. (Dawn huma ishma fissi u huma) amar minn Alla. Alla tabilħaqq jaf kollox u Għaref

[12] (Hemm) għalikom (l-irġiel) nofs dak li jħallu n-nisa tagħkom, jekk ma jkollhomx tfal (minnkom jew minn ħaddieħor). Jekk ikollhom tfal, intom imisskom il-kwart ta' dak li jħallu, wara li (jitħallas) xi legat li huma jkunu ordnaw (li għandu jitħallas); jew xi dejn. Għalihom (għan-nisa tagħkom waħda jew aktar hemm) kwart ta' dak li tħallu, jekk ma jkollkomx tfal. Jekk ikollkom tfal (minnhom, jew minn nisa oħra), ikun imisshom wieħed minn tmienja ta' dak li tħallu, wara li (jirħal/as) xi legat li tkunu ordnajtu. (li għandu jirħallas), jew xi dejn. Jekk (imbagħad) raġel jew mara ma jkollux werrieta mill- qrib (missier jew iben), iżda jkollu lil ħuh jew lil-oħtu (mill-istess omm, iżda minn missirijiet differenti), għal kull wieħed minnhom it-tnejn (hemm) wieħed minn sitta. Jekk (l-aħwa mill-istess omm) ikunu aktar minn hekk, huma jkunu sħab (indaqs, subien u bnier) fit-terz, wara li (jitħallas) xi legat (li: l-mejjet ikun ordna li għandu jitħallas), jew xi dejn, mingħajr telf' (lil ħadd mill- werrieta jew persuni oħra). (Dan huwa) amar minn Alla. Alla jaf kollox; Kollu Sabar mal-midinbin

[13] Dawk huma d-digrieti ta' Alla. Min joqgħod għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, ( 4//a) idaħħlu f'Ġonna bix- xinajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija r-rebħa l-kbira

[14] Iżda min ma jobdix lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u jikser id-digrieti tiegħu, (A//a) idaħħlu f'Nar li fih jgħammar għal dejjem, u jkollu kastig ta' tkasbir

[15] Dawk fost in-nisa tagħkom li jagħtuha għall-għemejjel faħxija, ġibu kontrihom erba' xhieda (irġiel Misilmin) minn fostkom. Jekk (dawn) jixhdu (li n-nisa huma ħatja), żommuhom. fid-djar sa ma l-mewt teħodhom, jew (inkella) Alla jsib triq (oħra għalihom). J

[16] Dawk it-tnejn (żewġt irġiel jew raġel u mara) fostkom li jagħtuha (għall-għemejjel faħxija), ikkastigawhom it- inejn. li huma. Jekk. (imbagħad) jindmu u jsewwu. l- imġiba tagħhom, ħalluhom. Alla tabilħaqq idur Kollu Maħfra, il-Ħanin

[17] Alla jilqa' l-indiema ta' dawk li jagħmlu l-ħażen b'injuranza u bi bluha, imbagħad malajr jindmu minnu. Lejn dawk Alla jdur bil-maħfra. Alla jaf kollox u Għaref

[18] Ma hijiex indiema ta' dawk li (jibqgħu) jagħmlu l- għemejjel ħżiena sa ma' tasal il-mewt fuq xi ħadd minnhom u (imbagħad) jgħid: ''Issa ndimti' U lanqas (ma hija ndiema) ta' dawk. li jmutu (u jibqgħu) ma jemmnux, Għal dawk ħejjejna kastig ta' wġigħ

[19] Intom li temmnu, ma jiswiex li tirtu n-nisa kontra r- rieda tagħhom. Lanqas ma għandkom tkidduhom (jew iżżommuhom milli jiżżewġu) biex teħdulhom xi ħaġa li tajtuhom. (bħala dota), ħlief jekk jagħmlu. għemejjel faħxija bil-miftuħ. Għixu magħhom bit-tjieba, (għaliex anki) jekk tobogħduhom, jista' jkun li tobogħdu xi ħaġa li Alla qiegħed fiha ġid kbir

[20] Jekk tkunu tridu tibdlu mara ma' mara (oħra) minflokha (biex tiżżewġuha), u kontu tajtu lill-(ewweż) waħda minnhom qantar (deheb: bħala dota), la tieħdu (lura) minnu xejni Jaqaw tridu teħduh b'qerq u bi ħtija (fi ssir) fil-beraħ

[21] U kif'teħduh (/ura) meta kellkom x'taqsmu ma' xulxin, u (in-nisa tagħkom) ħadu mingħandkom wegħda soda (dwar l-għaqda tagħkom fiż-żwieġ magħhom)

[22] La tiżżewġux in-nisa li żżewġu missirijietkom, ħlief dak li seħħ fl-imgħoddi. Dan tabilħaqq Kien għemil faħxi u mibgħud, u mġiba ħażina

[23] Ma jiswewx għalikom (għaż-żwieġ) ommijietkom, il- bniet tagħkom, ħutkom il-bniet, zijietkom min-naħa tal- missier u ta' l-omm, il-bniet ta' ħukom, il-bniet ta' oħtkom, ommijietkom li reddgħukom, ħutkom il-bniet mill-irdigħ, ommijiet in-nisa tagħkom, il-bniet li huma taħt il-ħarsien tagħkom. min-nisa li kellkom. x'taqsmu magħhom iżda jekk ma kellkomx x'taqsmu magħhom, ma hemm xejn ħażin li tiżżewġu l-bniet tagħhom in- nisa ta' wliedkom li huma minn nisilkom, u (lanqas tistgħu) tiżżewġu żewġt aħwa bniet (fl-istess ħin), ħlief dak li diġà seħħ fl-imgħoddi. Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin

[24] U nenisa miżżewġa (ukoll ma. tistgħux: tiżżewġuhom) ħlief dawk (l-ilsiera) li għandkom fil-leminija tagħkom. Dan hu l-Ktieb (u d-digriet) ta' Alla għalikom. Jiswa għalikom (iż-żwieġ man-nisa) li ma humiex minn dawn (in-nisa projbiti li ssemmew), biex tfittxuhom bil-ġid (tad-dota) tagħkom, għaż-żwieġ u mhux għaż-żina. U ta' l-hena li tieħdu mingħandhom, araw li tagħtuhom il-ħlas (tad-dota), li hu dmir (tagħkom); Ma jkollkom ebda ħtija ta' dak li tiftiehmu bejnietkom wara li d-dota (rkumu ftehimtu fuqha). Alla tabilħaqq jaf kollox, u Għaref

[25] Min (minnkoni) ma jkollux biex jiżżewweġ nisa ħielsa li jemmnu, (ikun jista' jiżżewweġ) dawk. it-tfajliet (ilsiera) li jemmnu, li għandkom fil-leminija tagħkom. Alla jaf sew bi twemminkom. Intom (ġejjin) minn xulxin, għalhekk iżżewġuhom bir-rieda ta' nieshom, u agħtuhom il-ħlas (fad-dota) tagħhom, kif jixraq, (għaliex huma nisa li) jgħożżu s-safa, mar humiex mogħtija għaż-żina u lanqas ma għandhom maħbubin (oħra): Jekk. meta jiżżewġu jagħmlu għemil faħxi, għalihom hemm nofs il- kastig li jmiss lin-nisa ħielsa. Din (ħija l-liġi) għal min, fostkom, jibża' mid-dnub. Ikun aħjar għalikom li toqogħdu b'sabarkom (u ma tiżżewġux nisa lsiera). Alla Kollu Maħfra u Ħanin

[26] Alla jrid jurikom biċ-ċar u jmexxikom sewwa fit-toroq ta' dawk li (għaddew) qabilkom, u jdur lejkom bil- maħfra. Alla jaf kollox u Għaref

[27] Alla jrid idur lejkom bil-maħfra, iżda dawk li jimxu wara x-xewqat (ħżiena) jixtiqukom. titbiegħdu ħafna (minnu u taqbdu t-triq il-ħażina)

[28] Alla jrid iħaffilkom (it-roqol tagħkom b'liġijiet ħfief), għaliex il-bniedem inħalaq dgħajjef

[29] Intom li temmnu, la tiklux ġidkom bejnietkom bil-qerq (u araw li: ma tiksbux il-ġid) ħlief meta jkun hemm (bejnietkom) kummerċ li taqblu dwaru. La toqtlux lilkom infuskom (u lil-xulxin)i Alla tabilħaqq huwa (dejjem) ) Ħanin magħkom

[30] Min jagħmel hekk b'aggressjoni u b'inġustizzja, se naħarquh fin-Nar. Dan għal Alla huwa ħafif (li jsir)

[31] Jekk iżżommu 'l bogħod mill-akbar dnubiet li ma għandkomx tagħmlu, Aħna nsaffukom minn ħtijietkom u ndaħħlukom f'daħla ta' ġieħ

[32] U la tixxennqux għal dak li Alla ta lil uħud minnkom iżjed minn ħaddieħor, L-irġiel imisshom sehem minn dak li kisbu, u n-nisa jmisshom sehem minn dak li kisbu. Itolbu lil Alla (jagħtikom) mit-tjieba tiegħu. (minflok tgħiru għal xulxin). Alla tabilħaqq jaf b'kollox

[33] U għal kulħadd għamilna werrieta ta' dak li jħallu l- ġenituri u l-qraba. U agħtu sehemhom (mill-wirt) lil dawk li l-leminija tagħkom daħlet f'rabta magħhom. Alla tabilħaqq Xhud ta' kollox

[34] L-irġiel jieħdu ħsieb lin-nisa minħabba li Alla lil dawn (l-irġiel) tahom aktar (qawwa fil-ġisem u ħsieb għaqli 'l bogħod. mill-emozzjoni). mill-oħrajn. (min-nisa), u minħabba dak li jonfqu minn ġidhom. Għalhekk in-nisa t-twajba. jobdu (lil żwieġhom) u, fin-nuqqas. (ta' żwieġhom), iħarsu dak li Alla jrid li jitħares (il-pudur, darhom u ġidhom). Dawk in-nisa li tibżgħu mill-imġiba ħażina tagħhom, (l-ewwel) wissuhom, (imbagħad jekk ma jisimgħux) itilquhom. waħidhom. fis-sodod u. (fl- aħħarneti, jekk ma jisimgħux) idorbuhom fħafif u b'mod. simboliku, jekk dan isolvi l-problema). Jekk joqogħdu għalikom, tfittxux li (rkomplu) teħduha kontrihom. Alla tabilħaqq huwa Għoli u Kbir

[35] U jekk tibżgħu li jkun hemm tilwim u firda bejniethom (bejn ir-raġel u martu), mela ibagħtu għal arbitru minn niesu u arbitru minn niesha, Jekk (l-arbirri, jew il-koppja, ikunu) iridu jsewwu, Alla jġib l-għaqda bejniethom it- tnejn. Alla jaf kollox (dwar dawr il-ħwejjeġ) u jaf sewwa (bihom)

[36] Qimu lil Alla, u la xxierku xejn miegħu, u ġibu rwieħkom tajjeb mal-ġenituri u mal-qraba, ma' l-iltiema, mal-foqra, mal-ġar qarib. (tagħkom) u mal-ġar barrani (għalikom), ma' seħibkom qrib tagħkom, ma' min iterraq, u ma' dawk (l-ilsiera) li għandkom fil-leminija tagħkom. Alla tabilħaqq ma jħobbx lill-imkabbar jew lill- faħħari

[37] (Alla lanqas ma jħobb) lil dawk li jixxaħħu, u jamru lin-nies ikunu xħaħ (huma wkoll) u jaħbu dak li tahom Alla mit-tjieba tiegħu. Għal dawk li ma jemmnux ħejjejna kastig ta' tkasbir

[38] (Lanqas ma jħobb) lil dawk (ta' wiċċ b'ieħor) li jonfqu ġidhom għal għajnejn in-nies, u ma jemmnux f'Alla u lanqas fl-Aħħar Jum. Dak li x-Xitan huwa s-sieħeb (tiegħu, ma jistax ikollu) sieħeb agħar minnu

[39] X'kienu se jitilfu li kieku emmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum, u nefqu (fil-ġid) minn dak li tahom Alla. Alla jaf kollox dwarhom

[40] Alla ma jonqos (lejn ħadd, lanqas) bit-toqol ta' farka: U jekk ikun (sar) xi ġid, (arah) ikattru għal ħafna drabi, u jagħti mingħandu ħlas kbir

[41] U kif (ikunu l-ħżiena, u x'se jiġri minnhom f'Jum il- Qawmien) meta nġibu xhud minn kull ġens, u nġibuk (Muħammad) xhud kontra dawn (in-nies)

[42] Dakinhar (tal-Ġudizzju) dawk li ma jemmnux u ma jobdux lill-Mibgħut (Muħammad) ikunu jixtiequ li kieku l-art titwaħħad magħhom (u jindifinu fiha), iżda xejn ma (jkunu jistgħu) jaħbu mihn Alla

[43] Intom li temmnu, la toqorbux lejn it-talb meta intom fis-sakra, sa ma (tgħaddilkom is-sakra) u tkunu tafu x'qegħdin tgħidu, u lanqas meta. tkunu mniġġsin (minħabba relazzjoni sesswali jew minħabba tnixxija ta' sperma), ħlief meta tkunu qegħdin itterrqu (u tgħaddu mill-moskea), sa ma tinħaslu. Jekk tkunu morda (u l-ħasil bl-ilma ma jagħmililkomx tajjeb), jew f'safar, jew xi ħadd minnkom ġie lura mill-ħtiġijiet naturali tiegħu, jew missejtu n-nisa (sesswalment) u ma ssibux ilma, mela fittxu (ssaffiu) b'ramel (jew trab) safi u imsħu bih l-uċuħ tagħkom u idejkom. Alla tabilħaqq iħassar id-dnubiet u Kollu Maħfra

[44] Mela ma rajtx (Muħammad) lil dawk li ngħataw sehem mill-Ktieb (it-Tora) 2. (Arahom, il-qassisin tal-Lhud) jixtru t-telfien, u jixtiequ li intom (il-Misilmin) toħorġu mit-triq (it-tajba)

[45] Iżda Alla jaf l-aktar bl-għedewwa tagħkom: Alla huwa biżżejjed (għalikom): biex iħariskom, u Alla huwa biżżejjed (għalikom) biex jgħinkom

[46] Uħud mil-Lhud jgħawġu l-kliem (tat-Tora u jaqilgħuh) minn postu u jgħidu: ''Smajna (Muħammad, dak li għed), iżda ma nobduxt' (U jgħidu) ''Isma' (dak li qed ngħidulek), bla ma tisma' (għax nixtiquk tittarrax):' (Jgħidu wkoll kliem imħawwad bħal) ''Ragħinat' (li taħsbu jfisser. 'ħu ħsiebna'', iżda għalihom għandu tifsira ħażina), b'tagħwiġ fi Isienhom, u b'żebliħ għar- reliġjon. U li kieku qalu: 'Smajna u obdejna,' u 'Isma' u ħares lejna,' kien ikun aħjar għalihom, u aktar xieraq. Iżda Alla seħethom tan-nuqqas ta' twemmin tagħhom, u ftit huma (dawk fosthom) li jemmnu

[47] Intom (il-Lhud) li ngħatajtu l-Ktieb, emmnu f'dak li niżżilna. (il-Qoran). li jseddaq dak li diġà għandkom, qabel ma nħassru xi wċuħ u naqilbuhom ta' wara quddiem (biex ma jingħarfux), jew nisħtuhom bħalma sħetna lil dawk li kisru s-Sibt (u ħadu l-għamla ta' xadini). L-amar ta' Alla jrid iseħħl

[48] Alla tabilħaqq ma jaħfirx li jixxierek (ma' ħaddieħor), iżda jaħfer dak li huwa anqas minn hekk, lil-min irid Hu. Miniixierek ma' Alla, ikun għamel dnub mill-kbar

[49] Mela marrajtx dawk (il-Lhud) li jgħidu li huma safjin (ia jiftaħru li huma wlied Allaj) Lel Huwa Alla li jsaffi lil min irid, u ma jmorru minn taħt lanqas b'ħarira

[50] Ara (Muħammad) kif jaqilgħu l-gideb dwar Alla (u jgħidu li huma l-ulied għeżież tiegħujl Dan. huwa biżżejjed (biex jitqisilhom bħala) dnub mill-aktar ċar

[51] Mela ma rajtx dawk (il-Lhud) li ngħataw sehem mill- Ktieb (it-Tora) 2 (Madanakollu) huma jemmnu fl-idoli u fl-allat foloz; u lil dawk (il-pagani ta' Mekka) li ma jemmnux jgħidu li dawn huma aktar fit-triq it-tajba (mill- 'Misilmin) li jemmnul

[52] Dawk huma (in-nies) li Alla seħethom (u begħedhom mill-ħniena. tiegħu), u lil min: Alla jisħet, inti (Muħammad) ma ssiblux min jgħinu

[53] Jaqaw għandhom sehem mis-saltna 7 Kieku (fix-xeħħa kbira tagħhom) lanqas naqra ta' għadma ta' tamra ma jagħtu lin-nies

[54] Jaqaw jgħiru għan-nies minħabba dak li: Alla tahom mit-tjieba tiegħu Aħna tajna lil nies Abraham il-Ktieb u l-għerf, u tajniehom saltna mill-aktar kbira

[55] (Kien hemm) minnhom li emmnu fih (fil-Ktieb), u kien hemm. minnhom li warrbu minnu. L-Infern biżżejjed (għalihom) biex jinħarqu (fih)

[56] Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux fis-sinjali tagħna se naħarquhom. fin-Nar, u kull darba. li l-ġilda. tagħhom tinxtewa, Aħna nbiddluhielhom b'ġilda oħra biex iduqu l-kastig. Alla huwa tabilħaqq Qawwi u Għaref

[57] Dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba. se ndaħħluhom f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Fihom. ikollhom. nisa safjin (f'kollox); u ndaħħluhom f'dell li jdellel (fuqhom għal dejjem)

[58] Alla tabilħaqq jamrilkom troddu lura lil sħabhom dak li fdawkom bih u ħallewh għandkom, u jekk tagħmlu ħaqq min-niċs, agħmlu ħaqq bil-ġustizzja. Tabilħaqq ma hawnx aħjar mit-twissija ta' Allal Tabilħaqq Alla jisma' kollox u jara kollox

[59] Intom li temmnu, obdu lil Alla u obdu lill-Mibgħut (tiegħu), u lil dawk minnkom li għandhom l-awtorità. Jekk titlewmu dwar xi ħaġa, għadduha lil Alla u lill- Mibgħut (tiegħu), jekk temmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum; Dan (l-għemil) huwa l-aħjar u l-aktar (ħaġa) xierqa (biex imorru tajjeb bejnietkom)

[60] Mela ma rajtx lil-dawk li jgħidu li jemmnu f'dak li tniżżel lilek (Muħammad, il-Qoran) u f'dak. li tniżżel qablek (it-Tora u. l-Evanġelju). (Madanakollu). huma. jridu li (fir-rilwim' ta' bejniethom). joqogħdu: għall- ġudizzju ta' l-allat; għalkemm kellhom l-amar biex jiċħduhom' Ix-Xitan irid itellifhom (it-trig. ir-tajba) u jbegħedhom ħafna (minnha)

[61] U meta jintqalilhom (til ta' wiċċ b'ieħor): 'Ejjew lejn dak li Alla niżżel (il-Qoran) u lejn il-Mibgħut (riegħu),' tara lil dawk ta' wiċċ b'ieħor iwarrbu minnek għal kollox

[62] Mela kif (se kun il-qagħda tagħhom) meta jiġihom xi għawġ li ġabu b'idejhom' Imbagħad (tarahom). ġejjin għandek, jaħilfu b'Alla (u jgħidi): ''Aħna ridna biss ġid u tjieba, u (/i nġibu) tiswija u għaqda (fost in-nies)

[63] Dawk huma li Alla jaf (sewwa) b'dak li għandhom fi qlubhom, Mela. tbiegħed minnhom, wissihom u għidilhom dwar ruħhom kliem ċar (li jganqal)

[64] Aħna ma bgħatna ebda Mibgħut jekk mhux biex ikun obdut, bir-rieda ta' Alla; Li kieku (dawk ra' wiċċ b'ieħor), meta. naqsu lejhom infushom. (għaliex ma semgħux: kliemek u l-ġudizzju. tiegħek, Muħammad), ġewk jitolbu l-maħfra ta' Alla, u l-Mibgħut kien jitlob maħfra. għalihom, huma kienu jsibu lil Alla jdur Kollu Maħfra u Ħanin

[65] Iżda le naħlef fuq Sidek ma jemmnux (għal kollox fik, Muħammad) qabel ma jqabbduk tagħmel ħaqq fit- tilwim ta' bejniethom. Imbagħad ma jsibux fihom infushom ebda diqa għal dak li tkun qtajt, u (ikum lesti) joqogħdu għalih għal kollox

[66] Li kieku tajniehom l-amar (lil ta' wiċċ b'ieħor, bħalma konna amarna lil ta' qabilhom, u għednielhom): 'Oqtlu lilkom infuskom. (jiġifieri. tqarlu għal Allaji'. jew 'Qħorġu minn djarkom (u minn artkom)l' ftit minnhom kienu jagħmlu dan. U li kieku għamlu dak li kienu mwissija, kien ikun aħjar għalihom u jsaħħaħhom aktar (fit-twemmin tagħhom)

[67] Imbagħad konna. nagħtuhom. ħlas mill-aktar kbir, mingħandna

[68] ukonna nuruhom (e gabbduhom) triq aritta

[69] Min joqgħod għal Alla u għall-Mibgħut (tiegħu), ikun ma' dawk li Alla wera t-tjieba tiegħu magħhom minn fost J il-Profeti, dawk li jħobbu s-sewwa (f'kollox), il-martri u t-twajbin. Mill-aħjar tassew dik is-sħubijal

[70] Dik hija t-tjieba minn Alla, u huwa biżżejjed li Alla jaf kollox

[71] Intom. li temmnu, moħħkom hemml Oħorġu (għat- taqbid) fi qtajja', jew oħorġu Ikoll flimkien

[72] Tabilħaqq li fostkom hemm min joqgħod lura (mit- taqbid), u jekk jiġrilkom xi għawġ, (ikun hemm min) jgħid: 'Alla wera t-tjieba tiegħu fuqi għaliex ma kontx xhud magħhom

[73] Iżda jekk issibkom tjieba minn Alla (għaliex toħorġu rebbiħin u tiksbu ħafna priża tal-gwerra), żgur li (dak ta' wiċċ. b'ieħor) jgħid bħallikieku ma kienx hemm imħabba bejnkom u bejnu: ''Kemm nixtieqni kont magħhom, għaliex kont nirbaħ rebħa mill-akbart

[74] Ħalli jitqatlu għal Alla dawk li jbigħu l-ħajja ta' din id- dinja biex jiksbu (il-ħajja) l-Oħral Min jitqatel għal Alla; sew jekk jinqatel u sew jekk jegħleb (lill-għadu tiegħu), se nagħtuh ħlas mill-akbar

[75] U (intom li temmnu) għaliex ma għandkomx- titqatlu għal Alla u għad-dgħajfin fost l-irġiel, in-nisa, u t-tfal ( 27 huma. miżmumin mill-pagani milli jħallu Mekka u) li jgħidu; 'Sidna, oħroġna minn din il-belt (pagana ta' Mekka), li niesha huma mill-agħar (u jħabirku wisq biex jeqirdu l-Islam). Ibagħtilna mingħandek min iħarisna, u ibagħtilna mingħandek min jgħinnaf

[76] Dawk li-jemmnu jitqatlu għal Alla, u dawk li-ma' jemmnux jitqatlu għall-allat foloz: Mela (intom il-ħbieb. ta' Alla) tqatlu kontra ħbieb ix-Xitan. Tabilħaqq li l-qerq tax-Xitan huwa dgħajjef

[77] Mela ma rajtx (Muħammad) lil-dawk li ntqalilhom: sŻommu idejkom (er titqatlux, għaliex għadu mhux iż- żmien), u agħmlu t-talb u agħtu l-karitàf' Meta (wara xi żmien) inkitbilhom li għandhom jitqatlu (kontra l-pagani: ta' Mekka), ġara li ġemgħa minnhom beżgħu min-nies (għedewwa tagħhom), bħalma. (kellu jkun) il-biża' (tagħhom) minn Alla, u aktar imbeżżgħin minn hekk. Huma qalu: ''Sidna, għaliex ktibtilna li għandna nitqatlu 2 Ma tistax forsi tagħtina ftit żmien ieħorf' Għidfi/hom Muħammad): ''It-tgawdija tad-dinja hija (tassew) qasira, u (il-Ħajja) l-Oħra hija (wisq) aħjar għal min jibża' minn Alla, u (fil-ħlas li jingħatalkom) ma tmorru minn taħt. lanqas b'ħarira. I

[78] (Tkunu fejn tkunu, il-mewt tilħaqkom; saħansitra jekk ttistkennu): f'torrijiet għoljint' U jekk (lif ta' wiċċ b'ieħor) tmisshom xi ħaġa tajba, jgħidu: ''Din minn Alla,' iżda jekk tmisshom xi ħaġa ħażina, jgħidu: ''Din mingħandek (Muħammad)U' Għid(ilhom: Muħammad): 'Kollox (jiġi) mingħand Allaf' Iżda x'għandhom dawn in-nies biex ma jistgħu jifhmu xejn I

[79] Kull ħaġa tajba li tiġik (ja Profeta, ur int, ja bniedem) hija minn Alla, u kull ħaġa ħażina li tiġrilek hija minnek innifsek (minħabba d-dnub tiegħek). U Aħna bgħatniek (Muħammad). bħala. Mibgħut lin-nies, u Alla huwa biżżejjed (għalikom) bħala Xhud (ta' dan). m w-wà-àwZà 4n 20mmmmmmmmmm.mm

[80] Min jobdi lill-Mibgħut (ta' A/la, lil Muħammad) ikun qiegħed jobdi lil Alla, iżda dawk li jagħtu daharhom fu ma jagħtux widen, ftakar, Muħammad, li) Aħna ma bgħatniekx għassies fuqhom

[81] Jgħidu (ta' wiċċ b'ieħor): '(Aħna nuru) ubbidjenza. ' Iżda meta jitilqu mingħandek. (Muħammad), ġemgħa minnhom tgħaddi l-lejl tnassas (fuq kif se tagħmel) dak li inti ma tgħidx (/i għandu jsir). Alla jikteb dak li huma jnassu billejl. Mela tbiegħed minnhom u ħalli f'idejn Alla. Alla huwa biżżejjed (għalikom) biex tħallu f'idejh

[82] Jaqaw ma jixtarrux il-Qoran 7 Kieku (il-Qoran) kien (imniżżel) mingħand ħaddieħor għajr Alla, kieku kienu jsibu fih ħafna li ma jaqbilx

[83] Meta (lil ta' wiċċ b'ieħor) jiġihom l-aħbar (dwar) is- sigurtà (fost dawk li emmnu minħabba. r-rebħa fuq l- għedewwa tagħhom), jew (l-aħbar dwar) il-biża' (li waqa' fost dawk li emnmu meta jġarrbu t-telfa, arahom) ixandruh. U li kieku (dawn l-aħbarijiet) għaddewhom lill-Mibgħut, jew lil min għandu s-setgħa fosthom, fgabel ma jxandruhom), dawk li (jafu) jistħarrġu (is-sewwa) kienu jkunu jafuhom (u jafu jekk kellhomx jixxandru jew le). U li mhux għat-tjieba u l-ħniena ta' Alla fuqkom, kontu timxu wara x-Xitan, għajr għal ftit (minnkom)

[84] Mela tqatel (Muħammad) għal Alla. Inti mitlub twieġeb għalik innifsek biss. Ħeġġeġ lil dawk li jemmnu (biex huma wkoll jitqatlu). Jista' jkun li Alla jrażżan il-qawwa ta' dawk li ma jemmnux. Alla huwa eqqel fil-qawwa u eqqel fil-kastig

[85] Min jidħol għal xi ħadd, jew jgħin f'xi ħaġa tajba, ikollu sehem minnha ('mill-premju tagħha), u min jidħol għal xi ħadd, jew jgħin f'xi ħaġa ħażina, ikollu sehem minnha (mill-kastig tagħha). Alla jieħu ħsieb kollox

[86] Meta jsellmulkom b'tislima, sellmu b'aħjar minnha, jew (għallinqas) rodduha (l-istess. bħalhom). Alla tabilħaqq jagħmel il-kontijiet ta' kollox

[87] Alla ma hemmx alla (ieħor) ħliefu. Huwa tabilħaqq jiġmagħkom għal Jum il-Qawmien li ma hemm ebda dubju dwaru. U min jgħid is-sewwa aktar minn Alla

[88] Għaliex tinsabu (maqsumin) f'żewġ ġemgħat dwar (x'għandkom: tagħmlu. lil) ta' wiċċ b'ieħor, meta Alla reġġagħhom lura bla twemmin minħabba dak li għamlu'/ Jaqaw tridu turu t-triq it-tajba lil min Alla tellifhielu 2 U lil dak li Alla jtellfu t-triq (it-tajba), ma ssiblu (ebda) triq (oħra)

[89] Huma jixtiequ li kieku tiċħdu t-twemmin bħalma ċaħduh huma, u b'hekk tkunu ndaqs. Mela teħduhomx bi ħbieb (tagħkom). qabel ma jemigraw għal Alla. U jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen, bħala għedewwa tagħkom), ħuduhom u oqtluhom kull fejn issibuhom. La teħduhomx bi ħbiebkom, u lanqas (ffittxuhom) għall- għajnuna

[90] ħlief dawk (fosthom) li jingħaqdu ma' nies li bejnietkom hemm rabta (ta' sliem), jew dawk. li jiġu għandkom għaliex qlubhom ma tawhomx li jitqatlu magħkom, jew jitqatlu ma' nieshom, (u la huma magħkom. u lanqas kontrikom). Li kieku ried, Alla tahom is-setgħa fuqkom, u kienu jitqatlu kontrikom. Għalhekk. jekk iwarrbu minnkom, ma jitqatlux. Kontrikom, u jridu s-sliem magħkom, mela Alla ma għamlilkomx. triq kontrihom (biex tkunulhom ta' ħsara)

[91] Se ssibu oħrajn (dawk ta' wiċċ b'ieħor) li jridu jkunu mħarsa. minnkom. (għaliex jagħmluha tabirruħhom. li jemmnu), u mħarsa minn nieshom (il-pagani. wkoll, għaliex meta jkunu fosthom iġibu rwieħhom ta' nies li ma jemmnux). Kull. darba li jerġgħu lura għall-għawġ (tagħhom iċ-ċaħda tat-twemmin arahom) jinqabdu fih. Jekk la jwarrbu minnkom, la jridu s-sliem magħkom, u lanqas ma' jżommu idejhom (mill-ġlied kontrikom), mela ħuduhom u oqtluhom kull fejn issibuhom. U kontra dawk għamilnielkom setgħa biċ-ċar

[92] (Ma jkun qatt li min jemmen joqtol wieħed li jemmen, jekk mhux bi żball. Min joqtol bi żball lil-xi ħadd li ) jemmen, ikollu jeħles ilsir li jemmen, u jħallas kumpens ) lil niesu (nies il-vittma); ħlief jekk (dawn) iċedu (il- kumpens) b'karità. Jekk. (il-vittma) tkun. minn. nies għedewwa tagħkom, u jkun jemmen, (il-qattiel għandu jara li) jeħles ilsir li jemmen. Jekk (il-vittma) ikun minn nies li bejnkom u bejnhom. hemm xi rabta, għandu jitħallas kumpens lil niesu, u jinħeles ilsir li jemmen. Min ma jsibx (kif jeħles ilsir) għandu jsum xahrejn wara xulxin. Din hija l-indiema (/i kija magħżula għalikom) minn Alla. Alla jaf kollox u Għaref

[93] Min joqtol lil-xi ħadd li jemmen, għaliex irid, il-ħlas tiegħu jkun l-Infern, u fih jibqa' għal dejjem. Alla jagħdab għalih u jisħtu, u ħejjielu kastig mill-kbar

[94] Intom li temmnu, meta titilqu biex titqatlu għal Alla, iflu sewwa (il-qagħda, araw ma' min se tissieltu) u la tgħidux li min isellmilkom' (it-tislima. tal-Misilmin): 'Inti ma temminx,' għaliex tixtiequ (kaħrfis taħt idejkom) dak il-ġid li jgħaddi fil-ħajja (ta' din) id-dinja, filwaqt li għand Alla hemm ħafna priża (i ġid kbir ieħor). Qabel, intom ukoll kontu hekk (bħa' dawk li ma jemmnux), sa ma Alla ħaseb fikom ( 4 wriekom it-triq). Mela iflu sewwa. (il-qagħda, qabel. titqabdu). Alla tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu

[95] Ma humiex indaqs dawk li jemmnu (iżda) joqogħdu (id-dar, mingħajr ma joħorġu għat-taqbid) ħlief dawk li jbatu minn xi difett (u dawk li jemmnu) u li jħabirku għal Alla b'ġidhom u bihom infushom. Alla jżomm. f'tarġa (il fuq) lil dawk li jħabirku b'ġidhom u b'ħajjithom fuq dawk li joqogħdu (id-dar). Lil kulħadd (sew lil min tqabad, u sew lil min ma tqabadx għaliex ma kienx. jiflaħ) Alla wiegħed l-aħjar (ħlas), iżda. Alla pprefera lil dawk li jħabirku minn dawk li joqogħdu (id- dar) bi ħlas mill-akbar

[96] gradi (għoljin) minnu, maħfra u ħniena. Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin

[97] Tabilħaqq li l-Anġli, lil dawk (l-erwieħ) li jkunu temmewlhom ħajjithom, u li jkunu ħatja kontra tagħhom infushom (għaliex setgħu emigraw għal Alla, iżda ma għamlux hekk) jgħidu(lhom): 'Kif kontu (fir-reliġjon) 7' (Dawk l-erwieħ, bi skuża) iwieġbu: ''Konna maħqurin fl- art (fejn. konna. mgħixu)' (Imbagħad l-Anġli) jgħidu(lhom): ''Mela l-art ta' Alla ma kinitx wiesgħa (biżżejjed għalikom) biex temigraw fiha 7' Dawk il-kenn tagħhom ikun fl-Infern tmiem ħażin (tassew ikollhom)

[98] ħlief dawk li huma (tassew) dgħajfa fost l-irġiel, in-nisa, u t-tfal, li ma jafux x'għandhom jagħmlu (u lanqas a għandhom il-mezzi), u ma jsibux triq (biex jemigraw)

[99] Jista' jkun li Alla lil dawn jaħfrilhom. Alla huwa Kollu Mogħdrija, Kollu Maħfra

[100] Min jemigra (minħabba twemminu u biex imur iħabrek) għal Alla, isib fl-art ħafna kenn u bosta ġid. U min joħroġ minn daru u jemigra lejn (il-ħidma ta') Alla u tal- Mibgħut (tiegħu), imbagħad tiġi fuqu l-mewt (qabel ma jilħaq jasal), ħlasu jkun żġur għand Alla. Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin

[101] Meta tterrqu fl-art, ma jkollkom ebda ħtija jekk tqassru t-talb, jekk tibżgħu li jġarrbukom dawk li ma jemmnux Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux huma għadu fil-beraħ tagħkom

[102] (Muħammad) meta tkun magħhom u trid tmexxilhom it-talb (imsejjaħ salaru l-ħawf, it-talba tal-biża '), ġemgħa minnhom għandha tieqaf (fit-talb) miegħek u għandha tieħu l-armi (tagħha). Meta jkunu nxteħtu fl-art (iċ talbu miegħek l-ewwel rakgħa), ara li (meta jagħmlu rakgħa oħra waħidhom u jlestu) imorru warajkom. (biex iħarsukom). Ħalli tiġi ġemgħa oħra, li tkun għadha ma talbitx, biex titlob miegħek (it-tieni rakgħa), u ara li jieħdu ħsieb, u jieħdu l-armi tagħhom. Dawk li ma jemmnux jixtiequ li kieku ma tiħdux ħsieb l-armi tagħkom u (il-bqija ta') ħwejjiġkom, biex jaħbtu għalikom fi ħbit wieħed. Ma jkollkom ebda ħtija jekk, I minħabba x-xita jew għaliex tkunu morda, tħallu l-armi tagħkom, (iżda) moħħkom hemmi Alla tabilħaqq ħejja għal dawk li ma jemmnux kastig ta' tkasbir

[103] Meta ttemmu t-talb, ftakru f'Alla bil-wieqfa, bil- qiegħda u fuq ġenbejkom. Meta (imbagħad) tħossukom ħielsa mill-biża', agħmlu t-talb (sħiħ, kif għandu jkun). Tabilħaqq li t-talb għal dawk li jemmnu huwa obbligu li jrid isir fil-ħinijiet maħsuba għalih

[104] La tkunux bla ħila meta toħorġu għall-għadu. Jekk tkunu qegħdin tbatu (mill-ġrieħi tat-taqbid), huma bħalkom ikunu qegħdin ibatu. Intom tittamaw mingħand Alla dak li huma ma jittamawx (il-premju fil-Ġenna). Alla jaf kollox u Għaref

[105] Aħna tabilħaqq niżżilnielek (Muħammad) il-Ktieb bis- sewwa biex tagħmel ħaqq min-nies skond dak li wriek Alla. U la tkunx (minn dawk) li jaqbżu għat-tradituri

[106] Itlob il-maħfra ta' Allat Alla tabilħaqq Kollu Maħfra u I Ħanin

[107] Lanqas (ima għandek toqgħod) tħaqqaqha (u taqbeż) għal dawk li jqarrqu bihom infushom. Alla tabilħaqq ma. jħobbx lil min hu traditur u ħażin

[108] Huma: jinħbew (għaliex. jistħu). min-nies, U ma jinħbewx minn Alla. Huwa jkun magħhom meta jgħaddu l-lejl inassu u jgħidu kliem li-ma jogħġbux. Alla jaf sewwa b'dak li jagħmlu

[109] Hawn intom, qgħadtu tħaqquha f'isimhom (u qbiżt għalihom) fil-ħajja (ta' din) id-dinja. Iżda min se jħaqqaqha ma' Alla: għalihom f'Jum il-Qawmien, jew min se jkun il-protettur tagħhom

[110] Min jagħmel xi ħażen jew jonqos lejh innifsu, imbagħad jitlob il-maħfra ta' Alla, isib lil Alla Kollu Maħfra u Ħanin

[111] Min jagħmel xi dnub, ikun għamlu kontra. tiegħu nnifsu. Alla jaf kollox u Għaref

[112] U min jagħmel xi ħtija jew dnub, imbagħad iwaħħal f'xi ħadd innoċenti, ikun ħa fuqu l-qerq u (jkun ħati ta') dnub mill-aktar ċar

[113] Li kieku ma kinitx għat-tjieba u għall-ħniena ta' Alla fuqek (Muħammad), ġemgħa minnhom kienet qatgħetha li jtellfuk it-triq (it-tajba). Iżda ma jtellfux it-triq għajr lilhom infushom. Huma ma jagħmlulek xejn. ħsara (għaliex Alla miegħek). Alla niżżel fuqek il-Ktieb u l- għerf, u għallmek dak li makontx taf. It-tjieba ta' Alla fuqek hija ta' kobor bla tarf

[114] Ma hemmx fejda f'ħafna mill-kliem mistur tagħhom, ħlief (fil-kliem) ta' dak li jamar il-karità jew l-għemil it- tajjeb, jew inkella jsewwi (il-ġlied) ta' bejn in-nies. Min. ) jagħmel hekk, bix-xewqa li jogħġob lil Alla, (arana) se nagħtuh ħlas mill-kbar

[115] Min jieqaf lill-Mibgħut (tagħna Muħammad u jeħodha kontrih), wara li t-tmexxija t-tajba tkun intwerietlu biċ- ċar, u jimxi fi triq oħra li ma hijiex ta' dawk li jemmnu, Aħna nħalluh (fiż-trig) li qabad, u naħarquh fin-Nar. (Dan ikun tassew) tmiem ħażin

[116] Alla ma jaħfirhiex li jixxierek (ma' allat oħra), iżda jaħfer (dnubiet) anqas minn dan, lil min irid. Min ixierek (allat oħra) ma' Alla jkun tbiegħed wisq mit-triq it-tajba

[117] Minfloku (il-pagani) isejħu u jitolbu lil allat nisa. Iżda (fis-sew): ma jkunux qegħdin isejħu għajr lix-Xitan li ma jehdiex jirvilla (kontra l-amar ta' Alla)

[118] Alla seħtu, iżda (ix-Xitan) qal(lu): ''Tassew se nieħu sehem magħżul mill-qaddejja tiegħek

[119] Tassew li ntellifhom it-triq, inqanqal fihom ix-xewqat (ħżiena), nikkmandahom, u tassew iċarrtu widnejn il-frat; nikkmandahom, u tassew ibiddlu l-ħolqien ta' Alla.' Min jieħu x-Xitan b'ħabib, minflok lil Alla, ikun daħal f'telf mill-aktar ċar

[120] (ix-Xitan) iwegħedhom (ħwejjeġ kbar) u jqanqal fihom xewqat (ħżiena). Iżda (fis-sew) ma jwegħedhomx għajr qerq

[121] (Dawkli jimxu warajh isibu) il-kenn tagħhom fl-Infern, u ma jsibu mkien minn fejn jaħarbu minnu

[122] Iżda dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, (arana) se. ndaħħluhom f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u. fihom jgħammru għal-dejjem. (Din hija) il- wegħda ta' Alla tabilħaqq. U min jista' jkollu kelma aktar sewwa minn Alla

[123] Din ma hijiex (xi ħaġa li tiddependi) mix-xewqat tagħkom (il-Misilmin), jew mix-xewqat ta' Nies il-Ktieb. Min jagħmel xi ħażen, jitħallas tiegħu u, barra minn Alla, ma jsibx min iħarsu, u lanqas min jgħinu

[124] Kulmin, raġel jew mara, jagħmel għemejjel tajba, u jkun jemmen, dawk jidħlu l-Ġenna, u ma jmorrux minn taħt, lanqas naqra

[125] Min huwa aħjar, fid-din, minn dak li jintelaq (kollu kemm hu) F'Alla, jagħmel it-tajjeb, u jimxi fi triq Abraham illi kellu twemmin safi 2 Alla ħa lil Abraham b'ħabib

[126] Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Alla jaf sewwa b'kollox

[127] Huma jitolbu l-parir tiegħek (Muħammad) dwar in-nisa. Għid(ilhom): ''Alla jgħallimkom (dan) dwarhom, u (la tinsewx) dak li tħabbar lilkom fil-Ktieb dwar l-iltiema nisa li ma tagħtuhomx (id-dota) miktuba għalihom, minkejja li tixtiequ tiżżewġuhom, u (dwar il-ħtieġa li tħarsu jeddijiet) id-dgħajfa fost it-tfal, u li jeħtieġ li tieqfu ma' l-iltiema bil-ħaqq (l-aktar fejn jidħlu l-wirt u d-dota). Kull ġid li tagħmlu, Alla tabilħaqq jaf kollox dwaru

[128] Jekk mara tibża' mill-imġiba ħażina ta' żewġha, jew li jibred minnha, ma hemm xejn ħażin li huma t-tnejn jaslu għal ftehim bejniethom, għaliex. il-ftehim huwa aħjar (għalihom). Iżda l-bnedmin imilu lejn ix-xeħħa (i jaqgħu fiha). Imma jekk tagħmlu t-tajjeb, u żżommu 'l bogħod mill-ħażen, Alla tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu

[129] M'intomx se tkunu tistgħu tagħmlu ġustizzja (fl- imħabba) bejn in-nisa tagħkom; anki jekk tkunu ħerqana: J (li tagħmlu dan). Għalhekk la twarrbux għal kollox (szinri. J mara minnhom, jekk tħossu inqas ġibda lejha), hekk li tħalluha bħal imdendla (fl-arja, qisha la hija miżżewġa u lanqas. divorzjata). Jekk issewwu (l-inkwiet ta' bejnietkom), u żżommu 'l bogħod mill-ħażen, Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[130] Iżda jekk huma t-tnejn jinfirdu, Alla jagħni lit-tnejn li huma mill-wisa' (tal-ġid tiegħu). Alla huwa Wiesa' (fiż- tjieba tiegħu) u Għaref

[131] Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Aħna wissejna lil dawk li ngħataw il-Ktieb qabilkom (il- Lhud u l-Insara), u lilkom (il-Misilmin. ukoll), biex tibżgħu minn Alla. Iżda jekk ma temmnux, tabilħaqq li ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Alla huwa Għani (f'kollox) u jistħoqq kull tifħir

[132] Ta' Alla huwa kulma jinsab. fis-smewwiet u. fl-art, Biżżejjed (għalikom) li Alla jieħu ħsieb kollox

[133] Ja nies, jekk irid (A/la jista') jeqridkom u jġib (nies) oħrajn (minflokkom). Alla għandu s-setgħa kollha biex jagħmel dan

[134] Min irid il-ħlas tad-dinja (għandu jkun jaf li) għand Alla hemm il-ħlas ta' (din) id-dinja u ta' l-Oħra, Alla jisma' kollox u jara kollox

[135] Intom li temmnu, ieqfu bil-ħaqq bħala xhieda ta' Alla, anki jekk (ikollkom tixhdu) kontra tagħkom infuskom, jew kontra l-ġenituri u l-qraba (tagħkom). Sew jekk (dak li qegħdin tixhdu għalih ikun) għani, sew jekk fqir, Alla I jaf jieħu ħsieb: it-tnejn li huma, (l-għani u l-fġir). La timxux wara x-xewqat (ra' qlubkom) u titbiegħdu mill- ħaqq. Jekk tgħawġu (il-fatti), jew ma tkunux tridu (tagħtu xhieda), Alla jkun jaf sew b'dak li tagħmlu

[136] Intom li temmnu, emmnu f'Alla, fil-Mibgħut tiegħu (Muħammad), fil-Ktieb li niżżel fuq il-Mibgħut tiegħu (il-Qoran), u fil-Ktieb (tal-Lhud, it-Tora, u l-Evanġelju ta' l-Insara) li niżżel qabel. Min ma jemminx f'Alla, fl- anġli tiegħu, fil-Kotba tiegħu, fil-Mibgħutin tiegħu, u fl- Aħħar Jum, ikun tbiegħed wisq mit-triq it-tajba

[137] Tabilħaqq li dawk li. jemmnu, imbagħad. jiċħdu (twemminhom), imbagħad jerġgħu jemmnu, u' (wara) jerġgħu jiċħdu (twemminhom), u jibqgħu jiżdiedu fiċ- ċaħda tat-twemmin, ma jkun (gar) li Alla jaħfirlhom, u lanqas jurihom it-triq

[138] Agħti l-bxara (Muħammad) lil dawk ta' wiċċ b'ieħor li għalihom hemm kastig ta' wġigħ

[139] Dawk huma li jieħdu bi ħbiebhom (u b'alleati tagħhom) lil dawk li ma jemmnux, minflok lil-dawk li jemmnu. Jaqaw jittamaw li jsibu fihom il-qawwa u l- ġieħ 2 Tabilħaqq li kull qawwa u ġieħ huma ta' Alla

[140] Huwa niżżlilkom fil-Ktieb (il-Qoran) li, meta tisimgħu li l-versi. ta' Alla jkunu miċħuda u jitwaqqgħu għaż- żebliħ, ma għandkomx toqogħdu magħhom (dawk in-nies il-ħżiena), sa ma jaqbdu kliem ieħor. Jekk. tibqgħu magħhom, mela tkunu bħalhom, Tabilħaqq li Alla jiġma' lil ta' wiċċ b'ieħor u lil dawk li ma jemmnux ilkoll fl- Infern. l

[141] (Huma) dawk li joqogħdu jgħassulkom: kull meta I jkollkom ir-rebħa minn Alla (fuq l-għedewwa tagħkom u) tiksbu ħafna priża, arawhom), jgħidu: ''Mela aħna ma ) konniex magħkom' (Mela agħtuna sehemnal)' Iżda meta) dawk li ma jemmnux ikunu rebbieħa (fuqkom, dawk ta' wiċċ b'ieħor malajr) jgħidu (lil dawk li ma jemmmux): UMela ma konniex nistgħu għalikom ( 4 stajna jassarniekom jew qtilniekom, iżda minflok) ħarisniekom minn dawk li jemmnu 7 (Mela agħruna sehemnal)' Iżda Alla jagħmel ħaqq minnkom f'Jum il-Qawmien. Alla ma huwa qatt se jwassal lil dawk li ma jemmnux (biex ikunu rebbieħa għal dejjem) fuq dawk li jemmnu

[142] Tabilħaqq li ta' wiċċ b'ieħor (mingħalihom li) qegħdin iqarrqu b'Alla, iżda Huwa jqarraq bihom. Kull meta jqumu għat-talb, (arahom) iqumu bl-għażż, għal għajn in-nies (u mhux għaliex tassew iridu jitolbu), u ftit li xejn jiftakru f'Alla

[143] Huma bejn ħalltejn (bejn it-twemmin u ċ-ċaħda tiegħu), la ma' dawn (li jemmnu), u lanqas ma' l-oħrajn (li ma jemmnux. Għalhekk ma humiex ta' min wieħed joqgħod fuqhom), Lil dak li Alla jtellfu t-triq, m'intix se ssiblu triq (oħra)

[144] Intom li temmnu, la tiħdux bi ħbieb (u b'alleari) lil dawk li ma jemmnux, minflok lil dawk li jemmnu. Jaqaw tridu tagħtu lil Alla xhieda ċara kontrikom (/i intom ta' wiċċ b'ieħor)

[145] Tabilħaqq li dawk ta' wiċċ b'ieħor ikunu f'qiegħ in- Nar, u m'intix se ssibilhom min jgħinhom

[146] (Massibx min jgħin) ħlief lil dawk li jindmu, li jinbidlu għall-aħjar, li jżommu. sħiħ. F'Alla, u jsaffu. r-reliġjon tagħhom għal Alla (u ħsiebhom biss fiha); huma (jingħaddu) ma' dawk li jemmnu. Alla se jagħti lil dawk li jemmnu ħlas mill-kbar

[147] X'se jagħmel Alla bil-kastig tagħkom, jekk tiżżu ħajr u temmnu' Alla jrodd il-ħajr (lil min ħaqqu) u jaf kollox

[148] Alla ma jħobbx li jixxandar kliem ħażin, ħlief minn min bata xi inġustizzja. Alla jisma' kollox u jaf kollox

[149] Sew jekk turu għemil tajjeb, sew jekk taħbuh, jew jekk taħfru xi ħażen, Alla tabilħaqq huwa Kollu Mogħdrija, Setgħan

[150] Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux FAlla u fil- Mibgħutin tiegħu, u jridu jifirdu bejn Alla u l-Mibgħutin tiegħu, jgħidu: ''Nemmnu fi wħud (minnhom) u niċħdu. oħrajn,' u jridu jieħdu t-triq tan-nofs bejn it-twemmin u ċ-ċaħda tiegħu

[151] Dawk huma, tabilħaqq, li ma jemmnux. U għal dawk li ma jemmnux ħejjejna kastig ta' tkasbir

[152] Dawk li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħutin tiegħu, u ma jifirdu bejn ħadd minnhom, (fi/) dawk (Alla) se jagħtihom il-ħlasijiet tagħhom. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[153] Nies il-Ktieb jitolbuk tniżżel fuqhom Ktieb mis-sema. Huma kienu talbu lil Mosċ aktar minn hekk, meta qalu: Srina lil Alla fid-dieher U s-sajjetta (faqqgħet u) ħadithom (għal għarrieda) minħabba l-ħażen tagħhom. Imbagħad ħadu l-għoġol (biex igimuh), wara li kienu ġewhom is-sinjali ċ-ċari, iżda Aħna ħfirna dan (id-dnub). U lil Mosċ tajnieh qawwa u prova ċara

[154] U rfajna fuqhom il-Muntanja (Sinaj) meta (daħlu) fir- rabta tagħhom. (magħna). u għednielhom; ''Idħlu l-bieb (ta' Ġerusalemm) bil-qimat' Għednielhom (ukoll): 'La tiksrux is-Sibti' U ħadna mingħandhom rabta soda

[155] talli: kisru r-rabta. tagħhom: (mia' AHla), talli m'emmnux fir-Rivelazzjoni ta' Alla, talli qatlu l-Profeti mingħajr ħaqq, u talli qalu: 'Qlubna (wgeżwia fi) qratas (mimlija għerf u ma neħtiġux iżjed), Alla qiegħed siġill fuq qlubhom talli m'emmnux, u għalhekk ma jemmnux għajr ftit (minnhom)

[156] U talli m'emmnux, u talli qalgħu xniegħa (qarrieqa) kbira dwar Marija

[157] u talli qalu: 'Aħna tabilħaqq qtilna lill-Messija Ġesti bin Marija, il-Mibgħut ta' Alla,' iżda (fis-sew) la qatluh u lanqas sallbuh, iżda (tgarrgu, għaliex lil-min sallbu) kien magħmul għalihom jixbhu (Zil Ġesi). Tabilħaqq li dawk li-tlewmu fuqu (Ġesi) jinsabu f'dubju dwaru. Huma ma għandhom ebda għarfien, ħlief li joqogħdu fuq l-istħajjil (tagħhom). Huma ma qatluhx tassewl

[158] Le (ma qarluhx, iżda) Alla refgħu lejh. Alla Felħan u Għaref, l

[159] U ma hemm ħadd minn Nies il-Ktieb li ma huwiex se jemmen fih (f'Ġesi/) qabel mewtu, u f'Jum il-Qawmien se jkun xhud kontrihom

[160] U minħabba l-ħażen tal-Lhud, Aħna għamilna ma jiswiex (xi ikel) tajjeb li (qabel) kien jiswa għalihom, u minħabba li żammu lil-ħafna (ili jimxu) fit-triq ta' Alla

[161] (għaliex) ħadu l-imgħax, meta. ma. kienx. jiswa għalihom; u talli kielu ġid in-nies bil-qerq. Aħna ħejjejna għal dawk fosthom li ma jemmnux kastig ta' wġigħ

[162] Iżda dawk minnhom li huma sħaħ fl-għerf, u dawk li jemmnu, (dawn tabilħaqq) jemmnu f'dak li tniżżel lilek u f'li tniżżel qablek, (l-aktar) dawk li jagħmlu t-talb, li jagħtu l-karità u li jemmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum. Lil dawk se nagħtuhom ħlas kbir tassew

[163] Aħna nebbaħniek (Muħammad, il-messaġġ tagħna) bħalma nebbaħna lil-Noċ u lill-Profeti ta' warajh: Aħna nebbaħna lil-Abraham. lil Ismagħel, lil Iżakk, lil Ġakobb, lit-tribujiet (li ħarġu minn Ġakobb), lil Ġesti, lil Ġob, lil Ġona, lil Aron, lil Salamun, u tajna s-Salmi lil David

[164] Diġà tarrafnielek (f'suriet oħra) il-ġrajja ta' xi Mibgħutin, u (hemm) Mibgħutin (oħra) li: ma. tarrafnielek (xejn) dwarhom. U lil -Mosċ Alla kellmu tiissew

[165] (Dawn kienu) Mibgħutin li xandru l-bxara t-tajba u li wissew, biex il-bnedmin ma jkollhom ebda skuża kontra. Alla wara (il-miġja) tal-Mibgħutin. Alla huwa Qawwi u Għaref

[166] Iżda Alla (nnifsu) jixhed għal dak li niżżillek; fl-għerf tiegħu niżżlu, u l-anġli (ukoll) jixhdu (għal dan). Alla huwa biżżejjed (għalikom) bħala Xhud

[167] Tabilħaqq li-dawk li-ma jemmnux, u jżommu (lil ħaddieħor). mit-triq ta' Alla, tbiegħdu wisq mit-triq it- tajba

[168] Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux u jagħmlu l-ħażen, Alla ma jaħfrilhomx u lanqas jurihom triq

[169] jekk mhux triq l-Infern, u fih jgħammru għal dejjem. Għal Alla din hija (ħaġa) ħafifa

[170] Ja nies, il-Mibgħut (Muħammad) ġiekom bis-sewwa minn Sidkom. Mela emmnu (għaliex) ikun. aħjar għalikomi Jekk ma temmnux, (kunu afu) li ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Alla jaf kollox-u Għaref

[171] Ja'Nies il-Ktieb (l-aktar intom l-Insara), la tesaġerawx fir-reliġjon tagħkom, u la tgħidux dwar Alla għajr is- sewwa. Il-Messija Ġesti bin Marija ma kienx għajr il- Mibgħut ta' Alla u l-Kelma tiegħu li tefa' f'Marija, u ruħ minnu. Mela emmnu f'Alla u fil-Mibgħutin tiegħu, u la tgħidux (ii Alla huwa) tlieta: leqfu (minn dan il-kliem); (dan ikun) aħjar għalikom. Alla huwa biss Alla Wieħed: (imfaħħar) is-sebħ tiegħu; (huwa Kbir u Għoli wisq) biex ikollu iben. Tiegħu huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl- arti Alla huwa biżżejjed (għalikom). biex jieħu ħsieb kollox

[172] Il-Messija ma huwiex se jistmerr li jkun il-qaddej ta' Alla (u ma huwiex se jitkabbar), u lanqas l-eqreb anġli. (lejn Alla ma jistmerru li jkunu l-qaddejja tiegħu). (Lil kull) min. jistmerr li jaqdih, u jitkabbar, (A//a) se jiġborhom lejh; ilkoll

[173] Lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, Huwa jagħtihom il-ħlasijiet sħaħ tagħhom, u jżidhom (fil-ħlas) mit-tjieba tiegħu. Iżda lil-dawk li stmerru. (fi jkunu l- qaddejja tiegħu) u tkabbru, arah jikkastigahom b'kastig ta' wġigħ, u huma ma jsibux għalihom, barra minn Alla, min iħarishom jew jgħinhom

[174] Janies, tassew ġietkom prova minn Sidkom (fil-Profeta Muħammad), u niżżilna fuqkom Dawl. fid-dieher (il- Qoran)

[175] Għalhekk lil dawk li emmnu f'Alla u żammu sħiħ fih, Huwa se jdaħħalhom. fil-ħniena u fit-tjieba. tiegħu, u jmexxihom lejh fi triq dritta

[176] (Huma. jitolbuk deċiżjoni. Għidfi/hom): Alla jaqtagħhielkom (hekk) dwar dawk (li jmutu) mingħajr werrieta mill-qrib (a ġenituri u lanqas ulied): Jekk imut taġel bla wild, iżda għandu oħt, din imissha nofs minn dak li ħalla. Huwa jiritha jekk ma jkollhiex tfal. Jekk (il- werrieta) ikunu żewġt aħwa bniet, imisshom żewġ terzi minn dak li ħalla. Jekk ikunu aħwa, irġiel u nisa, ir-raġel imissu s-sehem ta' żewġ nisa. Alla jurikom biċ-ċar (x'għandkom: tagħmlu) biex ma. tintilfux. Alla jaf b'kollox

Il-Mejda

Surah 5

[1] Intom li temmnu, żommu l-pattijiet (tagħkom). Jiswa għalikom (li tieklu) il-bhejjem tal-frat ħlief dak li huwa mħabbar lilkom (f'din is-sura), mingħajr ma tippermettu l-kaċċa meta intom fi stat ta' 'iħram (u mħejjija biex tagħmlu. r-ritwali tal-pellegrinaġġ jew ta' l-għumra).' Tabilħaqq li Alla jamar dak li jrid

[2] Intom li temmnu, tonqsux lejn ir-riti ta' Alla, lejn ix- xahar il-qaddis (hekk li. ritqatlu fih), lejn il-bhejjem offiuti b'sagrifiċċju u l-bhejjem immarkati għall-offerta, jew lejn dawk li sejrin għall-kenn tad-dar imqaddsa (il- Kagħba), ifittxu tjieba u għaxqa minn Sidhom, Iżda meta tinħallu mill-'iżram, ikkaċċjaw (kemm tridu). La tħallux li l-mibegħda għal nies li (dari) kienu żammukom (milli tidħlu) fil-Moskea mqaddsa twassalkom biex tiksru l-liġi (bil-ġlied magħhom). Għinu lil xulxin bit-tjieba u l-biża' ta' Alla, ui la tgħinux lil xulxin fil-ħtija u l-aggressjoni. U ibżgħu minn Alla; Alla tabilħaqq Qalil fil-kastig

[3] Ma jiswiex għalikom (li tieklu dan li ġej: laħam ta'' l- annimali mejta, id-demm, laħam il-ħanżir, u kulma kien offrut (lill-idoli) minflok lil Alla, il-bhejjem. fġgati, maqtula b'daqqiet, (il-bhejjem). li jaqgħu mejta (mill- għoli), li mietu b'daqqiet ta' qrun (ta' bhejjem oħra), dak li l-annimal salvaġġ (attakka) u kiel (biċċa minnu), ħliet jekk (l-annimal attakkat ikun għadu ma mietx u) toqtluh (skond il-liġi), u dak midbuħ fuq midbaħ għall-idoli. (Ma jiswiex ukoll) li tużaw il-vleġeġ tat-tbassir biex tbassru xortikom jew biex tieħdu xi deċiżjoni. Dak huwa ħażen Illum. dawk li ma jemmnux qatgħu jieshom mid-din tagħkom (għaliex jaf li ma jistgħux ixejnuh). Mela la tibżgħux minnhom, iżda ibżgħu minnil Illum għamilt id- din tagħkom perfett (għaliex urejtkom dak li jiswa u dak li ma jiswiex), ġibt il-milja tat-tjieba tiegħi fuqkom, u għażiltilkom l-Islam bħala d-din (tagħkom). Iżda min, minħabba l-ġuħ, ikollu (jiekol mill-bhejjem. projbiti li ssemmew), u mhux għaliex imil lejn id-dnub, Alla tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin

[4] Jistaqsuk. (Muħammad x'ikel) jiswa għalihom. Għidfilhom): ''Jiswa (li tieklu kulma) hu tajjeb, u (dak li jinqabad għalikom) mit-tjur u mill-bhejjem tal-priża li intom għallimtu u ħarriġtu (għall-kaċċa), kif għallimkom Alla. Mela kulu minn dak li jaqbdu għalikom, u semmu Isem Alla fuqu. U ibżgħu minn Alla; Alla tabilħaqq malajr jagħmel il-kontijiet

[5] Illum jiswa għalikom (/i tieklu) it-tajjeb. L-ikel ta' dawk li ngħataw il-Ktieb jiswielkom, u l-ikel tagħkom jiswielhom, (bħalma jiswa li tiżżewġu) in-nisa safja li jemmnu u n-nisa safja minn (fost) dawk li ngħataw il- Ktieb qabilkom (Lhud jew Insara); meta tagħtuhom il- ħlas (tad-dota) tagħhom, tkunu mwettqin fis-safa u ma tkunux mogħtijin għaż-żina, u lanqas iżżommufhom) b'maħbubin (biex tiżmu magħhom). Min jiċħad it- twemmin, għemilu jisfa fix-xejn; u fl-Oħra (fil-Ħajja l- Oħra) huwa jkun mit-tellifin

[6] Intom li temmnu, meta tqumu għat-talb, aħslu wċuħkom u idejkom sa l-imniekeb, u imsħu rjuskom u (aħslu): riġlejkom. sa l-għekiesi. Jekk tkunu mniġġsin (wara att sesswali), araw li. tissaffew (billi. taħslu ġisimkom kollu). Jekk tkunu morda (u l-ħasil bl-ilma ma jagħmlilkomx. tajjeb), inkella f'safar, jew xi ħadd minnkom. ġie lura mill-ħtiġijiet naturali tiegħu, jew. missejtu n-nisa (sesswalment), u ma ssibux ilma, mela fittxu. ramel (jew trab) safi u imsħu bih uċuħkom u idejkom. Alla ma jridx idejjaqkom, iżda jrid isaffikom (minn: dnubietkom). u: jġib. il-milja tal-grazzja tiegħu fuqkom. (billi jurikom it-tagħlim ta' l-Islam), biex forsi tiżżu ħajr

[7] U ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom (mera għarrafkom ) bl-Islam), u fir-rabta tiegħu li rabatkom biha meta għedtu J (lill-Profeta Muħammad): ''Smajna u obdejnal' U ibżgħu minn Alla; Alla tabilħaqq jaf b'dak li hemm fil-qlub

[8] Intom li temmnu, kunu sħaħ (fil-qadi ta' dmirijietkom) lejn Alla, u (kunu) xhieda bil-ħaqq. La tħallux li l- mibegħda tagħkom għal xi nies (għedewwa tagħkom) iġġegħelkom ma timxux. bil-ħaqq. Imxu bil-ħaqq, (għaliex) dan huwa eqreb lejn l-imġiba t-tajba; U ibżgħu minn Alla: Alla tabilħaqq jaf sew b'dak li tagħmlu

[9] Lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba Alla wiegħed maħfra u ħlas kbir (fil-Ġenna)

[10] U dawk li ma jemmnux u jgiddbu s-sinjali tagħna, dawk huma nies l-Infern

[11] Intom li temmnu, ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom meta xi nies (Lhud) kienu qatgħuha li jmiddu idejhom fuqkom, iżda ( 4//a) żamm(ilhom) idejhom minn fuqkom. U ibżgħu minn Alla (billi tagħmlu t-tajjeb u twarrbu l- ħażen)i Ħa jħallu f'idejn Alla (u jittamaw fih) dawk li jemmnul

[12] Alla daħal f'rabta ma' Wlied Israel, u Aħna bgħatna minnhom tnax-il mexxej (wieħed minn kull tribir), U Alla qal: 'Jiena tassew magħkom (biex inħariskom ngħinkom. Naħilfilkom) li jekk tagħmlu t-talb u tagħtu l- karità, temmnu fil-Mibgħutin tiegħi, tagħtuhom ġieħ u tgħinuhom, u ssellfu; lil Alla self tajjeb, tabilħaqq li naħfrilkom l-għemejjel ħżiena tagħkom u ndaħħalkom f'Ġonna bix-xmajjar (ta' ilma, ħalib, inbid. u għasel) jiġru taħthom. Iżda min minnkom, wara din. (ir-rabta, jibqa') ma jemminx, ikun ħareġ mit-triq it-tajba

[13] Iżda minħabba li kisru r-rabta tagħhom, Aħna sħetniehom (billi ċaħħadniehom mill-ħniena tagħna) u webbisnielhom qlubhom (hekk li ma jilqgħux fihom il- twemmin. U arahom). jgħawġu. l-kliem: (tat-Tord u jaqilgħuh) minn postu, u nsew parti minn dak li kienu mfakkra fih (fit-Tora). U m'intix se tieqaf (Muħammad) issib il-ħjiena (u l-qerq) fosthom, għajr għal ftit minnhom (li daħlu fl-Islam). Iżda (minkejja dan, tikkastigahomx, anzi) aħfrilhom u agħdirhom. Alla tabilħaqq iħobb lil dawk li jagħmlu t-tajjeb

[14] U ma' dawk li jgħidu: 'Aħna Nsara' dħalna (koll) f'rabta, iżda nsew parti minn dak li kienu mfakkra fih (l- Evanġelju). Għalhekk qanqalna bejniethom l-ostilità u l- mibegħda sa Jum il-Qawmien. (Dakinhar) Alla se jgħarrafhom b'dak li kienu jagħmlu

[15] Ja Nies il-Ktieb, ġiekom il-Mibgħut tagħna biex jurikom ħafna minn dak li kontu taħbu mill-Ktieb (dwar it-twemmin fih bħala Profeta ta' Alla), għalkemm qabeż ħafna (u ma qagħadx isemmi dak kollu li ħbejtu mill- Kotba tagħkom). U. ġiekom Dawl minn Alla (il-Qoran imqaddes), u Ktieb mill-aktar ċar

[16] Bih Alla jmexxi lejn it-toroq tas-sliem lil-dawk li jħabirku biex jogħġbu lilu, u bir-rieda tiegħu joħroġhom mid-dlamijiet lejn id-dawl u jmexxihom lejn triq dritta (/i hi l-Islam)

[17] Ċaħdu t-twemmin dawk li jgħidu: ''Alla tabilħaqq huwa l-Messija bin Marija.' .Għid(ilhom Muħammad): ''Min seta' jżomm lil Alla, kieku ried jeqred lill-Messija bin Marija, lil ommu, u lil kulmin jinsab fuq l-artf' Ta' Alla s-saltna tas-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom. Huwa joħloq li jrid, u Alla fuq kollox Setgħan

[18] (Il-Lhud u l-Insara jgħidu: ''Aħna Wlied Alla, u l- maħbubin tiegħu'' Għidfilhom: Muħammad): ''Mela għaliex jikkastigakom ta' dnubietkom 7 Let Intom biss I bnedmin minn dawk li ħalaq. Huwa jaħfer lil min irid, u.) jikkastiga lil-min irid. U ta' Alla hija s-saltna tas- smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, u lejh it- J tmiem (ta' kulħadd)

[19] Ja. Nies. il-Ktieb, (ġiekom il-Mibgħut tagħna J (Muħammad) biex jurikom' biċ-ċar (it-tagħlim ta' l- Islam) wara żmien (li kienu ilhom ma jidhru) il- Mibgħutin (fostkom minn żmien Ġesil), biex ma tgħidux: ''Ma ġiena (ħadd) bi bxara tajba; u lanqas min iwissi.' Issa ġiekom tassew xi ħadd bi bxara tajba u bi twissija. Alla fuq kollox Setgħan

[20] (Ftakar, Muħammad) meta Mosċ qal lil niesu: 'Ja niesi, ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom meta bagħat minn fostkom Profeti, u għamel minnkom slaten u takom dak li ma ta lil ħadd mill-ħolqien

[21] Ja niesi, idħlu fl-art imqaddsa li Alla kiteb għalikom, u la ddurux lura (maħrubin) għaliex inkella tingħelbu (ui tkunu) tellifin

[22] Qalu: ''Ja Mosċ, fiha (din l-art) hemm nies ta' saħħa kbira, u m'aħniex se nidħlu fiha qabel ma joħorġu minnha (mingħajr ġlied). Jekk joħorġu minnha, aħna nidħlu

[23] Żewġt irġiel minn dawk li jibżgħu (minn A/la), u li Alla kien wera l-grazzja tiegħu magħhom, qala: 'Idħlu għalihom mill-bieb (ew/ieni tal-belt). Jekk tidħlu minnu, intom tabilħaqq ir-rebbiħin. U ħallu f'idejn Alla, jekk tassew temmnu

[24] Qalu: ''Ja Mosċ, qatt m'aħna se nidħlu fiha (dik l-art) kemm idumu fiha. Mela mur inti u Sidek, u tqabdul Aħna tabilħaqq hawnhekk se noqogħdu

[25] Qal (Mose): 'Sidi, ma għandix setgħa ħlief fuqi nnifsi u fuq ħija ( 4ron). Għalhekk ofroq bejnna u bejn in-nies il- ħżiena (bil-ħaqq tiegħek)

[26] (Alla) qal: 'Hija. (l-art imqaddsa) miċħuda. għalihom għal erbgħin sena (/i matulhom) iterrqu mitlufin fuq l-art, La titnikkitx minħabba (dawn) in-nies il-ħżiena

[27] U semmagħlhom (Muħammad, lil-Lhud u lil-kulmin hu bħalhom), bil-ħaqq, il-ġrajja taż-żewġ ulied ta' Adam (Abel u Kajin) meta otfrew sagrifiċċju, u minn wieħed minnhom (minn Abel) intlaqa', u mill-ieħor (Kajin) ma ntlaqax. (Kajin) qal: 'Żgur li-noqtloki' (Iżda Abel) qal: SAlla. jilqa' biss. (sagrifiċċji) minn. dawk li jibżgħu minnu

[28] Jekk tmidd idek fuqi biex toqtolni, m'iniex se mmidd idi fuqek biex noqtlok. Jiena tabilħaqq nibża' minn Alla, Sid il-ħolqien

[29] Jiena rrid li inti titgħabba bil-ħtija tiegħi u bil-ħtija tiegħek, u b'hekk tkun minn nies in-Nar. Dak huwa l-ħlas tal-ħżiena

[30] Bil-qtil ta' ħuh (Adel) webblitu ruħu (il-ħażina), u qatlu u sar mit-tellifin

[31] Imbagħad Alla bagħat ċawla tħaffer l-art biex jurih kif jaħbi l-ġisem għeri ta' ħuh. Huwa qal: ''Ħażin għalijal Ma stajtx inkun bħal din iċ-ċawla u naħbi l-ġisem għeri ta' ħija 77 Imbagħad sar min-nedmin

[32] Minħabba f'hekk ktibna (l-amar tagħna) lil Ulied Israel li min joqtol bniedem, jekk mhux bi tpattija għall-qtil ta' xi ħaddieħor, jew minħabba. inġustizzja fuq l-art, ikun bħallikieku qatel il-bnedmin kollha. U min jeħles il-ħajja (ta' xi ħadd), ikun bħallikieku ħelisha lill-bnedmin kollha. Il-Mibgħutin tagħna ġewhom (lil-Lhud) bis-sinjali ċ-ċari, imbagħad minkejja dan. ħafna minnhom għamlu ħażen kbir fuq l-art

[33] Ma hemmx ħlas għal dawk li jitqatlu kontra Alla u l- Mibgħut tiegħu, u jħabirku (biex iġibu) il-korruzzjoni fuq l-art, ħlief li jinqatlu, jew li jissallbu, jew li jinqatgħu idejhom u riġlejhom id ta' naħa u riġel ta' naħa oħra jew li jitkeċċew mill-art (fejn twieldu). Dak ikun l-għajb tagħhom f'(din) id-dinja, u fl-Oħra jkollhom kastig mill- kbar

[34] ħlief dawk li (jilħqu) jindmu qabel ma tkunu tistgħu għalihom (u tikkastigawhom). Għaliex kunu afu li Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[35] Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla, fittxu t-triq għal għandu u ħabirku għalih, biex forsi tirbħu

[36] Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux, li kieku kellhom kulma jinsab fuq l-art u (żid) miegħu daqsu ( 2/koll), biex bih jinfdew mill-kastig ta' Jum il-Qawmien, (dan) ma jintlaqax minnhom, u tagħhom ikun kastig ta' wġigħ

[37] (Dakinhar ikunu) iridu joħorġu min-Nar (ta' l-Infern), iżda ma humiex ħerġin minnu. Tagħhom huwa kastig li jibqa' għal dejjem

[38] U lill-ħalliel u lill-ħalliela aqtgħulhom idejhom bi ħlas ta' dak li huma t-tnejn għamlu, u bħala kastig b'tagħlima minn Alla. Alla huwa Qawwi u Għaref

[39] Iżda min jindem, wara l-ħażen tiegħu, u jsewwi l- imġiba tiegħu, tabilħaqq li Alla jdur lejh bil-maħfra, Alla. tassew Kollu Maħfra u Ħanin

[40] Mela ma tafx li Alla għandu s-saltna tas-smewwiet u l- art, jikkastiga lil min irid u jaħfer lil min irid Alla fuq kollox Setgħan

[41] Ja Mibgħut (Muħammad), ara li ma jnikktukx dawk li jimpikaw u jħabirku (bi kliemhom u għemilhom) fiċ- ċaħda tat-twemmin: dawk li jgħidu: ''Nemmnuf' b'fommhom (biss), iżda qlubhom ma jemmnux. U (titnikkitx) minħabba l-Lhud li jħobbu jisimgħu l-gideb, (u li huma) semmiegħa għal nies oħra li ma ġewkx (biex jisimgħuk, għaliex tkabbru). Huma jgħawġu l-kliem (tar- Tora u jaqilgħuh) minn postu, u jgħidu: ''Jekk tingħataw dan (il-ġudizzju li jaqbel lilna), ħuduh, iżda jekk ma jingħatalkomx, moħħkom hemmi' Lil min Alla jrid iġarrab (b'nuqqas ta' nwemmin, jew billi joħorġu mit-triq it-tajba), inti ma tista' tagħmel xejn għalih kontra Alla. Dawk huma (in-nies il-ħżiena) li Alla ma jridx isaffi qlubhom. F'(din) id-dinja għandhom għajb, u fl-Oħra għandhom kastig mill-kbar

[42] Semmiegħa tal-gideb u wikkiela ta' kulma hu illegalit Jekk jiġu. għandek. (Muħammad, bil-kwistjonijiet tagħhom, jekk trid), agħmel ħaqq minnhom jew (inkella) warrab minnhom. Jekk twarrab minnhom, ma humiex se jagħmlulek ħsara (għaliex Alla miegħek), iżda jekk tagħmel ħaqq, agħmel ħaqq minnhom b'ġustizzja. Alla tabilħaqq iħobb lill-ġusti

[43] U kif iqabbduk tagħmel: ħaqq minnhom, meta għandhom it-Tora li fiha l-amar ta' Alla (u li għandha tkun biżżejjed. għalihom) 1 Imbagħad minkejja dan, (tarahom). jagħtu. daharhom. (lil. dak li: tkun. qtajt għalihom, u ma jagħtux widen). Dawk ma jemmnux (tassew)

[44] Aħna tabilħaqq niżżilna r-Tord (lil. Mosċ) li fiha tmexxija tajba u dawl. Biha l-Profeti li ntelqu għar-rieda ta' Alla jagħmlu ħaqq mil-Lhud, u (hekk għamlu) ir- rabbini u l-għorrief (Lhud) skond dak li tqabbdu: li jżommu sħiħ mal-Ktieb ta' Alla u jkunu xhieda tiegħu (u jaraw li ma jsir ebda tibdil fih). Għalhekk (intom. l- għorrief tal-Lhud) la tibżgħux min-nies. (u tkellmu bla biża' magħhom dwar Muħammad), iżda ibżgħu minni, u tbigħux ir-Rivelazzjoni tiegħi bi prezz irħis. (tat-tixħim, biex. taħbu taqsimiet mill-Ktieb. tagħkom). U min: ma jagħmilx ħaqq skond dak li niżżel Alla, dawk huma li ma jemmnux

[45] Fiha (il-Tora) Aħna ktibna għalihom li l-ħajja (rirpatta) bil-ħajja, l-għajn bl-għajn; l-imnieħer bl-imnieħer, il- widna bil-widna, is-sinna bis-sinna, u l-ġrieħi (jirħallsu) bi tpattija. Iżda min, b'karità, ma'jpattihiex, jinħafrulu dnubietu. Dawk li ma jagħmlux ħaqq skond dak li-niżżel Alla, dawk huma l-ħżiena

[46] Fil-passi tagħhom (tal-Profeti) bgħatna lil-Ġesir bin Marija, iseddaq it-Tord li kienet (tniżżlet) qablu. U tajnieh l-Evanġelju li fih tmexxija tajba u dawl, u jseddaq it-Tora li kienet (tniżżler) qablu, u tmexxija tajba u twissija lil dawk li jibżgħu minn Alla

[47] (Ħalli jagħmlu ħaqq, Nies. l-Evanġelju, skond fiż- tagħlim) li Alla niżżel fih, u min ma jagħmilx ħaqq skond dak li niżżel Alla, dawk huma l-ħżiena

[48] U niżżilnielek (Muħammad) il-Ktieb bis-sewwa, iseddaq il-Ktieb li frniżżel) qablu, u jħarsu u jsaltan fuqu. Mela agħmel ħaqq minnhom skond dak li niżżel Alla u la timxix wara x-xewqat tagħhom, flok (ma timxi wara) is- sewwa li ġiek. Lil kull wieħed minnkom. (il-ġnus) għamilna liġi u triq ċara. Li kieku ried. Alla kien jagħmilkom nazzjon wieħed (b'reliġjon waħda), iżda (ma għamilx hekk) biex iġarrabkom b'dak li takom (biex jara min joqgħod għalih u min jeħodha kontrih). Mela impikaw. fl-għemejjel it-tajba. Lejn. Alla l-wasla. lura tagħkom ilkoll, u (imbagħad) jgħarrafkom b'dak li ma kontux taqblu fuqu

[49] U agħmel ħaqq minnhom (Muħammad). skond dak li niżżel Alla. La timxix fuq ix-xewqat tagħhom, u ara li ma jfixklukx f'xi ħaġa minn dak li Alla niżżillek. U jekk jagħtuk) daharhom (u ma jagħtux widen), kun af li Alla jrid jolqothom (bil-kastig riegħu) minħabba xi dnubiet tagħhom. U tabilħaqq li ħafna min-nies huma mogħtija għall-ħażen

[50] Jaqaw ifittxu l-ħaqq ta' żmien l-injuranza (ta' qabel l- Islam) U min jagħmel ħaqq aħjar minn Alla, għal ġens li huwa sħiħ fit-twemmin

[51] Intom. li temmnu, la teħdux il-Lhud u l-Insara b'alleati (kontra l-Misilmin); huma ħbieb u alleati ta' xulxin (u mhux tagħkom). U min: minnkom jeħodhom b'alleati, isir minnhom. Alla tabilħaqq ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il- ħżiena

[52] U tara lil dawk li fi qlubhom (għandhom il-) marda (tal- wiċċ b'ieħor) jgħaġġlu lejhom u jgħidu: ''(Aħna nagħmluha magħhom għaliex) nibżgħu li xortina ddur (kontrina; u l- Lhud jegħlbu l-Misilmin).' Jista' jkun li Alla jġibrlek, Muħammad) ir-rebħa (fuq Mekka), jew (ikun hemm) xi amar mingħandu ((i jġibilhom il-qerda lill-għedewwa ta' l-Islam), u (ta' wiċċ b'ieħor) jindmu minn dak li kienu jostru fihom infushom

[53] U dawkeli jemmnu jgħidu (dwar dawk ta' wiċċ b'ieħor): ''Jaqaw dawn huma dawk li ħalfu b'Alla, bl-aqwa ħalf, li huma kienu tassew magħkom'' L-għemejjel tagħhom sfaw fix-xejn, u saru tellifin (f'din id-dinja u fl-Oħra)

[54] Intom: li temmnu, min: minnkom jerġa' lura mid-din tiegħu, Alla: se jġib. (flokhom). ġens. (li Huwa jkun) iħobbhom, u huma jħobbuh, ikunu umli ma' dawk li jemmnu u qliel ma' dawk li ma jemmnux, iħabirku għal Alla, u ma jibżgħux mil-lewm ta' min ilum. Dik hija t-tjieba ta' Alla, Huwa jagħtiha lil min irid. Alla jesa' kollox, u jaf kollox

[55] Il-ħabib u l-alleat tagħkom ma huwa ħadd ħlief Alla, il- Mibgħut tiegħu (Muħammad), dawk li jemmnu, li jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, u jmilu (kollhom qima lejn Alla)

[56] U min iżomm ma' Alla, mal-Mibgħut tiegħu u (ina ') dawk li jemmnu, tabilħaqq (isiru jafir li din) hija. l-ġemgħa. ta' Alla; huma r-rebbiħini

[57] Intom li temmnu, la teħdux lil-dawk li jieħdu d-din tagħkom biċ-ċajt u l-logħob, minn fost dawk (il-Lhud u l- Insara) li ngħataw il-Ktieb qabilkom, u dawk li ma jemmnux, bi ħbieb u alleati. U ibżgħu minn Alla, jekk (tassew) temmnu

[58] Meta ssejħu għat-talb, (arahom): jeħduh biċ-ċajt u l- logħob. Dak minħabba li huma ġens mingħajr għaqal (u ma jafux is-siwi kbir tat-talb)

[59] Għid(ilhom. Muħammad): 'Ja' Nies il-Ktieb, jaqaw qegħdin biss teħduha kontrina għaliex nemmnu f'Alla, f'dak li: tniżżlilna, u f'dak li tniżżel qabel, u għaliex ħafna minnkom mogħtija għall-ħażen

[60] Għid(ilhom): (Jaqaw ftriduni) ngħarrafkom bi ħlas, mingħand Alla, agħar minn dan (li tixtiequ lilna)) (Dan il- ħlas huwa għal) dak li Alla seħtu (għaliex ċaħħdu mill- ħniena tiegħu) u għadab għalih, u (għal dawk li) għamel: J minnhom xadini u ħnieżer, u (għaż) min qiem lix-Xitan u J lill-allat (foloz). Dawk jinsabu f'imkien wisq agħar, u f'aktar telfien (u 'l bogħod) mit-triq id-dritta

[61] Meta jiġu għandkom, jgħidu: 'Nemmnu,' iżda jkunu daħlu biċ-ċaħda tat-twemmin u ħarġu biha. Iżda Alla jaf sewwa b'dak li kienu jaħbu

[62] U tara ħafna minnhom jimpikaw bejniethom (b; kliemhom u b'għemilhom) fil-ħtija u fl-aggressjoni, u fl-ikel ta' qligħ projbit (għalihom bil-liġi divina). Tassew ta' għajb dak li qegħdin jagħmlu

[63] Għaliex. ir-rabbini u l-għorrief (tagħhom) ma jwaqqfuhomx mill-kliem ħażin tagħhom u mill-ikel ta' qligħ projbit (għalihom) 2 Tassew ta' għajb dak li qegħdin jagħmlu (ir-rabbini u l-għorrief li jibqgħu siekta dwar il- ħażen)

[64] Il-Lhud qalu: ''Id Alla marbuta (bix-xeħħa).' (Ħalli jkunu) idejhom marbutin, u (ħalli) jinsteħtu (u jiċċaħħdu mill- ħniena ta' Alla), ta' dak li qalul Lel (Alla) idejh it-tnejn miftuħin. beraħ; Huwa jonfoq (mill-ġid tiegħu) kif irid. Tassew li dak li tniżżel lilek (Muħammad) minn Sidek (il- Qoran) se jżid ħafna minnhom fil-ħażen u fiċ-ċaħda tat- twemmin (għaliex ma jemmnux fih): U bejniethom (il-Lhud) qlajna l-ostilità u l-mibegħda sa Jum il-Qawmien. Kull darba li jkebbsu n-nar għall-gwerra (kontra Muħammad u kontra l-Misilmin), Alla jitfih. Huma (dejjem) iħabirku fuq l-art biex iġibu l-korruzzjoni. Alla ma jħobbx lill-korrotti

[65] Li kieku Nies il-Ktieb emmnu u beżgħu (minn Alla u żammu lura mill-ħażen), konna nħassrulhom ħtijiethom u ndaħħluhom f'Ġonna ta' hena

[66] Li kieku żammu sħiħ mat-Tora, ma' l-Evanġelju u ma' dak li tniżżlilhom minn Sidhom, kienu jieklu minn fuqhom. u minn taħt riġlejhom (daqshekk kbar kienu jkunu l-barkiet tas-sema u ta' l-art li kienu. jgawdu). Fosthom hemm' nies li qabdu t-triq it-tajba, iżda dak li ħafna minnhom jagħmlu huwa ħażin

[67] Ja Mibgħut (Muħammad), xandar dak li tniżżel lilek minn Sidek, u jekk ma tagħmilx (hekk, u ma xxandarx kulma ngħatalek), ma tkunx xandart il-messaġġ tiegħu. Alla jħarsek min-nies (li jridu jagħmlulek id-deni jew joqtluk). Tabilħaqq li Alla ma jurix it-triq lil-dawk li ma. jemmnux

[68] Għid (Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb, ma għandkom xejn (bħala gwida fuq -xiex iżżommu), sa ma żżommu sħiħ mat-Tora, ma' l-Evanġelju u ma' dak li tniżżel lilkom minn Sidkom (il-Qoran).' Dak li tniżżel lilek minn Sidek (il-Qoran) tassew iżid lil ħafna minnhom fil- ħażen u fiċ-ċaħda tat-twemmin, iżda la. titnikkitx (Muħammad) għan-nies li ma jemmnux

[69] Tabilħaqq li dawk li jemmnu (il-Misilmin), il-Lhud, is- Sabijin, u l-Insara, min jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum, u jagħmel għemejjel tajba, (dawk) ebda. biża' ma. jkun hemm fuqhom (fl-Aħħar Jum), u lanqas ma jitnikktu (minħabba dak li ħallew warajhom fid-dinja)

[70] Aħna dħalna f'rabta ma' Wlied Israel u bgħatna għandhom Mibgħutin. Kull darba li ġiehom xi Mibgħut b'dak li ma jixtiqux, giddbu lil uħud minnhom, u qatlu lil oħrajn

[71] U ħasbu li ma jkunx hemm tiġrib (għalihom tal-ħażen li għamlu); u għalhekk għamew u ttarrxu (u ma setgħux isibu. triq. is-sewwa). Imbagħad Alla dar lejhom bil- maħfra: (imma) imbagħad ħafna minnhom għamew u ttarrxu (għal darba oħra). Iżda Alla jara sew dak li jagħmlu

[72] M'emmnux dawk li jgħidu: 'Tabilħaqq Alla huwa l- Messija bin Marija.' Il-Messija (innifsu) qal: 'Ja Wlied Israel, agħtu qima lil Alla Sidi u Sidkoml' Tabilħaqq li min ixierek lil- Alla (ma' allat oħra), Alla jċaħħdu mill- Ġenna, u il-kenn tiegħu jkun in-Nar. Il-ħżiena ma għandhomx min jgħinhom

[73] M'emmnux dawk li jgħidu: ''Alla. tabilħaqq huwa t- tielet minn tlieta.' Iżda ma hemmx alla (ieħor) ħlief Alla Wieħed. U jekk m'intomx se jieqfu minn dak li qegħdin jgħidu, dawk fosthom li ċaħdu t-twemmin se jmisshom kastig ta' wġigħ

[74] Għaliex ma jdurux bl-indiema lejn Alla u jitolbuh maħfra 7 Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[75] Il-Messija bin Marija ma kienx għajr Mibgħut, u qablu għaddew il-Mibgħutin (l-oħra). Ommu kienet mara tal- ħaqq u s-sewwa. Huma t-tnejn kienu jieklu l-ikel (bħal ħaddieħor). Ara kif nuruhom. biċ-ċar (lill-Insara) is- sinjali (tagħna, biex jemmnu), imbagħad ara kif jitbiegħdu mis-sewwa

[76] Għid(ilhom: Muħammad): ''Jaqaw, minflok. lil Alla, tqimu dak li la għandu s-setgħa jkunilkom ta' deni u lanqas ta' siwiV' Iżda Alla huwa li jisma' kollox u jaf kollox

[77] Għid(ilhom: ukoll Muħammad): ''Ja' Nies. il-Ktieb, tesaġerawx fir-reliġjon tagħkom (hekk (i tisħqu fuq dak) li ma huwiex is-sewwa, u la timxux wara x-xewqat ta' nies li fl-imgħoddi tħawdu, ħawdu lil ħafna (oħrajn), u tilffu triq is-sewwa

[78] Dawk minn Ulied Israel li m'emmnux, insteħtu minn David u minn Ġest bin Marija għaliex m'obdewx (/i/ Alla) u kienu jagħmlu l-ħażen

[79] Huma ma kinux iżommu lil xulxin mill-ħażen li għamlu. Tassew ta' għajb dak li kienu jagħmlu

[80] Tara ħafna minnhom (il-Lhud) jissieħbu ma' dawk li ma jemmnux. Tassew ta' għajb dak (l-għemil) li huma nfushom ressqu quddiemhom (biex jitħallsu. tiegħu fil- Ħajja l-Oħra, u) Alla għadab għalihom, u huma jibqgħu fil-kastig għal dejjem

[81] Li kieku (il-Lhud) emmnu f'Alla, fil-Profeta, u f'dak li tniżżel lilu, ma kinux-jissieħbu magħhom, iżda ħafna minnhom huma ħżiena

[82] Tassew issib (Muħammad) li fost in-nies, l-eħrex għedewwa ta' dawk li jemmnu huma l-Lhud u dawk li xierku (allat oħra ma' Alla), u tassew issib (ukoll) li l- eqreb, fosthom, fl-imħabba lejn dawk li jemmnu huma dawk li jgħidu: SAħna Nsara'' Dan għaliex hemm minnhom qassisin u tħieb, u huma ma jitkabbrux

[83] U meta jisimgħu dak li tniżżel lill-Mibgħut (il-Qoran), tara għajnejhom ifuru bid-dmugħ minħabba s-sewwa li) għarfu. (fih), u jgħidu: 'Sidna, aħna nemmnut. Iktibna max-xhieda (li huma l-Misilmin)

[84] U kif ma nemmnux f'Alla, u f'dak li ġiena mis-sewwa, (meta) aħna nittamaw li Sidna jdaħħalna man-nies it- tajba

[85] Għalhekk Alla tahom il-ħlas ta' dak li qalu: Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dak huwa l-ħlas għal dawk li jagħmlu t-tajjeb

[86] Iżda dawk li ma jemmnux u jgiddbu s-sinjali tagħna, dawk huma nies in-Nar iħeġġeġ

[87] Intom litemmnu, tipprojbixxux it-tajjeb li Alla għamel jiswa għalikom, iżda taqbżux il-limitil Alla tabilħaqq ma jħobbx lil dawk li jaqbżu l-limiti

[88] U kulu milli takom Alla għall-għajxien, dak li jiswa u tajjeb; iżda ibżgħu minn Alla li intom temmnu fih

[89] Alla ma jeħux għalikom tan-nuqqas ta' ħsieb fil-ħalfiet tagħkom, iżda jieħu għalikom ta' dawk il-ħalfiet li intom tagħmlu bl-akbar serjetà. Tpattija ta' dan huwa. li titimgħu għaxar foqra b'daqs kemm (is-soltu) titimgħu lil nieskom, jew tlibbsuhom, jew (inkella) li teħilsu Isir. U min ma jsibx (kif jagħmel dan), għandu jsum tlett ijiem: Din hija tpattija għall-ħalfiet li ħliftu. U żommu sħiħ mal- ħalfiet tagħkom. Hekk Alla jurikom. biċ-ċar. is-sinjali tiegħu biex forsi tiżżu ħajr. f l

[90] Intom li temmnu (kwir aftr li) l-inbid, il-logħob ta' l- azzard, l-idoli u l-vleġeġ (tat-tbassir) ma humiex għajr) tinġis minn għemil ix-Xitan. Mela warrbu minnu biex forsi tkunu rebbiħin

[91] Ix-Xitan ma jridx għajr li jagħmilkom għedewwa ta' xulxin u jġib il-mibegħda fostkom (billi jinqeda) bl-inbid u bil-logħob ta' l-azzard, u jżommkom mit-tifkira ta' Alla u mit-talb. Mela (issa li tafu: dan), intom se tieqfu (minn dawn il-vizzji)

[92] Opdu lil-Alla u obdu lill-Mibgħut, u ogogħdu attenti (mill-ħażen). Jekk tagħtu daharkom (u ma tagħrux widen), kunu afu li d-dmir tal-Mibgħut tagħna huwa biss li jxandar biċ-ċar (tagħlim l-Islam)

[93] Fuq dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba ma hemm (ebda) ħtija ta' dak li kielu (fl-imgħoddi, qabel il- projbizzjoni ta' l-inbid), jekk jibżgħu minn Alla, jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, imbagħad (għa/ darba oħra) jitħarsu mill-ħażen u jemmnu, imbagħad jibżgħu minn Alla u jagħmlu t-tajjeb. Alla jħobb lil dawk li jagħmlu t- tajjeb

[94] Intom li temmnu, tabilħaqq li Alla jġarrabkom bil- kaċċa li tiġi f'idejkom u fil-lanez tagħkom; biex Alla jkun jaf min jibża' minnu, (Huwa li jinsab) fis-satra. Min, wara dan, jikser il-liġi, ikollu kastig ta' wġigħ

[95] Intom li temmnu, la toqtlux kaċċa meta intom tinsabu fil-'iħram (jiġifieri mħejjija biex tagħmlu l-ħaġġ jew l- għomra): Min minnkom joqtolhom fdawn l-annimali) apposta, it-tpattija (għa/ dan), skond il-ħaqq li jagħmlu tnejn min-nies ġusti fostkom, (tkun) b'annimal imrobbi (għandkom), daqs dak li nqatel, li jinġieb bħala offerta fil-Kagħba, jew (inkella ssir) tpattija (billi) titimgħu xi fqar, jew xi jsarraf dan f'sawm, b'hekk iduq il-kruha ta' għemilu. Alla ħafer dak li għadda (qabel ma niżel dan il- vers), iżda min jerġa' (jidneb), Alla jpattihielu. Alla huwa Qawwi u jaf kif ipattiha

[96] Jiswa għalikom sajd il-baħar u l-ikel tiegħu (anki meta tkunu fil-'iħram), biex ikun tgawdija għalikom u għal min ikun imsiefer, iżda ma tiswiex għalikom il-kaċċa fuq l-art meta intom tinsabu fil-'iħram, U ibżgħu minn Alla li għad tinġabru għandu (i tidhru quddiemu)

[97] Alla għamel il-Kagħba, id-dar imqaddsa, imwaqqfa għall-ġid tan-nies, (kif ukoll) ix-xahar imqaddes, il- bhejjem: tas-sagrifiċċju u l-bhejjem. immarkati. għas- sagrifiċċju. Dak biex tkunu tafu li Alla jaf b'dak li hemm fis-smewwiet u fl-art, u li Alla jaf b'kollox

[98] Kunu afu li Alla Qalil fil-kastig, u li Alla Kollu Maħfra u Ħanin

[99] Dmir il-Mibgħut huwa biss li jxandar (it-tagħlim ta' l- Islam). AMla jaf b'dak li turu u b'dak li taħbu

[100] Għid (Muħammad): 'iIl-ħażin u t-tajjeb ma humiex indaqs, anki jekk il-kotra tal-ħażen tista' tgħaġġbek. Mela ibżgħu minn Alla, ja nies ta' dehen, biex forsi tkunu rebbiħinf' ġ

[101] Intom li temmnu, la tistaqsux (lil Muħammad) fuq ħwejjeġ li, kieku jintwerewlkom, idejqukom. Iżda jekk tistaqsu fuqhom meta jitniżżel (lilkom) il-Qoran, (dawn) jintwerewlkom. Alla ħafer dan. Alla huwa Kollu Ħniena u ta' sabar mal-midinbin

[102] Qabilkom nies (oħra) staqsew għal dawn (il-ħwejjeġ), imbagħad (wara li ngħatawlhom), saru ma jemmnux fihom

[103] Alla ma għamilx digrieti dwar il-ġemla b'widintha maqsuma (i ma jiswiex tintrikeb), jew ġemla li tiġġerra (u li ħadd ma jista' jinqeda biha). inkella sagrifiċċji lill- idoli għal twelid doppju fil-bhejjem, jew iġmla fħula (li ma jsirx użu minnhom).'' iżda kienu dawk li m'emmnux li qalgħu l-gideb dwar Alla, u ħafna minnhom ma għandhomx għaqal

[104] (Meta jintqalilhom: ''Ejjew lejn dak li Alla niżżel u lejn il-Mibgħut,' huma jgħidu: ''Biżżejjed għalina dak fir- twemmin) li sibna lil missirijietna fihl 7 (Jgħidu hekk) anki jekk missirijiethom. ma kienu jafu xejn, u lanqas kienu fit-triq it-tajba

[105] Intom li temmnu, jeħtieġ (tħarsu) lilkom infuskom. Jekk. taqbdu t-triq it-tajba, min ħareġ minnha ma jagħmlilkomx ħsara. Lejn Alla terġgħu lura Ikoll, u jħabbrilkom dak li kontu tagħmlu

[106] Intom li temmnu, meta l-mewt toqrob lejn xi ħadd minnkom, (Żommu) xhieda bejnietkom meta jsir it- testment: żewġ (Misilmin) ġusti minn fostkom, jew tnejn oħra barranin (li ma humiex Misilmin) jekk tkunu qegħdin itterrqu fl-art u tintlaqtu bid-diżgrazzja tal-mewt. Jekk tkunu (intom il-werrieta) bejn ħaltejn. (dwar is- serjetà tagħhom), żommuhom it-tnejn wara t-talb (ta' l- għasar) u (araw li) jaħilfu b'Alla (dan li ġej): 'Ma nbigħux il-ħalfa tagħna b'xi prezz, lanqas kieku kien għal xi qarib (tagħna), u lanqas ma naħbu x-xhieda ta' Alla. għaliex inkella nkunu midinbin

[107] Iżda jekk jinstab li huma t-tnejn jistħoqqu (is-suspett li għamlu) dnub. (għaliex ħalfir falz), mela tnejn oħra joqogħdu minflokhom, minn dawk li jistħoqqu (il-wirt), u jaħilfu b'Alla (hekk): '(Naħilfu) li x-xhieda tagħna hija aktar vera mix-xhieda tagħhom it-tnejn, u li ma ksirniex il-liġi (għaliex ma ħlifniex falz), għaliex inkella tassew inkunu mill-ħżienaf

[108] B'hekk aktarx li jagħtu x-xhieda tagħhom kif jixraq, jew (inkella) jibżgħu li, wara l-ħalf tagħhom. jittieħed il- ħalf (ta' ħaddieħor). Iżda ibżgħu minn Alla u isimgħu (minnu). Alla ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

[109] Dakinhar li Alla jiġma' l-Mibgħutin (fiegħu) u jistaqsi(hom): 'Xi tweġib ħadtu (minn nieskom)i 7 Huma jgħidu: ''Ma għandniex għarfien (fuq dan ħlief li Inti taf ħafna aktar minna). Huwa Inti li taf kollox fuq (kull) ma' I huwa mistur

[110] Imbagħad Alla jgħid: 'Ja Ġest bin Marija, ftakar fil- grazzja tiegħi fuqek u fuq ommok: meta saħħaħtek b'ruħ il-qodos (l-anġlu Gabrijel, hekk li) kellimt lin-nies (meta kont għadek) fil-benniena u meta kbirt, u meta għallimtek il-kitba u l-għerf, it-Zora u l-Evanġelju; meta inti ħlaqt mit-tajn bħal għamla ta' tajra, bir-rieda tiegħi, u nfaħt fiha u saret tajra, bir-rieda tiegħi, u (meta inti) fejjaqt lill- agħma mit-twelid u lill-imġiddem, (ukoll) bir-rieda tiegħi, u meta qajjimt lill-mejtin, bir-rieda tiegħi, u meta żammejt lil Ulied Israel ('il bogħod) minnek (biex ma joqtlukx). meta. ġibtilhom. is-sinjali: ċ-ċari, u dawk minnhom li m'emmnux qalu: 'Tabilħaqq dan ma huwiex għajr seħer fid-dieher

[111] U meta (Jiena) nebbaħt lid-dixxipli: 'Emmnu fija u fil- Mibgħut tiegħi (Ġesir),' huma qalu: 'Emminna, u inti ixhed li aħna Misilmin

[112] Meta d-dixxipli qalu: ''Ja Ġesii bin Marija, Sidek jista' jniżżel fuqna mejda (imħejjija sew bl-ikel) mis-sema 7' Huwa qal: ''Ibżgħu minn Alla, jekk intom temmnu

[113] Qalu: 'Irridu nieklu minnha, u qlubna jsibu s-serħan, inkunu nafu li inti kellimtna bis-sewwa, u nkunu xhieda għaliha (il-mejda)

[114] Ġesii bin Marija qal: 'Alla Sidna, niżżel fuqna mejda mis-sema li tkun għalina festa, għall-ewwel wieħed minna u għall-aħħar wieħed minna (li għad jiġi warajna), u sinjal minnek. Għajjixna, għaliex Inti l-Aħjar li tagħti l- għajxien

[115] Alla qal: ''Jiena nniżżilha fuqkom, iżda min minnkom imbagħad ma jemminx, Jiena nikkastigah b'kastig li ma nikkastiga lil ħadd bih fil-ħolqien (kollu)

[116] U meta Alla qal: 'Ja Ġesii bin Marija, jaqaw inti għedt lin-nies: 'Ħudu lili u lil ommi bħala żewġ allat, minflok lil Alla 9' Huwa qal: ''Sebħ lilekl Ma jkun (qarr) li ngħid dak li ma għandix jedd. Jekk kont ngħid hekk, kont tkun tafu dan. Inti taf x'hemm fija nnifsi, iżda jiena ma nafx x'hemm fik innifsek. Inti tabilħaqq taf kollox fuq kulma huwa mistur

[117] Jiena ma għedtilhomx għajr dak li amartli, (jiġifieri): 'Qimu lil Alla Sidi u Sidkom, u kont xhud tagħhom sakemm domt fosthom: U meta ħadtni lura (għandek), kont Inti li ħaristhom (u għassist fuqhom). Inti ta' kollox ix-Xhud

[118] Jekk tikkastigahom, huma tabilħaqq il-qaddejja tiegħek, u jekk taħfrilhom, Inti tabilħaqq il-Qawwi u l-Għaref

[119] Alla qal: 'Dan Jum meta s-sewwa tal-ġusti jkunilhom ta' fejda. Tagħhom huma Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u jgħammru fihom għal dejjem. L-għaxqa ta' Alla fuqhom, u huma jitgħaxxqu bih. Dik hija r-rebħa l- kbiraf

[120] Ta' Alla s-saltna tas-smewwiet u l-art, u kulma fihom, u Huwa fuq kollox Setgħan

L-Annimali

Surah 6

[1] Tifħir lil Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art u għamel id- dlamijiet u d-dawl. Imbagħad dawk li ma jemmnux jagħmlu (allat oħra u jqisuhom) daqs (Alla) Sidhom

[2] Huwa li ħalaqkom minn tajn, imbagħad qata' li jkun hemm żmien (għa ħajjitkom), u għandu żmien fiss (għal meta tqumu mill-imwiet). Imbagħad intom (minkejja S- sinjali kollha li ġewkom), tinsabu bejn ħalltejn (dwar il- qawmien mill-imwiet)

[3] Huwa Alla fis-smewwiet u fl-art: jaf dak li tostru u dak li turu, u jaf dak (it-tajjeb jew il-ħażin) li tiksbu

[4] Ma jiġihomx sinjal wieħed mis-sinjali ta' Sidhom lima jagħtuhx daharhom

[5] Huma giddbu s-sewwa meta ġiehom, u se tiġihom l- aħbar ta' dak li kienu jiddieħku bih

[6] Jaqaw ma rawx kemm-il nisel qridna qabilhom (għaliċx ġiddbu lill-Mibgħurin tagħna); konna saħħaħniehom sew (b'kull ġid) fl-art, hekk li lanqas lilkom (ja nies ta' Mekka) ma saħħaħna (daqshom). U fuqhom ftaħna s- sema b'xita kotrana, : 1 għamilna x-xmajjar jiġru taħthom. Iżda qridniehom minħabba dnubiethom, u warajhom ħriġna nisel ieħor

[7] Li kieku niżżilnielek (Muħammad) ktieb (miktub) fuq parċmina, u (setgħu) imissuh b'idejhom: (u ma jiddubitawx aktarj, dawk li ċaħdu t-twemmin. kienu jgħidu: ''Dan ma huwiex għajr seħer fid-diehert)

[8] Huma qalu: ''Għaliex ma tniżżilx fuqu xi anġlu/' Li kieku niżżilna (fuq Muħammad) xi anġlu, il-kwistjoni kienet tkun maqtugħa, u mbagħad ma kinux jingħataw nifs biex jindmu (għaliex konna neqirduhom)

[9] Likieku (/ill-Mibgħut tagħna) għamilnieh anġlu, (xorta waħda) konna nagħmluh (f'surer) raġel (għaliex ma jistgħux jaraw anġlu kif tassew hu), u konna nħawduhom f'dak li huma (diġà) imħawda

[10] Mibgħutin (oħrajn) qablek (Muħammad) twaqqgħu għaċ-ċajt, iżda dawk li ddieħku bihom (sfaw) imdawra (minn. kull naħa) b'dak (il-kastig) li kienu jwaqqgħu għaċ-ċajt

[11] Għid (Muħammad lil dawk li qegħdin jiddieħku bik): 'Terrqu fl-art, imbagħad araw kif kien it-tmiem (tal- biża') ta' dawk li giddbu (u ċaħdu t-twemmin)

[12] Għid: 'Ta' min huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl- artf' Għid: 'Ta' Allal Huwa kiteb. għalih innifsu l- ħniena. Huwa tassew jiġmagħkom għal Jum il-Qawmien, li dwaru ma hemm ebda dubju. Dawk li tilfu rwieħhom, huma li ma jemmnux

[13] Tiegħu kulma jinsab. fil-lejl u n-nhar, u Huwa jisma' kollox u jaf kollox

[14] Għid (Muħammad): Jaqaw għandi nieħu (lil ħaddieħor) biex iħarisni għajr lil Alla, Ħallieq is- smewwiet u l-art, meta Huwa li jitma', u ma huwiex mitmugħi' Għid: 'Ingħatajt l-amar li nkun l-ewwel (wieħed minn ġensi) li nintelaq f'idejn Alla (bħala Mislem), u (Muħammad) ara ma tkunx minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Allajf)

[15] Għid: 'Li kieku m'obdejtx lil Sidi, kont nibża' mill- kastig ta' Jum mill-kbar

[16] Dakinhar min jinħeles minnu (il-kastig), (Alla) ikun ħenn għalih, u dik tkun ir-rebħa fid-dieher

[17] Jekk Alla jmissek (Muħammad) b'xi deni (bħal faqar jew mard), ħadd ma jwarrbu (minn fuqek) ħliefu, u jekk imissek b'xi ġid, (kun af li) Huwa fuq kollox Setgħan

[18] Huwa wkoll is-Sultan li jaħkem fuq il-qaddejja tiegħu, u Huwa l-Għaref u jaf sewwa (b'kollox)

[19] Għid (Muħammad): ''X'inhu l-akbar bħala xhieda (li jiena tassew il-Mibgħut ta' Alla) Għid: 'Alla (innifsu) jixhed bejni u bejnkom (li jiena l-Profeta tiegħu). Dan il-Qoran tnebbaħ lili biex inwissikom bih. (ilkom, nies Mekka) u lil min jasal (fost il-ġnus, minn issa sa l-aħħar taż-żminijiet). Jaqaw tassew tixhdu li ma' Alla hemm allat oħra 7' Għid: €Ma nixhidxi' Għid: ''Ma huwiex għajr Alla Wieħed, u jiena tabilħaqq ma għandix x'naqsam ma' dak li intom ixxierku (ma' Alla)f

[20] Dawk li tajniehom il-Ktieb (il-Lhud u l-Insara) jafuh (lil Muħammad) bħalma jafu lil uliedhom. Dawk li tilfu lilhom infushom (għaliex m emmnux lil Muħammad) ma jemmnux

[21] Min huwa eħżen minn min jaqla' l-gideb dwar Alla, jew li jgiddeb is-sinjali tiegħu. Tabilħaqq li l-ħżiena ma jkunux rebbiħin

[22] Fil-Jum li niġbruhom ilkoll, se ngħidu lil dawk li xierku: Fejn. huma. l-ixirka tagħkom (li xeriktuhom. miegħi), li kontu tgħidu (li għandkom)

[23] Imbagħad ma jkollhomx skuża (i gidba oħra) ħlief li jgħidu (b'ħalfa falza): 'Naħilfu fuq Alla Sidna li aħna ma konniex minn dawk li jxierkul

[24] Ara (Muħammad) kif gidbu kontra tagħhom infushom, iżda (issa) telquhom dawk (l-allat foloz) li kienu jivvintaw (u sfaw waħidhom, mingħajr għajnuna)

[25] Hemm minnhom li jisimgħuk, iżda Aħna qegħedna velijiet fuq qlubhom biex ma jifhmuhx. (kliemek), u tarraxnielhom: widnejhom. U jekk jaraw kull. sinjal (mingħandna), huma ma jemmnux fih (għaliex webbsu rashom. wisq). Saħansitra meta jiġuk. biex. iħaqquha miegħek, dawk li ma jemmnux jgħidu: 'Dawn ma humiex għajr l-istejjer ta' nies il-qedemi

[26] Huma jżommu (lil ħaddieħor) minnu (il-Qoran), u lilhom infushom. (ukoll) iżommu minnu, Huma (b'hekk) ma jeqirdux għajr lilhom infushom, iżda ma jintebħux

[27] Likieku kellek tara (Muħammad), meta jitwaqqfu fuq in- Nar u jgħidu: '(Jaħasra) mhux li konna nintbagħtu lura tfid-dinjajt (Żgur li) ma ngiddbux (aktar) is-sinjali ta' Sidna, u nkunu minn dawk li jemmnut

[28] Le, (kollu għalxejnjt (Dakinhar ta' Jum' il-Ġudizzju) jidhrilhom dak (kollu) li qabel kienu jaħbu. Iżda li kieku jintbagħtu lura (fid-dinja, xorta waħda) jerġgħu lura għal dak li tqabbdu jżommu 'l bogħod minnu, għaliex huma tabilħaqq giddibin

[29] Huma jgħidu: 'Ma hawnx ħlief ħajjitna fid-dinja, u m'aħniex se nitqajmu (mill-mewt)

[30] Li kellek tara meta jitwaqqfu (imwerwrin) quddiem Sidhoml Huwa jgħid: 'Jaqaw dan ma huwiex tassew) Huma jgħidu: 'Mela, (dan) naħilfuh fuq Sidnat' Huwa jgħid: ''Mela duqu l-kastig, talli m'emmintuxf

[31] Tellifin huma dawk li giddbu l-laqgħa ma' Alla (f'Jum il-Ġudizzju). Imbagħad meta s-siegħa (ta' din il-laqgħa) tiġi fuqhom għal għarrieda, huma jgħidu: 'Jaħasra għalina, (mitlufin aħna), għaliex ma tajniex kasha (din is- siegħa tal-biża'ji' Huma jġorru t-toqol tagħhom fuq daharhom. Tassew ħażin dak li jġorrul)

[32] Il-ħajja ta' (din) id-dinja ma hijiex għajr logħob u mogħdija ta' żmien. Id-Dar (fil-ħajja) l-Oħra aħjar għal dawk li għandhom il-biża' ta' Alla. Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhmu)

[33] Nafu tajjeb li dak li qegħdin jgħidu jnikktek (Muħammad). Tabilħaqq li huma mhux lilek qegħdin igiddbu, iżda l-ħżiena jiċħdu s-sinjali ta' Alla

[34] Mibgħutin. (oħra) qablek tgiddbu: huma stabru, meta tgiddbu u tweġġgħu, sa ma ġiethom l-għajnuna tagħna. Xejn ma jista' jbiddel Kliem Alla. Waslitlek tassew aħbar il-Mibgħutin (li ġew qablek)

[35] Jekk huwa kbir (it-toqol) għalik minħabba li-ma jridux jafu (bl-Islam). jekk tista' tfittex mogħdija taħt l-art, jew sellum fis-sema, u ġġibilhom xi sinjal (xorta waħda ma jkun jiswa xejn biex iċċaqlaghom). Li kieku jrid, Alla jiġborhom fit-triq it-tajba. Mela la tkunux mill-injurantil

[36] Dawk biss. li jisimgħu ( 4 jfittxu s-sewwa) jistgħu jwieġbu. Il-mejtin Alla jqajjimhom, imbagħad lejh jitreġġgħu lura

[37] U jgħidu: ''Għaliex ma tniżżillux (til Muħammad) sinjal minn: Sidu (u konna: nemmnuhjI' Għid(ilhom Muħammad): '' Tabilħaqq li Alla għandu s-setgħa jniżżel sinjal, iżda ħafna minnhom ma jafux

[38] Ma hemmx ħliqa fl-art u lanqas tajra li ttir bi ġwenħajha li ma humiex ġnus bħalkom. Ma qabżilna xejn mill-Ktieb, u mbagħad lejn Sidhom jinġabru

[39] Dawk li giddbu s-sinjali tagħna huma torox u mbikkma (u jinsabu) fid-dlamijiet. Alla jtellef it-triq lil min irid, u lil min irid iqiegħdu fit-triq id-dritta

[40] Għid(ilhom Muħammad): 'X'taħsbu, li kieku jiġikom il-kastig ta' Alla, jew. tiġikom is-siegħa (ta' Jum il- Ġudizzju: taħsbu (li) issejħu lil ħaddieħor (għall- għajnuna), għajr lil Alla, jekk tassew qegħdin tgħidu s- sewwa

[41] Le, (żgur li ma tagħmlux hekk, anzi) lilu (biss) issejħu, u jekk irid, jeħlisfkom) minn dak li (minħabba fih) issejħulu. U (imbagħad) tinsew dawk (l-allat fiergħa) li xxierku (miegħu)

[42] Aħna bgħatna (Mibgħutin) lil-ġnus (oħra) qablek, u (lil dawn il-ġnus) ħadniehom bit-taħbit u l-ħsara, biex forsi jitolbu b'umiltà

[43] Mhux li talbu b'umiltà meta ġiehom it-taħbit tagħna, iżda qlubhom ibbiesu, u x-Xitan żejnilhom dak li kienu jagħmlu

[44] Imbagħad meta nsew dak li kienu mwissijin bih, ftaħna fuqhom il-bwieb (tal-ġid) ta' kull ħaġa, sa ma (fl-aqwa) tal-ferħ tagħhom b'dak li kienu ngħataw (mingħandna) ħadniehom għal għarrieda, hekk li (issa) huma qatgħu qalbhom għal kollox

[45] B'hekk inqata' (u ġie fix-xejn) dak li baqa' minn ġens il-ħżiena. Tifħir lil Alla Sid il-ħolqient

[46] Għid(ilhom Muħammad lil nies Mekka): 'X'taħsbu, li kieku Alla jeħdilkom is-smigħ. tagħkom u dawl għajnejkom, u jqiegħed siġill fuq qlubkom, liema alla, għajr Alla, iroddhomlkom lura 7' Ara kif infissru(/hom) is-sinjali (tagħna), imbagħad (ma jagħtux kas u) jitilqu 'l hemm

[47] Għid(ilhom): ''X'taħsbu, li kieku jiġikom il-kastig ta' Alla għal għarrieda jew fid-dieher; min jinqered, ħlief in- nies il-ħżienat

[48] Aħna ma nibagħtux lill-Mibgħutin jekk mhux biex jagħtu l-bxara u biex iwissu. Mela min jemmen u jibdel ħajtu għat-tajjeb, (dawk) ma hemm ebda biża' fuqhom u lanqas jitnikktu

[49] U dawk li jġiddbu s-sinjali tagħna (għad) imisshom il- kastig tal-ħażen li kienu jagħmlu

[50] (Għidfiihom Muħammad): ''M'iniex. ngħidilkom li għandi. l-ħażniet. tat-teżori ta' Alla, la naf il-ħwejjeġ mistura, u lanqas ngħidilkom li jiena anġlu. Jiena nimxi biss fuq dak li tnebbaħ lili' Għid(i/hom): 'Jaqaw l- agħma u min jara huma ndaqs 7 Mela ma tixtarrux (dan il-kliem)

[51] Wissi bih (dan il-Qoran) lil dawk li jibżgħu li jinġabru Iejn Sidhom: ma għandhomx ħliefu min iħarishom jew jidħol għalihom, biex forsi jkollhom il-biża' ta' Alla

[52] U la tkeċċix (lill-imsejknin' minn ħdejk). li jsejħu. lil Sidhom filgħodu u filgħaxija, u jfittxu lil Wiċċu. Inti ma' għandek x'taqsam xejn mal-kont tagħhom ((i jridu jagħtu lil Alla, u m'intix responsabbli għalihom), u. huma ma għandhom x'jaqsmu xejn mal-kont tiegħek ((i rrid tagħti lil Alla). Jekk tkeċċihom, tkun mill-ħżiena

[53] B'hekk inġarrbu(hom lill-foqra 1v lill-għonja) b'xulxin, hekk li (il-kbarat) jgħidu: 'Jaqaw dawn (il-far u l- imsejknin huma n-nies) fostna li Alla wera t-tjieba tiegħu magħhom (u wriehom it-triq ta' l-Islam) 77 Mela mhux Alla jaf l-aktar b'dawk li jiżżu ħajr

[54] U meta jiġuk dawk li jemmnu fis-sinjali tagħna, għid(ilhom): 'Sliem. għalikoml Sidkom kiteb. għalih innifsu l-ħniena, (hekk li) min minnkom jagħmel xi deni bla ma jaf, imbagħad wara jindem u jibdel ħajtu għat- tajjeb, Huwa tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin

[55] Hekk infissru bir-reqqa r-Rivelazzjoni, biex tidher biċ- ċar triq il-ħatjin

[56] (Għidfilhom Muħammad): ''Jiena mwissi biex ma nqimx lil dawk li intom issejħu minflok Alla'' Għidfi/hom ukoll): Ma nimxix wara xewqatkom (għaliex inkella) inkun ħriġt mit-triq, u ma nkunx minn dawk li jinsabu fit- triq it-tajba. ' A

[57] (Għidfilhom): 'Jiena (noqgħod) fuq dak li ntwera biċ- ċar minn Sidi, iżda intom (is-sewwa) giddibtuh. Jiena ma għandix dak (il-kastig) li intom mgħaġġlin għalih. Id- deċiżjoni hija ta' Alla biss. Huwa jħabbar il-ħaqq, u Huwa l-Aħjar fost dawk li jiddeċiedu

[58] Għid(ilhom): ''Li kieku għandi dak (il-kastig) li intom mgħaġġlin għalih, il-kwistjoni kienet tkun maqtugħa bejni u bejnkom. Iżda Alla jaf l-aktar bil-ħżiena

[59] Għandu jinsabu l-imfietaħ tal-ħwejjeġ mistura, u ħadd ħliefu ma jaf bihom. Huwa jaf b'dak li hemm fl-art u fil- baħar, u ma taqax werqa li ma jafx biha, lanqas żerriegħa fid-dlamijiet ta' l-art, u ebda ħaġa ratba (/i għadha tħaddar) jew iebsa (li dbielet), li ma hijiex (imniżżla). fi Ktieb ċar

[60] Huwa li jeħdilkom. irwieħkom billejl, u jaf b'dak. li għamiltu binhar, imbagħad iqajjimkom fih (fl-istess jum) biex jinġieb fi tmiemu ż-żmien fiss. Imbagħad għandu terġgħu lura, u mbagħad jgħarrafkom b'dak li kontu tagħmlu

[61] Huwa Dak li ħadd ma jista' għalih, (Zi jaħkem) fuq il- qaddejja tiegħu. Huwa jibagħtilkom fanġii) li jżommu kont (ta' kulma tagħmlu), biex meta l-mewt tiġi għand xi ħadd minnkom, il-Mibgħutin tagħna (l-anġli) jeħdulu ruħu, u huma ma jonqsu qatt (minn dmirhom lejn Alla u lejn il- bnedmin)

[62] Imbagħad (il-qaddejja) jintraddu lura għand Alla, il-Mulej tagħhom, is-Sewwa. Tiegħu biss id-deċiżjoni, u Huwa l- eħfef fost dawk li jagħmlu l-kontijiet

[63] Għid(ilhom Muħammad): ''Min jeħliskom mid-dlamijiet ta' l-art u l-baħar 7 Intom issejħulu (lil Sidkom) b'umiltà u fis-satra (i tgħidu hekk): 'Jekk jeħlisna minn dan fis- saram), tassew inkunu minn dawk li jiżżu ħajr

[64] Għid(ilhom): ''Alla jeħliskom minnu, u minn kull diqa. Imbagħad intom ixxierku (allat oħra ma' Allajf)

[65] (Għidfilhom): 'Huwa għandu s-setgħa jibagħtilkom kastig minn fuqkom (bħall-beraq, l-għargħar, l-irwiefen, jew il- lava mill-vulkani), jew minn taħt riġlejkom (Oħat-theżżiżiet ta' l-art), jew li jħawwadkom u tinqasmu f'ġemgħat, u jdewwaq uħud minnkom il-ħruxija ta' l-oħrajn.' Ara kif infissru(lhom) is-sinjali (tagħna) biex forsi jifhmu

[66] Iżda niesek (il-Qurajxin) ċaħduh (il-Qoran), minkejja li huwa s-sewwa. Għidfilhom Muħammad): 'Jiena ma għandix setgħa fuqkom (biex immexxikom fit-triq id- dritta)

[67] Kull aħbar (li tiġi mingħand Alla) għandha żmienha, u se tkunu tafu (ma ddumux, x'kastig imisskom)l

[68] U meta tara lil-dawk li jitkellmu fieragħ dwar is-sinjali tagħna, warrab. minnhom, sa ma jaqbdu kliem ieħor. Li kellu x-Xitan (xi darba) inessik, meta terġa' tiftakar, la toqgħodx man-nies il-ħżiena

[69] Dawk li jibżgħu minn Alla ma għandhomx x'jaqsmu mal-kont tagħhom (tal-ħżiena, li jridu jagħtu lil-Alla), iżda (għandhom biss) ifakkruhom), biex forsi jibżgħu minn Alla

[70] U itlaq (Muħammad) lil dawk li jieħdu r-reliġjon tagħhom bil-logħob u b'mogħdija ta' żmien, u lil dawk li l-ħajja (f'din) id-dinja qarrqet bihom (hekk li ħasbu li ma hemmx ħajja oħra). U fakkar bih, (b'dan il-Ktieb, lill- bnedmin) li r-ruħ tinqered minħabba dak li tkun kisbet (b'għemilha), u ma. jkollha lil ħadd, għajr lil-Alla, li jħarisha jew li jidħol għaliha. Li kellha (din ir-ruħ) tagħti kull fidwa (biex tinfeda), ma titteħidx minnha. Dawk huma li jsibu l-qerda tagħhom minħabba dak li kisbu (b'għemilhom). Ix-xorb tagħhom ikun ilma jismot u kastig ta' wġigħ, għaliex kienu jiċħdu lil Alla

[71] (Għidfilhom Muħammad): (Jaqaw se nsejħu lil ħaddieħor, flok lil Alla; lil dak (l-idolu tal-ġebel) li la (jista') ikunilna ta' fejda u lanqas: (jista') ikunilna ta' ħsara, u nerġgħu lura għalli konna qabel (pagani) wara li Alla wriena t-triq, ( 2 nkunu) bħal dak li x-xjaten ġennuh (u blieh hekk li jterraq) fl-art mitluf' Huwa għandu sħabu jsejħulu lejn it-tmexxija t-tajba (u jgħidulu): 'Ejja għandna.'' Għid (Muħammad): ''Ma hemmx. tmexxija tajba għajr dik ta' Alla, u aħna ħadna l-amar li għandna nintelqu f'idejn Alla Sid il-ħolqien

[72] u (intqal lilna) agħmlu t-talb, u ibżgħu minnu (A/la) għaliex Huwa Dak li għandu għad tinġabru

[73] Huwalli ħalaq is-smewwiet u l-art bis-sewwa, u fil-jum li jgħid: 'Kunf' (kollox) ikun. Kliemu huwa s-sewwa, Tiegħu s-saltna dakinhar li tindaqq it-trumbetta (u jqumu l-mejtin għall-Ġudizzju). Huwa jaf il-mistur u dak li jidher. Huwa l-Għaref u jaf sewwa (b'kollox)

[74] (Ftakar Muħammad) meta Abraham qal lil missieru Ażar: 'Jaqaw int tieħu l-idoli bħala allat Jiena tabilħaqq qed nara li inti u niesek tinsabu f'telfien mill-aktar ċar

[75] Hekk ukoll urejna lil Abraham is-saltna tas-smewwiet u l-art biex ikun minn dawk li jemmnu bis-sħiħ

[76] U meta l-lejl għatta fuqu, ra kewkba u qal: 'Dan sidil' Iżda meta (il-kewkba) għebet (wara x-xefaq), huwa qal: €Ma nħobbx dawk li jgħibu

[77] U meta ra l-qamar tiela' qal: ''Dan sidif' Iżda meta (il- qamar); għeb (wara x-xefaq), huwa qal: ''Jekk Sidi ma huwiex se jmexxini, tassew se nkun minn dawk li tilfu t- triq

[78] U meta ra x-xemx tielgħa qal: 'Dan sidi, dan akbar (mill-kwiekeb u l-qamar)i' Iżda meta (ix-xemx) niżlet qal: 'Ja niesi, jiena ma għandix x'naqsam mal-qima li qegħdin tagħtu lill-allat foloz

[79] Għaliex jiena dawwart wiċċi, kollni twemmin safi, lejn Dak li ħalaq is-smewwiet u l-art, u m'iniex minn dawk li jxierku allat foloż ma' Alla

[80] Niesu ħaqquha miegħu u qal(i/hom): ''Qed tħaqquha miegħi fuq Alla meta Huwa (innifsu) urieni t-triq 2 Jiena ma nibżax minn dawk (l-allat foloz) illi xxierku miegħu, ħlief jekk Sidi jkun irid li xi ħaġa (isseħħ). Sidi jesa' l- għarfien ta' kollox; Mela kif ma tiftakrux (f'dawn ir- twissijiet)

[81] U kif nibża' minn dak li xxierku (ma' Alla) filwaqt li intom ma tibżgħux ixxierku (allat oħra) ma' Alla, mingħajr ma niżżlilkom il-permess li tagħmlu dan Mela liema miż-żewġ ġemgħat (tagħkom il-pagani u tagħna l- Misilmin) jistħoqqilha l-akbar ħarsien u sliem. (minn Alla), jekk (tassew) tafu

[82] (Hija l-ġemgħa ta' dawk) li jemmnu u li ma jħawdux it- twemmin tagħhom bil-ħażen; tagħhom huwa l-ħarsien u. s-sliem (vżinn Alla), u jinsabu fit-triq it-tajba

[83] Din kienet il-prova li tajna lil Abraham kontra niesu, Aħna ngħollu fi gradi (ta' għerf u ġieħ) lil-min irridu, Tabilħaqq li Sidek Għaref u jaf b'kollox

[84] (Lil Abraham) tajnieh lil Iżakk u lil-Ġakobb, u Ikoll urejniehom it-triq it-tajba. Qabel, konna wrejna t-triq lil Noċ, u minn nislu (nisel Abraham) hemm David, Salamun, Ġob, Ġużeppi, Mosċ u Aron; hekk inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjeb

[85] u Żakkarija, Ġwanni, Ġest u Elija, kollha mill-ġusti

[86] uiIsmagħel, Eliżew, Ġona, u Lot: kollha ppreferejniehom mill-ħolqien (ta' żmienhom)

[87] u (mexxejna wkoll oħrajn) minn fost missirijiethom, minn. nisilhom, u minn ħuthom, u għażilniehom u qabbadniehom triq dritta

[88] Dik hija t-tmexxija t-tajba ta' Alla; biha jmexxi lil-min irid mill-qaddejja tiegħu. Li kieku xierku (allar foloz ma' Alla), ma kien jiswielhom xejn dak li kienu jagħmlu

[89] Dawk kienu li tajniehom il-Ktieb, l-għerf u l-profezija. Jekk dawn (li huma mnissla minnhom) ma jemmnux fihom (il-messaġġi), Aħna tassew ngħadduhom lil ġens (ieħor, dak tal-Misilmin) li ma huwiex se jiċħadhom

[90] Dawk huma li Alla mexxa fit-triq it-tajba, u inti (Muħammad) imxi fi triqithom. Għid(ilhom): M'iniex nitlobkom ħlas ta' dan (/i qiegħed inxandar). Dan (il- Qoran) ma huwiex ħlief tifkira (v twissija) lill-ħolqien

[91] Ma jagħtux ġieħ lil-Alla kif jixraqlu meta (il-Lhud) jgħidu: 'Alla ma niżżel xejn (ut ebda rivelazzjoni) fuq il- bniedem. ' Għid(ilhom): ''Min niżżel il-Ktieb li ġab Mosċ dawl u tmexxija tajba lill-bnedmin 7: Għamiltuh (f'għamla) ta' karti biex turuhom, filwaqt li taħbu ħafna (minnhom, l-aktar it-taqsimiet li jsemmu l-profezija ta' Muħammad). (B'dan il-Qoran) intom kontu mgħallma dak li la intom u lanqas missirijietkom ma kontu tafu. Għid(ilhom): 'Alla (niżżel dan il-Ktieb)f' imbagħad ħallihom jagħtuha għal-logħob

[92] U dan huwa Ktieb li niżżilnieh, imbierek, u jseddaq dak li (niżel) qablu; biex twissi (Muħammad) lil Omm il-Bliet (Mekka) u lil dawk ta' madwarha. U dawk li jemmnu fl- Oħra (fil-Ħajja l-Oħra), jemmnu fih u jħarsu t-talb tagħhom

[93] U min hu agħar minn dak li qala' l-gideb dwar Alla, jew li qal: 'Kont imnebbaħ,' meta xejn ma tnebbaħ lilu, jew (agħar) minn dak li qal: ''Se nniżżel bħal dak li niżżel Allaf' Li kellek tara l-ħżiena fl-agunija tal-mewt, filwaqt li l-anġli jmiddu idejhom (u jgħidu): 'Oħorġu rwieħkom (minn ġisimkom) Illum titħallsu bil-kastig ta' tkasbir talli ma kontux tgħidu s-sewwa dwar Alla, u fil- kburija tagħkom kontu tiċħdu (u rmaqdru) is-sinjali tiegħu

[94] U issa ġejtu għandna, kull wieħed għal rasu, bħalma ħlaqniekom l-ewwel darba, u ħallejtu dak (kollu) li tajniekom wara daharkom. M'aħniex naraw magħkom lil dawk (l-allat) li jidħlu għalikom, li kontu tgħidu li kienu sħab magħkom. Issa (ir-rabta) bejnietkom inqatgħet, u telaqkom dak li kontu tallegaw

[95] Alla. tabilħaqq jaqsam iż-żerriegħa (tal-qamħ fil- ħamrija) u l-għadam (tat-tamar biex minnu. tinbet ix- xitla). Huwa joħroġ il-ħaj mill-mejjet, u joħroġ il-mejjet mill-ħaj. Dak huwa Alla' Mela kif titqarrqu

[96] Huwalli jifred is-sebħ (mil-lejl), u jagħmel il-lejl ħemda (għall-mistrieħ), u x-xemx u l-qamar għall-għadd (tal- jiem). Dak huwa l-qjies ta' (Alla) il-Qawwi, li jaf kollox

[97] Huwa li għamlilkom il-kwiekeb biex timxu magħhom fid- dlamijiet ta' l-art u tal-baħar. Aħna fissirna bir-reqqa s-sinjali (tagħna) lil nies li jafu

[98] Kien Huwa li ħariġkom minn ruħ waħda (Adam, u takom) fejn toqogħdu u tistrieħu. Aħna fissimma bir-reqqa s-sinjali (tagħna) lil nies li jifhmu

[99] Huwa wkoll dak li jniżżel ilma mis-sema. Bih ħriġna kull għamla ta' ħdura: minnu ħriġna l-ħxejjex li jnibbtu żerriegħa magħquda, u. mis-siġar tal-palm, mill-friegħi tagħha, jiddendlu l-għenieqed tat-tamar, u (ħriġna wkoll) Ġonna ta' għeneb, żebbuġ u rummien, jixxiebhu (fid- dehra tal-weraq tagħhom), iżda ma humiex bħal xulxin (fit-togħma). Ħarsu lejn il-frott tagħhom: (minn meta jiftaħ iż-żahar sa) meta joħroġ il-frott (u jkun għadu nej), u meta jsir sew (u joħla, u jsir tajjeb: għall-ikel). Tabilħaqq li f'dan (kollu) hemm: sinjali għal nies. li jemmnu

[100] Iżda (il-ħżiena) ixierku lil Alla mal-ġinn,' għalkemm Huwa ħalaqhom, u qalgħuha li għandu (ulied), subien u bniet, mingħajr ma jafu. Sebħ lilul Huwa wisq ogħla minn dak (il-kliem fieragħ) li jgħidu (dwarujl)

[101] Huwa li ħalaq għall-ewwel darba s-smewwiet u l-art; ( 4ila) kif ikollu iben meta ma kellux sieħba U ħalaq kollox, u Huwa jaf b'kollox

[102] Dak huwa Alla Sidkom. Ma hemmx alla ieħor ħliefu, il-Ħallieq ta' kollox. Mela qimuhl Huwa jieħu ħsieb kollox

[103] Il-ħars ma jilħqux, iżda Huwa jilħaq il-ħars, u Huwa jinfed f'kollox, u jaf sew b'kollox

[104] Tassew ġewkom provi minn Sidkom' (/i jgħinukom tiftħu għajnejkom). Mela min jara, ikun għal(l-ġid) tiegħu nnifsu, u min jagħma, (ikun) għall-ħsara tiegħu (innifsu), Jiena (bħala l-Profeta Muħammad) m'iniex għassies fuqkom

[105] Hekk infissru s-sinjali (tagħna) biex jgħidu: ''Inti (Muħammad) studjajt ' u biex dan nuruh biċ-ċar lil nies li jafu

[106] Imxi (Muħammad) fuq dak (il-Qoran) li tnebbaħlek minn Sidek; ma hemmx alla ieħor ħliefu. U warrab minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla)

[107] Li kieku Alla ried,. ma kinux ixierku. Aħna ma għamilniekx (Muħammad) għassies fuqhom, u ma għandekx setgħa fuqhom

[108] U latgħajrux lil dawk (l-allar) li (dawk li ma jemmmix) isejħu minflok lil Alla, biex ma jgħajrux lil-Alla, b'inġustizzja u bla ma jafu. Hekk żejjinna, għal kull ġens, l-għemil tiegħu. Imbagħad għand Sidhom imorru lura, u jħabbrilhom dak li kienu jagħmlu

[109] Huma (nies Mekka) ħalfu b'Alla, bl-aqwa ħalf tagħhom, li jekk jiġihom sinjal, huma tassew jemmnu fih. Għidfilhom Muħammad): ''Is-sinjali huma f'idejn Alla biss. Iżda xi jġegħelkom tkunu tafu li, (anki) jekk (is- sinjali) tassew jiġufhom), huma (xorta waħda jibqgħu) majemmnuxi

[110] Aħna nqallbu (u nħawdulhom) qlubhom u dawl għajnejhom (hekk li jitbiegħdu mit-twemmin), bħal meta m'emmnux f'dan (il-Qoran) ma' l-ewwel darba, u nħalluhom mitlufin bħal għomja fil-ħtija kbira tagħhom

[111] Li kieku niżżilnielhom l-anġli, kellmuhom il-mejtin, u ġbarna kollox quddiemhom, (xorta waħda) ma. kinux jemmnu, ħlief jekk Alla jrid. Iżda ħafna minnhom ma jafux (dan)

[112] Hekk ukoll għamilna għadu (kiefer) għal kull Profeta (biex iġarrbu): xjaten minn fost il-bnedmin u l-ġinn, li jnebbħu lil xulxin. bil-qerq, kliem sabiħ (iżda kollu ħażen). Li Kieku Sidek ried, ma kinux jagħmluh (dan). Mela itlaqhom għall-qlajja' tagħhom

[113] Ħalli qlub dawk li ma jemmnux fil-Ħajja l-Oħra jmilu lejh (dan il-qerq) u jitgħaxxqu bih, biex jibqgħu jiksbu (l- għemejjel tal-ħażen) li qegħdin jiksbu

[114] Jaqaw għandi nfittex imħallef (ieħor) għajr Alla, meta Huwa. li niżżlilkom il-Ktieb. (il-Qoran), imfisser bir- reqqa. U dawk (il-Lhud u l-Insara li qabel) tajniehom il- Ktieb jafu li huwa mniżżel minn Sidek bis-sewwa. Mela la tkunux minn ta' bejn ħalltejn

[115] Kelmet Sidek laħqet il-milja tagħha fis-sewwa u l-ħaqq. Xejn u ħadd ma jista' jbiddel il-kelmiet tiegħu. Huwa jisma' kollox u jaf kollox

[116] U jekk toqgħod għall-kotra (tal-bnedmin li ma jemmmux) li jinsabu fuq l-art, (tara li) itellfuk it-triq ta' Alla, Huma ma jimxux għajr fuq l-istħajjil (tagħhom), u ma jaqilgħux ħlief gideb

[117] Tabilħaqq li Sidek jaf sewwa b'min ħareġ minn triqtu; u ħadd daqsu ma jaf b'dawk li huma fit-triq it-tajba

[118] Mela kulu dak li fuqu ssemma Isem Alla, jekk temmnu fir-Rivelazzjoni tiegħu

[119] U għaliex ma għandkomx tieklu minn dak (il-laħam) li fuqu ssemma Isem Alla, meta huwa fissrilkom bir-reqqa dak li ma jiswiex għalikom, ħlief dak li kontu mġiegħla (tieklu) minħabba l-ħtieġa. Tabilħaqq li ħafna jtellfu t-triq (lil. ħaddieħor) minħabba x-xewqat fiergħa tagħhom, mingħajr għarfien. Tassew li Sidek l-aktar li jaf bil- midinbin li jaqbżu l-limiti

[120] Warrbu mill-ħtija li tidher u (rzinn dik) li ma tidhirx. Tabilħaqq li dawk li jagħmlu l-ħtija se jitħallsu ta' dak li kienu jagħmlu

[121] U la tiklux dak (il-/aħam) li fuqu ma ssemmiex Isem Alla (u li kien imħejji għall-idoli), għaliex dan (l-għemil) huwa tassew ħażen; Tabilħaqq li x-xjaten inebbħu: lil ħbiebhom biex iħaqquha magħkom. U jekk toqogħdu għalihom (il-pagani), tkunu minn dawk li jxierku

[122] Jaqaw min kien mejjet u tajnieh il-ħajja, u għamilnielu dawl biex jimxi bih fost in-nies, huwa bħal min jinsab fid-dlamijiet, li ma huwiex ħiereġ minnhom 2 Hekk iżżejjen lil dawk ta' bla twemmin dak (il-ħażen) li kienu jagħmlu (u dehrilhom sabiħ)

[123] Hekk ukoll qegħedna f'kull belt l-agħar kriminali tagħha, biex inassu (ir jagħmlu l-ħażen) fiha, iżda ma jnassux għajr kontra tagħhom' infushom, mingħajr ma jintebħu

[124] Meta (/ill-pagani) jiġihom sinjal (li juri s-sewwa ta' Muħammad, tismagħhom) jgħidu: 'M'aħniex se nemmnu qabel ma ningħataw (il-mirakli) bħal dawk li ngħataw il- Mibgħutin ta' Alla.' Alla jaf aktar (minnhom) fejn (u ma' min) iħalli: l-messaġġ tiegħu. Tkasbir. quddiem Alla. u kastig qalil se jolqtu lil-dawk li għamlu l-ħażen, talli kienu jnassu

[125] U lil-min. Alla jrid imexxi. fit-triq it-tajba, (arah) jiftaħ(iu) sidru għall-Islam, u lil-min irid itellfu t-triq, jagħmillu sidru: dejjaq u magħluq bħallikieku. tiela' s- sema. Hekk Alla jixħet is-saħta (f'din id-dinja ur l-kastig fl-Oħra) fuq dawk li ma jemmnux

[126] Din hija triq Sidek, dritta. Aħna fissirna r-Rivelazzjoni (tagħna) bir-reqqa lil nies li jiftakru

[127] Tagħhom hija Dar is-Sliem, għand Sidhom, u Huwa jħarishom minħabba (it-tajjeb) li kienu jagħmlu

[128] Dakinhar li ( 41/a) jiġborhom ilkoll (bnedmin u ġinn, se jgħid): Intom. il-ġemgħa. tal-ġinn, ħadtu ħafna mill- bnedmin (għaż magħkom u fixkiluhom kemm flaħtu):' U tibiebhom' minn fost il-bnedmin. jgħidu: 'Sidna, aħna konna ta' fejda għal xulxin, u (issa) ilħaqna ż-żmien li rfajt għalina'' Huwa jgħid: 'In-Nar ikun l-għamara tagħkom, u fih tgħammru għal dejjem, ħlief dak li Alla jrid (li jkun iż-żmien li-ddumu fih).' Tabilħaqq li Sidek Għaref u jaf kollox

[129] Hekk indawru wħud mill-ħżiena. kontra xulxin (b'kastig), minħabba dak (il-ħażen) li kienu. jiksbu (b'għemilhom)

[130] Cintom il-ġemgħa tal-ġinn u tal-bnedmin, jaqaw. ma ġewkomx Mibgħutin minn fostkom: li qalulkom bis- sinjali tiegħi, u wissewkom dwar il-laqgħa ta' dan il-Jum tagħkomi' Huma jgħidu: 'Nixhdu kontra tagħna nfusna (Ii aħna ħatjin)i' Il-ħajja (f'din) id-dinja qarrqet bihom u huma jixhdu kontra tagħhom infushom li huma ma kinux jemmnu

[131] Dan minħabba li Sidek (ja Muħammad) ma kienx jeqred il-bliet. (u. nieshom). b'mod inġust, filwaqt li nieshom ma jafux (bil-messaġġ ta' AIla)

[132] Għal kulħadd hemm gradi (ta' tjieba u ħażen), skond dak (l-għemil) li għamlu, u Sidek ma jaqbiżlu xejn minn dak li jagħmlu

[133] U Sidek huwa l-Għani, Kollu Ħniena. Li kieku jrid, jeqridkom u jaħtar minflokkom dak li jrid, bħalma (kien Hu li) sawwarkom miż-żerriegħa ta' ġens ieħor

[134] Dakli kien imwiegħed lilkom tabilħaqq se jasal, u ma tistgħux taħarbu (mir-rieda ta' Alla)

[135] Għid (Muħammad): 'Ja niesi, agħmlu kif tridu. (Ngħid għalija) jiena nagħmel (dak li qabbadni Alla), u se tkunu tafu min, fl-aħħar, se jkollu l-ħlas it-tajjeb tad-Dar (l- Oħra). Tabilħaqq li l-ħżiena ma jkunux rebbiħin

[136] U refgħu sehem għal Alla mill-uċuħ tar-raba' u mill- frat li Huwa ħalaq, u qalu: ''Dan għal Alla;' kif qalu huma ''u dan għal sħabna (l-allat u l-idoli tagħna): Iżda dak (is-sehem) li kien għal sħabhom ma jasalx għand Alla, u dak fis-sehem) li kien għal Alla jasal għand sħabhom. Tassew ħażin il-ġudizzju li jagħmlu

[137] Hekk ukoll sħabhom (l-idoli li xierku ma' Alla), lil ħafna minn dawk li jxierku (a/lar ma' Alla) żejnuflhom) il-qtil ta' wliedhom biex (b'hekk) jeqirduhom, u jħawdulhom id-din tagħhom. Li kieku Alla ried, ma kinux jagħmluh: (dan). Mela itlaqhom għall-qlajja' tagħhom

[138] Huma jgħidu: 'Dawn frat u wċuħ tar-raba' projbiti. Ma jikolhomx ħlief min irridu aħnaf' Hekk jallegaw. U hemm. frat (oħra) li daharhom huwa projbit, u frat li fuqhom ma jsemmux Isem Alla (ireta joqtluhom), u dan (kolhi) huwa gideb fuqu. Huwa se jħallashom tal-gideb li kienu jaqilgħu

[139] Huma jgħidu: ''Dak li jinsab f'ġuf dawn il-frat huwa għall-irġiel tagħna biss, u ma jiswiex għan-nisa tagħna, u jekk ikun (imwieled) mejjet, huma (irġiel u nisa) ikunu għab fih. Huwa se jħallashom ta' dak li qalgħu (bi kliemhom dwar Alla). Huwa tabilħaqq Għaref u jaf kollox

[140] Telliefa huma dawk li qatlu lil uliedhom, bil-bluha, mingħajr għarfien, u għamlu ma jiswiex l-ikel li Alla tahom (għall-għajxien), u b'gideb fuq Alla. Huma tilfu t- triq u ma kinux jinsabu fit-triq it-tajba

[141] Huwa li jagħmel Ġonna (bid-dwieli merfugħa) fuq kannizzati, u (oħrajn) mingħajrhom, is-siġar tal-palm, iż- żara' b'ħafna għamliet ta' ikel, iż-żebbuġ u r-rummien, jixxiebhu (fid-deħra. tagħhom), u ma jixxibhux (fil- togħma). Kulu mill-frott tagħhom meta jagħmlu l-frott, u agħtu (lill-fqar u l-imsejknin) kemm ħaqqhom, dakinhar tal-ħsad tagħhom; u la taħluxt Huwa tabilħaqq ma jħobbx lill-ħaljin

[142] Fost il-frat hemm (bhejjem) għat-tagħbija u (oħrajn) għall-ikel. Kulu minn dak li Alla takom għall-għajxien, u la timxux fil-passi tax-Xitan. Huwa tabilħaqq għadu fid- dieher tagħkom

[143] (Huwa għamel għalikom) tmint iżwieġ (jiswew għall- ikel): żewġ nagħġiet (muntun u nagħġa) u żewġ mogħżiet (bodbod u mogħża). Għid (Muħammad): 'Liema għamel ma jiswewx, iż-żewġt irġiel jew iż-żewġ nisa (minn dawn il-bhejjem), jew inkella dak li kien hemm fi ġwief iż- żewġ nisa 7 Għiduli bl-għerf (tagħkom), jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[144] U żewġt iġmla (il-ġemel u l-ġemla) u żewġ baqriet (il- gendus u l-baqra). Għid (Muħammad): 'Liema għamel ma jiswewx, iż-żewġt irġiel jew iż-żewġ nisa (nin dawn il-bhejjem), jew inkella dak li kien hemm fi ġwief iż- żewġ nisa 2 Jaqaw kontu xhieda meta Alla wissiekom dwar dan (il-kliem ta' projbizzjoni li qegħdin tallegaw) 7' Min hu agħar minn dak li jaqla' l-gideb dwar Alla, biex itellef it-triq lin-nies, mingħajr għarfien 7 Tabilħaqq. li Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

[145] Għid (Muħammad): ''E'dak. li tnebbaħ lili ma nsib xejn (mil-laħam). li ma. jiswiex għal min jiekol, biex jieklu, ħlief jekk (dan l-ikel) ikun (laħam ta' annimal) mejjet, jew demm imxerred, jew laħam il-ħanżir, għaliex huwa mniġġes, jew dak li, b'ħażen, issemma fuqu isem ieħor minflok ta' Alla.' Iżda min ikollu (jiekol minn dan l-ikel minħabba l-ħtieġa), mingħajr ma jixtieq, u mingħajr ma jiekol iżżejjed, Sidek huwa tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin

[146] U għal-Lhud għamilna ma jiswewx il-bhejjem kollha bid-difer (mhux mifrud), u ma ħallejnihomx jieklu xaħam il-baqar u n-nagħaġ; ħlief dak li (dawn il-bhejjem) għandhom ma' daharhom, jew fil-ġewwieni (ma' l- imsaren), jew dak (ix-xaħam) li tħallat ma' l-għadam. B'hekk ħallasniehom tal-ħażen tagħhom. Aħna tabilħaqq ngħidu s-sewwa

[147] U jekk. (il-Lhud) igiddbuk, għidil(hom: Muħammad): sSidkom hu ta' ħniena kbira (għaliex ilu. ħafna jissaportikom), iżda l-qilla tiegħu ma tinżammx minn fuq in-nies il-ħatjin

[148] Dawk li xierku (allat oħra ma' Alla ) se jgħidu: 'Li kieku. Alla ried, ma konniex. inxierku, u lanqas missirijietna, u ma konna nipprojbixxu xejn (f'dak /i hu ikel).' Bħalhom kienu giddbu dawk ta' qabilhom, sa ma (fl-aħħar) daqu l-qilla tagħna. Għid(ilhom): '' Għandkom (xi prova ta' dan jew) xi. għarfien li tistgħu toħorġuh għalina (biex nemmnu li qegħdin tgħidu s-sewwa) 7 Intom ma timxux għajr fuq l-istħajjil (tagħkom), u intom tigdbu biss

[149] (Għidfilhom Muħammad): 'Ta' Alla hija l-aqwa xhieda, u li kieku ried, kien imexxikom ilkoll fit-triq it-tajba

[150] Għid(i/hom): 'Ġibu x-xhieda tagħkom li jixhdu li Alla għamel dan (l-ikel) ma, jiswiex. U jekk jixhdu (falz u jaqilgħu l-gideb), inti (Muħammad) tixhidx magħhom. U timxix fuq ix-xewqat ta' dawk li giddbu s-sinjali tagħna, li ma jemmnux (fil-ħajja) l-Oħra, u jqisu (l-allat foloz tagħhom) daqs idhom

[151] Għid(i/hom): 'Ejjew (biex) inħabbrilkom dak li Sidkom għamel ma jiswiex għalikom: la xxierku xejn miegħu, u ġibu rwieħkom tajjeb mal-ġenituri, toqtlux lil uliedkom minħabba l-faqar (tagħkom) Aħna ngħajxu lilkom u lilhom. La toqorbux lejn l-għemejjel faħxija, sew dak minnhom li jidher u sew li ma jidhirx, u la toqtlux ir-ruħ li Alla qaddes, jekk mhux bil-ħaqql Dak huwa li wissiekom, biex forsi tifhmu

[152] U la toqorbux lejn ġid l-iltim, ħlief bl-aħjar mod (għall- ġid tiegħu), sa ma jilħaq l-aqwa tiegħu (u jsir matur), u agħtu kejl u wżin sħiħ bil-ħaqqt Aħna ma ngħabbu lil ħadd aktar milli jiflaħ. U meta titkellmu, għidu s-sewwa, anki jekk (kliemkom jolqot fil-laħam il-ħaj lil xi ħadd) li hu qarib (tagħkom), u wettqu r-rabta ta' Allal Dak huwa li wissiekom, biex forsi tiftakru

[153] Din hija triqti d-dritta. Mela imxu fiha, u la timxux fit- toroq (l-oħra) għaliex ixerrdukom minn triqtu (triq Alla; u titbiegħdu minnu), Dak huwa li wissiekom, biex forsi tibżgħu minnu

[154] Imbagħad tajna lil Mosċ l-Ktieb li huwa l-milja (tat- tjieba tagħna) fuq dak (il-bniedem ġust) li jagħmel it- tajjeb; (Ktieb) li jfisser kollox bir-reqqa u tmexxija tajba u ħniena, biex forsi (il-Lhud) jemmnu fil-laqgħa ma' Sidhom (f'Jum il-Ġudizzju)

[155] Dan (il-Qoran) hu Ktieb li Aħna niżżilnieh, imbierek. Mela imxu fuqu u ibżgħu minn Alla, biex forsi tiksbu l- ħniena (tiegħu)

[156] (U araw) li ma tgħidux (f'Jum il-Qawmien): 'Qabilna, il-Ktieb tniżżel fuq żewġ ġemgħat biss (il-Lhud u l- Insara), u ma konniex nafu bl-istudji tagħhom

[157] Jew tgħidu: ''Li kieku l-Ktieb tniżżel fuqna (kif riżżel fuq dawk li ġew qabilna), konna nkunu fit-triq it-tajba aktar minnhom. ' Tassew ġiekom sinjal ċar minn Sidkom, (kif ukoll) tmexxija tajba u ħniena. Mela min huwa agħar minn: dak li jgiddeb is-sinjali ta' Alla u jwarrab minnhom 7 Se nħallsu lil-dawk li warrbu mis-sinjali tagħna b'kastig mill-agħar, talli kienu jwarrbu minnhom

[158] Jaqaw (il-pagani) ma humiex jistennew ħlief li jiġuhom. l-anġli (fl-Aħħar Jum biex jeħdulhom irwieħhom), jew li jiġihom) Sidek (innifsu f'Jum il-Ħaqq), jew inkella jiġufhom) xi sinjali ta' Sidek 2 Fil-Jum meta jiġu xi sinjali ta' Sidek, it-twemmin (dak il-ħin) ma jkun ta' fejda għal ebda ruħ jekk (dik ir-ruħ) ma kinitx temmen qabel, jew kisbet xi ġid mit-twemmin tagħha. Għid(ilhom Muħammad): f'Stennew; aħna. (ukoll) qegħdin nistennew

[159] Tabilħaqq li dawk li jifirdu r-reliġjon tagħhom, u jinqasmu f'ġemgħat, inti (Muħammad) ma għandekx x'taqsam magħhom. Dawk, minnhom lil Allat Imbagħad iħabbrilhom x'kienu qegħdin jagħmlu

[160] Min (f'Jum il-Ħaqq) iġib għemil ta' ġid, ikollu għaxra bħalu, u min iġib għemil ta' deni, jitħallas biss bħalu. Huma ma jġarrbux inġustizzja

[161] (Għidfilhom Muħammad lill-pagani): 'Sidi. mexxieni lejn triq dritta, reliġjon sewwa. (bla ebda tagħwiġ fiha), it-twemmin safi ta' Abraham. Huwa ma kienx minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla)

[162] (Għidfilhom Muħammad): 'Tabilħaqq li t-talb tiegħi, ir- riti tiegħi, ħajti u mewti huma (ko//ha) għal Alla, Sid il- ħolqien

[163] Huwa ma għandux xrikl Dan hu l-amar li ħadt, u jiena l-ewwel fost il-Misilmin li ntelqu f'idejh

[164] (Għidfilhom): 'Jaqaw għandi nixtieq lil ħaddieħor għajr lil Alla bħala Sid, meta Huwa Sid kollox 77 Kull ruħ ma tiksibx (il-ħlas) ħlief għaliha nnifisha (skond għemilha), u ebda ruħ ma terfa' t-toqol (tad-dnub) ta' (ruħ). oħra, Imbagħad lejn Sidkom tmorru lura, u jħabbrilkom dak li ma'kontux taqblu fuqu

[165] Huwali għamilkom il-werrieta ta' l-art (minn nisel għal nisel), u refa' wħud minnkom fuq oħrajn fi gradi (ta' għerf, għana, qawwa, u ġieħ), biex iġarrabkom f'dak li takom. Tabilħaqq li Sidek malajr jagħti l-kastig, iżda Huwa tassew Kollu Maħfra u Ħanin

L-Għoli

Surah 7

[1] Alif Lam. Mim. Sad

[2] Ktieb li tniżżillek. (Muħammad). Mela ħalli ma jkun hemm ebda diqa f'sidrek minħabba fih; biex twissi bih u (ikun ta') tifkira għal dawk li jemmnu

[3] Imxu fuq dak li tniżżlilkom minn Sidkom, u la timxux wara sidien (foloz) minfloku (/żda intom) ftit tiftakru (fit-twissija)

[4] Kemm-il belt qridna u l-qilla tagħna ġietha (għal għarrieda) billejl, jew waqt li kienu fin-nagħsa ta' wara nofsinhar

[5] It-talba tagħhom, meta ġiethom il-qilla tagħna, ma kinitx għajr li qalu: ''Aħna tabilħaqq konna ħżienat

[6] Aħna tabilħaqq nistaqsu lil dawk li ntbagħtilhom (il- messaġġ tagħna), u tabilħaqq nistaqsu lill-Mibgħutin

[7] Imbagħad tassew inħabbrulhom kollox. bl-għerf, għaliex (dejjem konna kullimkien, u qatt) ma konna neqsin

[8] U l-użin dakinhar ikun bil-ħaqq. U dawk li l-kfief (tal- miżien) tagħhom jitqalu (bl-għemejjel it-tajba), dawk huma r-rebbiħin

[9] Iżda min il-kfief tiegħu jiħfiefu (għaliex nieqsa mill- għemejjel tajba), dawk huma li tilfu lilhom infushom talli kienu jonqsu lejn is-sinjali tagħna

[10] Aħna saħħaħniekom sew (b'kull ġid) fuq l-art, u fiha għamilnielkom l-għajxien. (Iżda intom) ftit tiżżu ħajr (ta' dan)

[11] U ħlaqniekom, imbagħad sawwarniekom. Imbagħad għedna lill-anġli: ''Inxteħtu quddiem Adami' U huma nxteħtu; Iblis biss ma kienx minn dawk li nxteħtu jqimu

[12] Qal (Alla lil-Iblis: SX'żammek milli tinxteħet meta qabbadtek (tagħmel hekk) 7' Qal (Iblis): ''Jiena aħjar minnu: (lili) ħlaqtni minn nar, u (lilu) ħlaqtu minn tajn

[13] Qal (alla): 'Mela inżel minnha (il-Ġennaji Ma jkun (qatt) li titkabbar fihal Oħroġt Inti. tabilħaqq: mill-(A/ejjaq) imċekknin (iċ mkasbrin):' I

[14] Qal (lis): ''Agħtini aktar żmien (u la tikkastiganix) sal- Jum (li fih il-bnedmin) jitqajmu mill-mewt

[15] Qal (A/la): ''Inti minn dawk li ngħataw iż-żmien

[16] Qal (db/is): 'Talli ħriġtni mit-triq (it-tajba), jiena tassew /J se noqogħdilhom (għassa lill-bnedmin u nonsobhom) fit-triq) id-dritta tiegħek

[17] (Imbagħad tassew niġihom fu naħbar għalihom) minn quddiemhom u. minn warajhom, minn fuq il-lemin tagħhom u minn fuq ix-xellug tagħhom. U m'Intix se ssib lil ħafna minnhom jiżżuk ħajr (tat-tjieba kbira tiegħek fuqhom)

[18] Qal (Alla): 'Oħroġ minnha mkasbar u mkeċċil U min minnhom jimxi warajk, tassew nimla l-Infern bikom ilkolli

[19] (Imbagħad Alla dar fuq Adam u qallu): 'Ja' Adam; għammar inti u martek fil-Ġenna, u kulu minn fejn tridul Iżda (la toqorbux lejn din is-siġra, għaliex: tkunu mill- ħżienaf)

[20] U (ix-Xitan): fesfsilhom (xi ħaġa) biex jurihom l-għera tagħhom (lż qabel) kienet moħbija minnhom, u qalilhom): 'Sidkom ma'żammkomx lura minn din is-siġra ħlief biex ina ssirux żewġ anġli, u langas tkunu minn dawk li jgħixu għal dejjem

[21] U ħalfilhom (hekk): 'Jiena tabilħaqq minn. dawk. li jiftħulkom għajnejkoml

[22] Għalhekk (ix-Xitan) waqqagħhom b'qerq. U meta daqu mis-siġra, intebħu bl-għera tagħhom. it-tnejn, u bdew iqiegħdu fuqhom xi weraq tal-Ġenna (biex jitgħattew bihom). Sidhom sejħilhom. (u. qalilhom): Mela ma żammejtkomx lura minn dik is-siġra, u ma għedtilkomx li x- Xitan huwa għadu fil-beraħ tagħkom

[23] Huma t-tnejn (Adam u Eva) qalu: ''Sidna, dnibna kontra tagħna nfusna, u jekk ma taħffilniex u ma tħennx għalina, tassew inkunu mitlufin

[24] Qal (Alla): 'Inżlu 'l isfel għedewwa ta' xulxinl L-art tkun l-għamara u l-għajxien tagħkom, għal xi żmien

[25] Qal (Allaj: 'Fiha tgħixu, u: fiha. tmutu, u minnha tinħarġu)

[26] Ja wlied Adam, niżżilnielkom ilbies. li jostor l-għera tagħkom, u ħwejjeġ sbieħ. Iżda l-ilbies tal-biża' ta' Alla dak huwa l-aħjarl Dan huwa (wieħed) mis-sinjali ta' Alla, biex forsi jiftakru (fit-tjieba ta' Alla)

[27] Jawlied Adam, la tħallux ix-Xitan iġarrabkom bħalma kien ħareġ. lill-ġenituri tagħkom. mill-Ġenna, (li) neżżagħlhom ilbieshom biex jurihom l-għera tagħhom it- tnejn. Tabilħaqq Hi hu u sħabu (ix-xjaren l-oħra) jarawkom: minn fejn intom ma tarawhomx. Aħna għamilna x-xjaten ħbieb (w alleati ta') dawk li ma jemmnux

[28] VU meta jagħmlu għemil faħxi, jgħidu: 'Sibna. lil missirijietna jagħmlu dan, u Alla ordnalna (nagħmlu) dan.' Għid(ilhom. Muħammad): ''Tabilħaqq li Alla ma jamarx l-għemejjel faħxija. Jaqaw tgħidu dwar Alla dak li ma tafux

[29] Għid (Muħammad): 'Sidi amar il-Ħaqq. Żommu ħarsitkom (/ejħ) f'kull post ta' talb, sejħulu, u oqogħdu biss għad-din tiegħu. Bħalma bdiekom (fig l-art meta ħalaqkom, hekk. ukoll) terġgħu. lura: (minnha għal għandu)

[30] (Lil uħud mexxa. fit-triq it-tajba, u oħrajn kienu ) jistħoqqu. t-telfien. Huma ħadu x-xjaten bi ħbieb (v/ ) alleati tagħhom), mintlok lil Alla, u jaħsbu li huma fit- triq it-tajba

[31] Ja wlied Adam, ħudu (s i/bsu) l-aħjar ħwejjeġ tagħkom f'kull (ħin u f'kull) post ta' talb, u kulu u ixorbu, mingħajr ħela (/anqas fl-ilbies). Huwa ma jħobbx. lill- ħaljin

[32] (Għidfilhom Muħammad): ''Min għamel ma jiswewx il- ħwejjeġ sbieħ ta' Alla li Hu sawwar għall-qaddejja tiegħu, u l-ikel tajjeb għall-għajxien (tagħhom) 7' Għid: sF'Jum il-Qawmien, dawn (il-ħwejjeġ tajba) ikunu biss għal dawk li emmnu (f'Alla) fil-ħajja fid-dinja'' B'hekk infissru bir-reqqa s-sinjali (tagħna) lil nies li jafu

[33] Għid(ilhom ukoll Muħammad): ''Alla għamel biss ma jiswewx l-għemejjel faħxija, dawk minnhom li jidhru u dawk moħbija, kif ukoll il-ħtija u l-aggressjoni mingħajr ħaqq, u li xxierku (a//at oħra) ma' Alla, mingħajr ma niżżel is-setgħa li tagħmlu dan, u li tgħidu dwar Alla dak lima tafux

[34] U kull nazzjon (li .kasbar lill-Mibgħutin ta' Alla) għandu żmienu (f'din id-dinja). Meta jasal żmienhom (għall-kastig), ma jtawlux (il-kastig) b'siegħa, u lanqas inaqqsu(h b''siegħa)

[35] Ja wlied Adam, jekk jiġukom Mibgħutin minn fostkom li jħabbrulkom is-sinjali tiegħi, min jibża' minn Alla u jagħmel it-tajjeb, ma jkollhomx biża' fuqhom u lanqas jitnikktu

[36] U dawk li jġiddbu s-sinjali u r-Rivelazzjoni tagħna u jitkabbru kontrihom, dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem

[37] Min huwa agħar minn min jaqla' l-gideb dwar Alla, jew (li jgiddeb is-sinjali tiegħu': Dawk, isibhom sehemhom mill-Ktieb. (tal-liġi ta' Alla), u meta l- Mibgħutin tagħna (l-anġli) jiġuhom biex jeħdulhom irwieħhom, huma jgħidu (lill-ħżiena): 'Fejn huma dawk fl-allat foloz) ti kontu ssejħu minflok lil-Alla (forsi jeħilsukom) 7' Huma jwieġbu: ''Telquna,' u (hekk) jixhdu kontra tagħhom infushom li huma kienu ma jemmnux

[38] (F'Jum. il-Ħaqq, Alla) jgħid(ilhom): 'dħlu fin-Nar flimkien ma' ġnus ta' ġinn u nies li għaddew qabilkom. ' Kull darba li jidħol ġens (fin-Nar, arah) jisħet lil ħuh (il- ġens ta' qablu), hekk li meta Ikoll jilħqu lil-xulxin fih, l- aħħar wieħed fosthom jgħid dwar ta' l-ewwel: ''Sidnal Dawk tellfuna t-triqi Mela agħtihom kastig doppju fin- Nar,' Huwa jgħid: ''Kulħadd imissu (kastig) doppju, iżda ma tafux (dwar dan)

[39] L-ewwel (ġens) fosthom jgħid lill-aħħar wieħed: ċIntom' ma kontux aħjar minna (biex jitnaqqsilkom il- kastig). Mela duqu l-kastig ta' dak li kontu tiksbu (bil- ħażen tagħkom)

[40] Tabilħaqq li dawk li jgiddbu s-sinjali u r-Rivelazzjoni tagħna, u jitkabbru kontrihom, ma jinfetħulhomx bwieb is-sema, u lanqas jidħlu l-Ġenna sa ma l-ġemel jgħaddi minn għajn il-labra, Hekk inħallsu (bil-kastig) lill-ħatjin

[41] Fl-Infern għandhom il-friex (tagħhom), u fuqhom saffi (sħaħ tan-nar) jgħattuhom. Hekk inħallsu (bil-kastig) lill- ħżiena

[42] Iżdadawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba Aħna ma ngħabbu lil ħadd aktar milli jiflaħ dawk huma nies il-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem

[43] nneżżgħu(hom) mill-mibegħda (u l-għira) f'qalbhom: Taħthom għad jiġru x-xmajjar, u jgħidu: STifħir lil Alla li mexxiena sa dan (il-ħlas tajjeb). Ma konniex naqbdu t-triq it-tajba, li kieku Alla ma mexxiniex (fiha). Tassew li l-Mibgħutin ta' Alla ġewfna) bis-sewwa;' U (it-tajbin) ikunu msejħa. (u. l-anġli jħabbrulhom dan. il-kliem): ''Din hija l-Ġenna li ngħatatilkom b'wirt, ta' dak (it-tajjeb) li kontu tagħmlu

[44] U nies il-Ġenna jsejħu lil-nies in-Nar (u jgħidulhom): ''Sibna dak li kien wegħedna Sidna bis-sewwa. (/ssa intom) sibtu dak li kien wegħedkom Sidkom bis- sewwa 7' Huma jgħidu: 'Ival' Iżda widdien fosthom għad isejjaħ (hekk): ''Is-saħta ta' Alla fuq il-ħżiena

[45] li jfixklu u jżommu (lil ħaddieħor) minn triq Alla, u jixtiquha mgħawġa, u ma jemmnux fil-ħajja) l-Oħra

[46] U bejniethom hemm. velu (fi bħal sur għali jifred il- Ġenna mill-Infern), u fuq is-swar hemm irġiel li jagħrfu lil kulħadd mill-marki tagħhom. U jsejħu lil nies il- Ġenna (u jgħidulhom): ''Sliem għalikomt' Huma (ta' fuq is-swar) ma jidħlux fiha, għad li huma jittamaw (ħafna. dan)

[47] U meta ħarsithom tiddawwar lejn nies in-Nar, jgħidu: 'Sidna, la tagħmilniex man-nies il-ħżiena

[48] Nies is-swar isejħu lil xi rġiel ((i jinsabu fl-Inferm u) li jagħrfuhom mill-marki, tagħhom, u jgħidu(/hom): 'Ma swielkom xejn dak (il-ġid kbir jew l-għadd kbir tagħkom) li ġbartu, u (lanqas ma swielkom) li kontu titkabbru

[49] Jaqaw dawn (in-nies twajba, iżda dgħajfa) ma humiex dawk li ħliftu li Alla ma jsawwabx il-ħniena (tiegħu) fuqhom'' (U nies is-swar jgħidu lit-tajbin): Idħlu l- Ġennat Ma hemm ebda biża' fuqkom u lanqas titnikktuf

[50] U nies in-Nar isejħu lil nies il-Ġenna (ww jgħidulhom): 'Roxxu fuqna xi ftit ilma, jew minn dak li Alla takom għall-għajxien tagħkom. ' Huma jweġbuhom: 'Tabilħaqq li Alla jipprojbixxi li dawn it-tnejn jingħataw lil dawk li ma jemmnux

[51] dawk li ħadu d-din tagħhom b'mogħdija ta' żmien u bil- logħob, u qarrqet bihom il-ħajja (bit-rlellix tagħha f'din) id-dinja 7 Ilum ninsewhom (u nħalluhom fil-kastig tagħhom), bħalma huma nsew (din) il-laqgħa ta' dan il- Jum tagħhom, u kienu jiċħdu s-sinjali tagħna

[52] Tassew ġibnielhom (/i/ nies Mekka) Ktieb, u fissimieh bl-għarfien: tmexxija tajba u ħniena (izinn A/la) għal nies li jemmnu

[53] Jaqaw qegħdin jistennew biss li jseħħ 7 Dakinhar li jseħħ (f'Jum. il-Ħaqq), dawk li qabel kienu. nsewh, jgħidu: 'Il-Mibgħutin ta' Sidna ġew bis-sewwa. Tgħid għandna min jidħol u jaqbeż għalina, jew. (inkella) nintbagħtu (lura fid-dinja), u nagħmlu dak (it-tajjeb) li ma. konniex nagħmlu (f'ħajjitna)f' Huma tilfu lilhom infushom, u telaqhom dak il-gideb (kollu dwar: l-allat u dwar. l-idoli) li kienu jaqilgħu (u sfaw waħidhom, mingħajr għajnuna)

[54] Tabilħaqq li Sidkom huwa Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron. Huwa jgħatti n-nhar bil-lejl, u (kull wieħed minnhom: it-tnejn) jiġri bil-ħeffa wara l-ieħor. (Huwa ħalaq) ix-xemx, il- qamar, u l-kwiekeb (u għamilhom) joqogħdu għall-amar tiegħu. Tiegħu l-ħolqien u l-amar. Jitbierek Alla Sid il- ħolqieni

[55] Sejħu (ja bnedmin) lil-Sidkom b'umiltà u fis-satra. Huwa ma jħobbx lil dawk li jiksru l-liġi

[56] La tagħmlux ħsara fuq l-art wara li ssewwiet, u sejħulu bil-biża' u bit-tama. Tabilħaqq li l-ħniena ta' Alla qrib dawk li jagħmlu t-tajjeb

[57] Huwa li jibgħat l-irjieħ. bi bxara quddiem il-ħniena tiegħu (li hija x-xita), hekk li meta (l-irjieħ) jerfgħu sħab tqil (bl-ilma), insuquh lejn art mejta u nniżżlu fuqha l- ilma, u noħorġu bih mill-frott kollu. Hekk ukoll noħorġu l-mejtin (għall-ħajja), biex forsi tiftakru

[58] U l-art tajba toħroġ il-ħxejjex tagħha, bir-rieda. ta' Sidha, iżda (l-art) ħażina ma toħroġx (il-ħxejjex) għajr b'xeħħa. Hekk infissru s-sinjali (tagħna) lil nies li jiżżu ħajr

[59] Aħna tabilħaqq bgħatna lil- Noċ għand niesu u qal(ilhom): ''Ja niesi, qimu lil Allal Ma għandkomx alla ieħor għajru. Jiena nibża' li (jekk se tibqgħu tqimu l-idoli) se jkollkom il-kastig ta' Jum kbir

[60] Il-kbarat ta' niesu qalu: 'Aħna tabilħaqq qegħdin narawk f'telfien mill-aktar ċar

[61] Qal(ilhom Noċ): 'Ja niesi, ma ninsab f'ebda telfien, iżda jiena l-Mibgħut minn Sid il-ħolqien

[62] Jiena nwasslilkom il-messaġġi ta' Sidi. (għall-ġid tagħkom), nagħtikom pariri, u naf minn Alla dak li intom ma tafux

[63] Jew qegħdin tistagħġbu li ġietkom tifkira minn Sidkom ma' raġel minn fostkom, biex iwissikom u jkollkom il- biża' ta' Alla, u forsi tintwera ħniena magħkom

[64] Iżda huma giddbuh, u Aħna ħlisna (mid-dilluvju) lilu u lil ta' miegħu, fl-arka, u għerriqna lil dawk li giddbu s- sinjali: tagħna. Huma kienu tabilħaqq nies għomja (f'qalbhom u f'moħħhom)

[65] U (bgħatna) għand (in-nies ta') Għad' lil ħuhom Had (bħala Profeta). Qal(ilhom): ''Ja niesi, qimu lil Allal Ma għandkomx alla ieħor għajru. Mela ma tibżgħux (minnu)

[66] Il-kbarat ta' dawk li m'emmnux fost niesu qalu: 'Aħna tabilħaqq qegħdin narawk fil-bluha, u tassew naħsbu li inti mill-giddibin

[67] Qal(ilhom): 'Ja niesi, ma hemm ebda bluha fija, iżda jiena Mibgħut minn Sid il-ħolqien

[68] Jiena nwasslilkom il-messaġġi: ta' Sidi, u jiena magħkom bniedem sinċier li jiftħilkom għajnejkom

[69] Jew qegħdin tistagħġbu li ġietkom tifkira minn Sidkom ma' raġel minn fostkom, biex iwissikom 7 U ftakru meta għamilkom werrieta wara nies Noċ, u żiedkom fil-kobor u l-qawwa ta' ġisimkom. Ftakru fil-grazzji ta' Alla, biex forsi tkunu rebbiħin

[70] (Qaluf/u): 'Jaqaw ġejtna biex inqimu lil Alla, waħdu, u nħallu dak li kienu jqimu missirijietna 2 Ġibilna dak (il- kastig) li qiegħed twegħedna (u theddidna bih), jekk inti minn dawk li jgħidu s-sewwa

[71] Qal (Hid lil niesu): 'Tassew niżlu fuqkom; mingħand Sidkom, kastig u għadab. Jaqaw qegħdin tħaqquha miegħi dwar ismijiet (ta' allat) li semmejtu intom u missirijietkom mingħajr ma Alla niżżel (ebda) prova dwarhom 7 Mela stennew (il-kastigjl Jiena tassew qiegħed nistenna magħkom)

[72] U ħlisna lilu u lil ta' miegħu, bil-ħniena tagħna, u qtajna (u xejjinna) dak li baqa' minn dawk li giddbu s- sinjali tagħna u ma kinux jemmnu

[73] U (bgħatna) għand (in-nies ta') Tamdd'' lil-ħuhom Saliħ (bħala Profeta). Qalilhom): 'Ja. niesi, qimu lil Allaf. Ma għandkomx. alla: ieħor għajru. Tassew waslilkom sinjal ċar minn Sidkom. Din il-ġemla ta' Alla hija sinjal għalikom. Mela ħalluha tiekol f'art Alla, u la tagħmlulhiex deni, għaliex inkella jiġi fuqkom kastig ta' wġigħ

[74] U ftakru meta għamilkom werrieta wara l-ġens ta' Għad, u takom għamara fuq l-art (ta' 'al-Ħiġr) biex tibnu palazzi fil-witat tagħha, u tħaffru djar fl-iġbla. U ftakru (ukoll) il-grazzji ta' Alla (li ħadtu) u tagħmlux ħażen fuq l-art bil-ħsara tagħkom

[75] Il-kbarat ta' dawk li tkabbru fost niesu qalu (b'sarkażmu) lil dawk meqjusa dgħajfa, (jiġifieri) dawk fosthom. li emmnu: ''Tafu li Saliħ huwa Mibgħut minn Siduf' Huma qalu(lhom): 'Aħna tabilħaqq nemmnu f'dak li ntbagħat bih

[76] Dawk li tkabbru qalu: 'Aħna ma nemmnux f'dak li temmnu intomi

[77] Għalhekk qatlu l-ġemla u kisru l-amar ta' Alla filwaqt li qalu: 'Ja Saliħ, ġibilna dak (il-kastig) li: qiegħed twegħedna. ( 4 theddidna bih), jekk inti (wieħed) mill- Mibgħutini

[78] U ħadhom it-tregħid ta' l-art, u mas-sebħ kienu mixħutin fl-art (għal mejta) fi djarhom

[79] Għalhekk (Saliħ) tahom dahru, filwaqt li qalfi/hom): 'Ja niesi, wassaltilkom il-messaġġ ta' Sidi, u ftaħtilkom għajnejkom. Iżda intom ma' tħobbux min jiftħilkom għajnejkom

[80] U (bgħatna wkoll) lil-Lot u qal lil-niesu' (f'Sodoma): Zjaqaw tagħmlu għemejjel faħxija (ta' omosesswalità) li ħadd qabilkom fil-ħolqien ma għamel

[81] Intom tersqu lejn l-irġiel bix-xewqa tal-ġisem, flok lejn in-nisa. Intom tassew nies bla rażani

[82] t-tweġiba ta' miesu ma' kinitx. ħlief li qalu: Għorġuhom. (lil Lot u lil sħabu) mill-belt tagħkoml Dawk tabilħaqq nies li jżommu s-safa, (mhux bħalna)

[83] U ħlisna lilu u lil niesu, ħlief lil martu, li kienet minn dawk li nqerdu

[84] U bgħatna fuqhom xita (ra' ġebel tafli). U ara kif kien imiem il-ħatjin

[85] U (bgħatna) għand (in-nies ta') Madjan' lil-ħuhom Xugħajb. Qal(i/hom): 'Ja. niesi, qimu lil-Allal Ma għandkomx alla ieħor għajru. Tassew waslilkom sinjal ċar minn Sidkom. Mela agħtu l-kejl u l-użin mistħoqq, u. la ċċaħħdux lin-nies minn dak li hu tagħhom, u lanqas tagħmlu ħsara fuq l-art wara li ssewwiet. Dak huwa aħjar għalikom, jekk intom temmnu

[86] U latoqogħdux f'kull triq, theddu (li/ min ikun ġej biex jismagħni), u żżommu mit-triq ta' Alla lil-min jemmen fih, u tixtiquha (tkun żriq) mgħawġa. U ftakru meta kontu ftit, u mbagħad kattarkom. Araw kif kien it-tmiem ta' nies il-ħsara

[87] U jekk hemm ġemgħa minnkom li temmen f'dak li jiena ntbagħatt bih, u ġemgħa (oħra) li ma temminx, mela stabru sa ma Alla jagħmel ħaqq minna. Huwa l- Aħjar li jagħmel ħaqq

[88] Il-kbarat ta' niesu, li tkabbru ( 2 ċaħdu t-twemmin f'Alla), qalu: ''Tassew li noħorġuk, ja Xugħajb, u lil dawk miegħek li jemmnu, mill-belt tagħna; inkella erġgħu lura għat-twemmin tagħna' Huwa qal: 'Anki jekk aħna nistmerru (dan)

[89] (Inkunu qegħdin naqilgħu gideb kontra Alla, kieku nerġgħu lura għal twemminkom, wara li Alla ħelisna minnu. Ma jixirqilniex li nerġgħu lura għalih, ħlief jekk Alla Sidna jkun irid fdan iseħħ). Sidna jesa' l-għarfien ta' kollox. F'idejn Alla ħallejna. Sidna, agħmel ħaqq bejnna u bejn niesna bis-sewwa. Inti l-Aħjar fost dawk li jagħmlu ħaqq

[90] Il-kbarat ta' niesu, li m'emmnux, qalu: 'Jekk timxu wara Xugħajb, mela intom tkunu t-tellifin

[91] U t-tregħid ta' l-art ħadhom, u mas-sebħ kienu mixħutin fl-art (għal mejta) fi djarhom

[92] dawk li giddbu lil Xugħajb, bħallikieku qatt ma għexu fihom. Dawk li giddbu lil Xugħajb, kienu huma t-tellifint

[93] U (Xugħajb) tahom dahru u qal: 'Ja niesi, jiena wassaltilkom il-messaġġi ta' Sidi, u ftaħtilkom għajnejkom. Iżda għaliex għandi nitnikket għal nies li ma jemmnux

[94] Qatt ma bgħatna f'belt lil ebda Profeta (li mbagħad kien miċħud) mingħajr ma ħadna lil niesha bit-taħbit u l-ħsara biex forsi jiċċekknu (kollhom umiltà u jindmu)

[95] Imbagħad biddilnie(/hom) id-deni (li kienu fih) f'ġid, sa ma kibru fl-għadd u ssaħħu, u qalu: 'Lil missirijietna (ukoll): missuhom: l-hemm u l-hena'' Għalhekk ħadniehom għal għarrieda meta ma kinux qegħdin jintebħu (bil-ħsara li ġiet fuqhom)

[96] Li kieku nies l-ibliet emmnu u beżgħu minn Alla, konna niftħu fuqhom barkiet mis-sema u l-art, Iżda huma giddbu (is-sinjali li waslu lilhom u lill-Mibgħutin), u ħadniehom minħabba (il-ħażen) li kienu qegħdin jiksbu (b'għemilhom)

[97] Jaqaw nies l-ibliet iserrħu rashom li l-qilla tagħna ma hijiex se tiġihom (għal għarrieda) billejl, waqt li huma reqdin

[98] Jew nies l-ibliet serrħu rashom li l-qilla tagħna ma hijiex se tiġihom (għa' għarrieda) binhar, waqt li jkunu jilagħbu (u jaħlu ħinhom fil-frugħat)

[99] Jaqaw serrħu rashom mill-pjan sigriet ta' Alla (imħejji għalihom)' Ma jserrħux rashom mill-pjan sigriet ta' Alla ħlief it-tellifin

[100] Ma kinitx (biżżejjed it-tagħlima) għal dawk li wirtu l- art wara niesha (li għexu qabilhom u nqerdu) li, kieku ridna, stajna nolqtuhom. (bil-kastig tagħna) minħabba fi dnubiethom, u konna nqiegħdu siġill fuq qlubhom biex ma jisimgħux (u ma jkunux jistgħu jifhmu t-twissija)

[101] Dawk huma (Muħammad) l-ibliet li qegħdin nagħtuk aħbarhom. Il-Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ- ċari (dwar is-setgħa: ta' Alla), iżda ma' ridux jemmnu f'dak li giddbu qabel. Hekk iqiegħed Alla siġill fuq qlub dawk li ma jemmnux

[102] U ma' sibniex lil ħafna minnhom iħarsu r-rabta (tagħhom ma' Alla), u sibna li ħafna minnhom ħżiena

[103] Imbagħad bgħatna, warajhom, lil Mosċ bis-sinjali tagħna għand il-Fargħun u l-kbarat tiegħu, u ċaħduhom. Issa ara kif kien it-tmiem ta' nies il-ħsara

[104] Mosċ qal: €Ja Fargħun, jiena Mibgħut minn Sid il- ħolqien

[105] Huwa dmiri li ma ngħidx dwar Alla għajr is-sewwa, Jiena ġibtilkom sinjal ċar minn Sidkom (li juri li qiegħed ngħid is-sewwa). Mela ibgħat miegħi lil Ulied Israelf

[106] Qal (il-Fargħun): ''Jekk tassew ġejt b'sinjal, mela ġibu (ħa narawh), jekk qiegħed tgħid is-sewwat

[107] Huwa (Mosċ) xeħet il-ħatar tiegħu (fl-art) u ara, (sar) serp fid-dieher

[108] U (Mosċ) ħareġ idu, uara, (dehret) bajda (u kollha dija) għal dawk li kienu jħarsu (ejha)

[109] Il-kbarat ta' nies il-Fargħun qalu: ''Dan tassew saħħar jilħaqlu

[110] Huwa jrid joħroġkom (bis-seħer tiegħu) minn artkom. Mela x'inhu l-amar tagħkom

[111] Qalu (lill-Fargħun): 'Żomm lilu u lil ħuh (għal xi żmien), u ibgħat fl-ibliet nies li jiġbru/lek is-sħaħar

[112] iġibulek kull saħħar għaref

[113] U s-sħaħar ġew għand il-Fargħun u qalu: ''Tabilħaqq se jkollna l-ħlas, jekk-aħna nkunu r-rebbiħin

[114] Qal(i/hom): ''lva, u tkunu minn dawk qrib. (tiegħi wkoll)

[115] Qalu: 'Ja Mosċ, jew tixħet (il-ħatar inti l-ewwel), jew inkella nixħtu aħna

[116] (Qalfilhom): ''Ixħtu intoml' U meta xeħtu (l-oħtra u l- ħbula tagħhom), saħħru. għajnejn in-nies, qanqlu biża' kbir fihom, u għamlu seħer kbir

[117] U nebbaħina lil Mosċ (u għednielu): 'Ixħet il-ħatar tiegħekf' U arah, bela' l-qerq tagħhom

[118] B'hekk seħħ is-sewwa, u ġie fix-xejn dak li kienu jagħmlu

[119] U hemmhekk dlonk ingħelbu (il-Fargħun u l-kbarat tiegħu) u tbaxxew

[120] U s-sħaħar inxteħtu fl-art jagħtu qima

[121] Huma qalu: 'Nemmnu f'Sid il-ħolqien

[122] Sid Mosċu Aroni

[123] Il-Fargħun. qal(i/hom): 'Emmintu. fih qabel ma nagħtikom permess jien 2 Dan tassew tnassis li nassastu fil-belt (flimkien ma' Mosċ) biex toħorġu minnha. lil niesha (lill-Eġizzjani, u fiha jgħixu l-Lhud minflokhom). Iżda (dalwaqt) tkunu taful

[124] Tassew li naqtagħlkom idejkom u riġlejkom, id ta' naħa u riġel ta' naħa oħra, imbagħad insallabkom ikolli

[125] Qalu (is-sħaħar): ''(B'daqshekk' Xi darba jew oħra) aħna sejrin lura għand Sidna

[126] Inti ma tivvendikax ruħek minna ħlief minħabba li emminna fis-sinjali ta' Sidna, meta ġewna,' (Imbagħad talbu hekk): ''Sidna, agħtina s-sabar (waqr il-kastig li se.) jagħtina: l-Fargħun), u. ħudilna rwieħna meta aħna mitluqin f'idejk, Misilmin

[127] Il-kbarat ta' nies il-Fargħun qalu: '(Ja Fargħun) se tħalli lil Mosċ u lil niesu jagħmlu ħsara fuq l-art, u jitlaq lilek u lill-allat tiegħek 77 Qal (il-Fargħun): ''Se noqtlu s- subien. tagħhom, u nħallu n-nisa tagħhom. ħajjin (imjassrin magħna). Aħna tabilħaqq naħkmu fuqhom

[128] Mosċqal lil niesu: ''Itolbu l-għajnuna ta' Alla, u stabrul Tabilħaqq li l-art hija ta' Alla, u jagħtiha b'wirt lil min irid minn fost il-qaddejja tiegħu. L-(aqwa) tmiem huwa ta' dawk li jibżgħu minn Alla

[129] Huma (il-Lhud) qalu: 'Aħna ġarrabna d-deni qabel ma ġejtna, kif ukoll wara li ġejtna'' Qal(ilhom): ''Għandu mnejn Sidkom jeqred l-għadu tagħkom, jagħmilkom werrieta fuq l-art, u jara kif iġġibu rwieħkom

[130] U ġarrabna lil nies il-Fargħun bi snin ta' nixfa kbira u nuqqas ta' frott, biex forsi jiftakru (fit-twissija ta' Alla)

[131] U meta ġiehom il-ġid, qalu: ''Dan tagħna (għaliex ħaqqna)'' Iżda meta ġiehom id-deni, qisuh b'xorti ħażina minħabba Mosċ u dawk ta' miegħu. (Xejn minn dan, għaliex) ix-xorti ħażina tagħhom kienet biss (ġejja minn) għand Alla, iżda ħafna minnhom ma kinux jafu

[132] Huma qalu: 'Ikun xi jkun is-sinjal li ġġib biex issaħħarna bih, aħna m'aħniex se nemmnukt

[133] U bgħatna fughom. l-għargħar, il-ġurati, il-qamel, iż- żrinġijiet, u d-demm sinjali ċari, iżda huma tkabbru (u ċaħdu t-twemmin), u kienu nies mill-agħar

[134] Kull meta waqa' fuqhom il-kastig, qalu: ''Ja Mosċ, itlob lil Sidek għalina, bis-saħħa tar-rabta. tiegħu miegħek. Jekk tneħħi minn fuqna l-kastig, żgur nemmnuk, u nibagħtu miegħek lil Ulied Israel

[135] Iżda meta neħħejna minn fuqhom il-kastig, sa żmien (l- għarqa) li kellhom jaslu għalih, arahom jerġgħu jiksru kelmithom

[136] Għalhekk tħallasna minnhom, u għerriqniehom. fil- baħar talli giddbu s-sinjali tagħna u ma tawx kashom

[137] U lin-nies li kienu maħqurin (mill-Fargħun u minn niesu) tajniehom b'wirt il-Lvant u l-Punent ta' l-art li konna berikna, u l-kelma t-tajba ta' Sidek laħqet il-milja tagħha ma' Wlied Israel, għaliex kienu stabru (fit-tbatijiet tagħhom), filwaqt li qridna kulma kienu għamlu l- Fargħun u niesu, u kulma kienu bnew

[138] U qsamna l-baħar b'Ulied Israel, u ġew fost nies mogħtija. għall-idoli tagħhom. Qalu (Ufied Israel): 'Ja Mosċ, agħmlilna alla bħalma (dawn) għandhom allat (tagħhom).' Qal(ilhom): ''Intom tabilħaqq nies li ma tafux (x'qegħdin titolbuji)

[139] Tabilħaqq li dak (il-ħażen ta' l-idolatrija) li dawn (in- nies) jinsabu fih iwassal għall-qerda, u huwa fieragħ dak li qegħdin jagħmlu

[140] (Qalfilhom ukoll Mosċ): 'Jaqaw se nfittxilkom alla (ieħor) minflok Alla, meta kien Hu li ppreferiekom fuq il-ħolqien (kollu)

[141] (U ftakru) meta ħlisniekom minn nies il-Fargħun li kienu jġarrbukom (u jaħqrukom) bl-agħar tbatija, joqtlu s-subien tagħkom filwaqt li jħallu lin-nisa tagħkom ħajjin (imjassrin magħhom). F'dan kien hemm tiġrib kbir minn Sidkom

[142] U rfajna għal Mosċ (żmien) tletin lejla, u għamilniehom sħaħ b'għaxra (oħra), hekk li (b'kollox) iż-żmien maħsub ta' Sidu kien ta' erbgħin lejla. U Mosċ qal lil ħuh Aron: 'Oqgħod minfloki fost niesi, agħmel il-ġid (fosthom), u la timxix fit-triq ta' nies il-ħsaral

[143] U meta Mosċ ġie fiż-żmien maħsub tagħna, u kellmu Sidu, (Mosċ) qal: ''Sidi, urini (lilek innifsek), biex inħares lejk. (Alla) qal: S'M'intix se tarani, iżda ħares lejn il- muntanja: jekk iżżomm f'postha, se tarani.' Iżda meta Sidu deher (fis-sebħ tiegħu) lill-muntanja, għamilha frak, u Mosċ nxteħet fl-art mitluf minn sensih. U meta ( Mosċ). stejqer qal: ''Sebħ lilekt Jiena (sogħbien) dort lejk bl- indiema, u jiena l-ewwel fost dawk li jemmnul

[144] Qal (Alla): la Mosċ, Jiena għażiltek fuq in-nies fl- oħra) bil-messaġġi tiegħi (li għaddejtlek), u bi kliemi (li Jiena għedilek). Mela ħu (il-ġieħ) li tajtek, u kun minn dawk li jiżżu ħajri

[145] U ktibnielu fuq kull ħaġa, fuq it-twavel, bi twissija u tifsir bir-reqqa ta' kollox, 'Mela ħudhom, (żommhom u ħarishom) bil-qawwa (tiegħek kollha), u amar lil niesek iżommu ma' l-aħjar li fihom (dawn it-twavel). Se nurikom (dalwaqt) dar il-ħżiena

[146] Se nbiegħed mis-sinjali tiegħi lil dawk li jitkabbru fuq l-art, mingħajr ħaqq (u ma nħallihomx jifhmuhom; dawk.) li mqar) jekk jaraw. kull sinjal (u miraklu ieħor, xorta waħda) ma jemmnux fih. U jekk jaraw it-triq it-tajba, ma jeħduhiex bi triġfithom), iżda jekk jaraw triq il-ħtija, (arahom) jeħduha bi. triqfirhom). Dak għaliex. huma giddbu s-sinjali tagħna, u ma tawx kashom

[147] Dawk li jgiddbu s-sinjali tagħna u l-laqgħa ta' (il- Ħajja) l-Oħra (ma' Alla), jistaw fix-xejn l-għemejjel tagħhom. Jaqaw se jitħallsu għajr ta' dak li kienu jagħmlu

[148] U nies Mosċ, wara (it-tluq tiegħu lejn. il-muntanja), ħadu (b''alla tagħhom) xbieha ta' għoġol magħmul mit- tiżjin: (tad-deheb u l-fidda) tagħhom, u kien jgħajjat (meta jgħaddi r-riħ minnu). Mela ma rawx li (dan l- għoġol) la jkellimhom u lanqas jurihom it-triqż Huma ħaduh (għall-qima tagħhom). u kienu ħżiena

[149] U meta nidmu sewwa (minn dak li kienu għamlu), u raw li kienu mitlufin, qalu: 'Jekk Sidna ma' jħennx għalina u jaħfrilna, tassew inkunu fost it-tellifint

[150] Meta Mosċ reġa' lura għand niesu, mgħaddab u (fl- istess ħin) imnikket (għaliex qiemu l-għoġol), qalilhom): Huwa ta' għajb dak li għamiltu fin-nuqqas tiegħi. Jaqaw. ridtu tgħaġġlu, (kontra) l-amar ta' Sidkom (ur ma flaħtux tistennewni ninżel mill-muntanja) 17 U (fl-għadab tiegħu) rema t-twavel (tal-liġi), qabad ras ħuh, u ġibdu lejh. Qal (Aron): SBin ommi, in-nies qisuni dgħajjef (u ma'tawx kasi), u kienu għoddhom qatluni. Mela la tferraħx bija lill-għedewwa: (tagħna), u la tgħoddnix man-nies il- ħżiena

[151] Qal (Mosċ): ''Sidi, aħfer lili u lil ħija, u daħħalna fil- ħniena tiegħek. Inti l-Aktar Ħanin fost min iħenn

[152] Tabilħaqq li-dawk li għażlu għalihom l-għoġol se jmisshom għadab minn Sidhom u tkasbir fil-ħajja £ (din) id-dinja. Hekk inħallsu lil dawk li jaqilgħu l-gideb

[153] Iżda dawk li jagħmlu l-għemejjel ħżiena, imbagħad wara jindmu u jemmnu, tabilħaqq li Sidek, wara dan, huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[154] U meta l-għadab għadda minn fuq Mosċ, (Mosċ) ħa t- twavel, u fil-kitba tagħhom kien hemm tmexxija tajba u ħniena għal dawk li jibżgħu minn Sidhom

[155] Mosċ (imbagħad) għażel sebgħin raġel minn niesu għal waqt (li fih kellha sseħħ) il-laqgħa magħna, u metà ħadhom it-tregħid (tal-muntanja), qal (Mose): 'Sidi, li kieku ridt, sa minn qabel kont teqred lilhom u lili. Kont forsi se teqridna minħabba dak li (dawn) il-boloh fostna għamlu (meta talbu li jarawk wiċċ imb'wiċċj) Dan ma huwiex għajr it-tiġrib tiegħek (/i/na). li bih toħroġ mit- triq it-tajba lil min trid, u tqabbad it-triq it-tajba lil-min trid. Inti tħarisnal Mela aħfrilna u ħenn għalina, għaliex Inti l-Aħjar fost dawk li jaħfru

[156] U iktbilna (b'amar tiegħek) dak li-hu tajjeb f'din id- dinja u fl-Oħra. Aħna tabilħaqq dorna lejk (bl-indiema).' Qal (Alla): 'Nolqot bil-kastig tiegħi lil-min irrid, u l- ħniena tiegħi tesa' kollox. Għalhekk se niktibha (b'amar) lil dawk li għandhom il-biża' ta' Alla, dawk li jagħtu l- karità, u dawk li jemmnu fir-Rivelazzjoni tagħna

[157] dawk li jimxu wara l-Mibgħut, il-Profeta bla tagħlim, li jsibuh miktub. għandhom fit-Tora u fl-Evanġelju, li jamrilhom jagħmlu t-tajjeb, u jżommhom 'il bogħod mill-ħażin, jippermettilhom jieħdu mill-ħwejjeġ tajba, u jipprojbilhom il-ħwejjeġ ħżiena, u jneħħilhom it-toqol tagħhom u l-madmad (tal-liġijiet tqal minħabba l-ħażen tagħhom), li kellhom fuġhom. U dawk li jemmnuh (li/ Muħammad), li jagħtuh ġieħ, li jgħinuh u li jimxu fid- dawl li tniżżel miegħu (il-Qoran), dawk huma r- rebbieħa

[158] Għid (Muħammad): 'Ja nies, jiena l-Mibgħut ta' Alla għandkom ilkoll, (il-Mibgħut ta') Dak li tiegħu hija s- saltna tas-smewwiet u l-art: ma hemmx alla ħliefu, li jagħti l-ħajja u jagħti l-mewt. Mela emmnu f'Alla u fil- Mibgħut tiegħu, il-Profeta bla tagħlim li jemmen f'Alla u fi Kliemu, u imxu warajh, biex forsi timxu fit-triq it- tajba

[159] Fostnies Mosċ hemm ġemgħa li tmexxi (lil ħaddieħor) bis-sewwa, u bih jagħmlu ħaqq

[160] U qassamniehom fi tnax-il tribi (ħerġin mit-tnax-il tifel ta' Ġakobb; tnax-il) ġens. U nebbaħna lil Mosċ, meta niesu talbuh l-ilma (u għednielu): 'Olqot il-ħaġra bil- ħatar tiegħeki' Minnha ħarġu tnax-il għajn (ta' l-ilma), hekk li kulħadd kien jaf minn fejn seta' jixrob. U dellilna fuqhom bis-sħab (konrra l-qilla tax-xemx), u. niżżilna fuqhom il-manna (li tidher fis-siġar) u s-summien (u għednielhom): ''Kulu mill-ħwejjeġ tajba li tajniekomi' (Iżda huma ħaduha kontrina), u ma naqsux lejna, iżda kienu qegħdin jonqsu lejhom infushom

[161] U (ftakar Muħammad) meta ntqalilhom: 'Għixu f'din il-belt, kulu minnha kemm tixtiequ, u għidu: '(Nitolbu) il-Maħfral' Idħlu mill-bieb (tal-belt) b'ħarsitkom lejn l- art. Aħna naħfrulkom ħtijietkom, u se nżidu sehem dawk li jagħmlu t-tajjeb

[162] U dawk fosthom li għamlu l-ħażen biddlu dak li kien intqalilhom bi kliem (ieħor). Għalhekk bgħatna fuqhom kastig mis-sema minħabba l-ħażen tagħhom

[163] Staqsihom (Muħammad lil-Lhud) dwar il-belt li kienet ħdejn il-baħar, meta kisru s-Sibt: meta l-ħut tagħhom kien jitla' f'wiċċ il-baħar f'jum is-Sibt tagħhom, u meta ma jkunx jum is-Sibt (il-ħur) ma kienx jiġihom. Hekk ġarrabniehom talli kienu jagħmlu l-ħażen

[164] (Meta ġemgħa minnhom qalet: ''Għaliex twissu fu twiddbu) lil nies li Alla se jeqred, jew se jikkastiga b'kastig qalilf 7 Qalu: 'Biex inkunu bla ħtija quddiem Sidkom, u biex forsi jibżgħu (minn Alla)

[165] (U meta nsew dak li kienu mwissija, ħlisna lil-dawk li kienu jgħidu lill-ħżiena biex ma jagħmlux il-ħażen, u lil dawk li dinbu tajniehom) kastig aħrax. talli: kienu jagħmlu l-ħażen

[166] U meta tkessħu u kisru dak li ma kienx jiswa għalihom, għednielhom: ''Kunu xadini umiljati (u mibgħuda)f

[167] U (fiakar Muħammad) li Sidek ħabbar li tassew se jibgħat fuqhom, sa (ma jasal) Jum il-Qawmien, lil min jgħaddihom minn tbatija mill-agħar. Tabilħaqq li Sidek malajr jagħti l-kastig, iżda Huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[168] Aħna. (lil-Lhud) qassamniehom fi ġnus (u xerridniehom) fuq l-art. Hemm minnhom tajbin, u oħrajn ma humiex hekk. Aħna ġarrabniehom bil-ġid u bid-deni, biex forsi jerġgħu lura (lejna)

[169] Warajhom ġew nies (ħżiena oħra) li wirtu l-Ktieb (tat- Torà), u ħadu l-frugħa ta' din id-dinja, filwaqt li qalu; tSe jinħafrilna (kulma nagħmlu).' Iżda jekk terġa' tiġihom frugħa (oħra) bħalha, huma jeħduha. Jaqaw ma humiex marbuta bil-patt tal-Ktieb (tat-Tord, dak il-patt li jorbothom) li ma jgħidux dwar Alla ħlief is-sewwa' Huma studjaw (ur jafu sewwa) dak li hemm fih (dan il- Ktieb). U d-Dar l-Oħra hija aħjar għal dawk li jibżgħu minn Alla. Mela ma tifhmux

[170] Iżda dawk li jżommu sewwa mal-Ktieb u jagħmlu t- talb, Aħna tabilħaqq m'Aħniex se ntellfu l-ħlas ta' dawk li jagħmlu l-ġid

[171] U (ftakar: Muħammad) meta. heżżiżna. l-muntanja u għollejnieha fuqhom. qisha saqaf, u ħasbu li kienet nieżla fuqhom. (Għednielhom): 'Żommu bil-qawwa ma' dak li tajniekom, u ftakru f'li fih, biex forsi tibżgħu minn Allaf

[172] U (ftakar ukoll) meta Sidek ħareġ minn ulied Adam, minn ħdanhom, in-nisel tagħhom, u ġagħalhom jixhdu għalihom infushom (iera qalilhom): ''Jaqaw m'iniex Sidkom'' Qalu: 'Melal Aħna nixhdu (għal danji' (Dan sar biex) f'Jum il-Qawmien ma tgħidux: ''Aħna tabilħaqq kellna moħħna mtajjar dwar dan (u ma tajniex kas)

[173] Jew (inkella) tgħidu: ''Imma, qabel, missirijietna xierku (allat oħra ma' Alla), u aħna (m'aħniex ħlief) nisel (li ġejna) warajhom. Jaqaw se teqridna minħabba dak li għamlu l-qarrieqa

[174] Hekk infissru bir-reqqa s-sinjali (tagħna), u forsi jerġgħu lura (għas-sewwa)

[175] Għidilhom (Muħammad lil-Lhud) il-ġrajja ta' dak li tajnieh is-sinjali tagħna; iżda hu warrab minnhom, u x- Xitan mexa warajh hekk li kien minn dawk li tilfu t-triq

[176] Kieku ridna, konna nerfgħuh bihom (bis-sinjal tagħna ti jkun fost l-għorrief u l-ġusti), iżda huwa miel lejn l-art u mexa wara xewqatu. Huwa bħall-kelb li, jekk taħbat għalih (biex rkeċċih), jilheġ, jew jekk tħallih (fil-kwiet), jilheġ (ukoll). Dan huwa bħan-nies li jgiddbu s-sinjali tagħna. Mela għid il-ġrajjiet (ta' nies il-qedem) biex forsi jixtarru (is-siwi tagħhom)

[177] Huma ta' eżempju ħażin in-nies li jgiddbu s-sinjali tagħna, u kienu qegħdin jonqsu lejhom infushom

[178] Dakeli Alla jurih it-triq, huwa tassew fit-triq it-tajba, u dawk li Huwa jtellef (/i/hom). it-triq, dawk huma t- telliefa

[179] Aħna ħlaqna għall-Infern ħafna minn fost il-ġini u l- bnedmin: (dawn) għandhom qlub li ma jifhmux bihom, għandhom għajnejn li ma jarawx bihom, u għandhom widnejn li ma jisimgħux bihom. Huma bħall-frat, anzi huma aktar mitlufin (minnhom). Dawk huma ta' moħħ imtajjar

[180] Ta' Alla huma l-isbaħ ismijieti'' Mela sejħulu bihom, u itilqu lil-dawk li jżebilħu l-ismijiet tiegħu. Huma għad jitħallsu talli kienu jagħmlu

[181] U minn dawk li ħlaqna hemm: nazzjon li jmexxi (i/ ħaddieħor) bis-sewwa, u bih jagħmlu ħaqq

[182] U dawk'li jġiddbu s-sinjali tagħna, se mmexxuhom, tarġa tarġa (/ejn il-qerda), bla ma jafu minn fejn

[183] Se nagħtihom ftit taż-żmien (ieħor). Tabilħaqq li n- nasba tiegħi fis-sod

[184] Mela: ma xtarrux. (dan kolluj 2: F'seħibhom (Muħammad) ma hemm ebda ġenn, Huwa ma huwiex ħlief wieħed li jwissi biċ-ċar

[185] Mela ma ħarsux lejn is-saltna tas-smewwiet u l-art, u lejn dak li Alla ħalaq, u (ma ġihomx f'rashom) li jista' jkun li żmienhom qorob (/ejn tmiemu) 7 U f'liema kliem, wara dan, se jemmnu

[186] Daktli Alla jtellef (/i/u) it-triq, ma għandu lil-ħadd min imexxih. Huwa jħallihom jiġġerrew, mitlufin, fil-ħtija kbira tagħhom

[187] Huma jistaqsuk (Muħammad) dwar is-Siegħa, meta għandha tasal. Għid(ilhom): 'L-għarfien dwarha jinsab biss għand Sidil Ħadd ħliefu ma juriha fi żmienha, Hija ħaġa kbira, fis-smewwiet u fl-art (iż saret tal-biża' għal kulħadd). Hija ma. tasalx fuqkom ħlief għal għarrieda. ' Huma jistaqsuk bħallikieku inti taf sew fuqha, Għidilhom (Muħammad): ''L-għarfien dwarha jinsab biss għand Allat Iżda l-kotra tan-nies ma jafux (għaliex Alla ħeba minnhom iż-żmien meta għandha tasal)

[188] Għid (Muħammad): 'liena ma'nistax inkun ta' siwi għalija nnifsi, jew ta' deni, ħlief dak li jrid Alla (għalija), /) u kieku kont naf il-mistur, kont (raza (i) nikseb aktar ġid, u li ma jmissnix id-deni. Jiena m'iniex għajr dak li jwissi u jagħti l-bxara t-tajba lil nies li jemmnu

[189] Huwa li ħalaqkom minn ruħ waħda (Adam), u minnu għamel lil martu (Eva) biex jitwennes biha. U meta għattieha. (u. ngħaqad magħha). (għall-bidu). ħoblot ħbiela ħafifa u ġarritha (mingħajr ffixkil). Meta mbagħad (maż-żmien dik il-ħbiela). tqalet, huma. t-tnejn. sejħu lil Alla Sidhom ( 4 qalu): ''Jekk tagħtina (wild) tajjeb, qawwi u sħiħ, aħna tassew niżżuk ħajr

[190] U meta ((il nisel Adam u Eva) tahom (wild) tajjeb, qawwi u sħiħ, huma. t-tnejn (il-ġenituri) xierku (lil ħaddieħor) miegħu f'dak li (A/la) tahom. Alla wisq ogħla minn dak li (il-pagani) ixierku miegħu

[191] Jaqaw ixierku miegħu lil dawk li ma joħolqu xejn, iżda huma maħluqa

[192] Huma ma jistgħux jgħinuhom, u lanqas jistgħu jgħinu lilhom infushom

[193] U jekk issejħulhom lejn tmexxija tajba, ma jiġux warajkom. Xorta waħda għalikom, sew jekk issejħulhom. u sew jekk tibqgħu sektin

[194] Tabilħaqq li dawk li intom issejħu, minflok Alla, huma qaddejja bħalkom. Sejħulhom, u ħalluhom iweġbukom, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[195] Jaqaw għandhom riġlejn biex jimxu bihom, jew idejn biex jaħtfu bihom, jew għajnejn biex jaraw bihom, jew widnejn biex jisimgħu bihom 2 Għid (Muħammad): Sejħu lil (dawn) sħabkom (u itolbuhom l-għajnuna), u onsbuni (kemm tridu flimkien ma' l-allat tagħkom), u tagħtunix nifsl

[196] Tabilħaqq li Alla huwa Dak li jħarisni, Dak li niżżel il- Ktieb. Huwa jieħu ħsieb il-ġusti

[197] U dawk (l-allat). li intom issejħu, minflok Alla, ma jistgħux jgħinukom, u lanqas jistgħu jgħinu lilhom infushom

[198] U jekk issejħulhom lejn: it-tmexxija t-tajba, ma jisimgħux. Tarahom iħarsu lejk (Muħammad), iżda huma ma jarawx

[199] Żomm mal-maħfra (Muħammad), amar ix-xieraq, u. warrab mill-injurantil

[200] U jekk jolqtok xi tkeskis għall-ħażen mix-Xitan, stkenn f'Alla. Huwa jisma' kollox u jaf kollox

[201] Tabilħaqq li dawk li għandhom il-biża' ta' Alla, meta jmisshom xi tiġrib mix-Xitan, jiftakru (fil-kasrig ta' Alla) uara, (malajr jerġgħu) jaraw (is-sewwa)

[202] (Iżda ħuthom fix-xjaren li ssieħbu magħhom fil-ħażen) iżidu jgħaddsuhom fil-ħtija, bla qatt ma jieqfu

[203] U jekk ma ġġibilhomx sinjal: (kif iriduk tagħmel), jgħidulek: 'Għaliex ma qlajtx xi wieħed minn żniedek 7' Għid(ilkom): 'Jiena nimxi biss fuq dak li jitnebbaħ lili mingħand Sidi. Dan (il-Qoran) huwa Dawl għall-moħħ minn Sidkom, u tmexxija tajba u ħniena għal nies li jemmnu

[204] U meta l-Qoran jinqara, isimgħuh u agħtu widen fis- skiet, biex forsi tintwera ħniena magħkom

[205] U ftakar f'Sidek (Muħammad) fik innifsek, bl-umiltà u bil-biża', mhux b'leħen għoli, filgħodu u filgħaxija, u la tkunx minn dawk ta' moħħ imtajjar

[206] Tabilħaqq li dawk (l-anġli) li jinsabu għand Sidek ma jitkabbrux fil-qima tiegħu. Huma jsebbħuh u jinxteħtu fl- art quddiemu

Il-Priża

Surah 8

[1] Jistaqsuk (Muħammad) fuq il-priża tat-taqbida (ta' Badr, u kif se tinqasam.) Għidil(hom): 'iIl-priża tat-taqbida hija ta' Alla u tal-Mibgħut (tiegħu). Mela ibżgħu minn Alla, sewwu l-inkwier) ta' bejnietkom, u oqogħdu għal Alla u għall- Mibgħut tiegħu, jekk intom temmnuf

[2] Dawk li jemmnu ma: humiex għajr dawk li, meta jissemma' Alla, qlubhom jibżgħu, u meta jinqrawlhom il- versi. tiegħu. (fil-Qoran). jiżdiedu. fit-twemmin u jħallu f'idejn Sidhom

[3] dawk li jagħmlu t-talb, u jonfqu (għal ħaddieħor) mill-ġid li tajniehom

[4] Dawk huma li jemmnu tassew. Tagħhom huma gradi (ta' tjieba) għand Sidhom, u maħfra u għajxien kotran

[5] Hekk ukoll Sidek ħarġek (Muħammad) minn darek bis- sewwa (biex titqabad), minkejja li ġemgħa fost dawk li jemmnu stkerrhu (din il-ħaġa)

[6] u qagħdu jħaqquha miegħek dwar is-sewwa. (ta' l-għażla tiegħek li toħroġ għat-taqbida kontra l-pagani ta' Mekka) wara li (dan is-sewwa) deher biċ-ċar, bħallikieku (fiċ- ċertezza tagħhom li se jitilfu, stħajlu lilhom. infushom) misjuqin lejn il-mewt, filwaqt li kienu qegħdin jaraw (dan iseħħ)

[7] U (ftakru) meta Alla wegħedkom li waħda miż-żewġ ġemgħat (jiġifieri jew il-karovana nieżla mis-Sirja, bil-ġid kollu tagħha, jew l-armata tat-tribir ta' Qurajx) se tkun tagħkom. Intom xtaqtu li dik mingħajr armi tkun tagħkom. Iżda Alla ried li bil-kelmiet tiegħu jwettaq is-sewwa, u jaqta' (u jġib fix-xejn) dak li baqa' minn dawk li ma jemmnux

[8] Dan biex iwettaq is-sewwa (ta' l-Islam) u jġib fix-xejn il- qerq (ta' dawk bla twemmin), anki jekk (dan) jistmerruh il- ħatjin

[9] U (ftakru wkoll) meta. tlabtu l-għajnuna ta' Sidkom (biex joħroġkom rebbiħin fuq il-pagani ta' Mekka), u weġibkom: ''Tabilħaqq ngħinkom b'elf anġlu, wieħed wara l-ieħori

[10] (Dan) Alla ma għamlux jekk mhux bħala bxara tajba (għalikom). u biex qlubkom isibu serħan bih: Ma hemmx rebħa ħlief mingħand Allal Alla tabilħaqq Qawwi u Għaref

[11] U (ftakru) meta ġab fuqkom in-ngħas bi sliem mingħandu, u niżżel fuqkom ilma mis-sema biex I isaffikom bih, ineħħi minn fuqkom it-tfesfis tax-Xitan (/i J bih qagħad. ibeżżagħkom bla waqfien), iqawwilkom l qlubkom (bit-tama tar-rebħa), u bih isaħħaħ ir-riġlejn

[12] U (ftakar ukoll) meta Sidek nebbaħ lill-anġli (hekk): Jiena magħkoml Mela saħħu (bit-tama tar-rebħa) lil dawk li jemmnul Jiena se nixħet il-biża' fi qlub dawk li ma' jemmnux. Mela ;olqtu/hom) fuq l-għenuq, u idorbulhom truf subgħajhom kollha

[13] Dan minħabba li ħaduha kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu. Min jeħodha kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu, Alla tabilħaqq Qalil fil-kastig (li jħejji għalih)

[14] (Jintqal lill-pagani): ''Dak (huwa l-kastig li ħaqqkom): Mela duquh, u (kun afa) li għal dawk li ma jemmnux hemm il-kastig tan-Nari

[15] Intom li temmnu, meta tiltaqgħu ma' dawk li-ma jemmnux resqin lejkom. għat-taqbid, la (tibżgħux minnhom (u). tagħtuhomx daharkom (biex taħarbu minnhom)

[16] Dakinhar min jagħtihom dahru (biex jaħrab), ħlief jekk jirtira biex wara jerġa' lura fit-taqbid, jew għaliex ikun sejjer jgħin ġemgħa (oħra fit-taqbid), dan jiġbed fuqu għadab minn Alla, u l-kenn tiegħu jkun l-Infern. (Dari ikun tassew) tmiem ta' għajbl

[17] Mhux intom. qtiltuhom (lill-pagani), iżda Alla qatilhom, u (inti: Muħammad), meta rmejt. (it-trab f'għajnejn il-pagani), ma kontx inti li-rmejt, iżda Alla rema, biex iġarrab lil dawk li jemmnu b'tiġrib tajjeb: J mingħandu. Alla tabilħaqq jisma' kollox u jaf kollox

[18] Dak (ġara tassew). Tabilħaqq li Alla jdgħajjef in-nasba ta' dawk li ma jemmnux

[19] (Intom pagani ta' Mekka) jekk titolbu r-rebħa (fisq il- Misilmin), ir-rebħa issa ġietkom (imma f'għamla ta' telfa kbira.) Jekk tieqfu (mill-ħbir tagħkom fuq dawk li jemmnu), ikun aħjar għalikom, iżda jekk terġgħu lura (għat-taqbid), aħna nerġgħu lura (ukoll), u xejn ma tiswielkom il-ġemgħa tagħkom, anki jekk kotrana. U (kimu afu) li Alla ma' dawk li jemmnu

[20] Intom li temmnu, oqogħdu għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, u la tagħtuhx daharkom (u twebbsu qalbkom) meta intom tisimgħufh ikellimkom fil-Qoran)i

[21] La tkunux bħal dawk (il-pagani) li jgħidu: ''Smajna,' iżda ma jisimgħux (tassew)

[22] Tabilħaqq li l-agħar bhejjem għal Alla huma t-torox u l- imbikkma li ma jifhmux

[23] Li kieku Alla sab xi ħaġa tajba fihom, kien isemmagħhom. Iżda kieku għamilhom jisimgħu, (xorta waħda) kienu jagħtu daharhom u jwarrbu (il-kelma ta' Alla)

[24] Intom li temmnu, wieġbu lil Alla u lill-Mibgħut (tiegħu) meta jsejħilkom għal dak (it-twemmin fil-Qoran) li jagħtikom il-ħajja. U kunu afu li Alla (jinfed u) jidħol bejn il-bniedem u qalbu, u li għandu għad tinġabru

[25] U ibżgħu minn tiġrib li ma jolqotx biss lil dawk minnkom li dinbu. Kunu afu li Alla Qalil fil-kastig

[26] Ftakru meta (intom, l-ewwel Misilmin f'Mekka) kontu ftit u maħqurin fuq l-art (fost il-pagani), tibżgħu li n-nies jaħtfukom, iżda. ( 4//a) takom il-kenn (fil-belt ta' Medina), u saħħaħkom bir-rebħa tiegħu, u takom mill- ħwejjeġ tajba għall-għajxien. (tagħkom, mill-priża li qbadhu), biex forsi tiżżu ħajr

[27] Intom li temmnu, la tittradixxux lil Alla u lill-Mibgħut, u la. tittradixxux. l-obbligazzjonijiet u l-ħwejjeġ fdati lilkom meta intom tafu (li ma għandkomx tagħmlu hekk)

[28] U kunu afu li ġidkom u wliedkom huma biss tiġrib (mingħand Alla biex jara x'se tagħmlu bihom), u li Alla tabilħaqq għandu ħlas kbir

[29] Intom li temmnu, jekk tibżgħu minn Alla, jagħtikom qjies (f'qalbkom li bih. tkejlu. t-tajjeb u. l-ħażin), iħassrilkom l-għemejjel ħżiena tagħkom, u. jaħfrilkom. Alla huwa ta' tjieba bla tarf

[30] Ftakar (Muħammad), meta dawk li ma jemmnux nassulek biex jaqbduk jew biex joqtluk, jew. (inkella) biex ikeċċuk (minn Mekka). Huma jnassu, u Alla jnasses, iżda Alla huwa l-Aqwa fost dawk li jnassu

[31] U meta l-versi tagħna jinqrawlhom, jgħidu: ''Smajna (dan qabel). Kieku ridna, stajna għedna (kliem) bħal dan. Dawn ma humiex għajr l-istejjer ta' nies il-qedem

[32] U (ftakar) meta qalu: 'O Alla, jekk dan (il-Qoran) huwa s-sewwa mingħandek, mela niżżel fuqna xita ta' ġebel mis-sema (bħalma niżżilt fuq nies Lot fl-imgħoddi), jew agħtina kastig ta' wġigħ

[33] Iżda Alla ma kienx se jikkastigahom waqt li inti (Muħammad) kont għadek fosthom (f'Mekka), Lanqas ma kien se jikkastigahom ġaladarba (kien għad hemm Misilmin li) kienu jitolbuh il-maħfta

[34] x'fargumentij għandhom biex. Alla. ma jikkastigahomx, meta huma jżommu (lil: ħaddieħor) mill-Moskea mqaddsa (f'Mekka u. l-ewwel. Misilmin kellhom jitilqu minn hemm). u ma kinux in-nies li jieħdu ħsiebha (u jħarsuha). Tabilħaqq li dawk li jieħdu ħsiebha (u jħarsuha) huma biss dawk li jibżgħu minn Alla, iżda ħafna minnhom ma jafux

[35] It-talb tagħhom fid-dar (ta' A/la) ma huwiex għajr tisfir u ċapċip. Mela duqu l-kastig (tat-relfa kbira li ġarrabtu fit-taqbida ta' Badr), talli ma kontux temmnu

[36] Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux jonfqu ġidhom biex iżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hi l-Islam). Huma se jonfquh: (ġidhom: kollu. fit-taqbid kontra. l- Misilmin). Imbagħad jisgħobbihom (għaliex jintebħu li kien kollu għalxejn), u mbagħad jingħelbu. Dawk li ma jemmnux jinġabru fl-Infern

[37] biex Alla. jnaqqi. l-ħażin. mit-tajjeb, u l-ħżiena jagħmilhom fuq xulxin, jgħabbihom (gozz wieħed) ilkoll, u jqegħedhom fl-Infern. Dawk huma t-tellifin

[38] Għid (Muħammad) lil-dawk li ma jemmnux li, jekk jieqfu (mill-ħażen tagħhom), jinħafrilhom dak li għadda, iżda jekk jerġgħu lura (għalli kienu, ħa jkunu jafu li) għaddiet (qabilhom) id-drawwa ta' nies il-qedem (bħala twissija)

[39] U tqatlu kontrihom sa ma jkunx hemm aktar tiġrib u moħqrija (kontra l-Misilmin), u l-qima tkun kollha ta' Alla. Iżda jekk jieqfu (mill-ostilità), Alla tabilħaqq jara kulma jagħmlu

[40] Iżda jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen), kunu afu li Alla huwa l-Mulej tagħkom (i; jħariskom). Ma hemm ħadd aħjar minnu fil-ħarsien, u ħadd aħjar minnu fl-għajnuna

[41] U kunu afu li wieħed minn ħamsa mill-priża li taqbdu (fiż- taqbid) huwa għal Alla u għall-Mibgħut, u għall-qraba (il- fqar tal-Mibgħut), u għall-iltiema u għall-fqar u għal min iterraq, jekk tassew temmnu f'Alla f'dak li niżżilna fuq il- qaddej tagħna f'jum l-għażla (bejn it-tajjeb u l-ħażin, fit- taqbida ta' Badr), fil-jum meta ż-żewġ ġemgħat iltaqgħu (biex jitqabdu). Alla fuq kollox Setgħan

[42] (U ftakar Muħammad) meta kontu fuq l-eqreb xaqliba (tal-wied, fuq in-naħa ta' Medina) u huma fuq ix-xaqliba l- aktar imbiegħda (tal-wied), u l-karovana (ta' Qurajx) kienet 'l isfel minnkom (fil-wita qrib xatt il-baħar). Li kieku wegħedtu lil xulxin (meta u fejn tiltaqgħu), ma kontux iżżommu l-wegħda (u ma kontux tiltaqgħu minħabba li kontu tibżgħu minn xulxin), iżda (il-laqgħa tagħkom seħħet) biex Alla jġib fis-seħħ ħaġa li kienet maħsuba (minn qabel): biex min. (dakinhar. kellu) jinqered (għaliex mingħajr twemmin), jinqered b'sinjal ċar (tal-qawwa tiegħu), u min baqa' ħaj (bit-twemmin); jgħix (huwa ukoll) b'sinjal ċar. Tabilħaqq li Alla jisma' kollox u jaf kollox

[43] (Ftakar ukoll Muħammad) meta. Alla wrihomlok (l- għedewwa) fil-ħolma tiegħek bħallikieku kienu ftit (i mrlejt kuraġġ). U li kieku wrihomlok bħallikieku kienu ħafna, kontu tinfixlu (u taqtgħu qalbkom), u kontu titlewmu dwar (din). il-ħaġa. (tat-taqbid), iżda. Alla ħeles. (lilkom. mit- taħwid). Tabilħaqq li huwa jaf b'dak li hemm fil-qlub

[44] U (ftakar) meta. ltqajtu (inromr il-Misilmin u. l-għadu tagħkom. fit-taqbida ta' Badr. Alla): wrihomlkom. (l- għedewwa tagħkom) bħallikieku kienu ftit f'għajnejkom, u fl-istess: ħin) ċekkinkom f'għajnejhom, biex iġib fis-seħħ ħaġa li kienet maħsuba (minni qabel). Kollox jitreġġa' lura għand Alla (għall-Ġudizzju tiegħu)

[45] Intom li temmnu, meta tiltaqgħu ma' ġemgħa (fit-taqbid), żommu sħiħ u ftakru ħafna f'Alla (u faħħruh), biex forsi toħorġu rebbiħin

[46] U oqogħdu għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu (f'kulma tagħmlu), u la titlewmux, li ma. tinfixlux (u taqtgħu qalbkom) u qawwitkom titlaq(kom). U stabru (fit-taqbid); Alla tabilħaqq ma' dawk li jistabru

[47] U la tkunux bħal dawk (iiinn nies Qurajx) li ħarġu minn djarhom (għat-taqbida ta' Badr) imkabbrin, għal għajnejn in-nies, u jżommu (li/ ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (fi hija l-Islam). Alla jaf sewwa b'dak li jagħmlu

[48] (U fiakar Muħammad) meta x-Xitan. żejnilhom l- għemejjel tagħhom (lill-pagani), u qal(ilhom): ''llum. ħadd minn fost in-nies ma jegħlibkom, filwaqt li jiena nħariskom:' Iżda meta ż-żewġ ġemgħat raw lil-xulxin, dawwar denbu u qal: 'Jiena ma għandix x'naqsam magħkom. Jiena nara dak. li intom ma tarawx, u jiena nibża' minn Alla, għaliex Alla huwa Qalil fil-kastig

[49] (Ftakar ukoll) meta dawk ta' wiċċ b'ieħor u dawk b'marda fi qlubhom qalu: 'Dawn, ir-reliġjon tagħhom. qarrqet bihom. ' Iżda min iħalli f'idejn Alla (isib li) Alla tabilħaqq Qawwi u Għaref

[50] Li kieku tista' tara (Muħammad id-dehra) meta l-anġli jieħdu l-erwieħ ta' dawk li ma jemmnux (li ġġieldu fit- taqbida ta' Badr kontra l-Misilmin), (kif) jidorbuhom fuq wiċċhom u fuq daharhom (filwaqt li jgħidulhom); 'Duqu l-kastig tan-Nar iħeġġeġl

[51] Dan minħabba (il-ħażen) li għamlu idejkom, għaliex Alla ma jonqosx lejn il-qaddejja tiegħu

[52] (Ħażina triqithom) bħal ta' nies il-Fargħun, u dawk ta' qabilhom. Huma ċaħdu s-sinjali ta' Alla, u Alla kkastigahom ta' dnubiethom. Alla tabilħaqq Qawwi, u Qalil fil-kastig

[53] Dan minħabba li Alla qatt ma jibdel il-grazzja li jkun ta lil xi nies qabel ma (dawn) jibdlu dak li hemm fihom infushom ( 4 jidinbu kontrih). Alla jisma' kollox u jaf kollox

[54] (L-għemejjel tagħhom) bħal ta' nies il-Fargħun u ta' dawk ta' qabilhom. Huma giddbu s-sinjali tal-Mulej tagħhom. Għalhekk qridniehom minħabba dnubiethom, u għerriqna nies il-Fargħun. Huma kienu kollha ħżiena

[55] Tabilħaqq li għal Alla, l-agħar fost il-ħlejjaq huma dawk li ċaħdu, u ma jemmnux

[56] f'dawk li dħalt f'rabta magħhom (biex ma jgħimux lill- Baġani), imbagħad kull darba jiksru. l-patt tagħhom (miegħek). Huma ma jibżgħux minn Alla

[57] Mela'jjekk tassew (iseħħlek) taqbadhom. fil-gwerra (ikkastigahom, u beżża' u) xerred lil dawk li hemm warajhom; biex forsi jiftakru

[58] U jekk tassew tibża' (Muħammad) mit-tradiment ta' xi nies, itfagħlhom lura. (il-patt tiegħek magħhom, u għarrafhom. li se. titqabad. kontrihom, u b'hekk tiġu) indaqs (u tafu fiex qegħdin). Tabilħaqq li Alla ma jħobbx lit-tradituri

[59] (Dawk li ma jemmnux ma għandhom qatt jaħsbu li se jaħarbuflna minkejja li ħelsuha mill-mewr fit-taqbida ta' Badr). Tabilħaqq li ma jistgħux jaħarbu l-kastig ta' Alla

[60] Ħejju kontrihom (l-għedewwa) kemm tistgħu qawwiet u qtajja' ta' żwiemel li bihom tbeżżgħu l-għadu ta' Alla u l-għadu tagħkom, (iv rbeżżgħu wkoll nies) oħra barra minnhom li intom ma tafuhomx (u għalhekk ma tafux il- ħażen u l-qerq tagħhom, iżda lil dawn) jafhom Alla. Kull ħaġa li tonfqu għal Alla, titħallsilkom sħiħ (f'din id-dinja u fl-Aħħar Jum), u ma tmorrux minn taħt

[61] (Iżda jekk fl-għedewwa) imilu lejn is-sliem, mela mil lejh (lejn is-sliem inti wkoll Muħammad), u ħalli f'idejn Alla. Huwa tabilħaqq jisma' kollox u jaf kollox

[62] Iżda jekk ikunu jridu jqarrqu bik (u mhux veru li jridu s-sliem), tabilħaqq li Alla jkun biżżejjed għalik. Huwa li qawwiek bl-għajnuna tiegħu u b'dawk li jemmnu

[63] (Mhux biss, talli kien Hu) li ġab l-għaqda fi qlubhom: Li kieku nfaqt kulma jinsab fuq l-art, ma kontx iġġib (dik) l-għaqda fi qlubhom, iżda Alla għaqqadhom (għax huwa Sid il-qlub). Huwa tabilħaqq Qawwi u Għaref

[64] Ja Profeta, Alla huwa biżżejjed għalik (u għal) dawk li jemmnu li jimxu warajk

[65] Ja Profeta, ħeġġeġ dawk li jemmnu biex jitqatlu. Jekk hemm fostkom għoxrin (ruħ) ta' sabar, (dawn) jegħlbu mitejn, u jekk fostkom hemm mija, (dawn) jegħlbu elf minn dawk li ma jemmnux, għaliex (dawk ta' bla twemmin) huma nies li ma jifhmux (l-għerf ta' Alla)

[66] Issa Alla ħaffifilkom (it-toqol li kellkom fuqkom bħala Misilmin), u jaf li fikom hemm id-dgħufija (u għalhekk ħem għalikom fit-taqbid). Jekk fostkom hemm mitt (ruħ) ta' sabar, (dawn) jegħlbu mitejn, u jekk fostkom hemm elf. (dawn) jegħlbu elfejn, bir-rieda ta' Alla. Alla huwa ma' dawk li jistabru

[67] Ma jixraqx li Profeta jżomm ilsiera (tal-gwerra) qabel ma jkun qatel ħafna (mill-għedewwa) fuq l-art (biex ibeżża' lill-oħrajn). Intom tridu (tiksbu) dak li jgħaddi (fil-ħajja ta' din) id-dinja, iżda Alla jrid (li tiksbu l-aħjar ħlas fil-Ħajja) l-Oħra. Alla huwa Qawwi u Għaref

[68] Li kieku mhux minħabba digriet ta' Alla li kien laħaq ħareġ, (li min jiżbalja fil-ħsieb, b'intenzjoni tajba, ma jkunx ikkastigat), kieku kien imisskom kastig mill-kbar minħabba dak li ħadtu (fi flus tal-fidwa ta' l-ilsiera tal- gwerra)

[69] Mela (issa) gawdu l-priża (tal-gwerra) li qbadtu, li tiswa u hija tajba (għalikom). U ibżgħu minn Alla. Tabilħaqq li Alla Kollu Maħfra u Ħanin

[70] Ja Profeta, għid lill-ilsiera li għandkom f'idejkom (wara t-taqbida ta' Badr): ''Jekk Alla jsib xi ġid fi qlubkom, jagħtikom dak li huwa aħjar minn dak li ttieħed. minnkom, u jaħfrilkom. Alla Kollu Maħfra u Ħanin

[71] Iżda jekk iridu. jittraduk. (Muħammad; u. juruk wiċċ b'ieħor, kun af li) huma tassew ittradew lil Alla (qabel it- taqbida ta' Badr), hekk li ta(k) is-setgħa fuqhom. Alla jaf kollox u Għaref

[72] Tabilħaqq li dawk li emmnu, emigraw (minn Mekka, art twelidhom) u. b'ġidhom u bihom infushom tqabdu għal Alla, kif ukoll dawk (minni fost nies Medina) li tawhom) kenn u għenu(hom), dawn jidħlu għal xulxin (u f l-ġid jinqasam bejniethom); U dawk li emmnu, iżda m'emigrawx, m'intomx marbutin li tħarsuhom, qabel ma. jemigraw. Iżda jekk jitolbukom l-għajnuna dwar (ħwejjeġ li. jolqtu). ir-reliġjon, għandkom. (id-dmir) tgħinuhom (kontra l-għedewwa tagħhom, għaliex: huma ħutkom), ħlief (jekk jirolbukom tgħinuhom kontra) dawk. li magħhom għandkom patt. Alla jara sew dak li tagħmlu

[73] U dawk li ma jemmnux, iħarsu lil xulxin. U jekk ma tagħmlux dan (li nigali/koni, jiġifieri li tħallu l-pagani u tingħaqdu ma' dawk li jemmnu), ikun hemm taħwid fuq l-art u ħsara kbira

[74] Dawkeli emmnu, emigraw (minn Mekka) u tqabdu għal Alla, u dawk (minn fost nies Medina) li tawfhom) kenn u għenufhom), dawk huma li jemmnu tassew. Tagħhom il- maħfra u ġid kbir (fil-Ġenna)

[75] U dawk li, wara, emmnu, emigraw u tqabdu (għal- twemmin) flimkien magħkom, dawk huma minnkom (u magħkom). Iżda (f'dak li huwa l-wirt) il-qraba ta' ġewwa huma eqreb lejn xulxin fil-Ktieb ta' Alla. Tabilħaqq li Alla jaf b'kollox

It-Tوبة (Il-Penitenza)

Surah 9

[1] Stqarrija minn. Alla. u mill-Mibgħut tiegħu (Muħammad) dwar ħelsien minn obbligu lil dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) li dħaltu f'patt magħhom

[2] terrqu (intom il-pagani li xxierku allat oħra ma' Alla) ma' l-art (kollha) għal erba' xhur (u ebda deni ma huwa se jmisskom) iżda kunu afu li intom m'intomx se taħarbu lil Alla, u li Alla tabilħaqq ikasbar lil dawk li ma jemmnux

[3] U taħbira minn Alla u mill-Mibgħut tiegħu lin-nies (miġbura flimkien) f'jum il-pellegrinaġġ il-kbir: li Alla u l-Mibgħut tiegħu huma ħielsa minn dawk li jxierku (ir ma għandhom ebda obbligu lejhom). Jekk tindmu (u tibdew temmnu f'Alla wieħed) dan ikun aħjar għalikom, iżda jekk tagħtu daharkom (u ma tagħtux widen), kunu afu li m'intomx se taħarbu lil-Alla. Agħti l-bxara (Muħammad) lil dawk li ma jemmnux dwar kastig ta' wġigħ

[4] ħlief dawk (il-pagani) li jxierku, li dħaltu f'patt magħhom u żammuh u ma naqsukom f'xejn, u lanqas ma għenu lil ħaddieħor (minn fost l-għedewwa tagħkom) kontrikom. Mela żommu. l-pattijiet (li għandkom) magħhom sa tmiemhom. Tabilħaqq li Alla jħobb lil dawk li jibżgħu minnu (u jafix jżommu patt)

[5] Iżda meta x-xhur imqaddsa jgħaddu, oqtlu (lill-pagani) li jxierku, kull fejn issibuhom, aqbduhom. (ilsiera), dawruhom (minn kullimkien), u oqogħdulhom f'kull moħba. Iżda jekk jindmu, jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, eħilsuhom. Tabilħaqq li Alla Kollu Maħfra u Ħanin

[6] Jekk wieħed minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) jitolbok tħarsu, agħtih il-ħarsien biex ikun jista' jisma' Kliem Alla (fil-Qoran), imbagħad. (jekk ma jilqax l- Islam) wasslu sa fejn isib il-kenn. Dan minħabba li huma nies li ma jafux (is-siwi kbir ta' l-Islam)

[7] Kifjista' jkun li (il-pagani) li jxierku jkollhom patt ma' Alla u mal-Mibgħut tiegħu (Muħammad), ħlief dawk li għamiltu patt magħhom qrib il-Moskea mqaddsa (u żammuh)i. Sakemm. jimxu sew. magħkom, imxu sew magħhom. Alla tabilħaqq iħobb. lil dawk. li jibżgħu (minnu, u jafu jżommu patt)

[8] Kif (qatt jista' jkun hemm patt magħhom, meta dawn), jekk jegħlbukom, la jqisu li-huma qraba tagħkom u lanqas li hemm patt (Ġejnietkom). Huma. (jippruvaw) jgħaxxqukom bi (kliem). fommhom, iżda qlubhom ma. jridux (li: jkollhom x'jaqsmu magħkom), u. ħafna minnhom huma ħżiena

[9] Huma biegħu' r-Rivelazzjoni ta' Alla (fil-Qoran) bi prezz irħis, u żammu (lil ħafna) mit-triq tiegħu (li hija l- Islam). Kien tassew ħażin dak li kienu jagħmlu

[10] La jqisu li huma qraba ta' dak li jemmen, u lanqas li hemm patt (miegħu). Dawk huma li jiksru l-liġi

[11] Iżda jekk jindmu, jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, (huma jkunu) ħutkom (indaqs) fid-din. Aħna nfissru bir- reqqa r-Rivelazzjoni (tagħna) lil nies li jafu

[12] Iżda jekk jiksru l-ħalfa tagħhom, wara li daħlu fil-patt (magħkom), u jkasbru d-din tagħkom, mela tqatlu kontra l-irjus taċ-ċaħda tat-twemmin tabilħaqq li għalihom il- ħalf ma huwa xejn biex forsi jieqfu (jagħmlu hekk)

[13] Jaqaw (m'intomx lesti) titqatlu kontra nies li kisru l-ħalf tagħhom, raw kif ikeċċu l-Mibgħut (Muħammad minn Mekka), u kienu huma l-ewwel li bdew (iħebbu) għalikomż Jaqaw tibżgħu minnhomż Alla jistħoqqlu aktar li tibżgħu minnu, jekk tassew temmnu

[14] Tqatlu kontrihom, u Alla jikkastigahom: b'idejkom (stess), ikasbarhom, jgħinkom tegħlbuhom, u jserraħ qlub dawk li jemmnu (għaliex jaraw l-Islam rebbieħ)

[15] Huwa jneħħi l-għadab ta' qlubhom. Alla jdur (bil- maħfra) lejn min irid. Alla jaf kollox u Għaref

[16] Jew taħsbu li se titħallew (mingħajr tiġrib u tintesew), bla ma Alla jkun jaf b'dawk fostkom li ħabirku u tqabdu (għalih), dawk li ma ħadu (lil ħadd) bi ħbiebhom ħlief lil Alla, lill-Mibgħut tiegħu, u lil dawk li jemmnu. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[17] Dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) ma għandhomx iżuru l-moskej ta' Alla, filwaqt li jixhdu għalihom infushom li huma bla twemmin. Dawk, l-għemejjel tagħhom jiġu fix-xejn, u fin-Nar jgħammru għal dejjem

[18] Iżur biss il-moskej ta' Alla min jemmen f'Alla u fl- Aħħar Jum, jagħmel it-talb, jagħti l-karità u ma jibżax ħlief minn Alla. Tassew li dawk ikunu fit-triq it-tajba

[19] Jaqaw intom tqisu li, għaliex tisqu l-pellegrin u żżuru l- Moskea mqaddsa, (dan jiswa) daqs dak li jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum, li jħabrek u jitqabad għal Alla 7 (Xejn minn danl) Quddiem Alla (dawk li jemmnu u dawk ta' bla twemmin) ma humiex indaqs. U Alla ma jmexxix lill- ħżiena fit-triq it-tajba

[20] Dawk li emmnu, emigraw, ħabirku u tqabdu għal Alla b'ġidhom u bihom infushom huma fi grad ogħla quddiem Alla (minn dawk il-pagani li xogħolhom biss li jisqu l- pellegrini u jżuru l-Moskea f'Mekka). Dawk huma r- rebbieħa (tal-Ġonna ta' dejjem)

[21] Sidhom jagħtihom il-bxara t-tajba dwar ħniena (ġejja) minnu, għaxqa u Ġonna li fihom għandhom l-hena dejjiema

[22] Huma jgħammru fihom għal dejjem: Tabilħaqq li għand Alla hemm ħlas ta' kobor bla tarf

[23] Intom li temmnu, la tiħdux lil missirijietkom u lil ħutkom bħala alleati, jekk (dawn) jgħożżu ċ-ċaħda tat- twemmin flok it-twemmin. Dawk minnkom li jżommuhom b'alleati, dawk ikunu l-ħżiena. j

[24] Għid (Muħammad): ''Jekk missirijietkom, uliedkom, ħutkom, in-nisa tagħkom, nieskom, xi ġid li ksibtu, xi kummerċ li tibżgħu li jmur lura, u xi djar li jogħġbukom huma egħżeż għalikom minn Alla u mill-Mibgħut tiegħu, u mit-tħabrik u t-taħbit (tagħkom). għalih (għal Alla), mela stennew sa ma Alla jġib fis-seħħ l-amar tiegħu (is jagħmel ħaqq minnkom kif jixraq). Alla ma jmexxix lill- ħżiena fit-triq it-tajba

[25] Alla għenkom f'ħafna mkejjen (tat-taqbid), kif ukoll dakinhar ta' Ħunajn,' meta tgħaxxaqtu bl-għadd kbir tagħkom (rnax-il elf ruħ, u ħsibtu li tegħlbu. l-erbat elef suldat ta' l-għadu), mingħajr (iżda) ma swielkom xejn, u (dehrilkom li) l-art. (tat-taqbida) saritilkom dejqa, minkejja li kienet wesgħa kbira, u mbagħad dortu lura

[26] Imbagħad Alla niżżel is-sliem tiegħu fuq il-Mibgħut tiegħu u fuq dawk li jemmnu (biex iserrħilhom rashom, jagħmlilhom il-qalb u jżidhom fil-ħeġġa għat-taqbid), u niżżel (l-anġli mis-sema u dehru f'għamla ta') suldati li intom ma rajtux, u kkastiga lil dawk bla twemmin. Dak huwa l-ħlas għal dawk li ma jemmnux

[27] Imbagħad wara dan Alla jdur (bil-maħfra u bil-ħniena) lejn min irid. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[28] Intom li temmnu, (kunu afu li) dawk biss. li jxierku (allat oħra ma' Alla) huma mniġġsa (minħabba t- twemmin fl-idoli u għaliex jiċħdu lil-Alla), u għalhekk ma għandhomx joqorbu lejn il-Moskea mqaddsa wara din is- sena tagħhom. U jekk tibżgħu li tiftaqru (għażiex il- pellegrini pagani ma. jiġux (aktar f'Mekka), Alla jagħnikom mit-tjieba tiegħu, jekk irid. Alla tabilħaqq jaf kollox u Għaref

[29] Tqatlu kontra dawk minn fost Nies il-Ktieb (li jaħbtu għalikom), li la jemmnu f'Alla (kif suppost) u lanqas fl- Aħħar Jum, li ma jipprojbixxux dak li Alla (fil-Ktieb tiegħu) u l-Mibgħut tiegħu (fit-tradizzjoni profetika) għamlu projbit, u li ma. jimxux fuq id-din tas-sewwa (li huwa l-Islam), sa ma jagħtu l-ġiżja minn. jeddhom, filwaqt li juru umiltà. ħ

[30] Il-Lhud qalu li Esdra huwa bin Alla, '' u l-Insara qalu li l-Messija huwa bin Alla hekk qalu b'fommhom stess, bħalma kienu jgħidu dawk li m'emmnux qabel (jiġifieri li lanġli huma l-ulied bniet ta' Alla). Narra Alla jitqatel kontrihoml Kemm tbiegħdu mis-sewwal

[31] Huma (il-Lhud u l-Insara) għamlu lill-qassisin u lill- irħieb tagħhom sidien (tagħhom u qagħdu għalihom), minflok Alla, u (anki) lill-Messija bin Marija (l-insara għamluh sidhom u tawh qima), meta huma ma kinux ordnati ħlief li jqimu Alla Wieħed, li ma hemmx alla (ieħor) ħliefu. Sebħ lilu (u ħalli jkun mgħolli u ħieles) minn dak (il-paganiżmu) li jxierku (miegħu)l

[32] Huma (il-pagani, dawk li ma jemmnu f'xejn, u Nies il- Ktieb li ma jemmnux kif suppost) iridu jitfu d-Dawl ta' Alla. fli: huwa. l-Islam) b'fommhom (bil-ħafna kwistjonijiet fiergħa li jaqilgħu), iżda Alla ma jridx għajr li jġib il-milja tad-Dawl tiegħu, minkejja li dawk li ma jemmnux jistkerrhu (dan)

[33] Huwa li bagħat lill-Mibgħut tiegħu (Muħammad) bit- imexxija t-tajba u d-din tas-sewwa, biex joħorġu rebbieħ fuq kull din (ieħor), minkejja li (dan) jistkerrhu/h) dawk li xierku miegħu (allat oħra)

[34] Intonili temmnu, (kunu afu li) ħafna mill-qassisin (tal- Lhud) u l-irħieb (ta' l-Insara) jieklu ġid in-nies bil-qerq, u jżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hija l- Islam). U dawk li jgeddsu d-deheb u l-fidda, u ma jonfquhomx għal Alla, mela agħtihom il-bxara dwar kastig ta' wġigħ

[35] Fil-Jum meta (it-teżor. tagħhom) jinħema f'nar l-Infern u l-imħuħ tagħhom, ġnubhom u daharhom jinkwew bih. (Jintqalilhom): ''Dan kien li geddistu għalikom infuskom. Mela duqu dak li kontu tgeddsul

[36] Tabilħaqq li l-għadd tax-xhur, għal Alla, huwa tnax-il xahar, fil-Ktieb ta' Alla, meta ħalaq is-smewwiet u l-art, u erbgħa minnhom huma (x/ur) imqaddsa (għaliex ma jistax iseħħ ġlied fihom): Dan huwa d-din tas-sewwa. Għalhekk tonqsux lejkom infuskom fihom. Tqatlu kontra dawk kollha li jxierku, bħalma huma jitqatlu kontrikom ilkoll, u kunu afu li Alla ma' dawk li jibżgħu minnu

[37] Li tħalli (xahar imqaddes) għal żmien ieħor (biex tibqa' għaddej bit-taqbid kontra l-għedewwa tiegħek). jitqies żjieda fiċ-ċaħda tat-twemmin, u b'dan (il-mod) dawk li ma jemmnux jintilfu. F'sena minnhom it-tibdil ta' xahar. qaddis iqisuh permess u f'sena oħra jqisuh projbit, biex b'hekk jiġu jaqblu fl-għadd (ra' xhur) li Alla qaddes, u jkunu qegħdin jippermettu dak li Alla pprojbixxa. Il- ħażen ta' għemilhom iżżejnilhom (u ntwerielhom sabiħ). Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lil dawk li ma jemmnux

[38] Intom li temmnu, x'għandkom 7 (Għaliex) meta jintqalilkom: 'Oħorġu (tqabdu) għal Alla' (bħalma ntqalilkom. f'Tabiik), intom tkunu tqal. (fit-tweġiba tagħkom) u tinġibdu lejn l-art 2 Jaqaw il-ħajja f'(din) id- dinja togħġobkom aktar mill-(ħajja) l-Oħra 7 Hija żgħira t-tgawdija tal-ħajja f'(din) id-dinja (meta mqabbla ma' dik) fil-Ħajja l-Oħra

[39] Jekk. ma toħorġux. (titqabdu mal-Profeta, Alla) jikkastigakom b'kastig ta' wġigħ, jibdilkom ma' nies oħra (li jkunu aktar lesti joqogħdu għar-rieda tiegħu u tal-Mibgħut tiegħu), u intom xejn ma (tistgħu) tagħmlulu ħsara (minkejja li bqajtu lura u ma ridtux titqatlu). Ala huwa fuq kollox Setgħan (u ma jeħtieġx l-għajnuna tagħkom)

[40] Jekk ma tgħinuhx (/il Muħammad, kunu afu li) Alla għenu meta dawk (f'Mekka) li ma jemmnux. ġegħluh joħroġ (minn Mekka), (meta) miegħu (ma kellux għajr) bniedem ieħor (biss, (il 'Abif Bakr). U meta kienu fl-għar, huwa (Muħammad) qal lil sieħbu: 'La titnikkitxi Alla tabilħaqq magħnaf' U Alla niżżel is-sliem tiegħu fuqu, u saħħu b'suldati (li kienu anġli mis-sema) li intom ma rajtux, u niżżel 'l isfel (u kasbar) il-kelma ta' dawk li ma jemmnux. Il-Kelma ta' Alla (/i ma hemmx alla ħlief Alla) hija l-ogħla, u Alla Felħan u Għaref

[41] Oħorġu, ħfief jew tqal (bl-armi tagħkom, żgħażagħ u xjuħ, fuq saqajkom jew rekbin) u tqabdu b'ġidkom u bikom infuskom għal Alla. Dan ikun aħjar għalikom, jekk tassew tafu

[42] Likieku kien hemm xi qligħ ta' malajr, jew safar mhux fit-tul, (dawk ta' wiċċ b'ieħor) kienu jimxu warajk, iżda t-triq kienet imbiegħda (wisq) għalihom ( 4 fl-għażż tagħhom baqgħu ma ħarġux). Iżda huma għad jaħilfu b'Alla (biex mingħalihom jiskużaw irwieħhom, u jgħidu): SLi kieku stajna, konna noħorġu magħkom.' Huma qegħdin jeqirdu lilhom infushom (b'dan il-kliem), u Alla jaf li huma giddibin

[43] Alla jaħfirlek (Muħammad)l Għaliex tajthom permess (meta ġabu l-iskużi tagħhom għaliex baqgħu lura u ma ħarġux jitqabdu) qabel ma kont taf min (minnhom) qal is-sewwa, u taf (min minnhom kienu) il-giddibin

[44] Dawk li jemmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum ma jitolbukx tiskużahom biex ma joħorġux jitqabdu b'ġidhom u bihom. infushom. Alla jaf sewwa b'dawk li jibżgħu minnu (u huma sħaħ fi twemminhom)

[45] Huma biss dawk li ma jemmnux f'Alla u fl-Aħħar Jum li jitolbuk tiskużahom f(mit-taqbid). dawk li qlubhom jinsabu bejn ħalltejn u b'hekk ma jafux fejn jagħtu rashom

[46] Likieku riedu joħorġu (jitqabdu), kienu jitħejjew tajjeb għalih fit-taqbid), iżda Alla stkerrab li huma jitilqu (biex jitqabdu), żammhom lura, u ntqal(ilhom): ''Oqogħdu mal-qiegħda (man-nisa u mat-tfal, bla ma tagħmlu xejnji)

[47] Li kieku ħarġu magħkom, ma kinux iżidukom ħlief fit- tfixkil. Kienu jiġġerrew fostkom, u jaraw kif joħolqu t- tixwix u l-firda (bejnietkom). Fostkom (kien ikun hemm) min jisma' minnhom. Alla jaf sewwa bil-ħżiena (ta' wiċċ b'ieħor)

[48] Tabilħaqq li huma (qabel it-taġbida ta' Tabiik kienu) diġà xtaqu (jaqilgħu) it-tixwix u l-firda, u nassu kontrik, sa ma (imbagħad) ġie s-sewwa (u r-rebħa), u dehret ir- rieda ta' Alla, (minkejja li) huma stkerrhu (din il-ħaġa)

[49] (Fosthom hemm min jgħid//ek Muħammad): Ħallini (noqgħod lura u ma noħroġx nitqabad), u ta ġġarrabnixt' Mela mhux (diġġ) waqgħu fit-tiġribż Tabilħaqq li l- Infern idur minn kull naħa madwar dawk li ma jemmnux (hekk li qatt ma jkunu jistgħu jaħarbu minnu)

[50] Jekk tmissek xi ħaġa tajba (bħal rebħ militari u l-priża li jġib miegħu, arahom) jitqarrsu, iżda meta jmissek xi saram, (ismagħhom) jgħidu: 'Ħsibnielu minn qabel (u għaliex konna nafu li-se' nkunu telliefa, ma' ridniex nissugraw għalxejn).' U jitilqu lil hemm ferħanin

[51] (Għidiilhom Muħammad): ''Xejn ma jmissna għajr dak (il-ġid jew id-deni) li kitbilna Alla. Huwa l-Mulej tagħna (li jħarisna). Ħalli jħallu f'idejn Alla dawk li jemmnu

[52] (Għidfilhom ukoll): 'X'tistennew li jiġrilna, għajr li (ikollna) waħda minn (dawn) iż-żewġ ħwejjeġ sbieħ (jew li mmutu bħala martri għal Alla, jew li niksbu r-rebħa fuq. l-aggressuri,) Għalikom, aħna nistennew li Alla jibagħtilkom kastig mingħandu, jew (li tinqarlu) b'idejna (stess). Mela oqogħdu stennew (biex taraw x'se jiġrilna). Aħna tabilħaqq nistennew magħkom' (u naraw x'se jmisskom)U

[53] Għid(ilhom Muħammad lil ta' wiċċ b'ieħor): ''Sew jekk tagħtu minn qalbkom, u sew. (jekk tagħtu) għaliex imġegħlin, ma jintlaqax mingħandkom. Intom tassew nies ħżiena

[54] Xejn ma jżomm l-infiq (u l-għoti tagħhom). milli jintlaqa' ħlief minħabba li huma ma jemmnux f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu, u ma jiġux għat-talb jekk mhux bl- għażż (u bla ħeġġa), u ma jonfqu (xejn għall-karità) jekk mhux fuq qalbhom

[55] Arali majogħġbukx ġidhom u (l-għadd ta') uliedhom. Alla jrid biss jikkastigahom bihom fil-ħajja (f'din) id- dinja, u li rwieħhom jinqerdu filwaqt li jkunu (għadhom) ma jemmnux

[56] Huma jaħilfu b'Alla li huma minnkom, iżda (fil-fatt) ma humiex minnkom, iżda huma nies li jibżgħu (juru dak li tassew huma, biex ma jitilfux il-privileġġi tagħhom)

[57] Li kieku jistgħu jsibu xi Kenn, xi għerien jew xi mkien fejn jitrekknu, (kont tarahom) jitilqu lejh mgħaġġlin (biex jaħarbu minnkom)

[58] Fosthom hemm min ilumek (Muħammad) dwar. (it- tqassim). tal-karità: jekk jingħataw. minnha, jithennew, iżda jekk ma jingħatawx minnha, arahom jimtlew bl- għadab

[59] (Kien ikun aħijar għalihom) li kieku thennew b'dak li tawhom Alla u l-Mibgħut tiegħu, u qalu: 'Alla huwa biżżejjed għalinal Alla.se jagħtina it-tjieba tiegħu, u anki l-Mibgħut tiegħu. Aħna tassew lil Alla nfittxut

[60] Il-karitajiet huma biss għall-foqra, għall-imsejknin, għal dawk imqabbdin biex jiġbruhom, għal dawk. li qlubhom inġibdu (jew qegħdin jinġibdu lejn l-Islam), għal dawk fil-jasar (biex jinfdew), għall-midjunin (biex iħallsu d-dejn li ddejnu) għall-kawża ta' Alla (fis-servizz tar-reliġjon u tal-komunità), u għal dak li jterraq. (Dan huwa) l-amar minn Alla. Alla jaf kollox u Għaref

[61] Fosthom (dawk ta' wiċċ b'ieħor) hemm min iweġġa' lill-Profeta (Muħammad bil-kliem u bl-għemil). u jgħidu: Huwa widna (għaliex jisma' u jemmen kolloxji' Għidilhom): 'Huwa jisma' dak kollu li hu tajjeb għalikom, jemmen f'Alla, joqgħod fuq dawk li jemmnu (għaliex jaf li huma ġusti), u huwa ħniena għal dawk fostkom li jemmnu.'' Dawk li jweġġgħu (u jżebilħu) lill- Mibgħut ta' Alla jkollhom kastig ta' wġigħ

[62] Huma jaħilfulkom b'Alla biex jogħġbukom, iżda Alla flimkien mal-Mibgħut tiegħu jistħoqq aktar li huma jogħġbuh. jekk tassew jemmnu

[63] Mela ma jafux li min jeħodha kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu hemm għalih nar l-Infern, u fih jgħammar għal dejjem. Dan huwa għajb tassew kbir

[64] Ta' wiċċ b'ieħor jibżgħu li titniżżel dwarhom xi sura li tgħarrafhom b'dak li hemm (tassew) fi qlubhom. Għidfilhom Muħammad): 'Iddieħku (bir-reliġjon ta' Alla kemm tridu, iżda kunu afu li) Alla se joħroġ (fil-beraħ) dak li qegħdin tibżgħu (/i jsir magħruf dwarkom)

[65] Jekk tistaqsihom. (Muħammad), jgħidulek: ''Aħna konna biss inlabalbu (u ngħidu kliem fieragħ, u ngħaddu ż-żmien) fil-logħob'' Għid(ilhom Muħammad): 'Jaqaw kontu qegħdin tiddieħku b'Alla, bir-Rivelazzjoni tiegħu u bil-Mibgħut tiegħu

[66] Ma għandkomx skużal Cħadtu t-twemmin wara li emmintu. Jekk naħfru lil-xi ġemgħa minn fostkom (għaliex nidmet), Aħna (xorta waħda) nikkastigaw ġemgħa (oħra minnkom), għaliex huma kienu ħatjin ( 4 baqgħu juru wiċċ b'ieħor sa l-aħħar)

[67] Dawk l-irġiel u n-nisa li huma ta' wiċċ b'ieħor huma (kollha) ta' qatgħa waħda: huma jamru (li jsir) il-ħażin, ma jħallux it-tajjeb, u għandhom idejhom magħluqin (bix-xeħħa u ma jagħtux karità). Huma nsew lil Alla, u għalhekk (Hu) nesiehom. Tabilħaqq li ta' wiċċ b'ieħor huma l-ħżiena

[68] Alla wiegħed in-nar ta' l-Infern lil ta' wiċċ b'ieħor, irġiel u nisa, u lil dawk li ma jemmnux, u fih jgħammru għal dejjem. Huwa jkun biżżejjed għalihom. Alla seħithom, u għalihom hemm kastig għal dejjem

[69] Bħal dawk ta' qabilkom; huma kienu eqqel minnkom fil-qawwa, u akbar fil-ġid u fl-ulied. Huma thennew b'sehemhom, u. intom. thennejtu b'sehemkom; bħalma thennew b'sehemhom dawk ta' qabilkom. Intom (ukoll) tlabalbu fieragħ, bħal dawk li labalbu. Dawk, l-għemejjel tagħhom jisfaw fix-xejn f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u dawk huma t-tellifin

[70] Jaqaw ma waslitilhomx l-aħbar (dwar kif inqerdu għal kollox) dawk ta' qabilhom: nies Noċ (u n-nies) ta' Għad, ta' Tamid, nies Abraham, nies Madjan, u l-bliet (ra' Sodoma u Gomorra) li nqalbu ta' taħt fuq 2 Il-Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, u mhux Alla li naqas lejhom, iżda. kienu. huma: li naqsu lejhom. infushom (għaliex ma ridux jagħtu widen)

[71] Dawk li jemmnu, irġiel u nisa, jieħdu ħsieb (i/ jħarsu) lil xulxin. Huma jamru (li jsir). it-tajjeb, ma jħallux il- ħażin, jagħmlu t-talb, jagħtu l-karità, u joqogħdu għal: J Alla u. għall-Mibgħut tiegħu. Dawk Alla se jħenn J għalihom. Alla tabilħaqq Felħan u Għaref

[72] Alla wiegħed lil-dawk li jemmnu, irġiel u nisa, Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom fihom jgħammru għal dejjem wdjar sbieħ fil-Ġonna ta' l-Għeden. U għaxqa minn Alla (hija ħlas) akbar (minn dan kollu): Din hija l-akbar rebħa

[73] Ja Profeta, ħabrek u tqabad kontra dawk li ma jemmnux u ta' wiċċ b'ieħor, u kun qalil magħhom. Il-kenn tagħhom huwa l-Infern, u (dan ikun tassew) tmiem ta' għajb

[74] Huma jaħilfu b'Alla li ma qalu xejn, iżda (tabilħaqq) qalu kliem li jiċħad it-twemmin, u wara li kienu daħlu fl- Islam, (reġgħu) m'emmnux. Huma fasslu xi ħaġa li ma seħħetilhomx, u ma vvendikawx irwieħhom jekk mhux għaliex Alla kattar fuqhom it-tjieba (u l-barka) tiegħu, u l-Mibgħut tiegħu (ukol/)l Għalhekk ikun aħjar għalihom jekk jindmu, iżda jekk jagħtu daharhom (għat-twemmin), Alla jikkastigahom b'kastig ta' wġigħ f'(din) id-dinja u fl-Oħra. U fuq l-art ma jkollhom ħadd li jħarishom u jgħinhom

[75] Fosthom (dawk ta' wiċċ b'ieħor) hemm min daħal f'rabta ma' Alla (u qal): 'Jekk ( 4/la) jagħtina mit-tjieba tiegħu, aħna tassew nagħtu l-karità u nkunu mill-ġusti

[76] Iżda meta tahom mit-tjieba tiegħu, huma xxaħħu f'dak li ngħataw, warrbu (ir-rabta tagħhom ma' Alla), u ma ridux joqogħdu għaliha

[77] Għalhekk ikkastigahom (u refagħlhom) il-wiċċ b'ieħor fi qlubhom sal-Jum li fih jiltaqgħu miegħu, għaliex huma marru kontra dak li kienu wiegħdu lil Alla, u għaliex kienu jigdbu

[78] Mela ma jafux li Alla jaf bis-sigriet tagħhom, b'dak li jintqal (bil-moħbi). bejniethom, u li Alla jaf sew bil- mistur

[79] Dawk (in-nies il-ħżiena) li jmaqdru lil min, fost dawk li jemmnu, jagħti l-karità minn jeddu, (kif ukoll jixlu) lil dawk li ma jsibux x'jagħtu għajr il-ħidma tagħhom (li/ min jeħtieġha), u jżebilħuhom, ikun Alla li jżeblaħhom, u għalihom hemm kastig ta' wġigħ

[80] Sew jekk titlob biex jiksbu l-maħfra, u sew jekk ma titlobx maħfra għalihom, ( 4I 1a ma huwiex se jaħfrilhom). U jekk titlob għalihom sebgħin darba biex jiksbu l-maħfra, Alla ma huwiex se jaħfrilhom. Dan għaliex. huma m'emmnux f'Alla u fil-Mibgħut. tiegħu. Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

[81] Ferħu dawk (ra' wiċċ b'ieħor) li baqgħu wara l-Mibgħut (Muħammad u ma ħarġux għat-taqbida f'Tabiik) għaliex baqgħu fejn kienu, u stkerrhu li jħabirku u jitqabdu b'ġidhom u bihom infushom għal Alla, u qalu (fil xulxin): Toħorġux. fis-sħanaf' Għidfilhom Muħammad): 'Nar l- Infern jaħraq wisq aktarf' Li kieku kienu jifhmul

[82] Ħalli jidħku xi ftit (għalissa), iżda (imbagħad) ħalli jibku ħafna, bi ħlas ta' dak (il-ħażen) li kienu jiksbu (b'għemilhom)

[83] Għalhekk jekk Alla (wara t-taqbid f'Tabiik) ireġġgħek għand ġemgħa minnhom, u jitolbuk permess biex joħorġu (jitqabdu. miegħek fi spedizzjoni oħra), għid(ilhom): ''Qatt m'intom ħerġin miegħi, u m'intom se titqatlu miegħi kontra ebda għadul L-ewwel darba (meta l-Misilmin l-oħra kienu sejrin lejn Tabik) intom għoġobkom tibqgħu qiegħda, Mela oqogħdu ma' dawk li baqgħu lural

[84] Qatt (ma għandek) titlob: (Muħammad) għal xi ħadd minnhom: (ta' wiċċ b'ieħor) li miet, u lanqas ma għandek tieqaf fuq qabru. Huma ċaħdu lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u mietu fil-ħażen tagħhom

[85] Lanqas (ma għandhom) jogħġbuk ġidhom u (l-għadd kbir) ta' wliedhom: Alla jrid biss jikkastigahom bihom fid-dinja, u'li rwieħhom jinqerdu filwaqt li (kunu għadhom qegħdin) jiċħdu (lif Alla u lill-Islam)

[86] U meta titniżżel sura li (tħeġġiġhom u tgħidilhom): ċEmmmu F'Alla, u ħabirku u tqabdu mal-Mibgħut tiegħu,' dawk fosthom li għandhom ħafna ġid jitolbuk tiskużahom u jgħidulek, Muħammad, dawk ta' wiċċ b'ieħor): 'Ħallina nkunu mal-qiegħda (li jibqgħu lura u ma joħorġux jitqabdu)

[87] Huma jogħġobhom li jkunu ma' dawk (in-nisa, it-tfal, il-morda u oħrajn li ma għandhomx is-saħħa u l-ħila jitqatlu) li baqgħu lura, u tqiegħed siġill fuq qlubhom, hekk li ma jifhmux

[88] Iżda l-Mibgħut u dawk li jemmnu miegħu, ħabirku u tqabdu b'ġidhom u bihom infushom. Ta' dawk huma l- ħwejjeġ tajba (kollha), u dawk huma r-rebbieħa

[89] Alla ħejjielhom Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija r-rebħa l-kbira

[90] Minn fost l-Għarab tad-deżert kien hemm dawk li ġew b'xi skuża biex jingħataw permess (biex ma joħorġux jitqabdu). Dawk li giddbu lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu qagħdu lura (i ma ħarġux għat-taqbid.) Lil dawk li ma jemmnux se jmiss kastig ta' wġigħ

[91] La d-dgħajfin, la l-morda, u lanqas dawk li ma jsibux (ġid) x'jonfqu, jekk huma sinċieri ma' Alla u mal- Mibgħut tiegħu (u jagħmlu għemejjel tajba), ma għandhom ebda ħtija. Ma hemm ebda triq (/i twassal għall-kundanna) ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[92] Lanqas (ma għandhom ħtija) dawk li, meta ġew għandek jitolbuk biex trikkibhom (fuq żwiemel jew iġmla, biex joħorġu jitqabdu miegħek), u inti weġibthom: 'Ma nsibx fuq xiex inrikkibkom,' huma telqu mnikktin, bid-dmugħ igelgel minn għajnejhom, għaliex ma kellhom xejn x'jonfqu (għall-kawża ta' Alla)

[93] Il-ħtija hija biss fuq dawk l-għonja li' jitolbuk tiskużahom (biex jibqgħu lura u ma joħorġux jitqatlu). Huma jogħġobhom li jkunu ma' dawk (in-nisa, it-tfal, il- morda u l-oħrajn) li baqgħu lura. Alla qiegħed siġill fuq qlubhom, u għalhekk ma jafux

[94] Huma jitolbikom tagħdruhom meta terġgħu lura għandhom: Għid(ilhom. Muħammad): ''Iġġibux skużil M'aħniex se nemmnukomt Alla kien diġà għarrafna b'aħbarkom (u bil-ħażen u bil-wiċċ b'ieħor tagħkom). Alla se jara l-għemil tagħkom, u ('iegħu) il-Mibgħut tiegħu, imbagħad tintbagħtu lura lejn Dak li jaf il-mistur u'li jidher, u jgħarrafkom b'dak li kontu tagħmlu

[95] Meta tmorru lura għandhom (wara t-taqbida f'Tabiik) se jaħilfulkom b'Alla biex tħalluhom waħidhom. Mela ħalluhom waħidhomi Huma tabilħaqq tinġis, u l-kenn tagħhom huwa fl-Infern, bi ħlas ta' (il-ħażen) li kienu jiksbu (b'għemilhom)

[96] Huma se jaħilfulkom biex tithennew bihom, iżda jekk tithennew bihom (ikun kollu għalxejn għaliex) Alla ma jithenniex bin-nies il-ħżiena

[97] L-Għarab tad-deżert huma l-aktar (nies) li ma jemmnux (minħabba l-qalb xierfa tagħhom, l-aktar) li juru wiċċ b'ieħor, u l-aktar li jixirqilhom li ma jkunu jafu (xejn) mid-digrieti li Alla niżżel lill-Mibgħut tiegħu (Muħammad). Alla jaf kollox u Għaref

[98] Fost l-Għarab tad-deżert hemm min iqis dak li jonfoq (għal Alla) bħallikieku xi multa (u relf), u jistenna li jolqotkom l-għaks u s-saram. Ħalli jkun fuqhom is- saraml Alla jisma' kollox u jaf kollox

[99] Iżda fost l-Għarab tad-deżert hemm min jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum, u jqis dak li jonfoq (għal A/la) bħala għotjiet li jqarrbu/A) lejn Alla u lejn it-talb tal-Mibgħut (għalih, biex jikseb il-maħfra). Dan tassew iqarribhoml l Alla se jdaħħalhom fil-ħniena tiegħu. Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[100] Dawk (il-Misilmin) li kienu minn ta' l-ewwel (li taw widen għas-sejħa ta' l-Islam) fost l-emigranti (minn Mekka il-Muhaġirin) u dawk (minn nies Medina 'al- 'Ansar) li tawhom (kull) għajnuna, u dawk li mxew warajhom: fl-għemejjel tajba, Alla jithenna bihom, u huma. jithennew bih. Huwa ħejjielhom: Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija l-akbar rebħa

[101] Uħud mill-Għarab tad-deżert ta' madwarkom juru wiċċ b'ieħor, u wħud minn nies ta' Medina webbsu rashom fil- wiċċ b'ieħor. Inti ma tafhomx (biżżejjed, Muħammad). iżda. Aħna. nafuhom. (fajjeb). Darbtejn se nikkastigawhom, imbagħad jintbagħtu lura għal kastig kbir

[102] Oħrajn. għarfu u stqarru dnubiethom: huma ħalltu għemil tajjeb ma' ieħor ħażin. Alla għandu mnejn idu lejhom. (bil-maħfra). .Alla tabilħaqq Kollu Maħfra 1 Ħanin

[103] Ħu (Muħammad) minn ġidhom karità li biha int ssaffihom u tnaddafhom (minn dnubiethom), u itlot għalihom (biex Alla jaħfrilhom). Tabilħaqq li. talbek iserraħhom. Alla jisma' kollox u jaf kollox

[104] Mela ma jafux li huwa Alla li jilqa' l-indiema mill qaddejja tiegħu, u jieħu l-karitajiet (li jagħmlu minr qalbhom), li Alla jdur Kollu Maħfra u Ħanin

[105] għidfi/homj: Agħmlu (li: tridu) Alla se jarż għemilkom, u l-Mibgħut tiegħu u dawk li jemmnu (s: jarawh ukoll), u se tintbagħtu lura lejn Dak li jaf il-mistu u. li jidher, u jgħarrafkom b'dak li kontu tagħmlu

[106] Oħrajn jitħallew. jistennew l-amar ta' Alla: jeki jikkastigahomx jew inkella jdur lejhom bil-maħfra. All: jaf kollox u Għaref

[107] U (hemm ukoll) dawk (ta' wiċċ b'ieħor) li bnew (bini li kellhom il-wiċċ isejħulu) moskea biex iġibu ħsara, ċaħda tat-twemmin u firda bejn dawk li jemmnu, u biex (dik il- moskea) tkun kenn għal min, qabel, kien tqabad kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu, U tabilħaqq se jaħilfu (u jgħidu): ''Aħna (meta bnejna din il-moskea) ridna biss it- tajjeb,' iżda Alla jixhed li huma tassew giddibin

[108] Inti (Muħammad, ara (i) ma tieqaf qatt (f'dik il-moskea biex titlob) fihal Moskea (bħal dik ta' Qubagħ) imsejsa, sa mill-ewwel jum, fuq il-qima (/ejn 4//a) tistħoqq aktar li tieqaf fiha (għar-ralb), Fiha hemm irġiel (ġusti minn Medina) li jħobbu jissaffew (minn dnubiethom). Alla jħobb lill-imsoffijin

[109] Min hu l-aħjar; min sejjes. il-bini tiegħu fuq. (l- ubbidjenza u) il-biża' ta' Alla u l-għaxqa tiegħu, jew min sejjes il-bini tiegħu fuq xifer irdum li therra, hekk li jinżel bih f'nar l-Infern. Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

[110] Il-bini tagħhom: li bnew ma jehda qatt. (iqanqal) id- dubju fi qlubhom ( 4 l-għadab għall-Misilmin), sa'ma (dawn) qlubhom. jitqattgħu biċċiet. Alla jaf kollox u Għaref

[111] Tabilħaqq li mingħand dawk li jemmnu Alla xtara ħajjithom u ġidhom, biex ikollhom il-Ġenna. Huma jitqatlu għal-Alla: huma joqtlu u jinqatlu (din. hi) wegħda li (A/la huwa) marbut biha tabilħaqq fit-Tord, fl- Evanġelju, u fil-Qoran. U min, aktar minn Alla, iżomm il-wegħda tiegħu' Mela ifirħu bil-bejgħ li għamiltul Dik hija r-rebħa l-kbira

[112] (Għad jifirħu u jithennew) dawk li jduru nedmin (lejn Alla), li jqimu(h), li jfaħħru(ħ), li jterrqu ma' l-art kollha (għal Alla biex jiksbu aktar għerf dwaru), li jmilu u li jinxteħtu fl-art (fit-talb), li jamru (li jsir) it-tajjeb, ma jħallux il-ħażin, u li jżommu d-digrieti ta' Alla. Agħti l- bxara lil-dawk li jemmnu (/i hemm il-Ġenna tistenniehom)

[113] Ma huwiex xieraq li l-Profeta u dawk li jemmnu jitolbu maħfra għal dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla), anki jekk huma qraba, wara li raw biċ-ċar li (dawn il-pagani) huma nies in-Nar iħeġġeġ

[114] U Abraham ma kienx jitlob maħfra għal missieru (Àżar) jekk mhux minħabba wegħda li kien (laħaq) wiegħdu. U meta ra biċ-ċar li hu (missieru) kien għadu ta' Alla (u webbes rasu f'din. it-triq tat-telfien), hu (Abraham). inħall minn (kull rabta li kellu) miegħu. Tabilħaqq li Abraham kien qalbu tajba, u kollu ħlewwa u sabar

[115] Alla ma jtellifx it-triq lil-xi nies wara li jkun mexxiehom (fiha), sa ma jurihom minn xiex għandhom jibżgħu (u joqogħdu lura, biex ma jidinbux). Alla tabilħaqq jaf b'kollox

[116] Tabilħaqq li ta' Alla hija s-saltna tas-smewwiet u l-art. Huwa jagħti l-ħajja u l-mewt. Ma għandkomx, għajr lil Alla, min iħariskom u jgħinkom

[117] Alla dar bil-maħfra lejn il-Profeta (minkejja li kien ħalla lil ta' wiċċ b'ieħor jibqgħu lura u ma joħorġux għat-taqbid); lejn dawk (minn Mekka) li emigraw, u dawk (minn. Medina) li għenu (lill-Misilmin), dawk li mxew warajh fis-siegħa iebsa (tat-taqbida f'Tabiek), wara li qlub uħud minnhom kienu għoddhom xaqilbu (lejn il- ħażen), imbagħad dar lejhom bil-maħfra. Tabilħaqq li Huwa Kollu Tjubija u Ħanin magħhom

[118] (Bħalma dar bil-maħfra) lejn it-tlieta li baqgħu lura (mit-taqbid u li ħassuhom hekk ħatja minħabba dan: li) saħansitra. (dehrilhom) li. l-art kienet djieqet għalihom, minkejja l-kobor tagħha, bħalma ħassu lilhom infushom maqbuda f'diqa, u fehmu li ma hemmx kenn minn Alla, jekk mhux (li jmorru) lejh. Imbagħad dar lejhom bil- maħfra. biex (sergħu) jindmu. Alla tabilħaqq idur Kollu Maħfra, il-Ħanin

[119] Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla u kunu ma' dawk li jgħidu u jagħmlu s-sewwa

[120] Ma'kienx xieraq li nies Medina u l-Għarab tad-deżert ta' madwarhom iżommu lura mill-Mibgħut ta' Alla (u ma joħorġux miegħu għat-taqbida ta' Tabilk), jew li jibżgħu għal ħajjithom minflok għal tiegħu. Dan għaliex ma jaqbadhomx għatx, għeja, jew ġuħ għal Alla, ma jagħmlux pass li jqanqal l-għadab ta' dawk li ma jemmnux, u lanqas jiksbu xi qligħ mill-għadu, lima jjinkitbilhomx bħala għemil tajjeb. Tabilħaqq li Alla ma jtellifx il-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb

[121] Lanqas ma jonfqu nefqa żgħira jew kbira, jew jaqsmu xi wied (għal Alla), li-ma jinkitbilhomx (fil-ktieb tagħhom), biex Alla jħallashom ta' l-aħjar (għemejjel) li kienu għamlu

[122] Dawk li jemmnu ma għandhomx joħorġu Ikoll flimkien (għat-taqbid). Xi tajta minn kull ġemgħa għandha tibqa' lura (u ma toħroġx titqabad), biex tagħtiha għall-istudju tar-reliġjon u biex twissi lil niesha meta jerġgħu lura Iejha (mit-taqbid), forsi jitħarsu (mid-deni)

[123] Intomli temmnu, tqatlu kontra dawk li ma jemmnux li jinsabu qribkom, u ħalluhom isibu l-qilla fikom. U kunu afu li Alla ma' dawk li jibżgħu minnu

[124] Kull meta tinżel xi sura, hemm minnhom (ta' wiċċ b'ieħor) li jgħidu (bi tkasbir): 'Lil min minnkom (din is- sura) żiditu fit-twemmin) Iżda lil-dawk li jemmnu (tassew) żidithom fit-twemmin, u huma ferħanin (b'dan, għaliex kull vers fil-Qoran jagħmel minnhom. Misilmin tajbin)

[125] Iżda dawk li fi qlubhom hemm marda (taċ-ċaħda tat- twemmin u tal-wiċċ b'ieħor, is-sura li tinżel) tkompli żżidilhom it-tinġis tagħhom (il-wiċċ b'ieħor) b'faktar) tinġis, u jmutu meta jkunu għadhom ma jemmnux

[126] Mela (ta' wiċċ b'ieħor) ma jarawx li kull sena qegħdin jiġġarrbu darba jew darbtejn, imbagħad la jindmu u lanqas jiftakru (fit-twissija ta' Alla)

[127] Kull darba li titniżżel sura, uħud minnhom iħarsu lejn xulxin (u jgħidu): ''Tgħid qiegħed jarakom xi ħadd (mill- Misilminj 7' Imbagħad jitilqu. Alla telaq qlubhom (għa kollox) għaliex huma nies li ma jifhmux

[128] Għadu kif ġiekom Mibgħut minnkom infuskom. Is- saram: tagħkom ikiddu, u moħħu fikom. Huwa kollu tjieba u ħanin ma' dawk li jemmnu

[129] Iżda jekk jagħtu daharhom. (u ma' jkunux iridu jisimgħu), għid (Muħammad): ''Alla huwa biżżejjed għalija. Ma hemmx alla ħliefu. F'idejh ħallejt, u huwa Sid it-Tron il-kbir (tas-sebħ tiegħu)

Jonas

Surah 10

[1] Alif. Lam. Ra'. Dawk huma l-versi tal-Ktieb l-Għaref

[2] Jaqaw huwa ta' l-għaġeb għan-nies li nebbaħna lil raġel minn fosthom (li huwa Muħammad, u għednielu): 'Wissi lin-nies (bin-Nar ta' dejjem), u-agħti l-bxara lil dawk li emmnu, li huma jinsabu f'qagħda għolja (minħabba s- sewwa ta' għemilhom) quddiem Sidhom'' 7 Dawk li ma jemmnux qalu: ''Dan (Muħammad) tassew saħħar fid- dieheri

[3] Tabilħaqq li Sidkom huwa Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron, imexxi kollox. Ħadd ma jista' jidħol għal ħaddieħor (f'/un il- Qawmien) jekk mhux bir-rieda tiegħu. Dak huwa Alla Sidkom. Mela qimuh (u lilu biss)l Jaqaw ma tiftakrux (fit-twissija tiegħu)

[4] Għandu għad. terġgħu lura Ikoll (fl-Aħħar Jum). Il- wegħda ta' Alla hija minnha (u ħadd u xejn ma jbiddilha). Huwa li beda l-ħolqien, imbagħad jerġa' jibdieh (wara i jeqirdu) biex iħallas bil-ħaqq lil dawk li emmnu u għamlu s-sewwa. Iżda dawk li ma jemmnux, għandhom xarba misħun. jagħli u kastig ta' wġigħ, għaliex ċaħdu t-twemmin

[5] Huwa li (fil-ħniena tiegħu) għamel ix-xemx (kollha) dija u l-qamar (kollu) dawl, u fasslu f'taqsimiet u bi mkejjen (differenti minn fejn jitla' u jinżel), biex tkunu tafu l-għadd tas-snin u l-kalkolu (taż-żmien). Huwa ma ħalaqx dak (kollu) jekk mhux bis-sewwa. Huwa jfisser bir-reqqa (dawn) is-sinjali tiegħu (fl-univers) lil nies li jafu (bil-ħila bla tarf ta' Alla)

[6] Tabilħaqq li fid-dħul wara xulxin tal-lejl u tan-nhar, u f'dak li Alla ħalaq fis-smewwiet u fl-art, hemm sinjali għal nies li jibżgħu minnu (u mill-kastig tiegħu)

[7] Dawlkeli ma jittamawx fil-laqgħa magħna, li jithennew bil-ħajja fid-dinja u jserrhu rashom biha, u li ma jagħtux kas is-sinjali tagħna (li jidhru kullimkien)

[8] dawk, il-kenn tagħhom fin-Nar, minħabba (il-ħażen) li ) kienu jiksbu

[9] (Tabilħaqq li dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, Sidhom: ) imexxihom minħabba twemminhom; taħthom jiġru x- xmajjar fil-Ġonna ta' l-hena

[10] Fiha (il-Ġenna, tkun din) is-sejħa tagħhom: ''Sebħ lilek, 0 Allaf' U hemm it-tislima tagħhom tkun: ''Sliemt'' U l- aħħar tas-sejħa tagħhom: ikun: ''Tifħir lil Alla, Sid il- ħolqieni

[11] Li kieku Alla kellu jgħaġġel (u jikkastiga) lin-nies tad- deni (li jagħmlu), daqskemm huma jgħaġġlu fil-kisba tal- ġid, kieku żmienhom ilu li ntemm. Iżda Aħna, lil dawk li ma jittamawx fil-laqgħa magħna (fl-Aħħar Jum, u jgiddbuha). inħalluhom, mitlufin: (u mogħmijin). fil-ħtija tagħhom

[12] Meta l-ħsara. tmiss. lill-bniedem, huwa: jsejħilna, (mimdud) fuq ġenbu, jew bilqiegħda jew bilwieqfa, iżda meta nneħħulu (dik) il-ħsara tiegħu, huwa jibqa' sejjer bħallikieku (gatt) ma sejħilna meta messitu l-ħsara. Hekk jiżżejjen (u jidher sabiħ) lill-ħaljin dak (il-ħażen) li kienu jagħmlu

[13] Qabilkom (ja pagani ta' Mekka) diġà qridna aktar minn nisel meta għamlu l-ħażen: ġewhom il-Mibgħutin tagħhom bis-sinjali ċ-ċari, iżda huma ma kienu (gatt) se jemmnu. Hekk inħallsu lill-ħatjin

[14] Imbagħad warajhom għamilniekom. werrieta fuq l-art, biex naraw x'se tagħmlu

[15] Meta l-versi ċari tagħna jinqrawlhom, dawk li ma jittamawx. fil-laqgħa magħna (fl-Aħħar Jum) jgħidu: 'Ġibfilna: Muħammad) Qoran ieħor, jew (inkella) biddlut' Għidfilhom): 'Ma nistax inbiddlu minn rajja. Jiena ma nimxix għajr fuq dak li jitnebbaħ lili. Jekk ma nobdix lil Sidi, jiena tabilħaqq nibża' mill-kastig ta' Jum kbir (u tal-biża)

[16] (Għidfilhom Muħammad): 'Li kieku Alla ried, ma kontx naqrahulkom, u lanqas kien jgħarrafkom bih. Jiena bqajt fostkom għomor (sħiħ erbgħin sena) qablu (qabel inżul il-Qoran). Mela ma tifhmux (li Ktieb bħal dan nieżel mingħand Alla)

[17] Mela min huwa aktar ħati minn dak li jaqla' l-gideb dwar Alla (u jgħid li l-Qoran huwa xogħol Muħammad), u jgiddeb is-sinjali tiegħu Tabilħaqq li l-ħatjin ma humiex se jirbħu

[18] Minflok lil Alla huma jqimu lil-dak li la jagħmlilhom deni u lanqas ġid, u jgħidu: 'Dawk huma li jaqbżu għalina ma' Allat'' Għid(ilhom): 'Jaqaw (mingħalikom li) qegħdin tgħarrfu lil Alla b'dak li Huwa ma jafx fis- smewwiet u lanqas fl-artf' Sebħ lilul Huwa wisq ogħla minn dak li (il-pagani) ixierku miegħu

[19] Il-bnedmin (minn żmien Adam sa Noe) ma kinux ħlief ġens wieħed (ilkoll Misilmin), iżda (aktar tard) ma qablux bejniethom ( 4 bdier tingħata qima lill-idoli). Li kieku mhux għal Kelma li laħqet (ingħatar) minn Sidek (li jagħti l-ħlas mistħoqq lil kulħadd fl-Aħħar Jum), kieku kien diġà sar ħaqq minnhom (fid-dinja) fuq dak li ma qablux dwaru

[20] Huma jgħidu (fuq Muħammad): ''Għaliex ma tniżżilx fuqu xi sinjal minn Sidu (bħalma kienu tniżżlu fuq il- Mibgħutin ta' qablu) 1' Għid(ilhom): 'Il-mistur huwa ta' Alla biss Mela stennew (u taraw x'se jiġri); jiena nistenna magħkomf

[21] Meta ndewqu lin-nies ħniena (mingħandna), wara li tkun messithom il-ħsara, malajr inassu kontra s-sinjali tagħna. Għid (Muħammad): 'Alla eħfef fit-tnassis.' Tabilħaqq li l-Mibgħutin tagħna (l-anġli) qegħdin jiktbu dak li tnassu (u għad ifakkruhulkom)

[22] Huwa li jgħaddikom minn fuq l-art u l-baħar, hekk li meta tkunu fl-imriekeb, u jiġru bihom b'riħ tajjeb, u jifirħu bih, (dlonk) jiġihom riħ qawwi, u jiġihom il-mewġ minn kullimkien, u jaħsbu li se jinqerdu. Huma jsejħu lil Alla u jduru lejh bi twemmin safi, (tr jgħidu hekk): 'Jekk teħlisna minn dan, inkunu tassew minn dawk li jiżżu ħajri

[23] Iżda meta jeħlishom, arahom jagħmlu l-ħażen fuq l-art, mingħajr ħaqq. Ja nies, il-ħażen tagħkom ma huwiex għajr kontra tagħkom infuskom; (huwa) it-tgawdija tal- ħajja (f'din) id-dinja. Imbagħad lejna terġgħu lura, u ngħarrfukom b'dak li kontu tagħmlu

[24] Il-ħajja (f'din) id-dinja tixbah lil ilma li nniżżlu mis- sema: il-ħxejjex ta' l-art jitħalltu miegħu dak li n-nies u l-bhejjem: jieklu u meta l-art tkun fil-ġmiel (kollu) tagħha u tiżżejjen (bil-frott bnin), u niesha jaħsbu li huma jistgħu għaliha (u jafu biżżejjed kif jiksbu l-ikel minnha); l-amar tagħna jiġiha billejl, jew binhar, u naħsduha (hekk li ma jibqa' xejn minnha), bħallikieku ma ħaddritx fil- jum ta' qabel. Hekk infissru bir-reqqa s-sinjali lil nies li jixtarru (is-siwi tagħhom)

[25] Iżda Alla jsejjaħ għal Dar is-Sliem (fil-Ġenna), u lil min irid imexxi fit-triq id-dritta (Zi hija l-Islam)

[26] Għal dawk li (bit-twemmin tajjeb tagħhom) jagħmlu t- tajjeb hemm l-aħjar (ħlas fil-Ġenna), u aktart La swied u lanqas tkasbir ma jiksu l-uċuħ tagħhom: Dawk huma nies il-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem

[27] Dawk li kisbu (għalihom infushom) għemejjel ħżiena, (ħalli jkunu jafu li) il-ħlas ta' għemil ħażin ikun (b'għemil) bħalu, u t-tkasbir jgħattihom. Ma għandhomx min iħarishom minn Alla, u l-uċuħ tagħhom ikunu bħallikieku miksija b'biċċiet mudlama. tal-lejl. Dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem

[28] Fil-Jum meta niġbruhom ilkoll, u ngħidu lil-dawk li xierku (allat oħra magħna): ''Żommu postkom, intom u sħabkom (li xeriktu ma' Allaj', imbagħad. (lill-ħżiena) nifirduhom: (mit-tajbin) u sħabhom. (l-idoli) jgħidu: Intom mhux lilna kontu tqimu

[29] Alla huwa biżżejjed bħala xhud bejnna u bejnkom, Aħna ma konniex nafu bil-qima tagħkom (għaliex aħna, ta' idoli bla ruħ li aħna, la stajna naraw, la nisimgħu, u lanqas nifhmu)

[30] Hemmhekk kull ruħ iġġarrab dak (it-tajjeb u l-ħażin) li għamlet qabel. U (kulħadd) jintbagħat lura lejn Alla, il- Mulej tagħhom: tabilħaqġ, u jħallihom dak. (il-gideb kollu) li kienu jaqilgħu (meta qalu li l-idoli għad jaqbżu għalihom)

[31] (Għidfilhom Muħammad): ''Min jagħtikom l-għajxien tagħkom mis-sema u mill-art 7 Ta' min huma s-smigħ u l- ħars (fil-bnedmin kollha) Min joħroġ il-ħaj mill-mejjet, u joħroġ il-mejjet mill-ħajż' Min imexxi kollox. (fil- ħolqien) 7' Imbagħad jgħidu: 'Allaf' Għid(ilhom): 'Mela kif ma tibżgħux minnu (u mill-kastig tiegħu, u tibqgħu tqimu l-allat)

[32] Dak huwa Alla, Sidkom tabilħaqq' U x'hemm, wara s- sewwa, għajr it-telfien U kif ma tagħtux kas (u ma tqimux lil Alla Wieħed)

[33] Hekk isseħħ Kelmet Sidek kontra dawk li jagħmlu l- ħażen. għaliex huma ma jemmnux

[34] (Għidfilhom): ''Jaqaw hemm fost sħabkom (l-allat u l-idoli li 1qimu) min (għandu l-ħila) jibda l-ħolqien, imbagħad jerġa' jibdieh (wara li jeġirdu)a'' Għid: 'Huwa Alla li jibda l-ħolqien, imbagħad jerġa' jibdieh (wara li jegirdujl Mela kif tinqalbu (fi ħsiebkom u tagħmlu kollox ta' taħt fuq, meta tafu dan kollu)

[35] (Għidfilhom ukoll): 'Jaqaw hemm fost sħabkom (l-allat iu l- idoli li' tqimu) min. (għandu l-ħila) imexxi lejn is-sewwa 7' Għid: 'Huwa Alla li jmexxi lejn is-sewwa. Mela min jistħoqq l-aktar li wieħed jimxi warajh: Min imexxi lejn is-sewwa (Alla), jew min (bħal xi alla falz jew xi idolu) ma jmexxix (għaliex ma jistax, u ma għandux triq oħra) ħlief li huwa (stess) ikun immexxi 2 Mela x'għandkom (tgħidu dwar dan), u kif taqtgħuha (dwar din li tqisu lil-Alla l-Imbierek daqs l-allat Jolozji)

[36] Iżda l-kotra tagħhom ma jimxux għajr fuq stħajjil (fi l-idoli huma tassew allat). Tabilħaqq li l-istħajjil ma jiswa xejn għas- sewwa. Alla tassew jaf b'kulma jagħmlu

[37] Dan il-Qoran ma seta' jsir minn ħadd għajr minn Alla, iżda huwa jseddaq dak li ġie qablu (fiż-Tora u fl-Evanġelju), u huwa tifsir bir-reqqa tal-Ktieb (li jinsab għand Alla). Ma hemm ebda dubju fih ( 4: huwa Rivelazzjoni) minn Sid il-ħolqien

[38] Jew jgħidu: 'Huwa (Muħammad) li qalgħu minn żniedu' 7 Għidfilhom): ''Ġibu sura bħalu u sejħu, minflok lil Alla, lil-min. tistgħu (u araw issibux fil-ħolqien kollu min għandu l-ħila jġib sura bħalu), jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[39] Iżda huma giddbu dak li ma jafux sewwa, u li t-tifsira (u t- twissija) tiegħu għadha ma ġithomx. Hekk ukoll dawk ta' qabilhom giddbu (is-sewwa), iżda ara (Muħammad) kif kien tmiem il-ħżiena

[40] Hemm minnhom li jemmen fih (il-Qoran), u minnhom li ma jemminx fih. Sidek jaf l-aktar b'dawk li jagħmlu l-ħsara

[41] Jekk igiddbuk, għid(i/hom): ''Jiena għandi xogħli (u l-ħlas tiegħu), u intom għandkom xogħolkom (u l-ħlas tiegħu); intom ħielsa minn dak li nagħmel, u jiena ħieles minn dak li tagħmluf

[42] Fosthom hemm dawk li jisimgħuk (ragra l-Qoran, mingħajr ma jifhmu). Mela inti (Muħammad, tista') issemma' lit-torox, anki jekk ma jistgħux jifhmu

[43] U fosthom hemm min iħares lejk (u jsib fik is-sinjali li juru li inti. tassew. Profeta, iżda xorta jwebbes: rasu). Iżda. inti (Muħammad, tista ') tmexxi lill-għomja, anki jekk ma jistgħux. jaraw

[44] Tabilħaqq li Alla ma jonqos f'xejn lejn in-nies, iżda huma n- nies li jonqsu lejhom infushom

[45] Fil-Jum li jiġborhom. (lill-pagani, biex jagħmel ħaqq minnhom, ikunu qishom) ma damux ħlief siegħa mill-jum, u jagħrfu lil xulxin (u jinkixef dak kollu li bih kienu jonqsu lejn xulxin). Tellifin huma dawk li giddbu l-laqgħa ma' Alla (fl- Aħħar Jum); u ma kinux fit-triq it-tajba

[46] Sew jekk nuruk (Muħammad, f'ħajtek) xi ftit minn dak (il- kastig) li nwegħduhom, u sew jekk (nilħqu) neħdulek ħajtek (biex tinġabar magħna, kun af li llum jew għada), lejna għad jerġgħu lura. Imbagħad Alla jkun xhud ta' dak li jagħmlu

[47] Lil kull ġens (intbagħar) Mibgħut, u meta (dan) il-Mibgħut tagħhom jiġi (quddiemhom fl-Aħħar Jum), isir ħaqq minnhom kif jixraq, u ma jmorrux minn taħt

[48] (Dawklli ma jemmnux, bi tkasbir) jgħidu: 'Din il-wegħda (dwar il-kastig tal-ħżiena) meta (se sseħħ), jekk qegħdin tgħidu s-sewwal

[49] (Għiddilhom Muħammad): ''Jiena ma nistax inġib ħsara jew ġid għalija nnifsi, għajr dak li jrid Allat Kull ġens għandu żmien (li jafu Alla biss, meta jinqered u jieħu l-kastig). Meta jasal żmienhom, la jkunu jistgħu jtawlufh) b'siegħa, u lanqas inaqqsufh

[50] Għid: 'X'taħsbu: jekk il-kastig tiegħu jiġikom billejl jew binhar, liema (biċċa) minnu (ikunu jixtiequ) jgħaġġlu l-ħatjin

[51] Jaqaw (se tibqgħu taħlu ż-żmien u) imbagħad meta jseħħ (dan kollu), se temmnu fih (il-kastigj 7 Jaqaw issa (tridu demmnu), meta (qabel, biex mingħalikom twaqqgħu dawn il- ħwejjeġ għaċ-ċajf) kontu qegħdin tgħaġġluh fil-kastig tagħkom)i

[52] Imbagħad jingħad lil dawk li għamlu l-ħażen: ''Duqu l-kastig ta' dejjeml Jaqaw mhux ta' dak (il-ħażen) biss li kontu tiksbu qegħdin titħallsu

[53] Huma jistaqsuk (Muħammad) biex isiru jafu: ''Jaqaw dan huwa tabilħaqq (l qiegħed tgħidilna dwar. il-kastig))' Għidfilhom): 'Mela, fuq Sidi, dan huwa s-sewwa, u m'intomx ġe taħarbu (il-kastig ta' Allaji)

[54] Li kieku kull ruħ midinba jkollha kulma jinsab fuq l- art, kienet (tipprova) tinfeda bih. U meta (il-midinbin) jaraw il-kastig, huma juru l-indiema, iżda jsir ħaqq minnhom kif jixraq. Huma ma jmorrux minn taħt fu kulħadd jieħu li ħaqqu

[55] Tabilħaqq li ta' Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Tabilħaqq li l-wegħda ta' Alla (dwar Jum il-Qawmien) bija minnha, iżda ħafna minnhom ma jafux

[56] Huwa jagħti l-ħajja u jagħti l-mewt, u lejh titreġġgħu lura

[57] Ja nies, ġietkom twissija (il-Qoran) minn. Sidkom, fejqan għal(l-mard) li hemm fil-qlub, u tmexxija tajba u. ħniena (minn Alla) għal dawk li jemmnu

[58] Għid (Muħammad): ''Bit-tjieba ta' Alla (il-Qoran) u bil-ħniena tiegħu. (l-Islam), b'dak għandhom jifirħu; huwa aħjar minn dak (il-ġid kollu) li jiġmgħu

[59] Għid: X'taħsbu (ja pagani) dwar dak li Alla niżżlilkom bħala għajxien (għalikom), li intom (gbadtu) u. għamiltu minnu dak li ma jiswiex, u dak li jiswa/' Għidfilhom): ''Jaqaw Alla takom permess (tagħmlu dan), jew qegħdin taqilgħu l-gideb dwar Alla

[60] U x'jaħsbu dawk li jaqilgħu l-gideb dwar Alla (li se jiġri minnhom) £ Jum il-Qawmien 7 Alla tabilħaqq Kollu Tjieba man-nies, iżda ħafna minnhom ma jiżżux ħajr

[61] Inti (Muħammad) ma tagħmel ebda xogħol, u lanqas taqra xejn mill-Qoran, u (intom il-bnedmin) ma tagħmlu ebda ħidma (fajba jew ħażina) jekk Aħna ma nkunux xhieda tagħkom meta tkunu mħabbtin b'dan (kollu). Lil Sidek ma jaħrablux. it-toqol ta' atomu, fuq l-art u fis- sema, ui lanqas ma hemm iżgħar minnu, u lanqas akbar, li ma huwiex fi ktieb mill-aktar ċar

[62] Aral Il-ħbieb ta' Alla ma hemm ebda biża' fuqhom (dakinhar ta' Jum il-Ħaqq), u lanqas jitnikktu

[63] Huma dawk li jemmnu u jibżgħu minn Alla

[64] Tagħhom hija l-bxara t-tajba fil-ħajja (f'din) id-dinja u fl-Oħra. Ma hemm ebda tibdil fil-Kelmiet ta' Alla, Dik hija r-rebħa l-kbira

[65] Tħallix kliemhom (Muħammad, u l-gideb tagħhom dwar Alla u dwarek) inikktek. Tabilħaqq li l-qawwa kollha hija ta' Alla. Huwa li jisma' kollox u jaf kollox

[66] Tabilħaqq ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-artl Dawk li jsejħu (allat oħra) minflok lil Alla ma humiex qegħdin jimxu Wara sħab (/i huma tassew imseħbin ma' Alla). Huma ma humiex qegħdin jimxu għajr wara l-istħajjil, u ma humiex ħlief jigdbu

[67] Huwa li għamlilkom il-lejl biex tistrieħu fih, u l-jum imdawwal (biex taraw fih u tagħmlu l-ħidma tagħkom). F'dan tabilħaqq hemm sinjali għal nies li jisimgħu

[68] Huma jgħidu: ''Alla għandu iben.' Sebħ lilul Huwa l- Għani (u ma għandu bżonn lil ħadd). Tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Ma għandkom ebda prova ta' dan (il-kliem). Jaqaw qegħdin tgħidu dwar Alla dak li ma tafux

[69] (Għidfilhom Muħammad): ''Tabilħaqq li dawk li jaqilgħu l-gideb dwar Alla ma humiex se jirbħul

[70] (Ftit) tgawdija fid-dinja, imbagħad lejna jerġgħu lura (biex jagħtu kont ta' ħajjithom). Imbagħad indewquhom il-kastig il-qalil talli ma kinux jemmnu

[71] Ħabbrilhom (Muħammad, lil niesek f'Mekka) il-ġrajja ta' Noċ, meta qal lil niesu: 'Ja niesi, jekk il-waqfa tiegħi (fostkom), u t-tifkira (u t-twissija) tiegħi (lilkom) dwat is- sinjali ta' Alla qegħdin issibuhom tqal, mela (kunu afi) li jiena nħalli f'idejn Alla. Mela araw ma' sħabkom (l-allat foloz) x'se tagħmlu (bija)l U (araw) li din il-biċċa tagħkom. ma. tkunx mistura. Imbagħad agħmlu ħaqq minni, u ddewmunix

[72] Iżda jekk tagħtu daharkom (u ma tridux tisimgħu l- messaġġ tiegħi, kumu afu) li jiena ma tlabtkom ebda ħlas. Ħlasi mingħand Alla biss, u jiena ngħatajt l-amar li nkun fost il-Misilmin li jintelqu F'Alla

[73] Huma giddbuh, iżda Aħna ħlisna lilu u lil ta' miegħu (u daħħalniehom) fl-arka, u għamilniehom werrieta (fiuq l- art), u għerriqna lil dawk li giddbu s-sinjali tagħna. Ara kif kien tmiem l-imwissijin

[74] Imbagħad warajh bgħatna Mibgħutin (oħra) għand nieshom, u ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, iżda m'emmnux f'dak (it-twemmin. safi) li qabel kienu ċaħdu. Hekk inqiegħdu siġill fuq qlub dawk li jiksru l-liġi

[75] Imbagħad warajhom bgħatna lil Mosċ u lil Aron għand il-Fargħun u l-kbarat tiegħu bis-sinjali tagħna, iżda (il- Fargħun u l-kbarat tiegħu) tkabbru (u ma ridux jemmnu), u kienu nies mill-agħar

[76] Meta ġiehom is-sewwa mingħandna, huma qalu: ''Dan tabilħaqq huwa seħer fid-dieheri

[77] Mosċ qal: 'Qed tgħidu (hekk) dwar is-sewwa meta ġiekom (tabilħaqq) 7 Dan seħer) Is-sħaħar ma jirbħuxi

[78] Qalu: ''Jaqaw ġejtna biex iddawwarna minn dak (it- twemmin) li sibna lil missirijietna fih, u tagħkom it-tnejn (tiegħek u ta' ħuk Aron) ikun il-kobor fl-art 7 Aħna ma nemmnukomx f

[79] U qal il-Fargħun: ''Ġibuli kull saħħar jilħaqlu

[80] U meta ġew is-sħaħar, Mosċ qalilhom: ''Ixħtu (fl-art) dak li għandkom tixħtu (ħbula u bsaten) f

[81] U meta xeħtu(hom), Mosċ qal: 'Dak li ġibtu huwa seħer, u Alla tassew iġibu fix-xejn, għaliex tabilħaqq li Alla ma jġibx 'il quddiem l-għemil ta' dawk li jagħmlu l- ħsara

[82] U Alla jseddaq is-sewwa bi Kliemu (u bis-sinjali ċ-ċari tiegħu), minkejja li l-ħatjin jobogħdu (dan)

[83] Għalhekk m'emmnux f'Mosċ, għajr ġemgħa minn niesti, għalkemm imbeżżgħa mill-Fargħun u l-kbarat tiegħu, li ma (jiurx) iġarrabhom. Tabilħaqq li l-Fargħun kien imkabbar u tirann fuq l-art, u tabilħaqq kien wieħed minn dawk mogħtijin għall-ħażen. I

[84] U Mosċ qal: 'Ja niesi, jekk temmnu f'Alla, mela ħallu f'idejh, jekk intom (tassew) Misilmin

[85] U qalu: S'Aħna ħallejna f'idejn Alla, Sidna, la tagħmilx minna tiġrib għan-nies il-ħżiena

[86] eħlisna, bil-ħniena tiegħek, min-nies li ma jemmnux

[87] SAgħmlu għal nieskom djar (ra' talb u qima) fl-Eġittu, (u minħabba. l-biża' tagħkom mill-Fargħun) agħmlu minn djarkom imkejjen ta' qima, u agħmlu t-talb. Agħti l-bxara t-tajba lil-dawk li jemmnu

[88] U Mosċ qal: ''Sidna, Inti tajt lill-Fargħun u lill-kbarat tiegħu ż-żina u l-ġid. fil-ħajja (f'din) id-dinja. Sidna, (huma użawhom) biex (jitilfu triqtek) u jtellfu triqtek lil ħaddieħor Sidna, ħassar il-ġid tagħhom u webbes qlubhom, hekk li ma jemmnux sa ma jaraw il-kastig ta' wġigħ (u mbagħad ikun tard wisq)

[89] Alla qal: 'iIt-talba tagħkom. it-tnejn (Mosċ u 4ron) intlaqgħet. Mela ibqgħu mexjin. fit-triq it-tajba, u la timxux fit-triq ta' dawk li ma jafuxi

[90] Aħna għaddejna lil Ulied Israel mill-baħar, u l-Fargħun u l-qawwiet tiegħu marru għal warajhom b'inġustizzja u b'aggressjoni, hekk li meta laħqitu l-għarqa, (il-Fargħun) qal: 'Jiena nemmen. li ma hemmx alla ħlief Dak li emmnu fih Ulied Israel, u jiena mill-Misilmin

[91] (Imbagħad intqal lilu): ''Issa (qiegħed temmenl Insejt li) qabel m'obdejtx (lil Alla) u kont minn dawk li jagħmlu l-ħsara

[92] Illum neħilsuk (mill-baħar) b'ġismek (biss, bla ruħ), biex tkun sinjal għal min jiġi warajk. Tabilħaqq li ħafna nies ma jagħtux kas tas-sinjali tagħna

[93] Aħna tajna lil Ulied Israel imkien mill-isbaħ biex jgħammru fih, u tajniehom l-aħjar għajxien. Kien biss wara li ġiehom l-għarfien (li huwa t-Tora) li huma ma qablux bejniethom (dwar. ir-reliġjon). Tabilħaqq li Sidek jagħmel ħaqq minnhom f'Jum il-Qawmien minħabba dak li ma'kinux jaqblu fuqu

[94] Jekk tinsab (Muħammad) bejn ħalltejn dwar dak li niżżilnielek, mela staqsi lil dawk (il-Lhud u l-Insara) li kienu jaqraw il-Ktieb qablek. Tabilħaqq ġiek is-sewwa minn Sidek, u għalhekk tkunx minn ta' bejn ħalltejn

[95] Langas tkun minn dawk li giddbu s-sinjali ta' Alla, għaliex tkun mit-tellifin

[96] Tabilħaqq dawk li Kelmet Sidek seħħet kontrihom, ma jemmnu (qatt)

[97] lanqas li kellu jiġihom kull sinjal, sa ma jaraw il-kastig ta' wġigħ

[98] Kif ma kienx hemm belt (mill-ibliet li qridna) li emmnet, hekk li twemminha kien ikunilha ta' siwi, ħlief (il-belt ta') nies Ġona. Meta (dawn) emmnu, neħħejna minn fuqhom il-kastig ta' għajb fil-ħajja (ta' din) id- dinja, u ħallejniehom igawdu għal xi żmien

[99] Li kieku Sidek ried, kulmin jinsab fuq l-art kien jemmen kollha kemm huma. Jaqaw inti (Muħammad) se toqgħod iġġiegħel in-nies jemmnu

[100] Ħadd ma jista' jemmen jekk mhux bir-rieda ta' Allal Huwa jibgħat il-kastiġ fuq dawk li ma jifhmux (għaliex ma jridux)

[101] (Għidfilkom Muħammad): 'Ħarsu lejn dak li jinsab fis- smewwiet u fl-art (u lejn is-sinjali ta' Alla fihom).' Iżda s-sinjali u t-twissijiet ma humiex ta' fejda għal nies li ma. jemmnux

[102] X'qegħdin jistennew, jekk mhux bħal (dak li ġara) fil- jiem ta' dawk li (għerw u) għaddew qabilhom' Għid(ilhom): ''Mela stennew (u taraw x'se jiġri). Jiena nistenna magħkom

[103] Imbagħad neħilsu (mill-kasrig) lill-Mibgħutin tagħna u lil dawk li emmnu. Hekk Aħna għamilnieh dmirna li neħilsu lil dawk li jemmnu

[104] Għid (Muħammad): ''Ja nies, jekk intom bejn ħalltejn dwar id-din tiegħi, (kunu afu li) jiena ma nqimx dawk (l- allat) li tqimu intom minflok lil Alla, iżda nqim lil Alla li jtemmilkom ħajjitkom, Jiena ngħatajt l-amar li nkun minn dawk li jemmnu

[105] (Alla qalli:) 'Dawwar wiċċek lejn il-fidi safja, u ara li ma tkunx minn dawk li jxierku (a/lar oħra ma' Alla)

[106] La ssejjaħx minflok Alla lil-min la (jista') jiswielek, u lanqas (jista ') ikunlek ta' ħsara. Jekk tagħmel hekk, mela inti tkun tassew mill-ħżienal

[107] U jekk Alla jmissek b'xi deni, ħadd ħliefu ma jneħħihulek, u jekk ikun iridlek il-ġid, ħadd ma jista' jżomm it-tjieba tiegħu. Huwa jagħtiha lil-min irid mill-qaddejja tiegħu. Huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin

[108] Għid (Muħammad): 'Ja nies, ġiekom is-sewwa (li huwa l- Qoran) minn Sidkom. Mela min jimxi fit-triq it-tajba, ma jkunx miexi fiha ħlief għalih innifsu, u min jitlef it-triq, jitlifha (bi ħsara) għalih. Jiena ma għandix setgħa fuqkoml

[109] Imxi (Muħammad) fuq dak li jitnebbaħ lilek u żomm b'sabrek sa ma Alla jagħmel ħaqq. Huwa l-Aħjar li jagħmel ħaqq

Hud

Surah 11

[1] Alif. Lam. Ra'. (Dan huwa) Ktieb bil-versi tiegħu mibnija sewwa (u mseddga), imbagħad tfissru bir-reqqa (u neżlin) mingħand Għaref u jaf sewwa (b'kollox u b'kulħadd)

[2] (Ktieb li jwissi biex) ma tqimux ħlief lil Alla. (Muħammad għidilhom): ''Jiena. (Mibgħur) għal għandkom, minnu, biex inwissi u nagħti l-bxara t-tajba

[3] U itolbu maħfra mingħand Sidkom, imbagħad duru lejh (sogħbiena) u jagħtikom tgawdija tajba sa żmien imsemmi, u jagħti t-tjieba tiegħu lil min juri tjubija. Iżda jekk tagħtu daharkom (u ma tisimgħux), jiena nibża' li jkollkom il- kastig ta' Jum kbir (li fih iseħħu ħwejjeġ tal-biża)

[4] LejnAlla għad terġgħu lura, u Huwa fuq kollox Setgħan

[5] Ara (ta' wiċċ b'ieħor) kif jitnu (u jgeżwru) qlubhom (biex mingħalihom jaħbu minn Alla l-ħażen li hemm fihom u) biex jinħbew minnu. (Kollu għalxejn/) Anki meta jitgeżwru fi ħwejjiġhom, (Alla l-Imbierek) jaf b'dak li jaħbu u b'dak li jikxfu 7 Huwa jaf b'kulma hemm fil-qlub

[6] Ma hemm ebda ħliqa li titħarrek fuq l-art li l-għajxien tagħha ma huwiex minn Alla, u (mhux biss, talli) jaf fejn toqgħod u fejn tistrieħ. Kollox (jinsab) fi Ktieb (mill- aktar) ċar

[7] Huwa li ħalaq is-smewwiet u l-art f'sitt ijiem, u t-Tron tiegħu kien fuq l-ilma biex iġarrabkom (u jara) min minnkom huwa l-aħjar fl-għemil ( 4 fl-imġiba). Iżda (Muħammad) jekk tgħid (lill-pagani ta' Mekka): ''Intom tabilħaqq għad tqumu wara l-mewt' dawk li-ma jemmnux tassew. jgħidu 'Dan huwa biss seħer fid- dieherl

[8] U jekk indumu ma niġuhom bil-kastig, għal xi żmien magħdud, tabilħaqq. jgħidu (bi skasbir): ''X'qiegħed iżommu'' Fil-Jum li jiġihom (il-kastig), ma hemm xejn li jbiegħdu minnhom, u dak (il-kastig). li kienu jżebilħu għad idawwarhom minn kullimkien

[9] U jekk indewqu lill-bniedem xi ħniena mingħandna, imbagħad inwarrbuha minnu, huwa tabilħaqq ikun qata' jiesu (għal kollox) u ma jkunx jafhulna

[10] Iżdajekk indewquh xi hena, wara li jkun messu xi deni, huwa tabilħaqq jgħid: 'iIl-ħsara ħallietni ' (iżda mbagħad arah) ferħan (iżżejjed, u malajr joqgħod) jiftaħar (u jitkabbar)

[11] (Kulħadd. jagħmel hekk) ħlief dawk li jistabru u jagħmlu għemejjel tajba. Dawk għandhom maħffa u ħlas kbir

[12] Inti (Muħammad) sejjer tħalli barra xi ħaġa minn dak li jitnebbaħlek, u dan qiegħed iġib diqa f'qalbek għaliex (il- Pagani) jgħidu: ''Għaliex ma tniżżillux xi teżor, jew ġie xi anġlu miegħu 7' Iżda inti qiegħed biss biex twissi (li/l- ħżiena dwar il-kastig li ġej fuqhom). Alla jieħu ħsieb kollox

[13] Jew. jgħidu: '(Dan. il-Qoran). qalgħu minn: żniedu.' Għid(ilhom): 'Mela ġibu għaxar suriet bħalhom, maqlugħa minn żniedkom, u sejħu lil-min tistgħu (biex jgħinkom f'dan), barra lil Alla, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal

[14] U jekk (l-allat foloz u lil kulmin issejħu biex jgħinkom) ma jweġbukomx, mela kunu afu li (dan il-Ktieb) tniżżel biss bl- għerf ta' Alla, u li ma hemmx alla ħliefu. Mela (issa li tafu dan kollu) se tkunu Misilmin 2 l

[15] Minirid il-ħajja (f'din) id-dinja, u ż-żina (fiergħa) tagħha, (arana) inħallsuhom ta' l-għemejjel tagħhom fiha (stess), u lilhom, fiha, ma jitnaqqsilhom (xejn)

[16] Dawk huma li fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) ma għandhomx għajr in-Nar, u jisfa fix-xejn dak (l-għemil it-tajjeb). li ħadmu fiha (din id-dinja), u fieragħ dak (il-ġid) li kienu jagħmlu (għaliex ma' ridux jemmnu f'Alla u f'Jum il- Qawmien)

[17] Jaqaw dak li għandu sinjal ċar (il-Qoran) minn Sidu, imxandar minn (Gabrijel, l-anġlu li huwa) xhud (ġej) minnu (mingħand Alla) u qablu (il-Qoran, kien hemm it-Tora) Ktieb Mosċ (li jixhed ukoll li Muħammad huwa Profeta, u li l-Qoran ġej mingħand Alla u) huwa tmexxija. (tajba) u ħniena (minn Alla jaqaw dan il-bniedem huwa bħal dak li ma jemminx) 7 Dawk (li għandhom id-dawl ta' Alla) huma li jemmnu fih (il-Qoran): Iżda min, minn fost il-ġemgħat, ma jemminx fih, in-Nar ikun l-imkien imwiegħed għalih. Mela la tkunx (Muħammad) bejn ħalltejn dwaru (dan il-Qoran); Huwa tabilħaqq is-sewwa minn Sidek, iżda l-kotra tan-nies ma jemmnux (li l-Qoran imniżżel mingħand Alla)

[18] (Min hu eħżen minn dak.li jaqla' l-gideb dwar Alla) Dawk għad jinġiebu quddiem Sidhom, u x-xhieda (fost l-anġli u l- ħlejjaq) għad jgħidu: ''Dawn huma li gidbu kontra Sidhom.' Ara, is-saħta ta' Alla fuq il-ħżiena

[19] (Huma dawk) li jżommu (lill-bnedmin) mit-triq ta' Alla, u jixtiquha mgħawġa. Huma ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l- Oħra)

[20] Dawk huma li ma jaħarbux (minn 4lla) fuq l-art, u lanqas ma għandhom min iħarishom (jew jeħlishom mill- kastig ta' Alla), minbarra Alla. Il-kastig (tagħhom) ikunilhom doppju. (Dan minħabba li, għalkemm kellhom is-smigħ u d-dawl) huma ma kinux jistgħu jisimgħu, u ma kinux jaraw

[21] Dawk huma li tilfu lilhom infushom, u li telaqhom dak li kienu jaqilgħu minn żniedhom

[22] Bla dubju li fil-(Ħajja) l-Oħra huma l-akbar tellifin

[23] Tabilħaqq li dawk li jemmnu, jagħmlu għemejjel tajba u jiċċekknu quddiem Sidhom, dawk huma nies il-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem

[24] (Dawn) iż-żewġ ġemgħat (ta' bnedmin, dawk li jemmnu u dawk li jiċħdu t-twemmin) huma bħall-agħma u t-trux, u (bħal) dak li jara u jisma'. Jaqaw dawn huma ndaqs ineta jitqabblu Jaqaw m'intomx se tiftakru (f'dan ix- xebhji à)

[25] Aħna bgħatna. lil Noċ għand niesu (il-pagani u qalilhom): ''Jiena tabilħaqq inwissikom biċ-ċar

[26] La tqimux għajr lil Alla. Tabilħaqq li jiena nibża' li (jekk se tibqgħu tqimu l-idoli) se jkollkom il-kastig ta' Jum ta' wġigħ

[27] Iżda l-kbarat ta' niesu, li m'emmnux, qalu: ''Aħna ma narawkx ħlief bniedem bħalna, u ma narawx li qegħdin jimxu warajk ħlief l-aktar (nies) baxxi fostna, mingħajr ma jaħsbu sewwa. Lanqas ma naraw li intom aħjar minna, anzi nqisukom giddibin

[28] (Noe) qal: 'Jarniesi, x'taħsbu') Jekk jiena għandi prova ċara minn Sidi, u tani ħniena mingħandu (li hija l- profezija). iżda nżammet moħbija minnkom (għaliex ma tridux tafu b'Alla, x'naqbdu nagħmlu), inġagħlukom tilqgħuha, meta intom tistkerrhuha

[29] Jarniesi, lanqas ma qiegħed nitlobkom ebda ġid ta' din (il-ħidma. tiegħi. fostkom, għaliex) ħlasi. huwa biss mingħand Alla. Jiena ma nkeċċix lil dawk (id-dgħajfa) li jemmnu. Dawn tabilħaqq għad jiltaqgħu ma' Sidhom, iżda jiena qiegħed narakom nies injuranti

[30] Ja niesi, min se jħarisni minn Alla jekk inkeċċihom. Jaqaw ma tiftakrux (f'din it-twissija)

[31] Ma ngħidilkomx li għandi l-ħażniet (tat-teżori) ta' Alla, u ma nafx il-ħwejjeġ mistura; lanqas ma ngħidilkom li jiena anġlu (biex inħajjarkom tagħtuni widen), u lanqas ma ngħid lil dawk (id-dgħajfa) li huma mkasbra f'għajnejkom li Alla ma huwa se jagħtihom ebda ġid. Alla jaf l-aktar dwar dak li hemm fi qlubhom. U (kieku ngħid hekk) inkun tabilħaqq mill-ħżienat

[32] Huma qalu: 'Noċ, inti ħaqqaqtha magħna, u ħaqqaqtha magħna. fit-tul. (Mela issa) ġibilna dak (il-kasrig) li wegħedina u (li qiegħed theddidna bih), jekk tabilħaqq qiegħed tgħid is-sewwat

[33] Qal(ilhom): 'Alla biss iġibu fuqkom, jekk irid, u m'intomx se taħarbu (minnu)

[34] Xejn ma jiswielkom il-parir tiegħi, minkejja li rrid nagħtihulkom, jekk Alla jrid itellifkom. it-triq. Huwa Sidkom u lejh titreġġgħu lura

[35] Jaqaw (Muħammad, il-pagani f'Mekka) qegħdin jgħidu: 'Qalgħu minn żniedu (dan il-Qoran)' 2 Għid(ilhom): 'Jekk qlajtu minn żniedi, mela fuqi hija l- ħtija tiegħi, iżda jiena ħieles mill-ħażen li tagħmlu

[36] U Noċ tnebbaħ (dan li ġej): 'Ħadd minn niesek ma huwa se jemmen ħlief dawk li kienu diġà emmnu. Mela la titnikkitx minħabba dak (il-ħażen) li kienu jagħmlu

[37] Ibni l-arka taħt għajnejna, u kif innebbħuk, u (ili) la' tkellimnix fuq dawk li dinbu (u taqbeż għalihom biex neħlishom mill-kastig ta' l-għargħar). Huma tabilħaqq (se jkunu) mgħarrqin

[38] Huwa (ma damx ma beda) jaħdem l-arka, u kull darba li l-kbarat ta' niesu għaddew minn ħdejh, iddieħku bih. Huwa. qal(i/hom): 'Jekk (issa) tiddieħku bina, aħna tabilħaqq niddieħku bikom bħalma tiddieħku intom

[39] U se tkunu tafu min se jiġih il-kastig (ta' l-għarqa) li jġiblu għajb, u jasal fuqu kastig li ma jgħaddix (għaliex in-nar ta' l-Infern huwa għal dejjem)

[40] (Hekk ġara) sama ġie l-amar tagħna, far il-forn (u l- għejun ta' l-art), u għedna (lil Noċ): ''Għabbi fiha (l- arka) żewġ minn kull (ġens ta' ħlejjaq, raġel u mara), u lil niesek, ħlief dak li kontrih laħqet ħarġet il-kelma (ta' kundanna), u (daħħal miegħek ukoll lil- kull) min jemmen.' Iżda m'emmnux, miegħu, ħlief flit

[41] U qal: €Irkbu fiha (intom li-temmmujt F'Isem Alla t- tbaħħir u l-irbit tagħha (meta jieqaf l-għargħarji Sidi tabilħaqq huwa Kollu Maħfra u Ħanin)

[42] U hija ġriet bihom fil-mewġ (li l-ħalel tiegħu kienu) bħall-iġbla, u Noċ (ftit qabel ma telqet l-arka) sejjaħ lil ibnu, li kien warrab għalih waħdu, (u qallu): ''Ibni, irkeb magħna, u la tkunx ma' dawk li ma jemmnuxi

[43] Huwa qal: 'Se nistkenn f'muntanja li tħarisni mill- ilma. Qal(/uj Noċ: 'Illum ma hemm ebda ħarsien mill- amar ta' Alla, ħlief għal min Huwa ħenn.' U l-mewġ firidhom it-tnejn, u (iben Noċ) kien fost l-imgħarrqin

[44] U (imbagħad) intqal: 'Ja art, ibla' l-ilma tiegħek ( 4 inxefji Ja sema, waqqaf (ix-xita tiegħek)T' U l-ilma nifed (ġewwa l-art), u l-amar (ta' Alla) kien mitmum. (L-arka) waqfet fuq (il-muntanja msejħa) 'al-Ġidi u ntqal: $'Il bogħod (minni, misħutin u meqrudin) in-nies il-ħżienal

[45] U sejjaħ Noċ lil Sidu u qal: ''Sidi, ibni huwa tabilħaqq minn niesi, u tabilħaqq li l-wegħda tiegħek hija s-sewwa, u Inti l-Aktar Ġust fost l-imħallfin

[46] Qal (Alla): 'Ja Noċ, huwa ma huwiex minn niesek; huwa (kien bniedem ta') għemil mhux tajjeb, u għalhekk la titlobnix dak li dwaru ma għandekx għarfien. Qiegħed inwissik biex ma tkunx mill-injurantif

[47] Qal (Noċj: ''Sidi, jiena nistkenn. fik, li ma mmurx nitolbok dak li dwaru ma għandix għarfien. U jekk ma taħfirlix u ma tħennx għalija, inkun mit-tellifin)

[48] U ntqal: Ja. Noċ, inżel (mill-arka) bis-sliem mingħandna, u barkiet ikunu fuqek u fuq ġnus (fi għad. joħorġu) minn dawk li jinsabu miegħek. Iżda hemm ġnus (ħżiena) li se nħalluhom igawdu (għal xi żmien), imbagħad imisshom kastig ta' wġigħ mingħandna (fl- Infern)

[49] Dawk huma xi ftit mill-ġrajjiet mistura li Aħna nnebbħulek (Muħammad, u ngħallmuk), għaliex la inti ma kont tafhom, u lanqas niesek, qabel (ma tniżżel) dan (il-Qoran). Mela stabar (u oqgħod għall-amar ta' Alla lilek: li xxandar. l-Islam). Tabilħaqq li fl-aħjar) tmiem huwa ta' dawk li jibżgħu minn Alla

[50] U għand (il-ġens ta') Għad (bgħarna) lil ħuhom Hid. Huwa qal: 'Ja niesi, qimu lil Allat Ma għandkomx alla (ieħor) għajru. Intom. qegħdin. taqilgħu. biss. minn żniedkoml

[51] Ja niesi, ma qiegħed nitlobkom ebda ħlas ta' din (il- ħidma. tiegħi fostkom, għaliex) ħlasi. ma huwiex għajr mingħand dak li ħalaqni. Jaqaw ma tifhmux

[52] Ja niesi, itolbu l-maħfra ta' Sidkom, imbagħad duru lejh (bl-indiema). Huwa jibgħat is-sema fuqkom b'xita qawwija, u jżid qawwitkom. b'(aktar) qawwa. U la tagħtux daharkom (lil din it-twissija), u tkunu ħatjin

[53] Humaqalu: 'Ja Hud, inti ma ġejtna b'ebda sinjal ċar (/i juri li inti tassew Profeta ta' Alla, u għalhekk) m'aħniex se nitilqu l-allat tagħna minħabba l-kelma tiegħek, u lanqas ma nemmnuk

[54] (Aħna qegħdin ngħidu. biss li xi allat tagħna aktarx) għamlulek xi deni (li ġennek). 7) Huwa qalfilhom): 'Jiena nsejjaħ lil Alla b'xhud, u intom (ukoll) ixhdu li jiena ħieles minn dawk (l-allar kollha) li intom ixxierku

[55] miegħu. Mela onsbuni (kemm tridu), ilkoll kemm intom (flimkien ma' l-allat tagħkom, u araw kif se teqirduni), u ta tagħtunix żmien

[56] Jiena ħallejt f'idejn Alla Sidi u Sidkom (għaliex il-bnedmin kollha huma tiegħu). Ma hemm ebda ħliqa (fuq l-art) li Huwa ma jaqbadx minn beżbużitha (u jaħkimha). Sidi huwa tabilħaqq fi triq dritta (u jagħti lil kulħadd dak li ħaqqu)

[57] U jekk tagħtu daharkom (għaliex ma rridux tisimgħu), jiena (għallinqas) wassaltilkom dak li ntbagħatt bih għandkom. U Sidi (imbagħad jeqridkom u) iġib ġens ieħor flokkom, u intom (minkejja li-xxierku allat oħra miegħu) Xejn ma. tistgħu tagħmlulu ħsara. Sidi tabilħaqq iħares lil kollox (u lil kulħadd mill-ħsara)

[58] U meta ġie l-amar tagħna (u kien wasal il-kastig tar-riħ qawwi. li: qeridhom), ħlisna. lil Had u lil dawk miegħu li emmnu, bi ħniena mingħandna, u ħlisniehom minn kastig iebes

[59] Dak (kien il-ġens ta'j Għad: huma ċaħdu s-sinjali ta' Sidhom, m'obdewx lill-Mibgħutin tiegħu, u mxew fuq l-amar ta' kull tirann ta' rasu iebsa)

[60] U f'din id-dinja (kellhom) saħta. li mxiet warajhom, u (baqgħet magħhom saħansitra sa) Jum il-Qawmien. Tabilħaqq li Għad ċaħdu lil Sidhom. Mela ħalli jkun Għad, ġens Had, 'il bogħod (minni, misħut u meqrudji)

[61] U għand (il-ġens ta') Tamid (bgħarna) lil ħuhom SAliħ. Huwa qal: ''Ja niesi, qimu lil Alla; ma għandkomx alla (ieħor) għajrul Huwa li ħalaqkom mill-art, u qabbadkom biex tgħammru fiha. Mela fissa) itolbuh maħfra u duru lejh (bl- indiema). Tabilħaqq li Sidi huwa qrib u jwieġeb (il-ħtiġijiet tagħkom)

[62] (Huma qalu/lu): 'Ja-Saliħ, qabel ma (seħħ). dan, inti kont fostna (bħala bniedem) li konna nittamaw fih (imma issa qtajna jiesna minnek). Jaqaw qiegħed iżommna milli nqimu dak li kienu jqimu missirijietna/ Aħna tassew ninsabu f'dubju u bejn ħalltejn dwar dak li qiegħed issejħilna għalih

[63] Huwa qal(i/hom): ''Ja niesi, x'taħsbu 2 Jekk jiena għandi xhieda ċara minn Sidi, u tani ħniena mingħandu (li hija l- profezija), min jaqbeż għalija quddiem Alla jekk ma nobdihx (u ma nxandarx dak li bagħatni bih) 2 U (jekk biex nagħġobkom, ma nagħmilx dmiri magħkom) x'se tkunu żidtuni, għajr fit-telfien

[64] Janiesi, din hija l-ġemla ta' Alla, sinjal għalikom. Mela ħalluha tiekol (u tixrob ħielsa) f'art Alla, u la tmissuha b'ebda ħsara, inkella jeħodkom (għal għarrieda) kastig (li jinsab) til-qrib

[65] Iżda huma qatluha u (Sàa/iħ) qal(ilhom): ''Gawdu f'darkom għal tlett ijiem (oħra biss, imbagħad taraw il- kastig ġej fuqkom.) Dik wegħda li ma titgiddibx

[66] U meta ġie l-amar tagħna (bil-kastig), ħlisna lil Saliħ u lil dawk miegħu li emmnu, bi ħniena mingħandna, mill- għajb ta' dakinhar. Tabilħaqq li Sidek huwa l-Qawwi, il- Felħan

[67] U lil dawk li-għamlu l-ħażen ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi (li ħasadhom), u mas-sebħ kienu mixħutin. (fl-art, mejtin) fi djarhom

[68] bħallikieku (qatt) ma għexu fihom. Tabilħaqq li (nies) Tamiid ċaħdu lil Sidhom. Mela ħalli jkunu (nies) Tamiid żil bogħod (minn Alla, misħutin u meqrudin)l

[69] Il-Mibgħutin tagħna ġew għand Abraham bil-bxara t- tajba, u qalu(/u): 'Sliemi' Qal(i/hom): ''Sliem/' u ma damx ma ġabfilhom) għoġol mixwi

[70] U meta ra li ma middux idejhom fuqu (l-ikel), għajnu għokritu minnhom, u ħass biża' minħabba fihom. Huma qaluflu): 'La tibżax, (għaliex aħna anġli u. ma niklux ikelji Aħna. mibgħutin għand nies: Lot. (biex neqirduhom)

[71] U martu (Sara) kienet wieqfa (fil-qrib, wara purtiera) u daħket. U tajnieha l-bxara dwar (it-twelid ta') Iżakk, u wara Iżakk (jitwieled) Ġakobb

[72] Hija qalet (mistagħġba): ''Jaħasra għalijat Se nwelled meta jiena xjaħt, u dan żewġi huwa xiħ 7 Din tassew ħaġa ta' l-għaġebl

[73] (Qalufiha l-Mibgħurin): 'Qiegħda tistagħġeb bl-amar ta' Alla (meta taf li-Huwa fuq kollox Sergħan)' Il-ħniena ta' Alla u l- barkiet tiegħu jkunu fuqkom, ja nies id-dar fta' Abraham). Huwa tabilħaqq jistħoqq kull tifħir, u Kollu Sebħi

[74] U meta l-biża' ħalla lil Abraham (għaliex fehem li dawk in-ries kienu tabilħaqq anġli ta' Alla), u' (meta) ġietu l-bxara t-tajba (dwar it-twelid ta' Iakk), huwa ħaqqaqha magħna dwar nies Lot (għaliex: ried (i lil-dawn jingħatalhom aktar żmien biex forsi jindmu u jitolbu maħfra)

[75] Tabilħaqq li Abraham kien idum ma jagħdab, wisq ħanin (mar- nies l-oħra, jibża' għalihom), u niedem

[76] (L-anġli qalulu): Ja Abraham, ħallik minn dan (u roqgħodx taqbeż għal nies Lot). Tabilħaqq għadu kif ġie l-amar ta' Sidek, u fuqhom tassew ġej kastig li ma. jinżammx lura (rrinnhom, u se. jinqerdu)

[77] U mela l-Mibgħutin (l-anġli) tagħna ġew għand Lot, huwa tnikket għalihom (għaliex ħasibhom bnedmin bħall-oħrajn u beża' li niesu kienu se jabbużaw minnhom) u ħass id-diqa minħabba fihom (għaliex ma setax iħarishom mill-ħażen ta' niesu), u qal: Dan jum tal-biża' f

[78] U niesu ġew mgħaġġlin għandu (għaliex riedu jidinbu mal- barranin li kienu għadhom kif waslu għand Lot), u. qabel kienu (ilhom) jagħmlu għemejjel ħżiena. Qalilhom (Lor): 'Ja niesi, dawn il-bniet tiegħi (li jgħixu miegħi f'din. il-belt) huma aktar satja. għalikom. (u jixirgulkom aktar). Mela ibżgħu minn Alla, u la twaqqgħunix fil-għajb (bi mġiba ħażina) mal-mistednin tiegħi. Jaqaw fostkom ma hemmx raġel (wieħed) bil-għaqal

[79] Qalu: 'Inti taf li ma għandniex jedd fuq il-bniet tiegħek (għaliex m'aħniex miġbudin lejn in-nisa), u inti tassew taf dak li rridu, (irġiel bħalna)

[80] (Qalfilhom. Lor): 'Mhux. li kelli. l-qawwa. kontrikom, jew (għallinqas) li nistkenn għand (xi ħadd b'saħħtu li jkunti bħal) xi rokna qawwijaf

[81] U (il-Mibgħutin) qalu: 'Ja Lot, aħna l-Mibgħutin ta' Sidek. (Mela serraħ rasek għaliex) ma humiex se jaslu sa għandek (u ma humiex se jagħmlulek denijL Mela (issa) itlaq bil-familja tiegħek, f'ħin minn tal-lejl (li baqa'), u (ara li) ħadd minnkom ma jħares lura, ħlief martek, għaliex se jmissha dak (il-kastig). li jmiss lilhom. Tabilħaqq li l-ħin imwiegħed (għa//-kastig) tagħhom huwa għodwa jadiw-Egħadwa tie ħijiex fil-qibr

[82] U meta ġie l-amar tagħna (u wasal il-kastig, il-bliet) għamilniehom ta' taħt fuq, u niżżilna fuqhom xita ta' ġebel ta' fuħħar iebes, saff fuq saff

[83] (kull waħda) imnaqqxa (u mibgħuta) minn Sidek, u (dan il-ġebel) ma huwiex 'il bogħod mill-ħżiena

[84] U għand (il-ġens ta') Madjan (bgħarna) lil ħuhom Xugħajb. Huwa qal: 'Ja niesi; qimu lil Allat Ma għandkomx alla (ieħor) għajru, La tnaqqsux fil-kejl u l- użin (kif tħobbu tagħmlu). Jiena tabilħaqq narakom li ma jonqoskom xejn, iżda tassew nibża' li (jekk m'intomx se tibdlu ħajjitkom) se jkollkom il-kastig ta' Jum li jdawwarkom minn kullimkien (hekk li ħadd ma jaħrab minnu)

[85] Janiesi, agħtu kejl u wżin sħiħ, bil-ħaqq, u la ċċaħħdux lin-nies dak li hu tagħhom' La tagħmlux ħażen fuq l-art bil-ħsara tagħkoml

[86] Dak. (il-ġid xieraq) di Alla ħallielkom huwa aħjar għalikom (minn dak li tiksbu bil-qerq), jekk. intom temmnu. Jiena m'iniex għassies fuqkom (u dmiri, bħala Mibgħut ta' Alla, huwa biss li niftħilkom għajnejkom biex taraw is-sewwa u l-ħaqq)U

[87] (Qalfulu bi tkasbir): 'Ja Xugħajb, jaqaw it-talb tiegħek qiegħed jamarlek biex inħallu dak li kienu jqimu missirijietna, jew li (ma nibqgħux) nagħmlu li rridu b'ġidna 7. Inti tabilħaqq dak li jdum. ma jagħdab, u bil- għaqal

[88] Qal(ilhom): 'Ja niesi, x'taħsbu 7 Jekk għandi xhieda ċara minn Sidi (bis-saħħa tal-profezija), u tani għajxien tajjeb mingħandu, (jaqaw ma huwiex (dmiri li nħeġġiġkom titilqu l-allat foloz tagħkom) 2 Jiena ma rridx li nagħmel minn wara daharkom dak. li qiegħed inżommkom lura minnu. Jiena rrid biss li, kemm nista', (inġib). it-titjib (fil-qagħda tagħkom, biex timxu 'l quddiem). U s-suċċess. tiegħi (f'dan) huwa biss b'Alla. F'idejh ħallejt, u lejh indur bl-indiema

[89] Ja niesi, la tħallux il-mibegħda tagħkom: kontrija twassalkom li jmisskom dak (il-kastig) li mess-lil-nies Noċ, jew nies Hid, jew nies Saliħ. U (kunu afis 1i) nies Lot ma humiex 'il bogħod minnkom (u għalhekk tistgħu taraw xi ġralhom u tieħdu tagħlima)

[90] Itolbu l-maħfra mingħand Sidkom, imbagħad. duru riedmin lejh' Sidi tabilħaqq Ħanin u Kollu Mħabba

[91] Qalufhij: 'Ja Xugħajb, aħna ma nifhmux wisq minn dak li qiegħed tgħid, u tabilħaqq qegħdin: narawk dgħajjef fostna. Li ma kienx minħabba (li nirrispettaw ħafna). lill-familja tiegħek, konna. diġà ħaġġariek, (Barra minn hekk) m'intix għażiż għalina (u lanqas ma għandek ebda setgħa fuqna).' f

[92] Qal (Xugħajb): 'Ja niesi, jaqaw il-familja tiegħi hija egħżeż għalikom: minn. Alla 7 Intom: xħettuh. wara daharkom (ic ċħadtuh u nsejtuh għal: kollox). Sidi tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu

[93] Ja niesi, (ibqgħu) agħmlu kif tafu (fl-injuranza kbira tagħkom): jiena nagħmel (dak (i jitlob minni l-Islam), u se tkunu tafu min jiġih kastig li jagħmillu għajb, u min huwa giddiebl Mela stennew (ħalli taraw x'se jiġri ninnkon)); jiena nistenna magħkom

[94] U meta ġie l-amar tagħna (u kien wasal. il-kastig), ħlisna lil Xugħajb u lil dawk li emmnu miegħu, bi ħniena mingħandna. U lill-ħżiena ħadhom (għa/ għarrieda) il- ħoss qawwi, u mas-sebħ kienu mixħutin (fl-art, mejtin) fi djarhom

[95] (bħallikieku fgatt): ma' għexu fihom, Mela ħalli jkun (ġens) Madjan 'il bogħod (minn Alla, misħur u meqrud), bħalma tbiegħed (ġens) Tamidl

[96] U bgħatna il-Mosċ bis-sinjali tagħna u b'setgħa ċara

[97] għand il-Fargħun u kbaratu, iżda huma mxew fuq l-amar tal-Fargħun, u l-amar tal-Fargħun ma' fihx. għaqal (i jwassal għat-telfien)

[98] Huwa għad jimxi quddiem niesu f'Jum il-Qawmien U. jwassalhom san-Nar. Ta' għajb ikun l-imkien li jaslu fih

[99] F'din (id-dinja) u f'Jum il-Qawmien għandhom. saħta timxi warajhom. Ta' għajb l-għotja li jingħataw (l ma hijiex għajr is-saħta)

[100] Dawn. huma xi ftit mill-ġrajjiet ta' l-ibliet li: Aħna ngħidulek (Muħammad) dwarhom: hemm (bliet) minnhom li għadhom wieqfa (sal-lum, minkejja li nieshom inqerdu) u (oħrajn) inħasdu (minn wiċċ id-dinja, flimkien ma' nieshom, bil-kastig li laqathom, u ġew fix-xejn)

[101] Mhux Aħna li nqasna lejhom. iżda kienu huma li naqsu lejhom infushom (bit-twemmin fieragħ tagħhom fl-allat), u l-allat tagħhom, li huma jsejħu minflok lil Alla, ma swewlhom xejn meta ġie l-amar ta' Sidek (li huwa l-kastig, anzi) ma żiduhomx għajr fit-telfien (u l-qerda)

[102] Hekk hija l-qabda (gerrieda) ta' Sidek meta (fl-għadab kbir tiegħu) jaqbad l-ibliet fil-ħażen tagħhom (u jagħmel ħaqq minnhom). Il-qabda tiegħu tabilhaqq ta' wġigħ u qalilal

[103] Tabilħaqq li f'dawn (il-ġrajjiet kollha li ssemmew) hemm sinjal (u tagħlima kbira) għal min jibża' mill-kastig (fil- Ħajja) l-Oħra. Dak huwa Jum li n-nies jinġemgħu għalih (biex isir ħaqq minnhom); dak huwa Jum li (kulħadd għad) jixhed għalih

[104] M'Aħniex se nħalluh (dak il-Jum) għal ħin ieħor, jekk mhux għal żmien magħdud

[105] Fil-Jum meta jasal, ebda ruħ ma titkellem għajr bir-rieda tiegħu. (Fost il-bnedmin miġbura għall-Ġudizzju) ikun hemm minnhom li jkun imnikket, u minnhom li jkun ferħan

[106] U dawk li jkunu mnikktin ikunu fin-Nar: fih hemm it- tnehid (b'nifs qawwi), u l-ilfiq

[107] Fih jgħammru għal dejjem; sa ma jdumu s-smewwiet u l- art, ħlief kemm irid Sidek. Sidek tabilħaqq jagħmel li jrid

[108] U dawk (wisq) ferħanin ikunu fil-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem, sa ma jdumu s-smewwiet u l-art, ħlief kemm irid Sidek; (din tkun) għotja bla waqfien

[109] Mela la-tkunx bejn ħaltejn fuq dak (il-qerġ) li dawn (in-nies pagani) iqimu. Huma ma jqimux għajr dak li missirijiethom qiemu qabel. Aħna tabilħaqq nagħtuhom il-ħlas sħiħ tagħhom (/i huwa l-kastig), mhux imnaqqas

[110] Aħna tassew tajna l-Ktieb lil Mosċ, u ma kienx hemm qbil fuqu. Li kieku mhux għal Kelma li laħqet (ingħatat) minn Sidek (li jħalli l-ħlas mistħoqq lil kulħadd għall- Aħħar Jum), kieku diġà sar ħaqq minnhom. (fid-dinja sies). Huma (nies Qurajx) tassew jinsabu f'dubju (li jħallihom) bejn ħalltejn (dwar il-Qoran)

[111] Sidek tabilħaqq se jagħtihom ħlas sħiħ, lil-kulħadd (tajbin. u ħżiena), ta' l-għemejjel tagħhom. Huwa tabilħaqq jaf sew b'dak li jagħmlu

[112] Mela'żomm fit-triq it-tajba, kif kien l-amar li ngħatajt (Muħammad, int) u min, miegħek, idur bl-indiema (lejn Alla), u la taqbżux il-limiti (iffissati minn Alla)l Huwa tabilħaqq jara sew dak li tagħmlu

[113] La toqogħdux fuq dawk li jagħmlu l-ħażen, għaliex (inkella) imisskom in-Nar, u ma għandkomx ħbieb (biex jaqbżu għalikom u jħarsukom) għajr Alla, u lanqas ikollkom l-għajnuna

[114] U agħmel it-talb (Muħammad) fiż-żewġt itruf tan-nhar (fis-sebħ u wara. nofsinhar) u' fil-bidu tal-lejl. L- għemejjel tajba tabilħaqq ixejnu lill-ħżiena. Din hija tifkira għal dawk li jiftakru (dejjem f'Alla)

[115] U stabar (Muħammad), għaliex Alla tassew ma jtellifx il-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb

[116] Mhux li kien hemm, fost. il-ġenerazzjonijiet ta' qabilkom, min kien baqagħlu (xi fżir għerf), li ma kienx iħalli (issir) ħsara fuq l-art, ħlief għal ftit minnhom (li għamlu hekk u) li konna ħlisna. Iżda dawk li għamlu l- ħażen imxew fil-ħajja komda (u ta' tgawdija) li ngħatatilhom, u kienu ħatjin

[117] Sidek ma kienx jeqred il-bliet għalxejn b'xejn, filwaqt li nieshom kienu jagħmlu l-ġid

[118] Li kieku ried, Sidek kien jagħmel lin-nies kollha ġens wieħed (b'reliġjon waħda li hija l-Islam), iżda huma għadhom ma jaqblux bejniethom

[119] ħlief dawk (minn nies is-sewwa) li Sidek ħenn għalihom. U għal dan ħalaqhom (biex ikun hemm minnhom li jitħallsu bil-Ġenna u oħrajn bl-Infern). U Kelmet Sidek tilħaq il-milja tagħha: 'Nimla tabilħaqq l-Infern bil-ġżn u n-nies, ilkoll flimkient

[120] Aħna ngħidulek kollox dwar il-ġrajjiet tal-Mibgħutin dak li bih inqawwulek qalbek. F'dawn (il-ġrajjiet) ġiek is-sewwa, twissija u tifkira lil dawk li jemmnu

[121] Għid (Muħammad) lil dawk li ma jemmnux: ''Agħmlu kif tafu (fl-injuranza kbira tagħkom): aħna nagħmlu (dak li jitlob minna l-Islam)

[122] U stennew (ħalli taraw x'se jiġri minna); aħna wkoll nistennew (biex naraw il-kastig ikrah li ġej fuqkom)

[123] Ta' Alla huma l-ħwejjeġ mistura tas-smewwiet u l-art, u għandu terġa' lura l-kwistjoni kollha (għall-ħaqq tiegħu). Mela agħtih qima u ħalli f'idejhl Sidek ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu

Ġużeppi

Surah 12

[1] Alif. Lam. Ra'. Dawn huma l-versi tal-Ktieb (li fih kollox huwa mfisser b'mod) mill-aktar ċar

[2] Aħna niżżilnieh Qoran (bl-ilsien) Għarbi biex forsi tifhmu (li l-Awtur tiegħu ma huwa ħadd ħlief Alla; Sid il- bnedmin)

[3] Aħna ngħidulek (Muħammad) l-aħjar ġrajjiet meta qegħdin innebbħuk dan il-Qoran, u tabilħaqq li qabel kont minn dawk li ma kinux jafu (bih)

[4] Meta Ġużeppi qal lil-missieru (Ġakobb): 'Missier (f'ħolma) jiena rajt ħdax-il kewkba, u x-xemx u l-qamar rajthom mixħutin quddiemi (jagħtuni ġieħ)

[5] Qal (missieru): 'Ibni, la tgħidx lil-ħutek b'dak li rajt, li ma jdaħħlukx f'xi nasba (u, fl-għira tagħhom għalik, joqtluk). Ix-Xitan tabilħaqq huwa għadu fil-beraħ tal- bniedem

[6] Hekk Sidek jaħtrek, jgħallmek. it-tifsir tal-ġrajjiet, u jġib fil-milja tagħha l-grazzja tiegħu fuqek u fuq nies Ġakobb, bħalma. qabel kien ġab il-milja tagħha fuq missirijietek Abraham u Iżakk. Sidek tabilħaqq jaf kollox u Għaref

[7] Tassew li f'Ġużeppi u (fil-ġrajja tiegħu ma') ħutu hemm sinjali għal dawk li jfittxu (is-sewwa)

[8] Meta (l-aħwa ta' Ġużeppi) qalu: ''Tassew li Ġużeppi u J ħuh (Benjamin) huma egħżeż għal missiera minna, għalkemm aħna ġemgħa qawwija (mhux bħal dawn iż- żewġ dgħajfin). Missierna tabilħaqq imħawwad sew (biex: qiegħed jippreferi lil dawn)i

[9] Oqtlu lil Ġużeppi, jew keċċuh f'art (oħra, imbiegħda), biex ħsieb missierkom ikun fuqkom biss, u wara dan (kollu, tindmu minn ħtijietkom u) tkunu nies ġustil

[10] Wieħed minnhom (Ġuda, l-akbar fost l-aħwa) qal (lil ħutu): 'La toqtlux lil-Ġużeppi, iżda ixħtuh f'qiegħ il- ġiebja, (hekk li) min ikun għaddej, jiġbru jekk (daħħaltuha f'raskom li) tridu tagħmlu(lu xi ħaġa biex teħilsu minnu)U

[11] Huma qalu: ''Missier, għaliex ma tafdalniex lil Ġużeppi, meta aħna rridulu l-ġid

[12] Għada ibagħtu magħna biex jgħaddi ż-żmien u jilgħab, u (serraħ rasek għaliex) aħna nieħdu ħsiebul

[13] (Qalfi/hom missierhom): ' Tabilħaqq nitnikket li kellkom tmorru. bih, u nibża' li jieklu xi lupu meta intom ma tkunux moħħkom fih (minħabba l-logħob tagħkom)

[14] Huma qalu: 'Li kieku l-lupu kellu jieklu, meta aħna ġemgħa qawwija, mela (inkunu) tellifin (aħna wkoll) f

[15] U meta marru bih, qablu Ikoll li jqegħduh f'qiegħ il- ġiebja. U Aħna nebbaħnieh (b'dan li ġej): 'Tabilħaqq li (jasal il-jum meta). tħabbrilhom dan l-għemil (ikrah) tagħhom, meta huma ma jintebħux (min int)

[16] Imbagħad filgħaxija ġew jibku għand missierhom

[17] Qalu: 'Missierna, aħna morna ntellqu, u ħallejna. lil Ġużeppi ma' ħwejjiġna, u kielu l-lupu. M'intix se temminna, għalkemm qegħdin ngħidu s-sewwa

[18] U ġabu l-qmis tiegħu (imċappsa) b'demm. falz. Qalilhom): 'Le, (ma huwiex kif qegħdin tgħidu), iżda intom infuskom tħajjartu tagħmlu xi ħaġa. Is-sabar (f'dan il-ħin ta' niket) huwa xieraq, u mingħand Alla (biss nitlob) l-għajnuna (dwar) dan li qegħdin tgħidu

[19] U ġiet karovana u bagħtu (/ejn il-ġiebja) lil-min itella' l-ilma. Dendel il-barmil tiegħu (x mera ra lil Ġużeppi mqabbad mal-ħabel, stagħġeb ħafna u) qal: 'Xi bxara tajba dinl Dan tfajjelt' U ħbewh mal-merkanzija, u Alla kien jaf kollox b'dak li kienu qegħdin jagħmlu

[20] Huma bigħuh bi prezz irħis, xi ftit biċċiet tal-fidda, u qisuh li ma jiswiex wisq

[21] U l-Eġizzjan li xtrah qal lil martu: 'Ġiblu ġieħ (lif dan Ġużeppi). waqt li qiegħed hawn (magħna; min jaf) jista' jkun ta' fejda għalina, jew inrabbuh qisu kien l-iben tagħna (għaliex bqajna bla tfal): 7 Hekk. saħħaħna lil Ġużeppi fl-art (ta' l-Eġittu), u biex ngħallmu it-tifsir tal- ġrajjiet (fil-ħolm). Alla għandu ħakma fuq kollox, iżda ħafna min-nies ma jafux (dan)

[22] Meta (Ġużeppi) kien fl-aħjar tiegħu (ta' tletin sena), tajnieh id-dehen u l-għerf. Hekk inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjeb

[23] Iżda dik li (Ġużeppi) kien qiegħed f'darha (il-mara ta' sidu l-Eġizzjan) ippruvat twaqqgħu (fid-dnub). Hija għalqet il-bibien u qalet: SEjjaf' Qal(i/ha Ġużeppi): 'Alla ħaresl Sidi (fi huwa żewġek) laqagħni tajjeb għandu fu m'iniex se nħallsu b'ħaġa kerha bħal din)l Il-ħżiena ma joħorġux rebbiħin

[24] Hija xtaqitu (b'qalbha kollha), u huwa (ta' bniedem li kien) kieku kien jixtieqha, li mhux għaliex ra l-prova ċara ta' Sidu (li ħelsiru minn dak it-tiġrib kbir). Hekk (għamilna biex) inwarrbu minn fuqu l-ħażen u x-xewqat taħxija. Huwa tabilħaqq fost il-qaddejja leali (ur safjin) tagħna

[25] Huma t-tnejn ġrew lejn il-bieb, (huwa biex jaħrab minnha, u hija biex iżżommu ġewwa), u qattgħetlu l-qmis minn wara, (u f'dak il-ħin) Sabu (ma' wiċċhom) lil sidha fil-bieb. Hija qalet: 'X'għandu jkun il-ħlas ta' dak li ried id-deni lil martek, jekk mhux li jintefa' f'ħabs, jew (jieħu) kastig ta' wġigħ

[26] Qal (Ġużeppi): 'Hija ppruvat twaqqagħnil' Wieħed minn niesha xehed u qal: 'Jekk il-qmis tiegħu tqattgħet minn quddiem, mela hija qiegħda tgħid is-sewwa, u huwa mill-giddibin

[27] Iżda jekk il-qmis tiegħu tqattgħet minn wara, mela hija ġidbet, u huwa minn dawk li jgħidu s-sewwa

[28] U meta (sid Ġużeppi) ra l-qmis tiegħu mqattgħa minn wara, qal: ''Dan tabilħaqq (ġej) mill-qerq tagħkom in- nisa. Tassew kbir il-qerq tagħkoml

[29] Ġużeppi, insa dan (li ġara, u' titkellem ma' ħadd dwaru)l U inti (mara) itlob maħfra għal dnubek. Tabilħaqq li inti fost il-ħatjin

[30] Xi nisa fil-belt qalu: ''Il-mara tal-kbir ippruvat twaqqa' lill-qaddej tagħha. Hija xegħlet bl-imħabba għalih. Aħna tabilħaqq qegħdin narawha f'telfien mill-aktar ċar

[31] U meta semgħet it-tnassis tagħhom, hija bagħtet għalihom, ħejjitilhom fejn jintasbu (għall-ikla), u tat lil kull waħda minnhom sikkina, u qalet (fil Ġużeppi): Oħroġ quddiemhomi' Meta rawh, faħħruh (minħabba l- ġmiel tiegħu, u fid-dehxa li ħakmithom) qatgħu idejhom, u qalu: ''Alla ħarisnal Dan ma huwiex bniedem Dan ma huwiex għajr anġlu mill-aqwaf

[32] Hija qalet: 'Dak huwa li intom kontu tlumuni dwaru; ippruvajt inwaqqgħu, kontra r-rieda tiegħu, iżda żamm iebes. U jekk (issa) ma jagħmilx dak li ngħidlu, żgur li jintefa' fil-ħabs u jkun (jitqies) mal-baxxif

[33] Huwa (talab u) qal: ''Sidi, il-ħabs huwa egħżeż għalija minn dak li qegħdin isejħuli għalih, u jekk ma twarrabx minni l-qerq tagħhom, għandi mnejn inmil lejhom (bix- xewqa tal-ġisem, ta' bniedem. tad-demm u l-laħam li: jien), u nkun fost l-injuranti

[34] U Sidu (il-Mulej Alla) semgħu (fit-talb: tiegħu), u warrab minnu l-qerq tagħhom. Huwa tabilħaqq li jisma' kollox u jaf kollox

[35] Imbagħad wara li (l-Eġizzjani) raw is-sinjali (li Ġużeppi kien bla ħtija) dehrilhom li (ikun aħjar jekk) jitfgħuh fil- ħabs għal xi żmien

[36] U miegħu fil-ħabs daħlu żewġ żgħażagħ, u wieħed minnhom qal: 'Jiena rajt lili nnifsi (f'ħolma) nagħsar l- inbid;' u l-ieħor qal: ''Jiena rajt lili nnifsi (f'ħolma) inġorr xi ħobż fuq rasi, u t-tjur jieklu minnu. Ħabbrilna t-tifsira ta' dan, għaliex aħna tassew qegħdin naraw li inti minn dawk li jagħmlu t-tajjeb

[37] Huwa qal(ilhom): ''Ma jiġikomx ikel li jingħatalkom (ta' kuljum) li ma' nħabbrilkomx. x'inhu. qabel ma jiġikom. Dan huwa minn dak (l-għerf) li għallimni Sidi. Jiena ħallejt it-twemmin (falz) ta' nies li ma jemmnux f'Alla u li jiċħdu (il-Ħajja) l-Oħra

[38] Jiena nimxi fuq it-twemmin ta' missirijieti Abraham, Iżakk u Ġakobb (li Ikoll kienu Profeti ta' Alla). Aħna (il- Mibgħutin tiegħu) ma jixirqilna (qatt) inxierku xejn (u lil ħadd) ma' Alla. Dak minħabba t-tjieba ta' Alla fuqna (li għażilna Profeti tiegħu) u fuq in-nies (l-oħra), iżda ħafna. min-nies ma jiżżux ħajr

[39] Ja sħabi. t-tnejn tal-ħabs, (nixtiegkom 1għiduli jekk) humiex. aħjar. ħafna. (allat u) sidien maqsumin bejniethom, jew Alla, il-Wieħed, li jista' għal kollox

[40] Intom ma tqimux, minfloku, ħlief ismijiet (fiergħa) li intom u missirijietkom semmejtu, u li Alla ma kien niżżel ebda setgħa għalihom. Il-Ġudizzju huwa ta' Alla biss. Huwa amar li ma tqimux għajr lilu. Dan huwa d-din tas- sewwa, iżda ħafna min-nies ma jafux

[41] Jassħabi t-tnejn tal-ħabs, wieħed minnkom it-tnejn (se joħroġ qawwi u sħiħ mill-ħabs u) se (jerġa jibda) jisqi l- inbid lil Sidu, iżda l-ieħor se jissallab, u t-tjur se jieklu minn rasu. (Hekk) inqatgħet il-kwistjoni li qegħdin tistaqsu dwarha

[42] U (Ġużeppi) qal lil dak minnhom it-tnejn li kien jaf li kien ħieles (mill-mewr): 'Semmini ma' sidek (is-sultan, meta toħroġ mill-ħabs, forsi jiena wkoll noħroġ minn hawn ġew).' Iżda x-Xitan nessieh li kellu jsemmih ma' sidu, u (Ġużeppi) baqa' fil-ħabs għal xi snin (oħra)

[43] Is-sultan (ta' l-Eġittu) qal: 'Jiena rajt (f'ħolma) seba' baqriet smien jikluhom seba' (baqriet) magħluba, u seba' sbuliet ħodor u (sebgħa) oħra niexfa, Ja kbarat (tiegħi), fissruli dan li rajt fil-ħolma tiegħi, jekk tassew tafu tfissru l-ħolm

[44] (Qaluflu): ''Taħwida sħiħa ta' ħolm ( 17 ma jfisser xejnji Aħna ma nafux kif infissru l-ħolm)

[45] Dak (iż-żagħżugħ) miż-żewġ (ħbieb ta' Ġużeppi) li kien ħeles (mill-ħabs), u li wara xi żmien kien ftakar (f'dak li talbu Ġużeppi), qal(ilhom): 'Jiena nħabbrilkom it-tifsira ta' dan (i s-sultan ra fil-ħolm). Ibagħtuni (fil-ħabs għand Ġużeppiji)

[46] (Fil-ħabs, huwa qal:) 'Ġużeppi, ja bniedem tas-sewwa, fissrilna. (din. il-ħolma dwar) seba' baqriet smien. li jikluhom seba' baqriet magħlubin, u seba' sbuliet ħodor u (sebgħa) oħra niexfa. B'hekk inkun nista' mmur lura għand in-nies (tiegħi), biex forsi jsiru jafu

[47] Qal (Ġużeppi): ''Għal seba' snin tiżirgħu bla waqfien, u dak li taħsdu ħalluh fis-sbul tiegħu (biex ma jsewwisx), għajr għal ftit minnu biex tieklu (issa mine)

[48] Imbagħad wara dan jiġu seba' snin ibsin (ta' nixfa kbira), li jieklu dak kollu li kontu rfajtu għalihom, għajr għal ftit li żżommu maħżun (biex terġgħu riżirgħuh)

[49] Imbagħad tiġi, wara dan, sena li matulha n-nies ikollhom l-ilma (korra), u matulha (ukoll) jagħsru fiż- żejt u l-għeneb

[50] Qal is-sultan: ''Ġibuhuli (lil Ġużeppi)f' Iżda meta l- mibgħut (tas-sultan) ġie għandu, (Ġużeppi) qal(lu): Erġa' lura għand sidek u staqsih x'ġara min-nisa li kienu qatgħu idejhom. Sidi tabilħaqq jaf tajjeb bil-qerq tagħhom

[51] Qal (is-sultan lil-dawk in-nisa): 'X'kienet din tagħkom, meta ppruvajtu twaqqgħu lil-Ġużeppif' Qalu: ''Alla ħarisnal Aħna ma rajna ebda deni minnul' Il-mara tal- kbir qalet: 'Issa deher is-sewwa Kont jiena li ppruvajt inwaqqgħu, u huwa tabilħaqq minn dawk li jgħidu u jagħmlu s-sewwat

[52] (Imbagħad Ġużeppi qal: ''Qiegħed ngħid) dan biex (sidi) ikun jaf li jiena ma ttradejtux bil-moħbi, u li Alla ma jġibx 'il-quddiem il-qerq tat-tradituri

[53] Jiena ma neħlisx lili nnifsi mill-ħtija. Ir-ruħ. tassew tamar (lill-bniedem) ħafna l-ħażen, ħlief dik ir-ruħ li jħenn (għaliha) Sidi (il-Mulej). Sidi tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin

[54] U qal is-sultan: 'Ġibuhulil Inżommu għalija nnifsil' U meta (Ġużeppi) kellmu, qal(lu s-sultan): Inti Hum tabilħaqq tinsab għandna, fis-sod ui fdat

[55] Qal (Ġużeppi): 'Qegħedni fuq l-imħażen ta' l-art (kollha ta' l-Eġittu). Jiena naf inħarishom

[56] Hekk saħħaħna lil Ġużeppi fl-art (ta' l-Eġittu bis- setgħa u bil-ġieħ), biex jgħix kull fejn irid fiha. Aħna nagħtu l-ħniena tagħna lil min irridu, u m'Aħniex se ntellfu l-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb

[57] Tassew li l-ħlas ta' l-Oħra (tal-Ħajja l-Oħra) huwa l- aħjar għal dawk li jemmnu u jibżgħu minn Alla

[58] U ġew ħut Ġużeppi, daħlu quddiemu u hu għarafhom. iżda huma ma għarfuhx

[59] U meta tahom dak li kienu jeħtieġu, qal(i/hom): ''Ġibuli lil (Benjamin) ħukom minn missierkom (iżda minn omm oħra)l Mela ma tarawx li jiena nagħti kejl tajjeb, u li jiena l-aħjar fost dawk li jilqgħu n-nies għandhom

[60] Jekk ma ġġibuhulix, (mil-lum 'il quddiem) ma jkollkom mingħandi ebda kejl (ta ' qamħ), u lanqas toqorbu lejjal

[61] Qalu (l-aħwa): ''Se naraw kif nikkonvinċu lil missieru (b'xi mod jew ieħor) dwaru, Dan tabilħaqq nagħmluhi

[62] U (Ġużeppi) qal lill-qaddejja tiegħu: ''Qiegħdu l- merkanzija tagħhom (li ġabu magħhom biex jibdluha ma' l-ikel) fil-ħorġiet tagħhomt Għandhom imnejn jagħrfuha meta jmorru lura għand nieshom, biex forsi jerġgħu lura (hawn fl-Eġittu)

[63] U meta reġgħu lura għand missierhom, (qabel ma ferħu l-ħorġier) qalu: ''Missierna, (jekk m'aħniex se nieħdu magħna lil ħuna Benjamin fl-Eġittu), se niċċaħħdu mill- kejl (tal-qamħ u se nibqgħu b'xejn). Għalhekk ibgħat magħna lil ħuna (Berjamin) biex nieħdu l-kejl tagħna, (u serraħ rasek) għaliex aħna tassew nieħdu ħsiebu

[64] Qal (missierhom: Ġakobb): ''Nafdakom bih bħalma qabel kont fdajtkom b'ħuh (Ġużeppi) 7 Iżda Alla huwa l- Aħjar li jieħu ħsieb (il-bnedmin), u Huwa l-Aktar Ħanin fost dawk li jħennu

[65] U meta fetħu s-soror tagħhom sabu li l-merkanzija tagħhom (li kienu ħadu magħhom) intraddet lilhom, u qalu: ''Missierna, xi rridu (aktar minn hekk) 2: Din il- merkanzija tagħna ntraddet lilna (mingħajr ma nafu kif. u issa nistgħu) niksbu ikel (ieħor) għal niesna, nieħdu ħsieb ħuna, u niżdiedu (fil-qmuħ u fl-ikel) daqs tagħbija ta' ġemel. Dan huwa (/assew) kejl ħafif (biex inġibuh)

[66] (Ġakobb) qal: ''Ma nibagħtux (lil Benjamin) magħkom qabel ma taħilfuli quddiem Alla li ġġibuhuli lura, għajr jekk. (intom stess) tkunu mdawra (mill-għedewwa u tingħelbu).' U meta ħalfulu, qal: ''Alla jixhed għal dan li ngħidul

[67] U qal (missierhom Ġakobb): 'Ja wliedi, la tidħlux minn bieb wieħed, iżda idħlu minn bosta bibien (biex ma tolqotkomx għajn ħażina). Jiena ma niswielkom xejn quddiem Alla. Il-ħaqq huwa biss ta' Alla, u jiena ħallejt f'idejh. U ħa jħallu f'idejh dawk (kollha) li jafdaw (f'xi ħaddji)

[68] U meta daħlu minn fejn kien amrilhom missierhom, (dan) ma kien swielhom xejn quddiem Alla, u (il-kliem li kien qalilhom missierhom kien) biss ħtieġa ta': Ġakobb innifsu (li xtaq li ma jiġri xejn lil uliedu, u issa dik il- ħtieġa) kien qdieha. Huwa tabilħaqq kellu l-għarfien minħabba dak li għallimnieh (bit-tnebbiħ tagħna), iżda ħafna min-nies ma jafux

[69] U meta daħlu quddiem Ġużeppi, laqa' għandu lil-ħuh (Benjamin). u qal(lu mingħajr ma semgħuh l-aħwa l- oħra): 'Jiena tabilħaqq ħuk, u la titnikkitx b'dak li (ħutna) kienu jagħmlu(Ina)

[70] U meta tahom dak li kienu jeħtieġu, huwa qiegħed it- tazza fil-ħorġa ta' ħuh (Benjamin). U dak li (xogħlu kien li) isejjaħ, għajjat (dan il-kliem): ''Intom tal-karovana, intom tassew ħallelini

[71] Qalu (l-aħwa), filwaqt li daru lejhom: Xi tliftu

[72] Qalu (il-qaddejja Eġizzjani): ''Tlifna t-tazza tas-sultan. U (Ġużeppi qal): 'Min iġibha (lura), jingħata b'tagħbija ta' ġemel. (fi qmuħ u ikel), u Jiena marbut b'dan (li qiegħed inwiegħed)

[73] Qalu (l-aħwa): 'Fuq Alla' Intom tafu li ma ġejniex biex nagħmlu ħsara fl-art, u li m'aħniex ħallelin

[74] (L-Eġizzjani) qalu: ''Xi jkun il-ħlas ta' dak (l-għemil), jekk (jinsab li) intom giddibin

[75] Qalu (l-aħwa): 'Il-ħlas ta' dak li (it-tazza) tinsab fil- ħorġa tiegħu (ikun li) huwa (stess jinżamm maqbud) bħala kumpens. Hekk inħallsu lill-ħżiena (skond il-liġi tagħna)

[76] Għalhekk (Ġużeppi) beda (ifittex) fis-soror tagħhom qabel (ina fittex) fis-sorra ta' ħuh (Benjamin), imbagħad ħariġha mis-sorra ta' ħuh. Hekk fassalna l-pjan tagħna għal Ġużeppi (biex iżomm lil ħuh miegħu). Huwa ma kienx jista' jaqbad lil ħuh bil-liġi tas-sultan, ħlief jekk Alla ried (li dan iseħħ), Aħna ngħollu fi gradi (ta' għerf u ġieħ). lil-min irridu, u fuq kull bniedem ta' għarfien hemm Dak li jaf kollox

[77] Qalu: 'Jekk seraq, (din ma hijiex xi ħaġa stramba għaliex) wieħed minn ħutu kien seraq qabel. (ir mingħalihom li kien Ġużeppi).' Iżda Ġużeppi żamm (dan kollu) mistur fih innifsu u ma wrihulhomx: Huwa qal (bejnu u bejn ruħu, filwaqt li fiakar. f'dak li ħutu kienu għamlulu fl-imgħoddi): ''Intom. tinsabu f'qagħda agħar (minn hekk), u Alla jaf l-aktar b'dak li qegħdin tgħidu (iu tħarrfu)

[78] Qalu: 'Ja ħakem, (kun af li) missieru xiħ ħafna. Mela ħu wieħed minna minflokul Aħna tabilħaqq naraw li inti minn dawk li jagħmlu t-tajjeb

[79] Qal (Ġużeppi): 'Alla ħares nieħdu (€ nżommu maqbud) ħlief lil dak li għandu sibna ħwejjiġna (it-tazza tas- sultan, għaliex) inkella nkunu tabilħaqq inġusti

[80] Meta qatgħu jieshom minnu, warrbu (minn ħdejn Ġużeppi) biex jitħaddtu bejniethom (dwar x'kellu jsir), u l-kbir fosthom (Ġuda) qal: ''Mela ma tafux li missierkom ħa l-kelma tagħkom quddiem Alla u kif, qabel (ma seħħ dan, kontu diġà) inqastu(h) minħabba (dak li għamiltu lil) Ġużeppi. Għalhekk m'iniex se nħalli (din) l-art qabel ma' missieri jħallini (nagħmel dan), jew (inkella) Alla jaqtagħha għalija (x'se jsir minni). Huwa l-Aħjar fost l- imħallfinl

[81] (Erġgħu lura għand missierkom u għiduf/u): 'Missierna, tassew li ibnek seraq, u ma nixhdux għajr għal dak li sirna nafu. U (meta tajniek kelmitna) lanqas ma stajna nkunu nafu l-mistur (u rza konniex nafu li Benjamin se jisraq)

[82] Staqsi fil-belt li konna fiha, u l-karovana li ġejna magħha, (u tara) li aħna tabilħaqq qegħdin ngħidu s- sewwa

[83] Qal (Ġakobb): ''Le, (mhux kif qegħdin tgħidu), iżda intom infuskom tħajjartu tagħmlu ħaġa (ħażina bħal din). Is-sabar xieraq (għalija f'dan il-ħin ta' niket). Għandu mnejn Alla jġibhomli Ikoll (lil uliedi Ġużeppi, Benjamin u Ġuda). Huwa tabilħaqq jaf kollox u Għaref

[84] U telaqhom (mgħaddab u mnikket għall-aħħar) u qal: SX'għali għandi għal Ġużeppil' U għajnejh bjadu bin- niket (ww bil-biki bla waqfien, hekk li ma baqax jara) u għamel wisq f'qalbu

[85] Qalu: 'Fuq Allal Mela m'inti se tieqaf (qafr) tiftakar f'Ġużeppi, sa ma tinfena bil-mard, jew tkun mill- meqrudin

[86] Qal (Ġakobb): ''Qiegħed biss nuri d-diqa u n-niket tiegħi lil Alla, u jiena naf minn Alla dak li ma tafux

[87] Uliedi, morru u fittxu lil-Ġużeppi u lil ħuh, u taqtgħux jieskom mit-tjieba u mill-ħniena ta' Alla, Tabilħaqq li ħadd ma jaqta' jiesu mit-tjieba u mill-ħniena ta' Alla għajr dawk li ma jemmnux

[88] U meta (l-aħwa waslu għand: Ġużeppi u) daħlu quddiemu, qalu: 'Ja ħakem, il-ħsara messet lilna u lil niesna (minħabba l-ġuħ u n-nixfa f'artna, hekk li issa) ftit li xejn ġibna merkanzija (għat-tpartit)j. Għalhekk (kun ħanin magħna u) agħtina kejl sħiħ, u agħmel karità magħna, Tabilħaqq li Alla jħallas lil dawk li jagħmlu karità

[89] Qal: 'Tafu x'għamiltu lil Ġużeppi (f'żgħożirkomi, u lil ħuh (Benjamin), fl-injuranza tagħkom

[90] Qalu: ''Jaqaw inti Ġużeppi 7' Qal: 'Jiena Ġużeppi u dan. ħija (Benjamin). Alla ħaseb fina (u ħelisna minn kull saram). Tassew li min jibża' minn Alla u jistabar, Alla tabilħaqq ma jtellifx il-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb

[91] Qalu: 'Fuq Allat Tassew li Alla għażlek u ppreferiek minna, u aħna konna tassew il-ħatjini

[92] Qal (Ġużeppi): ''(Ħalli ma jkun hemm) ebda ħtija fuqkom illumt Alla jaħfrilkom, u Huwa l-Aktar Ħanin fost dawk li jħennu

[93] Morru b'din il-qmis tiegħi, ixħtuha fuq wiċċ missieri, u jerġa' jibda jara' Imbagħad ejjew għandi b'nieskom, ilkollt

[94] U meta l-karovana telqet (mill-Eġittu lejn l-art ta' Kangħan), missierhom qal: 'Jiena tabilħaqq qiegħed naqbad ir-riħa ta' Ġużeppi, għalkemm intom tqisuni xiħ żmagat

[95] Qalu (niesu): 'Fuq Alla, inti tassew għadek fit-taħwid ta' qabel: (minħabba. l-fissazzjoni tiegħek dwar Ġużeppi)U

[96] Imbagħad meta ġie dak li jagħti l-bxara t-tajba, xeħetha (il-qmis) fuq wiċċu u (Ġakobb) reġa' beda jara. Qalilhom (missierhom): ''Ma għedtilkomx. li jiena naf minn Alla dak li ma tafux

[97] Qalu: ''Missierna, itlob' biex. dnubietna. jinħafru, (għaliex) aħna konna tassew ħatjin

[98] (Qalilhom): 'Se nitlob lil Sidi (il-Mulej). jaħfrilkom. Huwa tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin

[99] U meta (Ġakobb, uliedu, u nieshom) daħlu quddiem Ġużeppi, huwa laqa' għandu lill-ġenituri tiegħu, u qal: SIdhlu (ilkoll) fl-Eġittu mħarsin, jekk Alla jridi

[100] U (Ġużeppi) għolla lill-ġenituri tiegħu fuq it-tron (tal- ġieħ), u. Ikoll inxteħtu fl-art quddiemu. Huwa qal: ''Missier, din hija t-tifsira tal-ħolma tiegħi (Zi kont ħlomt). qabel (u li kont għarrafthielek), u Sidi (il-Mulej) tabilħaqq ġabha fis-seħħ. Huwa kien tajjeb miegħi meta ħariġni mill-ħabs, u (/ilkom) ġabkom mid-deżert, wara li x-Xitan kien ġab firda bejni u bejn ħuti. Sidi tabilħaqq jaħdem bil-ħlewwa u b'mod mistur. biex jilħaq dak li jrid. Huwa li jaf kollox, l-Għaref

[101] Sidi (il-Midej), Inti tajtni s-setgħa u għallimtni tifsir il- ġrajjiet (kif jidhru fil-ħolm). Ħallieq is-smewwiet u l-art, Inti tieħu ħsiebi f'(din) id-dinja u fl-Oħra. Ħudli ruħi meta jiena Mislem, u laqqagħni mal-ġusti

[102] Dawk huma xi ftit mill-ġrajjiet mistura (dwar Ġużeppi) li Aħna nnebbħulek ( Muħammad, u ngħallmuk). Inti ma kontx. magħhom: (ħut Ġużeppi) meta qatgħuha x'għandhom jagħmlu, huma u jħejju n-nasba tagħhom

[103] Iżda ħafna min-nies ma jemmnux, minkejja. l-ħeġġa tiegħek (Muħammad)

[104] Inti ma titlobx minnhom ħlas għal dan (it-tħabrik tiegħek. fosthom). Dan (il-Qoran) ma huwiex. għajr tifkira (u twissija) lill-ħolqien

[105] U kemm-il sinjal fis-smewwiet u fl-art (li juru li hemm Alla Wieħed) jiltaqgħu magħhom, iżda huma ma jagħtux kas (tagħhom)

[106] il-kotra tagħhom ma jemmnux f'Alla, ħlief meta jxierku (allat oħra miegħu)

[107] Jaqaw serrħu rashom li ma huwiex se-jiġi fuqhom il- kastig ta' Alla li jgħattihom (vzinni kullimkien), jew li ma hijiex se tiġi s-Siegħa għal għarrieda, mingħajr ma jintebħu

[108] Għid (Muħammad): ''Din triqti (u ma fiha ebda tagħwiġ). Jiena nsejjaħ (biex idduru) lejn Alla. Jiena u min jimxi warajja għandna għarfien sħiħ. Sebħ lil Allat M'iniex minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Allajf)

[109] Qablek. (Muħammad). ma. bgħatniex għajr irġiel li nebbaħniehom, minn nies l-ibliet, (u la bgħatna nisa u lanqas anġli jew ġinn). Jaqaw (dawk li ċaħdu t-twemmin) ma terrqux fuq l-art, u ma rawx kif kien tmiem dawk (il- ħżiena) ta' qabilhom (biex forsi jieħdu tagħlima) 7 Iżda l- Aħħar Dar hija l-aħjar għal dawk li jibżgħu minn Alla. Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhmu)

[110] Meta l-Mibgħutin qatgħu qalbhom (minn nieshom), u dehrilhom li kienu mgiddbin, ġiethom l-għajnuna (u r- rebħa) tagħna, u nħeles kulmin ridna. Il-qilla tagħna ma titwarrabx minn fuq in-nies il-ħatjin

[111] Fi ġrajjiethom (ta' Ġużeppi u ħuni) hemm tagħlima għan-nies ta' dehen. (Dan il-Qoran) ma huwiex xi ħrafa li xi ħadd qala' minn żniedu, iżda jseddaq dak li għadda qablu (fil-Kotba mqaddsa); tifsira bir-reqqa ta' kollox, u tmexxija tajba u ħniena għal nies li jemmnu

Ir-Ragħad

Surah 13

[1] Alif. Lam. Mim. Ra'. Dawn huma l-versi tal-Ktieb. U dak li tniżżillek (Muħammad) minn Sidek (il-Mulej) huwa s-sewwa, iżda ħafna min-nies ma jemmnux (fi)

[2] Alla huwa li refa' s-smewwiet mingħajr kolonni li (tistgħu) tarawhom, imbagħad intasab fuq it-Tron, u ħaddem ix-xemx u l-qamar (b'riżg il-bnedmin), ilkoll kemm huma jiġru (fid-dawra tagħhom) lejn żmien imsemmi. Huwa jieħu ħsieb kollox, u jfisser bir-reqqa s- sinjali biex forsi temmnu sħiħ fil-laqgħa ma' Sidkom (il- Mulej)

[3] Huwa li medd l-art (bil-wesgħat tagħha mħejjija għall- bnedmin u għall-bhejjem), għamel fiha iġbla mqiegħda fis-sod u xmajjar, u l-frott kollu għamlu f'żewġ (għamliet: raġel u mara), u jifrex il-lejl (bħal velu) fuq in-nhar. F'dan (kollu) tabilħaqq hemm sinjali għal nies li jixtarru (is-siwi tagħhom)

[4] Fl-art hemm qatgħat ħdejn xulxin, ġonna ta' l-għeneb, għelieqi miżrugħa u siġar tal-palm b'għerq wieħed (bejniethom) u (oħrajn) b'għeruq differenti; (dan kollu) jissaqqa b'ilma wieħed, filwaqt li nippreferu uħud (minn dan il-frott) minn ieħor għall-ikel. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hemm sinjali għal nies bil-għaqal

[5] Jekk qiegħed tistagħġeb (bin-nuqqas ta' twemminhom), ta' l-għaġeb huwa kliemhom (in-nies bla twemmin meta jgħidu): ''Jaqaw, meta nkunu trab, tassew se nkunu f'ħolqien ġdidf' Dawk huma li ma jemmnux f'Sidhom (il-Mulej). Dawk huma li (f'Jum il-Ħaqq). għenuqhom jixxekklu. Dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem

[6] Huma (mingħalihom jiddieħku bik, Muħammad, u) jitolbuk tgħaġġel (iġġib fuqhom) l-għemil ħażin. (il- kastig) qabel. it-tajjeb, u (dan meta) qabilhom seħħu (bosta) xbihat (ta' kastigi li messu nies ħżiena bħalhom). Sidek (il-Mulej) tabilħaqq Kollu Maħfra man-nies minkejja l-ħażen tagħhom, u tassew li Sidek Qalil fil- kastig (ma' min jibqa' ma jindimx, sa l-aħħar)

[7] U dawk (fost il-pagani ta' Qurajx) li ma jemmnux, jgħidu: ''Għaliex (lil Muħammad) ma. jinżillux. sinjal minn Sidu (Żi juri li huwa tassew Profeta ta' Alla) 7' Iżda (inti, Muħammad) tm'intix għajr wieħed li jwiddeb, u kull ġens għandu min imexxih

[8] Alla jaf dak li ġġorr (f'ġufha) kull mara (jekk huwiex tifel jew tifla), u kemm għandhom nieqes il-ġwief fimeta t-tarbija titwieled kmieni), u kemm għandhom żejjed (hekk li għaddielhom iż-żmien). Kollox bil-qjies għandu

[9] Huwa jaf il-mistur u dak li jidher. (Huwa) il-Kbir, l- Għoli Wisq

[10] Huma ndaqs (għal Alla) min, fostkom, jostor il-kliem (f'qalbu) u min jurih fid-dieher (bi kliemu): min jinħeba billejl u jterraq ħieles binhar

[11] Għal (kull bniedem) hemm għadd ta' anġli, quddiemu u warajh, li jħarsuh, bl-amar ta' Alla. Alla tabilħaqq ma jibdilx dak li jinsab f'xi ġens qabel ma (dawn in-nies) jibdlu dak li hemm fihom infushom. U meta Alla jrid xi deni lil xi ġens, ma hemm xejn li jista' jżommu, U ma għandhomx ħliefu min iħarishom

[12] Huwa li jurikom il-beraq, (għajn) ta' biża' (minħabba l- ħsara li jista' jġib miegħu), u. ta' tama (għaliex warajh tiġi x-xita), u jtella' s-sħab it-tqil (mimli xita)

[13] Ir-ragħad ifaħħar is-sebħ tiegħu, u (bħalu jagħmlu) l- anġli, bil-biża' tiegħu. Huwa jibgħat is-sajjetti u jolqot bihom lil-min irid, u huma (il-pagani ta' Mekka, jissugraw) iħaqquha dwar Alla, meta Huwa Qalil fil- qawwa tiegħu

[14] Is-sejħa tabilħaqq issir lilu (biss), u dawk (l-idoli u l- allat) li (il-pagani) isejħu minfloku, ma jweġbuhom xejn; bħal dak li jifrex il-pali ta' idejh għall-ilma biex jasal f'fommu, iżda ma jilħqux. Is-sejħa ta' dawk bla twemmin ma tisfax għajr fix-xejn

[15] Quddiem Alla jinxteħet kulma hu fis-smewwiet u fl-art, irid jew ma jridx, (bħalma jagħmlu) id-dellijiet tagħhom filgħodu u filgħaxija

[16] Għid (Muħammad): ''Min hu Sid is-smewwiet u l-art'' Għid: 'Allal' Għid: 'Jaqaw, minfloku, ħadtu għall- ħarsien tagħkom lil-dawk li ma għandhomx is-setgħa jkunu ta' fejda u deni għalihom infushom'' Għid (ukoll): Jaqaw l-agħma u min jara huma ndaqs, jew huma ndaqs id-dlamijiet u d-dawl 7 Jew għamlu, ma' Alla, ixirka li ħalqu bħalma ħalaq Huwa, hekk li għalihom il-ħolqien (ta' dawn l-ixirka) jixbah. (il-ħolqien ta' Alla) 7' Għid (mela): 'Alla huwa l-Ħallieq ta' kollox, u Huwa l- Wieħed, li jegħleb lil kollox u lil kulħadd

[17] Huwa jniżżel ilma mis-sema, u gelglu widien (ta' xita) skond id-daqs tagħhom, u l-ilmijiet iġorru. magħhom ragħwa kotrana li titla' fil-wiċċ. Ragħwa bħalha (toħroġ) minn dak li jqabbdu fuq in-nar biex jagħmlu (oġġeżti ta') żina jew oġġetti (tal-metall) għall-użu (tagħhom). Hekk Alla juri (bit-tixbihat) is-sewwa u l-batal. Ir-ragħwa malajr tiġi fix-xejn, iżda dak li hu ta' fejda għan-nies jibqa' (fit-tul) fuq l-art. Hekk Alla juri bit-tixbihat

[18] Lil dawk li jwieġbu lil-Sidhom. (bit-twemmin u l- ħarsien tad-digrieti tiegħu) hemm (imħejjija) l-aħjar ħaġa (li hija l-Ġenna). Iżda dawk li ma weġbuhx, li kieku kellhom kulma jinsab fuq l-art, u daqshekk ieħor (miżjud) miegħu, huma (kienu jippruvaw) jinfdew bih (iżda kien ikun kollu għalxejn). Dawk għalihom hemm kont mill- agħar, u l-kenn tagħhom huwa fl-Infern, u ta' għajb il- friex (tagħhom fin-Nar)

[19] Jaqaw (Muħammad), dak li jaf li kulma tniżżillek minn Sidek (il-Qoran) huwa s-sewwa, huwa (l-istess) bħal min hu agħma 7 Huma biss in-nies ta' dehen li jiftakru (u jixtarru dawn it-twissijiet)

[20] dawk li jżommu mar-rabta ta' Alla u ma jiksrux. il-patt (tagħhom)

[21] u dawk li jgħaqqdu dak li Alla amar li għandu jkun magħqud (ħaġa waħda); jibżgħu minn Sidhom (il-Mulej), u jibżgħu mill-kont tal-biża' (li għad iridu jħallsu)

[22] u dawk li jistabru biex ifittxu Wiċċ Sidhom (il-Mulej), jagħmlu t-talb, u jonfqu (fil-karità), bil-moħbi jew fil-beraħ, minn dak li tajniehom għall-għajxien tagħhom, u jilqgħu (l- għemil) il-ħażin bit-tajjeb. Dawk. għandhom tmiem (mill- isbaħ) fid-Dar (ta' dejjem)

[23] il-Ġonna ta' l-Għeden li huma jidħlu fihom flimkien mal- ġusti minn fost missirijiethom, in-nisa tagħhom, u nisilhom, u l-anġli jidħlu ħdejhom minn kull bieb (biex jagħtuhom merħba, filwaqt li jsellmulhom)

[24] Sliem għalikom għaliex stabartu (ur żammejtu sħiħ fit- tiġrib tad-dinja). Tassew sabiħ (dan) it-tmiem tad-Dar (ta' dejjem)i

[25] Iżda dawk li jiksru r-rabta ta' Alla wara (li kienu laqgħu) il-patt. tiegħu, jaqtgħu dak li Alla amar li għandu jkun magħqud (ħaġa waħda), u. jagħmlu l-ħsara fuq l-art; dawk għandhom is-saħta, u tagħhom hija l-agħar Darl

[26] Alla jifrex il-ġid (tiegħu bix-xaba ') fuq min irid, u jagħtih bil-qjies (u bir-reqqa kollha, skond il-ħtieġa). Huma jifirhu bil-ħajja: (ta' din) id-dinja, iżda l-ħajja fid-dinja: mqabbla mal-(Ħajja) l-Oħra, ma hijiex għajr tgawdija (fiergħa li ma ddumx ma tgħaddi)

[27] U dawk li ma jemmnux (fost il-pagani ta' Mekka) jgħidu: ''Għaliex.ma jinżillux xi sinjal minn Sidu 7' Għidfilhom Muħammad): '' Tabilħaqq li Alla jtellef it-triq lil-min irid, u juri t-triq (li twassal) lejh lil min idur niedem (lejh)

[28] dawk li jemmnu, u qlubhom isibu serħan fit-tifkira ta' Alla. Tabilħaqq li fit-tifkira ta' Alla jsibu s-serħan tagħhom il- qlubl

[29] Dawkeli jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, hena lilhom, u mill-aħjar il-miġja lura (tagħhom fil-Ġenna)f

[30] Hekk bgħatniek (Muħammad) għand ġens li qablu għaddew ġnus (oħra), biex taqralu dak. fil-Qoran). li nebbaħnielek, iżda huma ma jemmnux f'Dak li Huwa Kollu Ħniena. Għid(ilhom. Muħammad): ''Huwa Sidi. (il-Mulej), ma hemmx alla ħlieful F'idejh ħallejt u lejh indur

[31] Kieku kien hemm xi Qoran li (meta jinqara) bih jitħarrku l-iġbla, jew bih tixxaqqaq l-art, inkella bih jintqal kliem lill- mejtin (ix dawn jibdew jitkellmu, kieku kien ikun dan il- Qoran)i Iżda ta' Alla huwa l-amar, f'kolloxi Jaqaw dawk li jemmnu (għadhom) ma qatgħux jieshom (u għadhom jaħsbit li l-pagani xi darba se jemmnu), u ma jafux li, kieku jrid, Alla kien imexxi fit-triq it-tajba lin-nies kollha 7 Iżda dawk li ċaħdu t-twemmin jibqgħu jintlaqtu minn għawġ kbir minħabba (il-ħażen) li għamlu, jew (l-għawġ) jasal (u jolqot) qrib darhom, sa ma tiġi l-wegħda ta' Alla (u l-Islam joħroġ rebbieħ): Tabilħaqq li Alla ma jiksirx il-wegħdal

[32] Tassew Mibgħutin qablek (Miħarmad) kienu mżebilħin, u tajt ftit taż-żmien lil-dawk li m'emmnux u mbagħad ħadthom (għal għarrieda bil-kastig. tiegħi) u x'kastig (ikrah) kient

[33] Jaqaw Dak li jinsab fuq kull ruħ, ( 4 jaf sew) b'dak li kisbet (għaliha nnifisha, huwa bħall-allat foloz)i Iżda lil Alla għamlulu ixirka (oħra miegħu, u għalhekk) għidfilhom Muħammad): ''Semmuhomt Jaqaw. (lil: Alla). qegħdin tħabbrulu dak, fuq l-art, li Huwa ma jafx bih, jew (inkella dan tagħkom ma huwiex għajr) għamla ta' kliem (fieragħ) 7' Iżda lil dawk li ma jemmnux iżżejjen it-tnassis tagħhom (u ħasbuh xi ħaġa tajba), u nżammu lura mit-triq (ta' Alla). U dak li Alla jtelliflu t-triq, ma għandux min immexxi(h)

[34] Għalihom hemm kastig fil-ħajja (ra' din) id-dinja. iżda huwa eħrex il-kastig ta' (il-Ħajja) l-Oħra, u ma għandhomx min iħarishom minn Alla

[35] It-tixbiha tal-Ġenna mwiegħda lil-dawk li jibżgħu minn Alla (hija din): ix-xmajjar jiġru taħtha, l-ikel tagħha u d-dell tagħha huma għal dejjem. Dak huwa tmiem dawk li kellhom il-biża' ta' Alla, iżda tmiem dawk li ma jemmnux huwa n- Narl

[36] U dawk li tajniehom il-Ktieb jifirħu b'li: tniżżillek (Muħammad), iżda wħud mill-ġemgħat (li ngħaqdu biex jeħduha kontrik) jiċħdu taqsimiet minnu, Għid(ilhom Muħammad): ''Jiena ma'ngħatajtx għajr l-amar li nqim lil Alla, u ma nxierek (lil ħadd aktar) miegħu. Lilu nsejjaħ, u għandu nerġa' lura

[37] Hekk ukoll (dan il-Qoran) niżżilnieh bħala għerf u ħaqq bl-ilsien Għarbi. Li kieku (Muħammad) kellek timxi wara x- xewqat tagħhom. wara l-għarfien (kollu) li ġiek, ma kienx ikollok min jieħu ħsiebek u jħarsek minn Alla

[38] Aħna tassew bgħatna Mibgħutin qablek, u tajniehom nisa u nisel. U ebda Mibgħut ma (seta') iġib xi sinjal jekk mhux bir-rieda ta' Alla. Għal kull żmien hemm Ktieb (imħejji)

[39] Alla jħassar (mill-Ktieb) u jwettaq (fih) dak li jrid, u għandu tinsab Omm il-Ktieb (il-verżjoni oriġinali tal-Kotba mqaddsa u d-digrieti divini)

[40] Jekk nuruk xi ħaġa minn dak (il-kastig) li wegħedniehom jew (inkella) intemmulek ħajtek (biex tinġabar magħna din ma hijiex xi ħaġa tiegħek). Inti dmirek huwa li xxandar (it-tagħlim ta' l-Islam), u xogħolna huwa (li nagħmlu). il- kont (magħhom fl-Aħħar Jum)

[41] Mela (dawkli ċaħdu t-twemmin) ma rawx li Aħna niġu fl- art. (bil-Mibgħutin. tagħna, u. nagħtuha: lin-nies. ta' twemmin), filwaqt li-nnaqqsuha mit-truf tagħha (lil dawk li ċaħdu r-reliġjon safja) 7 Alla jagħmel ħaqq. Ħadd (u xejn) ma jżomm il-ħaqq tiegħul Huwa malajr jagħmel il-kontijiet

[42] Dawk ta' qabilhom nassu, iżda kull tnassis huwa ta' Alla; Huwa jaf b'dak li tikseb kull ruħ (għaliha nnifisha). Dawk li ma jemmnux se jkunu jafu għal min huwa t-tmiem (mill- isbaħ) fid-Dar (ta' dejjem)

[43] Dawk li ċaħdu t-twemmin jgħidu: ''Inti (Muħammad) m'intix Mibgħut (ta' Alla)' Għid(ilhom): 'Alla huwa biżżejjed bħala Xhud bejni u bejnkom u (ix-xhieda ta') min għandu l-għarfien tal-Ktieb

Abraham

Surah 14

[1] Alif. Lam. Ra'. Ktieb li niżżilnielek (Muħammad) biex (bih) toħroġ lin-nies mid-dlamijiet għad-dawl, bir-rieda ta' Sidhom (il-Mulej), lejn triq il-Felħan, li jistħoqq kull tifħir

[2] (triq) Alla li tiegħu huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl- art (u ma jeħtieġ lil ħadd). Ħażin għal dawk li ċaħdu t- twemmin, minħabba l-kastig il-qalil (li se jmisshom)

[3] dawk li jħobbu aktar il-ħajja f'(din) id-dinja milli l-Oħra, iżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hi l-Islam), u jixtiquha. mgħawġa (bil-gideb u x-xewqat tagħhom). Dawk huma f'telfien. kbir (i jinsabu maqtugħin għalihom)

[4] Ma bgħatna ebda Mibgħut jekk mhux bi Isien niesu, biex ifehemhom biċ-ċar (id-digrieti ta' Alla). Alla jtellef it-triq lil-min irid, u juriha lil min irid. Huwa l-Qawwi, l- Għaref

[5] Tabilħaqq bgħatna lil Mosċ- bis-sinjali: tagħna (iċ għednielu): 'Oħroġ lil-niesek mid-dlamijiet għad-dawl, u fakkarhom f'Jiem. Alla. F'dan tabilħaqq hemm sinjali għal kulmin iżomm b'sabru u jiżżi ħajr

[6] U (ftakar) meta Mosċ qal lil niesu: ''Ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom meta ħeliskom minn nies il-Fargħun li kienu jġarrbukom bl-agħar tbatija: ibiċċru lil uliedkom (subien), filwaqt li jħallu lin-nisa tagħkom ħajjin. F'dan kien hemm tiġrib kbir minn Sidkom (il-Mulej)

[7] U (ftakar) meta Sidkom ħabbar (hekk): ''Jekk tiżżu ħajr (ta' kulma għamilt magħkom), tabilħaqq inżidkom (fil- barkiet), iżda jekk tiċħdu (il-grazzji tiegħi u ma: tiżżux ħajr), il-kastig tiegħi jkun tassew qalilf

[8] Mosċ qal (lil niesu): ''Jekk intom, u kulmin jinsab fuq l- art, ma temmnux, (kunu afir li) Alla tabilhaqq Għani (u ma jeħtiġkomx). u jistħoqq kull tifħir

[9] Jaqaw ma waslitilkomx l-aħbar ta' dawk ta' qabilkom, (jiġifieri) nies Noċ, (u t-tribujiet ta') Għad u Tamid, u ta' dawk li ġew warajhom, li ħadd ma jaf bihom għajr Alla 7 Il-Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, iżda huma qiegħdu idejhom fuq ħalqhom u qalu: 'Aħna tabilħaqq. niċħdu dak (li: qegħdin: tgħidu) li intom Mibgħutin bih (u niċħdu lilkom ukoll), u aħna tabilħaqq ninsabu f'dubju (li jħallina) bejn ħalltejn dwar dak. li qegħdin issejħulna għalih

[10] Il-Mibgħutin tagħhom qalu(/hom): 'Hemm xi dubju dwar Alla, Ħallieq is-smewwiet u l-art 2 Huwa jsejħilkom biex jaħfrilkom dnubietkom, u jagħtikom aktar ħin (biex temmnu, tindmu, u tgħixu. ħajja. xierqa), sa. żmien imsemmi. Qalu: 'M'intomx għajr nies bħalna, u tridu żżommuna minn dak li missirijietna kienu jqimu, Mela ġibulna xi prova ċara (dwar il-missjoni tagħkom) U

[11] Il-Mibgħutin- tagħhom qalu(/kom): 'Aħna' tabilħaqq bnedmin bħalkom, iżda Alla jaħseb f'min irid mill- qaddejja tiegħu, u ma għandniex għalfejn inġibulkom xi prova, jekk mhux bir-rieda ta' Alla. F'idejn Alla għandhom iħallu dawk li jemmnu

[12] U għalfejn ma nħallux f'idejn Alla wara li wriena triqatna' (li fihom għandna. nimxu) Aħna tabilħaqq se nistabru (u nżommu sod) minkejja. li tweġġgħuna, Ħa jħallu f'idejn Alla dawk kollha) li jafdaw

[13] Dawklli ċaħdu t-twemmin qalu lill-Mibgħutin tagħhom: SAħna' tabilħaqq noħorġukom minn artna, jew (inkella) terġgħu lura għat-twemmin tagħnal'' Sidhom (il-Mulej) nebbaħhom (hekk lill-Mibgħutin tiegħu): Aħna tabilħaqq neqirdu lill-ħżiena

[14] u warajhom inħallukom tgħammru fl-art. Dan għal min jibża' mill-waqfa quddiemi (fl-Aħħar Jum), u jibża' mit- theddida tiegħi.' h

[15] Huma talbu (/i/ Alla) jagħtihom ir-rebħa, u kull tirann ta' rasu iebsa baqa' b'xejn

[16] Warajh hemm l-Infern, u jingħata jixrob misħun jinten

[17] Huwa jixorbu boqqa boqqa, iżda bilkemm ikun jista' jibilgħu (għaliex jagħli w ħażin wisq). Il-mewt tiġi fuqu minn kullimkien, iżda huwa ma jmutx. Quddiemu hemm kastig (ieħor, aktar) iebes (minn ta' qablu)

[18] It-tixbiha ta' dawk li jiċħdu lil Sidhom (il-Mulej hija din): l-għemejjel tagħhom huma bħal irmied li r-riħ nefaħ fuqu bil-qawwa, f'jum ta' maltemp (ir ġew fix- xejn). Huma ma għandhom setgħa fuq xejn minn dak li kisbu, Dak huwa t-telfien il-kbir

[19] Mela ma rajtx li Alla ħalaq is-smewwiet u l-art bis- sewwa. Jekk irid, (jista') jeqridkom u jġib ħolqien ġdid. (li joqgħod għad-digrieti tiegħu)

[20] Dak, għal Alla, ma huwiex xi ħaġa tqila

[21] Ilkoll għad jidhru quddiem Alla, u d-dgħajfin jgħidu lil dawk li tkabbru: ''Aħna tabilħaqq imxejna warajkom. (Issa). tistgħu teħilsuna mill-kastig ta' Alla 7' Huma jgħidu: 'Kieku Alla mexxiena (fit-triq tiegħu), konna mmexxukom (fiha). U (issa) xorta waħda għalina, sew jekk nitilfu sabarna, u sew jekk nistabru: ma għandniex minn fejn naħarbu

[22] U meta l-kwistjoni tkun inqatgħet, ix-Xitan jgħid: Tassew li Alla wegħedkom il-wegħda tas-sewwa, u (jiena wkoll) wegħedtkom (u għedtilkom li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u ma hemmx kastig), iżda ma żammejtx kelmti magħkom. Jiena ma kelli ebda setgħa fuqkom, ħlief li: sejjaħtilkom (bit-tfesfis. tiegħi), u weġibtuni. Mela (issa (i: wasaltu hawn. fl-Infern) tlumunix, u lumu lilkom infuskom. Jiena ma nistax ngħinkom, u intom ma tistgħux tgħinuni. Jiena niċħad (għemilkom li bih), qabel, għamiltuni xrik ma' Alla. Tabilħaqq li l-ħżiena għandhom kastig ta' wġigħ

[23] VU dawkli jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba jiddaħħlu f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem, bir-rieda ta' Sidhom (il-Mulej). U t-tislima tagħhom, fihom, tkun: ''Sliemf

[24] Mela mattarax kif Alla jxebbah kelma tajba: (hija bħal) siġra tajba bl-għerq tagħha maqbud sew (f'qiegħ l-art), u. bil-fergħa tagħha fis-sema

[25] u tagħti l-frott tagħha f'kull ħin, bir-rieda ta' Sidha. Alla jagħti t-tixbihat lin-nies biex forsi jiftakru (u jixtarru t- tagħlim ta' Alla)

[26] U kelma ħażina tixbah lil siġra ħażina: hija titqaċċat minn fuq l-art, u ma tistax tieqaf (waħidha)

[27] Alla jsaħħaħ lil dawk li jemmnu fil-Kelma soda fil- ħajja (f'din) id-dinja u fl-Oħra, u lill-ħżiena joħroġhom mit-triq it-tajba. Alla jagħmel li jridl

[28] Mela ma rajtx lil-dawk li biddlu l-grazzja (u l-barkiet) ta' Alla f'ċaħda tat-twemmin, u qiegħdu lil nieshom f'Dar il-ħerba

[29] fl-Infern, fejn jinxtwew 2 Ta' għajb il-qagħda (tagħhom f'dan l-imkien)

[30] Huma, lil Alla, għamlu(/u) ixirka (li dehrilhom li huma) daqsu, biex itellfu t-triq (lil. ħaddieħor). Għid(ilhom Muħammad): ''Thennew (għal ftit taż-żmien: ieħorjl Tabilħaqq li tmiemkom lejn in-Nart)

[31] Għid (Muħammad) lill-qaddejja tiegħi li emmnu, biex jagħmlu t-talb u jonfqu (fil-karità) mill-ġid li tajniehom, bil-moħbi jew fil-beraħ, qabel ma jasal Jum li fih la jkun hemm bejgħ (u xiri), u lanqas ħbiberija

[32] Huwa Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art, iniżżel l-ilma mis-sema u joħroġ bih minn (kull għamla) ta' frott għall- għajxien tagħkom, li qiegħed l-imriekeb għall-qadi tagħkom biex jiġru fil-baħar bir-rieda tiegħu, u qiegħed ix-xmajjar għall-qadi tagħkom

[33] Huwa qiegħed għall-qadi tagħkom ix-xemx u l-qamar, sħaħ fid-dawrien tagħhom, u qiegħed għall-qadi tagħkom il-lejl u n-nhar

[34] Huwa takom minn kulma: tlabtuh, u jekk (tippruvaw) tgħoddu l-grazzja (u l-barkiet) ta' Alla, (tintebħu li) ma tistgħux tgħodduhom. Tabilħaqq li l-bniedem huwa wisq inġust, wisq ingrat

[35] (Ftakar) meta Abraham qal: ''Sidi (il-Mulej), agħmel din il-belt (ta' Mekka) imkien ta' ħarsien (u sliem), u warrab lili u lil uliedi mill-qima ta' l-idoli

[36] Sidi, huma tellfu t-triq lil ħafna nies. Għalhekk min jimxi warajja, huwa minni (u miegħi), u min ma jobdinix, Inti (Mulej) tabilħaqq kollok maħfra, Ħanin

[37] Sidna, jiena qegħedt lil-uħud minn nisli (jiġifieri lil ibni Ismagħel u lil marti Haġar) biex jgħammru f'wied mhux miżrugħ, qrib Darek l-imqaddsa (f'Mekka), Sidna. (il- Mulej), biex jagħmlu t-talb. Mela agħmel li l-qlub ta' wħud mill-bnedmin imilu lejhom, u għajjixhom bil-frott biex forsi jiżżu ħajr (ta' kulma għamilt magħhom)

[38] Sidna (il-Mulej), Inti taf dak li naħbu u dak li nuru. Ma hemm xejn moħbi minn Alla fl-art, u lanqas fis-sema

[39] It-tifħir lil Alla li fix-xjuħija tani lil-Ismagħel u lil Iżakk. Sidi tabilħaqq jisma' (u jilqa ' it-talb)

[40] Sidi, agħmel minni bniedem li jagħmel it-talb, u minn nisli (ukoll agħmel li jkun hemm min jgħożż it-talb bħali). Sidna, ilqa' t-talba tiegħi

[41] Sidna (il-Mulej), aħfer lili, lill-ġenituri tiegħi, u lil dawk (kollha) li jemmnu, fil-Jum meta jsiru l-kontijiet

[42] La taħsibx li Alla ma jintebaħx b'dak li jagħmlu l- ħżiena. Huwa qiegħed biss iħallihom għal ħin ieħor, għal Jum meta l-għajnejn għad jiċċassaw (bil-biża)

[43] Huma jiġru mwerwrin b'ħarsithom ċassa, bi. rjushom merfugħa 'l fuq, mingħajr ma jteptpu (/angas darba) għajnejhom, u qlubhom vojta (minħabba l-biża' kbir li jaħkimhom)

[44] Wissi (Muħammad) lin-nies dwar il-Jum li fih jiġihom il-kastig. Dawk li għamlu l-ħażen għad jgħidu: ''Sidna, agħtina mqar ftit tal-ħin ieħor. Aħna nwieġbu s-sejħa tiegħek, u nimxu wara (il-bxara li ġew biha) il- Mibgħutin.' (U Alla l-Imbierek iweġibhom): 'Mela qabel ma kontux ħliftu li m'intomx se tinqerdu (minn wiċċ l- arti)

[45] Intom għextu fi djar dawk li (fl-imgħoddi kienu) naqsu kontra tagħhom. infushom, u kontu tafu sewwa x'għamilnielhom, u tajniekom it-tixbihat (dwarhom, biex fl-aħħar tifhmu)

[46] Huma nassu t-tnassis tagħhom, iżda Alla kien jaf bit- tnassis tagħhom, minkejja li dak li nassu kien (qalil) biżżejjed biex bih iżulu l-iġbla

[47] La taħsibx li Alla jmur lura mill-wegħda mal- Mibgħutin tiegħu (fi għad joħroġhom rebbiħin, u jeqred. lill-ħżiena): Alla tabilħaqq Qawwi, u jaf kif ipattiha

[48] Fil-Jum meta l-art titbiddel f'art oħra (ġdida, li ma tafx b'ħażen), u s-smewwiet (ukoll jiġrilhom hekk), u f(l- bnedmin kollha) jidhru quddiem Alla l-Wieħed, li jegħleb lil kollox u lil kulħadd

[49] utara lill-ħatjin, dakinhar, imxekklin flimkien bil-ktajjen

[50] ilbieshom (magħmul) mill-qatran (biex jaqbdu malajr), u mi-Nar jiksi l-uċuħ tagħhom

[51] biex Alla jħallas lil kull ruħ ta' dak li kisbet (b'għemilha). Alla tabilħaqq malajr jagħmel il-kontijiet

[52] Dan (il-Qoran huwa) taħbira lin-nies biex jitwiddbu biha, u jkunu jafu li Huwa Alla Wieħed. U ħalli jiftakru (u jixtarru) dawk ta' dehenl

Al-Ħiġr (Il-Post tal-Ġebel)

Surah 15

[1] Alif. Lam. Ra'. Dawn huma l-versi tal-Ktieb, u Qoran mill- aktar ċar

[2] Ħafna drabi dawk li ċaħdu t-twemmin (meta f'Jum il- Ġudizzju jaraw il-kastig tal-biża' li hemm jistenniehom) jixtiequ li kieku (f'ħajjithom) kienu Misilmin

[3] Ħallihom (Muħammad) jieklu, igawdu, u t-tama (fiergħa ta' ħajja twila) tqarraq bihom; (dalwaqt) se jkunu jaful

[4] Ma qridna ebda belt (li ċaħdet xi Mibgħur mill-Mibgħutin tagħna) li ma kellhiex żmien magħruf (sa: meta: kellha: tinqered)

[5] Ebda ġens ma (jista') jgħaġġel (u jġib fuqu l-kastig qabel) żmienu, u (/anqas) ma jdewwem (il-kastig) għal żmien aktar tard. (Alla biss jaf meta huwa t-tmiem)

[6] U (il-pagani ta' Qurajx) qalu (b'żebliħ): 'Inti li tniżżlet fuqek it-tifkira (u t-twissija, il-Qoran), inti tabilħaqq miġnuni

[7] Għaliex ma ġġibilniex l-anġli (biex jixhdu għalik) jekk qiegħed tgħid is-sewwa

[8] Aħna manniżżlux l-anġli jekk mhux bis-sewwa (is bil-kastig għal dawk li rridu neqirdu), u (nies bħal dawn) ma jingħatawx. (aktar) żmien

[9] Aħna tabilħaqq niżżilna t-tifkira. (u t-twissija, li' hija l- Qoran), u Aħna tassew inħarsuha (u ma nħallu li ssir ebda żjieda, maqqis jew tibdil fiha)

[10] Qablek (Muħammad) tabilħaqq bgħatna (lill-Mibgħutin) fost is-setet (differenti) ta' nies il-qedem

[11] umakienx jiġihom Mibgħut li ma kinux iżebilħuh

[12] Hekk inniffduh (il-ħażen) fi qlub il-ħatjin

[13] Huma ma jemmnux. fih (dan il-Qoran) minkejja (li bħala twissija għandhom) id-drawwa ta' nies il-qedem (u l-kastig tal- biża' li ħadu)

[14] U kieku ftaħnielhom (lill-pagani ta' Mekka) bieb mis-sema, u baqgħu (il-ħin kollu) jitilgħu minnu (hekk li setgħu jaraw l- anġli b'għajnejhom stess)

[15] kienu jgħidu (fir-ras iebsa u l-kburija tagħhom): ''Imma (qegħdin naraw hekk minħabba li) għajnejna tqarrqu. Lel Aħna nies imsaħħrin (u Muħammad jaħti ta' dan is-seħer)

[16] Aħna. tabilħaqq għamilna. l-kostellazzjonijiet fis-sema, u żejjinniehom għal dawk li jħarsu (/ejhom)

[17] uħarisniehom minn kull xitan misħut

[18] ħlief min jissemma' bis-serqa (biex isir jaf xi ħwejjeġ tas- sema), u għalhekk jiġri warajh nar iħeġġeġ, mill-aktar ċar (id jaħarqu)

[19] L-art middejnieha (bħal friex), qegħedna fiha l-iġbla, fis-sod u nibbitna fiha minn kull ħaġa bil-qjies

[20] Fiha għamilnielkom għamliet ta' għajxien, (għa/ikom) u għal: dak li intom.ma tiħdux ħsieb l-għajxien tiegħu (għaliex huwa Alla li joħloq l-ikel u x-xorb għal nieskom, għall-qaddejja tagħkom u għall-bhejjem tagħkom)

[21] U ma hemm xejn (minn kull tip ta' għajxien) li għandna ma. jinsabux il-ħażniet tiegħu (kollha), u ma nniżżluhx jekk mhux b'qjies magħruf (u skond il-ħtieġa)

[22] Aħna nibagħtu l-irjieħ li jdakkru (is-sħab biex minnu tinżel ix-xita, ti jdakkru wkoll is-siġar), u nniżżlu mis-sema ilma u nisquhulkom, u intom mataħżnubx (għaliex kotran wisq, iżda: Aħna naħżnuh għalikom fl-għejun u fix-xmajjar)

[23] Aħna tabilħaqq nagħtu. l-ħajja u l-mewt, u Aħna l-Werrieta' (meta l-ħolqien jintemm)

[24] Aħna tassew nafu b'dawk minnkom (il-bnedmin) li ġew qabel (żmienkom), u b'dawk li għad iridu jiġu (għaliex lilna ma' jaqbżilna xejn, u l-għerf u s-setgħa tagħna huma bla tmiem)

[25] Huwa tabilħaqq Sidek li jiġborhom (biex jagħtu kont ta' ħajjithom fl-Aħħar Jum), Tassew li Hu Għaref u jaf b'kollox

[26] Aħna tassew ħlaqna lill-bniedem minn tafal (niexef) li jċenċel ) (meta tħabbar fuqu), minn tajn imsawwar (f'bosta għamliet). I

[27] U l-ġinn ħlaqniehom qabel (Adam), min-nar jikwi, bla J duħħan

[28] (Ftakar Muħammad) meta Sidek (il-Mulej) qal lill-anġli: Jiena. tabilħaqq se noħloq bniedem minn tafal (niexef) li jċenċel (meta tħabbat fuqu), minn tajn imsawwar (f'bosta għamliet)

[29] U meta (lill-bniedem) inkun sawwartu bil-qjies, u nfaħt fih minn Ruħi, aqgħu u nxteħtu quddiemu (biex issellmulu u l tagħtuh ġieħ; mhux biex tqimuh)U

[30] L-anġli nxteħtu (quddiemu jselimulu), ilkoll kemm huma, l

[31] ħlief Iblis; (hu biss) ma riedx ikun mal-mixħutin (quddiem il- bniedem)

[32] Qal (Alla): 'Ja Iblis, x'għandek fxi jżommok) li-ma. tkunx mal-mixħutinf

[33] Qal ddblisj: S(Imti. lili ħlaqtni: min-nar, u) jiena ma kellix inxteħet quddiem. bniedem: li Inti ħlaqt minn tafal (niexef) iċenċel (mera iħabbar fuqu), minn tajn imsawwar. (f'bosta għamliet)

[34] Qal (Alla lil-Iblis): 'Mela oħroġ minnha (il-Ġennajl Inti tabilhaqq misħut (għażiex se nċaħħdek mill-ħniena tiegħi)

[35] Fuqek tabilħaqq tkun is-saħta, sa Jum il-Ġudizzjul

[36] Qal (Iblis): ''Sidi, agħtini żmien sal-lum. meta (il-mejtin) jitqajmu mill-mewt

[37] (Qal Alla): ''Inti minn dawk li ngħatalhom iż-żmien

[38] saJum il-waqt magħruf

[39] Qal (Iblis): ''Sidi, la (ma tridx taf bija u) telliftni t-triq, tabilħaqq li (lill-bnedniin) se nżejnilhom (il-ħażen) fuq l-art, u żgur li ntellifhom it-triq, ilkoll kemm huma

[40] ħlief (dawk) minnhom (li huma) il-qaddejja l-ġusti tiegħek

[41] Qal (Alla): 'Din (it-triq tal-ġusti hija) triq (li twassal) dritt għandi

[42] Tabilħaqq li ma għandek ebda setgħa fuq il-qaddejja tiegħi, għajr min jimxi warajk minn dawklli tilfu t-triq

[43] U tassew li l-Infern huwa l-post imwiegħed għalihom ilkoll

[44] Huwa għandu seba' bibien (minu fejn jidħlu l-ġemgħat kbar. tal-midinbin). u kull bieb minnhom għandu taqsima. ((mill- midinbin li jgħaddu minnu, skond il-ħażen li għamlu)

[45] Il-ġusti tabilħaqq ikunu f'Ġonna u f'għejun (ta' ilma ġieri, 4 nbid u għasel)

[46] (Jingħad lilhom): 'Iaħlu fihom bi sliem, imħarsin (minn kull ħsara u mill-mewt)i

[47] U nneħħu l-mibegħda minn qlubhom (hekk (i ma jżommux aktar. f'qalbhom, u. jsiru) aħwa. (bilqiegħda) fuq divani, quddiem xulxin

[48] Ma tmisshom fihom ebda għeja, u lanqas (qatt) jinħarġu minnhom

[49] Ħabbar lill-qaddejja tiegħi li Jiena tassew kollni maħlra u Ħanin

[50] uli l-kastig tiegħi huwa l-kastig ta' wġigħ

[51] U ħabbrilhom dwar il-mistednin ta' Abraham (li kienu anġli f'għamla ta' żgħażagħ mill-isbaħ, mibgħutin mingħand Alla biex jeqirdu lil nies Lot)

[52] Meta daħlu quddiemu qalu: ''Sliemi' Qal(ilhom Abrahanij: SAħna mbeżżgħin minnkom (għaliex ressaqnielkom l-ikel: b'turija ta' merħba; u ma kilruhx)

[53] Qalu: ''La tibżaxi Tabilħaqq nagħtuk il-bxara t-tajba dwar iben għaref

[54] Qal (Abraham): 'Jaqaw tajtuni. (din) il-bxara t-tajba meta: laħaqni l-kobor (u xjaħiji Liema. bxara tajba qegħdin tħabbruli)

[55] (Qaluflu l-anġli): 'Qegħdin. nagħtuk il-bxara t-tajba. bis- sewwa, u għalhekk la tkunx minn dawk li jaqtgħu qalbhom (mill-ħniena ta' Allaji)

[56] Qal (Abraham): 'U min jaqta' qalbu mill-ħniena ta' Sidu, ħlief il-mitlufin

[57] Qal: 'Mela x'ġejtu tagħmlu, ja Mibgħutin (ta' A/la)f

[58] Qalu: 'Tassew li ntbagħatna għand. nies ħatjin. (biex neqirduhom: nies Lot)

[59] ħlief il-familja ta' Lot (isddawk li jenumnu bħalu), u tabilhaqq se neħilsuhom ilkoll (mill-kastig:ta' Alla)

[60] għajr lil-martu.' Aħna qtajnieha li din (għandha ikun) minn dawk li jibqgħu lura (u tieħu l-kasrig mal-bqija tal-ħatjin)

[61] U meta l-Mibgħutin (ta' A/la) ġew għand il-familja ta' Lot

[62] (qaliilhom Lor): ''Intom. nies mhux magħrufin. (A 7: rridu minna)

[63] (Qaluflu l-Mibgħutin): 'Ġejna għandek b'dak. il-kastig). li (niesek) huma bejn ħalltejn dwaru

[64] U ġejniek bis-sewwa, u qegħdin ngħidu s-sewwal

[65] Melaitlaq bil-familja tiegħek, f'(dan) il-ħin tal-lejl (li Baġa'), imxi warajhom (biex isserraħ rasek li ma jiġrilhom xejn), u (ara li) ħadd minnkom ma jħares lura (biex ma jarax il-kastig fuq Sodomajl U ibqgħu sejrin fejn tkunu ordnatil)

[66] U għarrafnieh (lil Lor) bl-amar (fagħna): li. (kollha. kemm huma, sa) l-aħħar wieħed fost dawk (il-midinbin minn niesu) se jinqerdu malli jsebbħu

[67] Nies il-belt (ra' Sodoma) ġew (għand Lot) ferħanin. (bil- wasla tal-mistednin, għaliex xtaqu jidinbu magħhom)

[68] Qal (Lot): 'Dawn tabilħaqq mistednin tiegħil Twaqqgħulix wiċċi l-arti

[69] Ibżgħu minn Alla, u la tagħmlulix għajbi

[70] Qalu: ''Mela ma konniex żammejniek (milli: toqgħod tistieden) lil kulħadd (u taqbeż għalihom)

[71] Qalilhomj: 'Dawn. (huma) il-bniet tiegħi (u huma xierqa għalikom biex tiżżewġuhom), jekk (tridu) tagħmlu (xi ħaġa. Iżda tersqux lejn irġiel bħalkom)

[72] Fuq għomrok (Muħammad)l Tabilħaqq li fis-sakra. tagħhom. huma kienu mitlufin bħall-għomja

[73] U ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi (li ħasadhom u qeridhom) mas-sebħ

[74] U (Sodoma) qlibnieha ta' taħt fuq, u niżżilna fuqhom xita ta' ġebel ta' fuħħar iebes (noħmi fin-nar ta' l-Infern)

[75] Tabilħaqq li f'dan (il-kastig) hawn sinjali għal dawk li jafu jintebħu bihom

[76] U (il-bliet meqruda u Sodoma) jinsabu fi triq li għadha hemm

[77] Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal dawk Ji jemmnu

[78] Nies (Xugħajb li għammru qrib) il-masġar kienu ħżiena wkoll

[79] Għalhekk tħallasna minnhom. Huma t-tnejn (Sodoma u l-inħawż tal-masgar) jinsabu fi triq tidher sew

[80] Nies (Tamid ukoll, li għexu fl-inħawi msejħa) 'al-Ħiġr, giddbu lill-Mibgħutin (ta' Alla, fosthom lil-Saliħ)

[81] Aħna tajniehom is-sinjali tagħna (f'għamla ta' għeġubijiet i mirakli), iżda kienu jagħtuhom il-ġenb

[82] Huma kienu jħaffru djar fl-iġbla (u jħossuhom) imħarsin (mill- kastig ta' Alla)

[83] Iżda ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi (li qeridhom) mas- sebħ

[84] U xejn ma swielhom dak li kienu jiksbu (b'għenilhom, u d-djar ti l-fortizzi. tagħhom fil-blat)

[85] Ma ħlaqniex is-smewwiet u l-art, u dak li jinsab bejniethom, jekk mhux bis-sewwa, U tabilħaqq li s-Siegħa ġejjal Għalhekk agħder (Muħammad) b' mogħdrija xierqa

[86] Sidekkhuwa tabilħaqq il-Ħallieq li jaf kollox

[87] Uttajniek (Muħammad) sebgħa mill-fversi l-) aktar imtennija (u li jinsabu f'suret il-Ftuħ); u l-Qoran il-kbir

[88] Lastitfax għajnejk (Muħammad) fuq dak li tajna lil xi rġiel u nisa miżżewġin minnhom għat-tgawdija fiergħa tagħhom (għaliex lilek tajniek l-aħjar: il-Qoran), u a titnikkitx għalihom (għaliex ma jemmnux), iżda niżżel ġwenħajk (b'turija ta' mħabba u umiltà) fuq dawk li jemmnu

[89] (U għidfilhom): 'Jiena tabilħaqq dak li jwissi bil-miftuħ

[90] (Niżżilnielek il-Qoran) bħalma niżżilna fil-Kotba tagħna) fuq dawk (il-Lhud, l-Insara u l-pagani) li qasmu (il-Kotba mqaddsa f'taqsimiet, u emmnu f'uħud minnhom u ċaħdu l-bqija tagħhom)

[91] dawk li għamlu l-Qoran biċċiet (meta qalu fi biċċa minn hija seħer, oħra poeżija, u oħra ħrejjef)

[92] Fuq Sidek (Muħammad)l Tassew nistaqsuhom ilkoll

[93] dwar dak li kienu jagħmlu (fid-dinja)

[94] Mela ħabbar bil-miftuħ dak li titqabbad (iħabbar min Sidek il-Mulej), u warrab minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla)

[95] Aħna biżżejjed għalik kontra ż-żeblieħa

[96] dawk li ma' Alla jagħmlu alla ieħor. Iżda (da/waqr). ikunt jafu (x'se jkun tmiemhom)

[97] Nafu li qalbek (Muħammad) tinsab f'diqa minħabba dak l jgħidu (kontrik u kontra l-Islam)

[98] Mela faħħar is-sebħ ta' Sidek, u kun ma' dawk li jinxteħti bil-qimal

[99] U qim lil Sidek sa ma jiġik dak li hu ċert (il-waqt tal mewt)

In-Naħal

Surah 16

[1] Se jiġi l-amar ta' Alla (dwar il-kastig), u għalheki (tippruvawx) tgħaġġluhi Sebħ lilu, u Huwa wisq ogħla minn dak li jxierku (miegħu l-pagani)

[2] Huwa jniżżel l-anġli bir-Rivelazzjoni, bl-amar tiegħu, fin min irid mill-qaddejja tiegħu (il-Profeti w l-Mibgħutin, 1 jgħidilhom): 'Wissu (lill-bnedmin) li ma hemmx alla (ieħor ħliefil Mela ibżgħu minnif)

[3] Huwa ħalaq is-smewwiet u l-art bis-sewwa. Huwa wiss ogħla minn dak li jxierku (miegħu l-pagani)

[4] Ħalaq lill-bniedem minn nitfa (ta' sperma), u arah (dan il bniedem jitkabbar u) iħaqqaqha bil-miftuħl

[5] Il-frat ħalaghom għalikom: fihom (issibu) sħana (mis-suf: l-ġlud tagħhom) u fejdiet (oħra bħall-ħalib u l-użu tagħhom għall-irkib), u minnhom tieklu

[6] U ssibu fihom il-ġmiel (a tithemew bihom) met (filgħaxija) isserrħuhom, u meta (filgħodu terġgħu) toħorġ bihom (biex jirgħu)

[7] Huma jġorru(/kom) it-toqol tagħkom lejn art li-ma I kontux tilħquha jekk mhux bi qtigħ il-qalb. Sidkom (il- Mulej, li takom dan kollu, huwa) tabilħaqq Kollu Tjieba u Ħanin

[8] Iż-żwiemel, il-bgħula, u l-ħmir (ukoll ħalaq għalikom) biex tirkbuhom, u għaż-żina (biex tiddandnu bihom). U (fil-ġejjieni għad) joħloq dak li ma tafux

[9] F'idejn Alla t-tmexxija fit-triq it-tajba, iżda hemm toroq mgħawġa: (i ma jwasslux għas-sewwa). Li kieku fied (Alla) kien imexxikom u jġegħilkom temmnu Ikoll (iżda fl-għerf bla tarf tiegħu ried iħalli l-għażla f'idejkom)

[10] Huwa. li niżżel ilma (tax-xita) mis-sema, u minnu għandkom xorb, u minnu (jinbtu) siġar (u mergħat biex) fihom toħorġu l-bhejjem biex jirgħu

[11] Bih (bl-ilma tax-xita) inibbet għalikom iż-żara'. iż- żebbuġ, is-siġar tal-palm, l-għeneb, u mill-frott kollu, Tabilħaqq li f'dan (kollu) hemm sinjal għal nies li jixtarru. (il-kobor tal-ħolqien li huwa l-għemil ta' Alla Wieħed)

[12] Huwa qiegħed il-lejl u n-nhar għall-qadi tagħkom (biex matulhom tistrieħu u taħdmu); u x-xemx u l-qamar, u l- kwiekeb joqogħdu (għal 4//a) bl-amar tiegħu (u jżommu mad-dawriet tagħhom, u jurukom triqatkom f'dalmet il- lejl). Tabilħaqq li f'dan (il-ħolqien kollu) hemm sinjali I għal nies bil-għaqal

[13] U kulma ħalaq (u kattar) fuq l-art huwa f'bosta lwien (sew jekk bhejjem, xtieli u siġar, kif ukoll il-minerali). Tassew li f'dan (ukoll) hemm sinjal għal nies li jżommu f'rashom

[14] Huwa li qiegħed il-baħar għall-qadi: (tagħkom), biex minnu tieklu laħam tari, u minnu toħorġu (il-perżi u l- qroll) għaż-żina (tagħkom u biex) tilbsuhom, u taraw l- imriekeb joforqu l-mewġ tiegħu, biex tfittxu mit-tjieba tiegħu (ta' Alla, għajxien xieraq għalikom bil-kummerċ), u'biex forsi tiżżu ħajr (ta' dan kollu)

[15] U xeħet fl-art iġbla, mqiegħda fis-sod, biex (l-art) ma titħarrikx bikom, u (fihom ħejjielkom) xmajjar u toroq biex forsi taqbdu t-triq it-tajba

[16] U (għamel) sinjali (lill-bnedmin biex isibu triqathom), u mal-kwiekeb jimxu (u ma jintilfux)

[17] Jaqaw min joħloq huwa bħal min ma joħloqx 7 Għaliex ma żżommux f'raskom (dan kollu, u tridu tibqgħu twebbsu raskom fil-qima ta' l-idoli)

[18] U kieku kellkom tgħoddu l-grazzji ta' Alla (magħkom, issibu li) ma' tistgħux tgħodduhom. Tabilħaqq li Alla Kollu Maħfra u Ħanin

[19] Alla jaf'b'dak li taħbu u b'dak li tikxfu

[20] Dawk (l-allat foloz) li (il-pagani) isejħu minflok lil Alla ma joħolqu xejn; (mhux biss, talli) huma jinħalqul

[21] Huma mejtin (dawk l-idoli), mhux ħajjin, u ma jafux meta (huma u l-pagani li jimuhom għad) jitqajmu mill- mewt. A

[22] Alla tagħkom huwa Alla Wieħed (u ħadd ħliefu), iżda dawk li ma jemmnux fil-Ħajja l-Oħra, qlubhom ma jridux jafu (b'Alla Wieħed), u huma mkabbrin (għall- aħħar u ma jridux jilqgħu s-sewwa)

[23] Bla dubju li Alla jaf b'dak li jaħbu u b'dak li jikxfu. Tabilħaqq li Huwa ma jħobbx lill-imkabbrin

[24] U meta jintqalilhom: ''X'niżżel Sidkom (il-Mulej lil Muħammad)', jgħidu (b'żebliħ): 'Stejjer ta' nies. il- qedem, (xejn aktar)i

[25] Ħalli jġorru t-toqol (rad-dnubier) tagħhom kollha f'Jum il-Qawmien, (u jġorru wkoll) xi ħaġa mit-toqol ta' dawk li huma kienu tellfuhom it-triq, bla għarfien (u mingħajr provi). (Kunu afu li) tassew ikrah dak (it-toqol) li jġorrul

[26] Dawk ta' qabilhom (ukoll) nassu (kontra Alla u l- Mibgħutin tiegħu), iżda Alla qala' l-bini tagħhom mis- sisien, u s-saqaf waqa' għal fuqhom, u ġiehom il-kastig minn fejn ma ntebħux

[27] Imbagħad f'Jum il-Qawmien iwaqqagħhom fil-għajb' (bil-kastig' li jagħtihom), u jgħidfilhom): ''Fejn huma l- ixirka tiegħi. (dawk l-allar foloz) li kontu tħaqquha. dwarhom (mal-Mibgħutin tiegħi u man-nies li emmnu fija' Għaliex ma jiġux jaqbżu għalikom) 7' Dawk li ngħataw l-għarfien jgħidu: '' Tabilħaqq li llum l-għajb u l- ħażen fuq dawk li ma jemmnux

[28] dawkeli l-anġli jtemmulhom ħajjithom, filwaqt li jkunu qegħdin jonqsu lejhom infushom (bil-qima lill-idoli). Huma joqogħdu għall-anġli (fi/waqr li jgħidulhom): 'Ma. konniex nagħmlu ħażen.' (L-anġli jweġbuhom:) ''Le, (mhux hekkji Alla tabilħaqq jaf sewwa b'dak li kontu tagħmlu)

[29] Melaidħlu bwieb l-Infern, u fih tgħammru għal dejjemi Tassew ta' għajb l-għamara ta' l-imkabbrini

[30] U jintqal lil dawk (il-ġusti) li jibżgħu minn Alla: X'niżżel Sidkom. (il-Mulej lil Muħammad) 7' Huma jgħidu: '(Kulma huwa) tajjeb.' Lil dawk li jagħmlu t- tajjeb, f'din id-dinja hemm (ħlas) tajjeb, iżda d-Dar l- Oħra hija aħjar (wisq, għaliex qatt ma tintemm). Tassew sabiħa Dar dawk li jibżgħu minn Alla

[31] (sbieħ) il-Ġonna ta' l-Għeden li huma jidħlu fihom. bix- xmajjar jiġru taħthom, u fihom għandhom kulma jridu (mingħajr taħbit u tbatija). Hekk Alla jħallas lil-dawk li jibżgħu minnu

[32] dawk li l-anġli jtemmulhom ħajjithom filwaqt li jkunu tajbin, u jgħidu(/hom): ''Sliem għalikoml Idħlu l-Ġenna, ta' (it-tajjeb) li kontu tagħmlul

[33] Jaqaw (il-ħżiena) qegħdin jistennew biss li jiġuhom l- anġli (bil-mewr), jew li jiġi l-amar ta' Sidek (il-Mulej u jieħdu l-kastig) 7 Hekk għamlu dawk ta' qabilhom. Alla ma naqasx lejhom (meta qeridhom), iżda huma kienu jonqsu lejhom infushom

[34] Għalhekk l-għemejjel il-ħżiena li għamlu ġew fuqhom, u dak (il-kastig) li kienu jżebilħu dawwarhom minn kullimkien

[35] U dawk li xierku (allat foloz ma' Alla) jgħidu (b'żebliħ): 'Li kieku Alla ried, ma tajna qima lil-xejn (u lil ħadd) ħliefu, (la) aħna u lanqas missirijietna, u lanqas. konna nipprojbixxu xejn mingħajr (l-amar) tiegħu. Hekk għamlu dawk ta' qabilhom. Jaqaw dmir il- Mibgħutin ma huwiex ħlief (i jwass/u) it-taħbira mill- aktar ċara

[36] Aħna tabilħaqq bgħatna f'kull ġens. Mibgħut. (bil- bxara): 'Qimu lil Alla, u warrbu l-allatf' U (kien hemm) minnhom li Alla mexxiehom fit-triq it-tajba (u emmnu), u minnhom li nħakem mit-telfien. Mela terrqu ma' l-art (kollha) u araw kif kien tmiem dawk li giddbu (is- sewwa)

[37] Jekk inti (Muħammad) tħabrek biex tmexxihom (fit-triq it-tajba, kun af li) Alla tabilħaqq ma' jmexxix (lejn is- sewwa) lil-dawk li jtellifhom it-triq (minħabba l-għażla ħażina tagħhom), u lanqas ma għandhom min jgħinhom

[38] (Il-pagani) ħalfu b'Alla l-akbar ħalf (u qalu) li Alla ma jqajjimx mill-mewt lil min imut. Le (mhux hekk)t (Din) wegħda li Hu għamel bis-sewwa, iżda ħafna min-nies ma jafux fis-setgħa ta' Alla, u għalhekk jiċħdu l-qawmien mill-mewt

[39] (Alla jqajjem lill-mejtin) biex jurihom biċ-ċar dak li ma jaqblux fuqu, u biex dawk li ma jemmnux (fil-qawmien mill-mewt) ikunu jafu li huma kienu giddibin

[40] Kliemna, meta rridu xi ħaġa, ikun biss li ngħidulha: Kunf' u hija tkun

[41] Dawk li emigraw għal Alla, wara li nħaqru (bl- inġustizzja), tabilħaqq inqegħduhom. f'għamara tajba ff'din) id-dinja (u aħjar minn dik li telqu minnha); iżda l- ħlas ta' (il-Ħajja) l-Oħra huwa akbar (wisq). Li kienu jaful

[42] (Huma) dawk li stabru (fit-tiġrib kollu), u joqogħdu fuq Sidhom (il-Mulej)

[43] U qablek (Muħammad) ma bgħatniex għajr irġiel (bħalek) li Aħna nebbaħna. Staqsu, (ża nies Quvajx) lin-nies tat-tifkira (li hija l-Kotba Mqaddsa sew Lhud kif ukoll Insara) jekk intom ma tafux ( 4 taraw kif jgħidulkom li l-Mibgħutin tagħna kienu rġiel u mhux anġli)

[44] (Aħna bgħatniehom) bis-sinjali ċ-ċari u bil-Kotba mqaddsa, u niżżilnielek it-tifkira (li hu l-Qoran) biex inti turi biċ-ċar lin- nies dak li tniżżlilhom, u għandhom imnejn jixtarru (is-siwi tiegħu)

[45] Jaqaw dawk li nassu l-għemejjel ħżiena (konrra l-Profeta ta' Alla, u saħansitra riedu joqtluh) iserrħu. rashom li Alla ma jġegħelx l-art tiblagħhom (bħalma kien ġara lil Qarin), jew li ma jiġihomx il-kastig minn fejn ma jintebħux

[46] Jew (inkella jserrhu rashom) li (Alla) ma jeħodhomx (għal għarrieda biex jagħtu kont ta' ħajjithom), waqt li jkunu ġejjin u sejrin (fis-safar tagħhom), mingħajr ma jistgħu jaħarbu (il- kastig)

[47] Jew jeħodhom (iż jeqridhom ftit ftit) fil-biża' (kbir tagħhom mill-kastig) 2 Tabilħaqq li Sidkom huwa Kollu Tjubija u Ħanin (ġaladarba ma jgħaġġilx biex jikkastigakom)

[48] Jaqaw (il-ħżiena) ma jarawx il-ħwejjeġ li ħalaq Alla (bis- Setgħa bla tarf tiegħu), u li d-dellijiet tagħhom iduru lejn il- Iemin u x-xellug, mixħutin f'qima lil Alla, filwaqt li jiċċekknu għall-aħħar

[49] Għal Alla jinxteħet bil-qima kulma jinsab fis-smewwiet u fl- art, sew jekk ħlejjaq jitħarrku (bnedmin u bhejjeni), sew jekk l- anġli, u huma ma jitkabbrux (guddiem il-Mulej)

[50] Huma jibżgħu minn Sidhom (il-Midej). li jinsab fuqhom. u jagħmlu dak li jitqabbdu

[51] Alla qal: 'Ma jkollkomx żewġ allat tnejn għaliex Huwa Alla Wieħed, u minni (biss) ibżgħul

[52] Tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u tiegħu d-din għal dejjem, Jaqaw tibżgħu minn xi ħaddieħor għajr Alla

[53] Kull grazzja li għandkom ġejja mingħand Alla, imbagħad jekk tmisskom. il-ħsara. (bħall-mard u. l-faqar, arakom) titkarrbulu ( 4 titolbuh l-għajnuna)

[54] Imbagħad meta jneħħi l-ħsara minn fuqkom, (issib /i) ġemgħa minnkom: ixierku (allat foloz) ma' Sidhom

[55] (u'ma'jafuhulniex ta' dak fil-ġid kollu). li-tajniehom. Mela: gawdu (għal f'if ieħor, iżda dalwaqt) se tkunu taful

[56] Lil dawk (l-idoli) li ma jafux (kif jaqbdu jagħtu prova tad- divinità tagħhom, il-pagani) jagħtu sehem minn: dak. li tajniehom għall-għajxien tagħhom (bħalma huma l-ħxejjex u l- bhejjem li huma jressqulhom bħala sagrifiċċju). Fuq Allat Tassew (li intom il-pagani) għad tkunu mistoqsija dwar dak li kontu taqilgħu minn żniedkom fkontra A/lajl

[57] Huma, (fl-injuranza kbira tagħhom), għamlu lil Alla (ulied) bniet (u qalu li dawn tiegħu, meta dawn huma biss l-anġli tiegħu)l Sebħ lilut U għalihom (il-pagani jżommu s-subien), dakli jixtiequ (fuq kollox)

[58] Meta xi ħadd minnhom jingħata l-bxara li. (heldiriu) tifla, wiċċu jiswied, u jagħli (u jagħdab) għall-aħħar

[59] Huwa jwarrab min-nies minħabba l-aħbar ħażina li ngħatatlu (għaliex. tarbija. tifla tagħmillu għajb). Tgħid iżommha (ir- tarbija) minkejja l-għajb (ti ġġib fuqu). jew jidfinha (ħajja) fit- trabŻ (Filwaqt li jistqarru li Alla għandu wlied. bniet, huma jridu biss li jkollhom ulied subieni) Tassew ikrah dak li jaqtgħu (li jagħmluji)

[60] Lildawkli ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra, u qalu li Alla għandu wlied bniet) tixraq l-agħar tixbiha, u lil-Alla (tixraq) l-ogħla (u l-aħjar) tixbiha. Huwa l-Qawwi u l-Għaref

[61] Li kieku Alla kellu jikkastiga lin-nies tal-ħażen tagħhom, ma kien iħalli ebda ħliqa titħarrek (fuq l-art kollha, sew bniedem kif ukoll bhima), iżda Huwa jagħtihom. aktar ħin sa żmien imsemmi (u magħruf minnu biss), u meta jasal żmienhom (biex imutu), ma (jkunux jistgħu). itawluh b'siegħa, u lanqas jgħaġġlu

[62] Huma jgħaddu lil Alla dak li jobogħdu (għalihom infishom, bħall-ulied bniet), u l-ilsna tagħhom jaqilgħu l-gideb (u jgħidu) li tagħhom hija l-aħjar ħaġa (il-Ġenna), iżda ma hemmx dubju li tagħhom huwa n-Nar, u li huma l-ewwel li jintbagħtu fih

[63] Fuq Allat (Frakar Muħammad li) Aħna bgħatna (lill-Profeti tagħna) għand xi ġnus qablek, iżda x-Xitan. (lill-ħżiena) żejnilhom l-għetnejjel (qarrieqa) tagħhom; u llum huwa jieħu ħsiebhom, iżda jkollhom kastig ta' wġigħ

[64] (Ma niżżilniex il-Ktieb fuqek jekk mhux biex turihom biċ-ċar dak li-ma qablux fuqu, u biex daw il-Qoran ikun) tmexxija tajba u ħniena għal nies li jemmnu

[65] Alla jniżżel mis-sema ilma u bih jaħji l-art wara mewtha: Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal (tas-sergħa bla tarf tiegħu) għal nies li jisimgħu

[66] Tassewji fil-frat (bħall-iġmla, il-baqar, in-nagħaġ u l- mogħoż ) għandkom tagħlima (għaliex) nisqukom minn dak li hemm f'żaqghom, minn bejn il-fdalijiet u d-demm: ħalib safi, u jgħaddi malajr għal dawk li jixorbu/h

[67] Minn frott is-siġar tal-palm u d-dwieli tieħdu għalikom xorb li jsakkar u ikel tajjeb (bħat-tamar u ż-żbib). Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal nies bil-għaqal

[68] Sidek nebbaħ lin-naħal (u qalilhom): 'Agħmel għalik djar fl-iġbla, fis-siġar, u f'dak (il-bini li l-bnedmin) itellgħu

[69] imbagħad kul mill-frott kollu (ii ssib fil-fjuri), u terraq fit-toroq wietja (u bla (fixkil) ta' Sidek (il-Mulejjf' Minn żaqqhom toħroġ xarba f'bosta lwien (xi drabi għasel aħmar, abjad jew isfar), u fiha fejqan għan-nies (mini ħafna mard). Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal nies li jixtarru (il-kobor tas-setgħa ta' Alla)

[70] Alla ħalaqkom (bis-setgħa tiegħu) imbagħad jeħdilkom irwieħkom (u tinġabru għandu). U minnkom hemm min jilħaq l-agħar għomor (u l-aktar wieħed dgħajjef dak tax-xjuħija) biex, wara li'kien jaf ħafna, ma jkun jaf xejn (u jerġa' jsir bħat-tfal, sew fil-qawwa tal-ġisem kif ukoll f'għaqlu). Tabilħaqq li Alla jaf kollox u Setgħan fuq kollox

[71] Alla għażel uħud minnkom ( 4 ppreferiekom) fuq oħrajn f'dawk li huma) l-għotjiet (tiegħu) għall-għajxien. Issa dawk li kienu magħżula (u preferuti) ma jagħtux (dawn) l-għotjiet lil dawk (l-ilsiera) li: għandhom fil-leminija tagħhom, biex jiġu ndaqs fihom. Jaqaw jiċħdu l-grazzja ta' Alla

[72] U Alla għamlilkom nisa minnkom infuskom, u min- nisa tagħkom għamlilkom ulied, u ulied l-ulied, u takom mill-ħwejjeġ. tajba għall-għajxien tagħkom. Jaqaw jemmnu fil-frugħa u jiċħdu l-grazzja ta' Alla

[73] Minflok lil Alla, huma jqimu lil dak li ma għandu xejn x'jagħtihom għall-għajxien tagħhom mis-smewwiet u l- art, u lanqas jista' (jagħmel xejn għalihom)

[74] La xxebbhu lil Alla ma xejn (għaliex ma' hemmx bħalu)l Tassew li Alla jaf, u intom ma tafux

[75] Alla jxebbah (lili nnifsu u lill-idoli) ma' (żewġt irġiel, wieħed) ilsir f'idejn ħaddieħor, li ma jista' jagħmel xejn (minn rajh). u (ieħor) li tajnieh għajxien tajjeb, u huwa jonfoq minnu bil-moħbi u bid-dieher (biex jogħġob lil Alla). Jaqaw (dawn it-tnejn) huma ndaqs 7 (Żgur li lel) Tifħir lil Allal Iżda ħafna minnhom ma jafux

[76] U Alla jxebbah (/i/u nnifsu u lill-idoli) ma' żewġt irġiel 4 (oħra), wieħed minnhom mutu, u ma jista' jagħmel xejn, u huwa toqol fuq sidu, (għaliex) f'kulma jqabbdu ma. joħroġ minnu ebda ġid. Jaqaw (bniedem. bħal) dan u. ) (ħaddieħor) li jamar il-ħaqq u huwa fi triq dritta huma.) ndaqs' (Żgur (i lel)

[77] Ta' Alla huma l-ħwejjeġ mistura tas-smewwiet u ta' l- art (u jaf kollox dwarhom). L-amar dwar is-Siegħa: (tal- Ġudizzju) ma hijiex għajr bħal tebqa ta' għajn, jew inqas (minn hekk, u tasal għal għarrieda). Tabilħaqq li Alla fuq kollox Setgħan

[78] Alla ħariġkom minn ġwief ommijietkom mingħajr ma tafu xejn, u takom is-smigħ, dawl għajnejkom, u l-qlub biex forsi tiżżu ħajr

[79] Mela ma jarawx it-tajr miżmuma fis-sema, u ma jżommhomx (hemm fuq, bla ma jaqgħu) għajr Alla 7 Tabilħaqq li f'dan hawn sinjali (tas-setgħa kbira tiegħu) għal nies li jemmnu

[80] Alla għamel minn djarkom imkien għalikom fejn tistrieħu, u minn ġlud il-frat għamlilkom djar (f'għamla ta' tined) li ssibuhom ħfief (biex tkunu tistgħu ġġorruhom) f'jum is- safar tagħkom, u fil-jum li (tieqfu biex) toqogħdu (fihom), u mis-suf (tan-nagħaġ) u l-pil (ta' l-iġmla), U minn xagħarhom (l-aktar tal-mogħoż, tagħmlu) ħwejjeġ għall- kumdità u l-ħtiġijiet (tagħkom), u tgawdija għal-xi żmien (sa ima tmutu)

[81] U Alla għamlilkom id-dell minn dak li ħalaq; mill-iġbla għamlilkom. (imkejjen fejn issibu) il-kenn, u għamlilkom ilbies'li jħariskom mis-sħana, u Ibies (f'għamla ta' kurazza) li jħariskom mill-qilla tagħkom (għal xudxin meta titqabdu). Hekk huwa jġib fil-milja tagħha t-tjieba tiegħu fuqkom (billi jurikom: it-tagħlim ta' l-Islam), biex forsi toqogħdu għar- rieda tiegħu (u tagħrfuh bħala Alla Waħdieni tagħkom)

[82] Iżda jekk jagħtu daharhom (għaliex ma jridux jisimgħu), dmirek (Muħammad) ma huwiex ħlief (li twassal) it-taħbira mill-aktar ċara

[83] Huma (l-ewwel) jagħrfu l-grazzja ta' Alla, imbagħad jiċħduha; u l-kotra tagħhom ma jiżżux ħajr (/i/ Ala)

[84] (Fil-Jum meta nqajmu mill-mewt xhud minn kull ġens fis dan jixhed għat-twemmin jew għaċ-ċaħda tat-twemmin tal- ġens li: ntbagħat għandu), imbagħad dawk. li ċaħdu l- twemmin ma jitħallewx iġibu l-iskużi (għaliex kliemhom huwa kollu gideb) u lanqas. jintalbu. li jibdlu l-imġiba tagħhom biex jogħġbu (lil Alla b'xi kliem jew. għemil, għaliex ikun tard wisq, u jkun wasal ħin il-kastig)

[85] u meta dawk li għamlu l-ħażen jaraw il-kastig (ta' l-/n/ern); dan ma' jitħaffilhomx. (lanqas b'siegħa waħda), u. ma jingħatawx aktar żmien

[86] U meta dawk li xierku (allat foloz ma' Alla) jaraw l-ixirka tagħhom, jgħidu (bit-tama li. jitnaqqsilhom il-kastig): SSidna, dawn huma l-ixirka tagħna li konna nsejħu minflokok.' Iżda (dawn l-idoli) jitfgħulhom lura (dan) il- kliem (e jgħidulhom): '' Tabilħaqq li intom giddibini

[87] Dakinhar huma juru lil Alla li joqogħdu għalih (iżda jkun tard wisq), u jitlaqhom (waħidhom, fit-taħwid tagħhom) dak kollu li kienu jaqilgħu minn żniedhom

[88] Dawk li-ma jemmnux u jżommu (/il ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hi l-Islam) żidnielhom kastig fuq kastig, tal- ħsara li kienu jagħmlu

[89] (U aħseb Muħammad) fil-Jum meta nqajmu mill-mewt, f'kull ġens, xhud kontrihom, minnhom infushom, u nġibuk (Muħammad) bħala xhud għal dawn (il-Ourajxin, niesek). Aħna niżżilnielek il-Ktieb li jfisser kollox biċ- ċar, u (huwa wkoll) tmexxija tajba, ħniena, u bxara tajba lill-Misilmin

[90] Tabilħaqq li Alla jamar (Żi jkun hemm) il-ħaqq (fost il- bnedmin), l-għemejjel. tajba, u l-għoti (ta' l-għajnuna) lill-qraba. Huwa ma jridx (Żi jsir) il-faħx, (kull) għemil ħażin, u inġustizzja. Huwa jwissikom, biex forsi żżommu f'raskom

[91] Oqogħdu għar-rabta ta' Alla meta tidħlu fiha, u la tiksrux il-ħalf tagħkom wara li (rkunu) wettaqtuh (billi semmejtu Isem Alla, u b'hekk) ġibtu lil Alla jixhed għalikom: Tabilħaqq li Alla jaf b'dak li tagħmlu

[92] U la tkunux bħal dik li ħabblet u ħallet il-ħjut ta' l- għażel tagħha wara li kienu qawwija (u magħquda ħaġa waħda; dan jixbah lilkom meta) tinqdew bil-ħalf tagħkom (imbagħad: tiksru l-wegħda) biex tqarrqu b'xulxin, għaliex ġens ikun akbar fl-għadd (z: l-ġid) minn ġens ieħor (u intom tiksru l-wegħda mad-dgħajjef u xxaqilbu lejn il-qawwi). Alla qiegħed biss. iġarrabkom b'dan (biex jara min iżomm kelmtu, u min ma jżommhiex). Tassew li f'Jum il-Qawmien għad jurikom biċ-ċar dak li ma kontux taqblu fuqu

[93] Li kieku ried, Alla kien jagħmilkom ġens wieħed (bi twemmin wieħed), iżda (ried iħallikom ħielsa u) itellef it- triq lil-min irid, u jqabbadha lil min irid. U tassew li għad tkunu mistoqsijin dwar dak li Kontu tagħmlu

[94] La tinqdewx bil-ħalf tagħkom biex tqarrqu b'xulxin, hekk li tiżloq xi sieq (minn tagħkom u toħroġ mis-sewwa) wara li kienet fis-sod, u (ta' dan għemilkom) idduqu l- ħażen (tal-kastig) talli żammejtu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla (li hi l-Islam), u jkollkom kastig mill-kbar (f'nar l-Infern)

[95] Lanqas ma għandkom tbigħu r-rabta ta' Alla (li hija għal dejjem) bi prezz irħis (li jgħaddi). Għaliex dak li (jinsab) għand Alla huwa wisq aħjar għalikom, li kieku kontu taful

[96] Dak li għandkom għad jintemm, iżda dak li hemm għand Alla jibqa'. Tassew li lil dawk li stabru (is żammiz sħiħ fil-fidi ta' Alla) nagħtuhom ħlashom. ta'. l-aħjar (għemejjel) li kienu jagħmlu

[97] Min jagħmel il-ġid, raġel jew mara, filwaqt li jemmen, Aħna tabilħaqq nagħtuh (fid-dinja) ħajja tajba, U. f(li/ dawk li jagħmlu l-ġid):tassew nagħtuhom ħlashom ta' l- aħjar (għemejjel) li kienu jagħmlu

[98] Meta taqra l-Qoran, itlob il-kenn (u l-ħarsien) ta' Alla mix-Xitan il-misħut (biex it-tfesfis tiegħu ma jtellfekx)

[99] Huwa tabilħaqq ma għandux setgħa fuq dawk li jemmnu u jħallu f'idejn Sidhom

[100] Is-setgħa tiegħu hija biss fuq dawk li ngħaqdu miegħu (biex iħarishom), u li jxierku (lil ħaddieħor) ma' Alla

[101] U metanbiddlu xi vers minflok vers (ieħor, kunu afis li) Alla jaf l-aktar b'dak li jniżżel (ftit ftit lill-bnedmin għall- fejda tagħhom; malajr tismagħhom) jgħidu: 'Inti (Muħammad) qiegħed biss taqla' minn żniedekt' Iżda ħafna minnhom ma jafux (x'qegħdin jgħidu u lanqas jistgħu jifhmu)

[102] (Għidfilhom Muħammad): ''Ruħ il-qodos (l-anġlu Gabrijel) niżżlu (dan il-Qoran) mingħand Sidek bis- sewwa, biex iwettaq lil-dawk li jemmnu, (kif ukoll biex ikun) tmexxija sewwa u bxara tajba lill-Misilmin

[103] Nafu li huma jgħidu: Mhux għajr bniedem: dak li jgħallmu (lil Muħammad)i' (Dawn għandhom ikunu jafu li) l-ilsien ta' dak (Ġabr, iż-żagħżugħ Nisrani) li qegħdin jitkellmu dwaru (u qegħdin jgħidu li qiegħed jgħallem lil Muħammad) huwa: barrani, filwaqt li dan (l-ilsien tal- Qoran huwa) ilsien Għarbi ċar

[104] Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux fis-sinjali ta' Alla (fosthom: dan. il-Qoran), Alla ma. jurihomx. it-triq, u għandhom kastig ta' wġigħ

[105] (Muħammad, tinsiex li) huma dawk li jaqilgħu l-gideb (filwaqt li-ma' jemmnux f'Sidek il-Mulej u) li ma jemmnux fis-sinjali ta' Alla, u dawk huma l-giddibin

[106] Min jiċħad lil Alla wara li jkun emmen mhux dak li huwa mġiegħel jiċħad (bi /sienz), u qalbu (għadha) mistrieħa fit-twemmin, iżda (kud/) min jiftaħ qalbu għaċ- ċaħda tat-twemmin (iies bħal dawn) ikollhom fuqhom għadab minn Alla, u għandhom kastig mill-kbar

[107] Dan għaliex huma jħobbu aktar il-ħajja (f'din) id-dinja milli (l-Ħajja) l-Oħra, u Alla ma jurix it-triq lil-dawk li jiċħdu t-twemmin

[108] Huma dawk li Alla qiegħed siġill fuq qlubhom, fuq is- smigħ tagħhom, u fuq dawl għajnejhom (u b'hekk ma jistgħux jifhmu: l-verità), u dawk huma li-moħħhom imtajjar (bil-frugħa tad-dinja)

[109] Ma hemmx dubju li fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) huma jkunu t-tellifin

[110] Imbagħad (kun af' Muħammad) li Sidek, lil dawk li emigraw (wara li- ġġarrbu. (bil-moħqrija ' tal-ħżiena), ħabirku kemm felħu (u tqabdu), u. stabru (ur żammu iebes), tassew li Sidek, wara dan (it-tiġrib kollu se jserraħhom għaliex) huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[111] Fil-Jum (tal-Ġudizzju) meta kull ruħ tiġi tħaqqaqha. għaliha nnifisha, kull ruħ titħallas sħiħ ta' dak li għamlet, u huma ma jmorrux minn taħt

[112] Alla jxebbah (nies. Mekka, u nies oħra li jġibu rwieħhom bħalhom) ma' belt li kienet imħarsa u hienja, li ġidha jaslilha bix-xaba' minn kullimkien, (iżda ġara li) din ċaħdet il-grazzji ta' Alla (u l-ġid /i sar magħha u għalhekk) Alla dewwaqha Ibies il-ġuħ u l-biża', ta' dak li kienu jagħmlu (niesha meta ħaduha kontra Alla)

[113] U ġiehom tassew Mibgħut minn fosthom, iżda huma ġiddbuh u (għalhekk) il-kastig ħadhom (għal għarrieda) filwaqt li kienu fil-ħażen tagħhom

[114] Mela kulu minn dak (il-ġid kollu) li Alla takom għall- għajxien tagħkom, li jiswa li jittiekel u huwa tajjeb, u roddu ħajr tal-grazzja ta' Alla (fieġkom), jekk. tassew tqimuh

[115] Huwa għamel biss -ma jiswiex għalikom (li: tieklu laħam) mejjet, id-demm, laħam il-ħanżir, u kulma kien offrut (lill-idoli) minflok lil Alla. Iżda min ikollu (jiekol dan l-ikel, minħabba l-ħtieġa) u huwa ma jixtiqux, (is meta jieklu) ma jaqbiżx il-limiti. tabilħaqq li Alla Kollu Maħfra u Ħanin

[116] (Intom il-pagani) la tgħidux dwar il-gideb li jaqilgħu l- ilsna tagħkom: ''Dan jiswa, u dan ma jiswiex', biex taqilgħu l-gideb dwar Alla (u tgħidu li Huwa hekk irid). Tabilħaqq li dawk li jaqilgħu l-gideb dwar Alla ma jirbħux (la f'din id-dinja, u lanqas fl-Oħra)

[117] (Huma jkollhom: biss) tgawdija qasira. (fid-dinja), u (wara dan) ikollhom kastig ta' wġigħ. (għal dejjem)

[118] Għamilna ma jiswiex għal-Lhud dak li: għednielek qabel (f'Suret il-Frar: lima jiklux xaħam il-baqar, il- mogħoż u n-nagħaġ, u ta' bhejjem oħra bid-difer): Ma nqasniex lejhom (minħabba din. il-projbizzjoni), iżda huma kienu jonqsu lejhom infushom

[119] Imbagħad (kun af: Muħammad) li Sidek, lil-dawk li jagħmlu l-ħażen bla ma jafu, imbagħad wara dan, jindmu u jibdlu ħajjithom, tassew li Sidek, wara dan (kollu), huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[120] Abraham tabilħaqq kien ġens (fih innifsu). mogħti kollu kemm hu lil Alla; safi (fil-fidi). u ma kienx minn dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla)

[121] Kien (dejjem) jiżżi ħajr (lil Alla). tal-grazzji tiegħu. (Alla) għażlu (biex ikun Mibgħut tiegħu), u mexxieh lejn triq dritta

[122] U tajnieh il-ġid f'(din) id-dinja, u fl-Oħra huwa tabilħaqq mal-ġusti

[123] Imbagħad nebbaħniek (Muħammad u għednielek): ċImxi fuq it-twemmin safi ta' Abrahaml Huwa ma kienx minn dawk li jxierku

[124] Is-Sibt kien magħmul (jorbor) biss għal dawk (il-Lhud) li ma qablux fuqu. Sidek tabilħaqq għad jagħmel ħaqq minnhom, f'Jum. il-Qawmien, dwar dak li ma kinux jaqblu fuqu

[125] Sejjaħ (Muħammad lin-nies) lejn triq Sidek (u l-liġi tiegħu) bl-għerf u bit-twissija. t-tajba, u ħaqqaqha magħhom bl-aħjar mod (/i rista'). Sidek tassew jaf l-aktar dwar min ħareġ minn triqtu, u l-aktar li jaf b'dawk li huma fit-triq it-tajba

[126] U jekk (lill-ħżiena u lill-aggressuri) tikkastigawfhom, ikkastigawhom (b'kastig) bħal dak li kontu kastigati biħ, iżda jekk tistabru ( 4/ taħfru), dan ikun aħjar għal dawk li jistabru

[127] Stabar (Muħammad, f'dan. it-tiġrib kollul Kun af li) sabrek mhux għajr b'Alla (u bl-għajnuna tiegħu). U la titnikkitx għalihom (il-pagani), u la tiddejjaqx minħabba dak li jnassu

[128] Alla tabilħaqq ma' dawk li jibżgħu minnu, u li jagħmlu t-tajjeb

Il-Vjaġġ bil-Lejl

Surah 17

[1] Sebħ lil Dak li bagħat lill-qaddej tiegħu (Muħammad) fuq safra billejl mill-Moskea mqaddsa (f'Mekka) sa' l- Moskea l-imbiegħda. (f'Ġerusalemm, il-Moskea 'al- 'Aqsa), li Aħna berikna madwarha, biex nuruh uħud mis- sinjali tagħna (fis-Salma tas-sema u ta' l-art). Huwa. tabilħaqq jisma' kollox u jara kollox

[2] U tajna lil-Mosċ l-Ktieb. (tal-Tord), u għamilnieh imexxija tajba għal Ulied Israel ( 4 għednielhom: 'Araw li) ma jkollkom lil ħadd li jieħu ħsiebkom għajril

[3] (Intom) in-nisel ta' dawk li ġarrejna (fl-arka) ma' Noċ. Huwa kien tabilħaqq qaddej li jaf irodd ħajr (mela agħmlu bħalu)

[4] U ħabbarna lil Ulied Israel fil-Ktieb (rat-Tora u wissejniehom): ''Darbtejn tagħmlu ħsara fuq l-art, u tabilħaqq togħlew wisq (fil-kburija u l-kefrija tagħkom)

[5] U meta waslet l-ewwel wegħda mit-tnejn (kif konna wissejna), Aħna bgħatna kontrikom qaddejja tagħna ta' qilla kbira (biex jitħallsu minnkom). Huma daħlu ġewwa d-djar (tagħkom' biex ifittxukom). U Kienet wegħda mitmuma (għaliex ħadd ma seta ' jaħrab minnha)

[6] Imbagħad (wara li wrejtu ndiema) raddejnielkom lura s-setgħa tagħkom fuqhom. (fuq l-għedewwa tagħkom), żidniekom fil-ġid u fl-ulied, u għamilniekom akbar fl- għadd (minn dawk l-għedewwa)

[7] Jekk tagħmlu t-tajjeb. tagħmluh għalikom infuskom, u jekk tagħmlu l-ħażen, mela kontrikom. (tagħmluh). U meta waslet l-aħħar wegħda (li tħabbar it-tieni ħsara li se tagħmlu, ħallejna lill-għedewwa tagħkom). iħassrulkom uċuħkom (is jġibukom fix-xejn), jidħlu fil-maqdes bħalma daħlu fih l-ewwel darba, u jeqirdu għal kollox kulma jaħkmu (taħt idejhom)

[8] Għandu mnejn Sidkom iħenn għalikom. Iżda jekk terġgħu lura (għall-ħażen tagħkom), Aħna (ukoll) nerġgħu lura (bil- kastigi tagħna), u għamilna l-Infern ħabs għal dawk li jiċħdu t- twemmin

[9] Tabilħaqq li dan il-Qoran juri (i/ jwassal) lejn l-aktar triq dritta, u jagħti l-bxara t-tajba lil dawk li jemmnu u li jagħmlu għemejjel tajba, li għalihom hemm ħlas kbir (fil-Ġenna)

[10] (Dan il-Qorar iħabbar ukoll) li dawk li ma jemmnux l-Oħra (fil-Ħajja. l-Oħra), ħejjejna għalihom; kostig ta' wġigħ (fl- Infern)

[11] Il-bniedem jitlob għad-deni daqskemm jitlob għall-ġid, u l- bniedem huwa (dejjem). mgħaġġel (fi kliemu u. f'għemilu, mingħajr ma jieqaf jaħseb)

[12] U għamilna l-lejl u n-nhar bħala żewġ sinjali: (tal-qawwa tagħna), u. ħassama s-sinjal. tal-lejl (hekk li: dallamniehi biex matulu. tistrieħu), u għamilna s-sinjal tan-nhar biex juri(komr fejn sejrin u) biex (matulu) tfittxu tjieba minn Sidkom ( fil- ħidma tagħkom), u biex tkunu tafu l-għadd tas-snin u l-qjies. Kollox fissirna bir-reqqa kollha

[13] Lil kull bniedem irbatnielu d-destin tiegħu fna' għonqu (hekk li-qatt ma jħallih), u f'Jum il-Qawmien noħorġulu ktieb li jsib miftuħ beraħ (quddiemu, bl-għemejjel kollha ta' ħajtu mniżżla fih)

[14] (Imbagħad jingħad lilu:) 'Aqra l-ktieb tiegħekt Illum inti biżżejjed għalik innifsek biex tagħmel il-kont tiegħek

[15] Min qabad it-triq it-tajba, huwa qabadha għalih innifsu, u min tilef it-triq, ma tilifhiex jekk mhux bi ħsara għalih. Dik (ir- ruħ) li terfa' t-toqol (tad-dnub) ma. terfax toqol ta' ruħ oħra. Aħna ma nikkastigawx qabel ma nibagħtu Mibgħut (biex jilħaq iwissi)

[16] U meta rridu neqirdu xi belt, joħroġ l-amar tagħna (permezz tal-Mibgħutin. tagħna) lill-għonja tagħha (u lill-mexxejja li jgħixu fiha biex joqogħdu għal Kliemna, iżda huma ma jagħtux widen u xorta waħda) jagħmlu l-ħażen fiha, hekk li (dik il-belt) ikun ħaqqha l-Kelma (tal-kastig li-toħroġ mingħandna) kontriha, u neqirduha għal kollox

[17] Kemmeil nisel-qridna wara Noċ (bħal nies. Għad, Tamiid, u nies il-Fargħun), u Sidek (Muħammad) huwa biżżejjed biex ikun jaf u jara sew dnubiet il-qaddejja tiegħu (u jħallashonr kif jixraq)

[18] Min irid (jgħix biss għal din il-ħajja) li tgħaġġel (lejn tmiemha, arana) ngħaġġlu fiha dak li rridu Aħna, lil-min. irridu, imbagħad għamilnielu l-Infern biex jinxtewa fih, imkasbar u mkeċċi ('i/ bogħod mill-ħniena ta' Alla)

[19] Iżda min irid (il-Ħajja) l-Oħra, u jħabrek għaliha t- tħabrik li ġġib magħha, filwaqt li huwa jemmen, (iies bħal) dawk, it-tħabrik tagħhom. jintlaqa' b'ħajr (minn Alla u jieħdu l-ħlas tiegħu)

[20] Lil kulħadd nagħtu, sew lil dawn (ta' l-ewwel, li jħobbu d-dinja) kif ukoll lil dawn (ta' l-aħħar; li jixxennqu għall-Ħajja ta' dejjem), mill-għoti (kotran) ta' Sidek, u l- għoti ta' Sidek ma huwiex miżmum lura (minn ħadd)

[21] Ara (Muħammad) kif lil-uħud ippreferejniehom minn ħaddieħor (fil-ġid li tajniehom, hekk li ssib min hu għani; u min hu fqir), iżda (il-Ħajja) l-Oħra hija ogħla fil-gradi (ta' ġieħ) u akbar fl-istima

[22] Ara li ma tagħmilx alla ieħor ma' Alla, (inkella) toqgħod fil-għajb u tkun minsi (minnu)

[23] Sidek amar li-ma tqimux ħliefu, u (li jeħtieġ turi) tjubija. mal-ġenituri. (tagħkom). Sew jekk wieħed minnhom, u sew jekk it-tnejn li huma jaslu sax-xjuħija miegħek, la tgħidilhomx ''Ufff' u lanqas iċċanfarhom, iżda għidilhom kelma tajba

[24] U fil-ħniena (fiegħek), niżżel fuqhom il-ġewnaħ ta' l- umiltà (tiegħek /ejhom) u għid: ''Sidi, ħenn għalihom bħalma (għamlu huma miegħi meta) rabbewni meta kont żgħir

[25] Sidkom jaf l-aktar dwar x'hemm fikom infuskom. Jekk tkunu tajbin ( 4 ġusti), tabilħaqq li Huwa Kollu Maħfra ma' dawk li dejjem jerġgħu jduru lejh (bl-indiera)

[26] U agħti lil qaribek dak li ħaqqu, u lill-fqir u lil dak li jterraq (u imxi tajjeb magħhom), u lanqas tberbaq (ġidek) fi tberbiq

[27] Il-ħaljin (Żi jberbqu ġidhom bl-addoċċ) huma l-aħwa tax-xjaten, u x-Xitan: ma jafhulux lil Sidu (il-Mulej, u lanqas ħutu l-ħaljin)

[28] U jekk (inti Muħammad) twarrab. minnhom (dawk Ii-huma: fil-ħtieġa, għaliex ma: ssibx x'tagħtihom), biex ifittex ħniena. minn Sidek, li inti tittama fiha (i fistenna mingħandu għolja biex. 1għinhom), għidilhom. bil-ħlewwa (li: meta. jkollok x'tagħtihom, inti ma ċċaħħadhomx)

[29] U la żżommx idek marbuta ma' għonqok. (fix-xeħħa), u lanqas tmiddha sa l-aħħar (u /tajjar ġidek kollu), hekk li (imbagħad) ihumuk u tibqa' b'xejn

[30] Tassew li Sidek jifrex il-ġid (tiegħu bix-xaba') fuq min irid; kif ukoll jagħti bil-ftit (ll min irid). Huwa tabilħaqq jaf sewwa. lill-qaddejja tiegħu u jara kollox (kulma jagħmlu)

[31] La toqtux lil uliedkom bil-biża' tal-faqarl Aħna. ngħajxu lilhom u lilkom. Tassew li l-qtil tagħhom huwa ħtija kbira

[32] Lanqas toqorbu lejn iż-żina' Din tabilħaqq għemil faħxi u triq ħażina

[33] La toqtlux ir-ruħ li Alla pprojbixxa (li ringarel) jekk mhux bil-ħaqq (w skond il-liġi tiegħu). U min jinqatel bla ħtija, Aħna. tajna lil qaribu li jieħu ħsiebu s-setgħa (jew /' jirlob li jinqatel il-qattiel bi tpattija, jew inkella s-setgħa li jieħu kumpens u jinħafer il-qtil), iżda ma għandux jesaġera fil-qtil (u joqrol nies oħra barra l-qattiel), u tabilħaqq ikun megħjun (minn Alla u l- liġi qaddisa tiegħu)

[34] U lattoqorbux lejn ġid l-iltim, ħlief b'dak li hu aħjar (għall- ġid tiegħu), sama jilħaq l-aqwa: tiegħu (u. jsir-marur). U żommu kelmitkom fir-rabta. (li tidħlu fiha; sew ma' Alla; kif ukoll mal-bnedmin), għaliex. tabilħaqq li-(f'Jum il-Ġudizzju) tkunu mistoqsijin dwar ir-rabta (u cħwar kull kelma li tkunu tajnt f'ħajjitkom)

[35] Agħu kejl (sewwa) meta tkejlu, u iżnu bil-miżien it-tajjeb (biex ma tqarrqux)t Dan huwa aktar xieraq u (fl-aħħar iwassal biex ikollkom) l-aħjar tmiem

[36] La timxix wara dak lima. għandekx għarfien. dwaru. Tabilħaqq li s-smigħ, dawl l-għajnejn, u l-qalb dawn kollha (f'Jum il-Ġudizzju, il-bniedem) ikun mistoqsi dwarhom

[37] Lanqas timxi fuq l-art imkabbar (i b; ksuħar)i Inti tabilħaqq m'intix se (dun rista') tofroq l-art, u lanqas m'inti se tilħaq l- iġbla fit-tul

[38] Il-ħażen ta' dan kollu huwa mistkerrah f'għajnejn Sidek

[39] (Dan/li qegħdin inwasslulek, Muħammad) ġej mill-għerf li Sidek nebbaħlek, u la tagħmilx alla ieħor ma' Alla, hekk li (imbagħad ta' dan) tintefa' fl-Infem, u tkun ta' min wieħed ilumek, kif ukoll imkeċċi

[40] Jaqaw (lilkom il-pagani) Sidkom għażilkom (mill-oħrajn) bis-subien, u Hu żamm. għalih. bniet mill-anġliż. Intom tabilħaqq tgħidu kliem ta' l-għaġeb (fil-kruha tiegħu)

[41] F'dan il-Qoran fissima (kollox) biċ-ċar biex. iżommu f'rashom, iżda ma humiex għajr jitnaffru aktar (mis-sewwa ti jitbiegħdu minnu)

[42] (Għidfilhom Muħammad lill-pagani): ''Kieku kellu miegħu allat (oħra), kif jgħidu, kieku. (dawn l-allat). kienu jfittxu triq (li twassal) għal Sid it-Tron (u jaraw kif jeħdulu s- saltna)f

[43] Sebħ'liluf Huwa wisq ogħla minn dak (il-kliem fieragħ) li jgħidu (dwaruji)

[44] Isebbħuh is-seba' smewwiet u l-art, u kulma fihom. Ma. hemm xejn li-ma jfaħħarx is-sebħ tiegħu, iżda intom ma tifhmux it-tisbiħ tagħhom. Huwa tabilħaqq Kollu Ħlewwa u Sabar; u Kollu Maħfra

[45] Meta taqra l-Qoran, Aħna nqiegħdu bejnek u bejn dawk li ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) velu mistur (hekk li ma jkunux jistgħu jifhmu l-qari)

[46] Aħna qegħedna għata fuq qalbhom (li jżommhom) milli jifhmuh (il-Qoran), u f'widnejhom (qegħedniefhom) toqol (li jżommhom milli jisimgħuh). Meta ssemmi lil Sidek lilu waħdu fil-Qoran, huma jagħtu daharhom (fis-sewwa). u jaħarbu(ha)

[47] Aħna nafu l-aktar. b'dak. li (għandhom f'rashom: meta) jisimgħu (il-qari tal-Qoran: li jżebilħuh) meta jisimgħuk, u (nafu sewwa x'jgħidu) meta jiltaqgħu bejniethom bil-moħbi, u meta l-ħżiena jgħidu: 'Intom timxu biss wara. raġel imsaħħarf

[48] Ara (Muħammad) kif xebbhu miegħek it-tixbihat (u qalu li inti saħħar, u oħrajn qalu li int poeta, u kien hemm min qal li inti miġmun), u ntilfu, hekk li ma jistgħux isibu triq

[49] U jgħidu (fiċ-ċaħda tat-twemmin): 'Jaqaw, meta. nkunu. għadam u trab, se nitqajmu mill-mewt bħala ħolqien ġdid

[50] (Għidfilhom Muħammad): ''(Melal) Tistgħu tkunu tal- ġebel jew tal-ħadid (għaliex xorta waħda titqajmu mill- mewt)

[51] jew (tistgħu tkunu xi) ħolqien (ieħor) li f'moħħkom (jidhrilkomr li hu) aktar iebes fli jseħħ dan il-qawmien mill-mewt).' Huma se jgħidu: ''Min iroddna lura (għall- ħajja wara mewtna) 7' Għidfilhom Muħammad): ''Dak li ħalaqkom l-ewwel darba.' U (imbagħad) iħarrkulek irjushom (biż-żebliħ), u jgħidu: ''Meta huwa (dan kollu) 7' Għid(ilhom): 'Jaf ikun fil-qribi

[52] Fil-Jum li jsejħilkom, se twieġbu (għas-sejħa) bit-tifħir tiegħu, u taħsbu li ma bqajtux (fid-dinja jew fil-qabar) għajr għal żmien qasir

[53] Għid (Muħammad) lill-qaddejja tiegħi biex jgħidu dak li huwa l-aħjar (fit-raħdit tagħhom). Tabilħaqq li x-Xitan iġib il-firda bejniethom. Tassew li x-Xitan huwa għadu fil-beraħ tal-bniedeml

[54] Sidkom huwa: l-aktar li jafkom: jekk irid, iħenn għalikom, jew jekk irid, jikkastigakom. Aħna ma bgħatniekx biex tkun responsabbli tagħhom

[55] U Sidek jaf l-aktar b'min jinsab fis-smewwiet u fl-art. Xi Profeti. ppreferejniehom: (fl-għerf bla: tarf tagħna) minn oħrajn, u tajna lil David is-Salmi

[56] (Għidfilhom, Muħammad, lill-pagani): ''Sejħu lil dawk li tgħidu (Żi huma allat) minfloku; huma la jistgħu jneħħu s-saram minn fuqkom, u lanqas (jistgħu) jibdlu (xejn)f

[57] Dawk (l-allat u l-idoli kollha) li. (il-pagani) isejħu (huma stess) ifittxu li jsibu kif jaslu għand Sidhom, (u bil-pika. bejniethom. biex jaraw) liema huma. l-eqreb (lejh), jittamaw fil-ħniena tiegħu, u jibżgħu mill-kastig tiegħu. Tabilħaqq li l-kastig ta' Sidek huwa ta' min jibża' minnu

[58] Ma hemmx belt (bla twemmin) li ma neqirduhiex qabel Jum il-Qawmien, jew li ma nikkastigawhiex b'kastig qalil. Dan miktub fil-Ktieb (ta' dejjem)

[59] Xejn ma'żammna milli nibagħtu s-sinjali jekk mhux minħabba. li nies il-qedem kienu giddbuhom. U lil (nies) Tamid tajniehom il-ġemla, sinjal ċar, iżda huma naqsu lejha (u qatluha). Aħna ma nibagħtux is-sinjali (tagħna, bħalma huma t-theżżiżiet ta' l-art, il-beraq u r-ragħad, l-eklissi, eċċ.) jekk mhux biex inbeżżgħu (bihom u nwiddbu lill- bnedmin)

[60] U ftakar (Muħammad) meta għednielek li Sidek jaf kollox dwar in-nies. U d-dehra li wrejniek (matul is-safra billejl u meta tellajniek fis-sema), u s-siġra l-misħuta (imsejħa żaqqim: u msemmija). til-Qoran, ma għamilnihomx jekk mhux. biex inġarrbu lin-nies. Aħna nbeżżgħuhom: (u nwissuhom), iżda (dan il-biża ') ma jżidhomx jekk mhux fil- ħtija l-kbira (tagħhom)

[61] (Ftakar ukoll) meta għedna lill-anġli: 'Inxteħtu quddiem Adam (u selimulu)f' U huma nxeħtu, ħlief Iblis. Qal (b/is- fil-kburija tiegħu): ''Jaqaw jiena (maħluq min-nar) għandi ninxteħet quddiem dak (ingas minni) li Inti ħlaqt mit-tajn 7 (Dan ma jkun qattiji)

[62] Qal (ukoll lil Alla): 'Rajtx) Dan (hu l-maħluq) li Inti weġġaħt u (għollejtu) fuqi. Jekk tagħtini żmien sa Jum il- Qawmien, tassew. naħkem lil nislu, (u ma jaħarbulix) ħlief ftit (minnkom)i

[63] (Qallu Alla): 'Mur, (tajtek iż-żmienjl Dawk minnhom li jimxu warajk (u fosthom intom il-pagani), l-Infern tabilħaqq ikun ħlaskom, (u jkun għalikom ilkoll) ħlas sħiħl

[64] Qanqal b'leħnek (biex jiġu warajk) lil- min. tista' minnhom, u iġbor kontrihom il-qawwiet tiegħek rekbin fuq iż-żwiemel u dawk. bil-mixi (biex jaħbtu għalihom), u aqsam magħhom fil-ġid (materjali miksub bil-qerq) u fl- ulied, u wegħedhom fwegħdier fiergħa). Iżda x-Xitan ma jwegħedhomx għajr il-qerq

[65] Tabilħaqq li inti (Ib/is) ma għandekx setgħa fuq il- qaddejja tiegħi, Sidek huwa biżżejjed. (għalihom) biex iħarishom

[66] Huwa Sidkom li jagħmel l-iġfna jżiġġu fil-baħar biex tfittxu. (l-ġid) mit-tjieba tiegħu. Huwa tabilħaqq. Ħanin magħkom

[67] U meta tmisskom il-ħsara fil-baħar (ur tkunu se tintilfi), dawk (l-allar) li intom issejħu (biex jgħinukom) jgħibu, ħlief Alla, iżda meta jeħliskom (u jwassalkom lura) lejn l-art, intom (xorta waħida). tagħtu/h) il-ġenb. Il-bniedem: ma: jafhulux lil Allat

[68] (Jaqaw isserrħu raskom li fwara li ħlismuha mill-għarqa, Alla) ma jġegħelx tarf l-art jiblagħkom, jew jibgħat fuqkom riefnu kbir ta' ġebel (bħalma kien ġara lil nies Lot) 2 Imbagħad (Żgur li) ma ssibux min jieħu ħsiebkom. (iċ jħariskom mill-kastig ta' Alla)

[69] Jew isserrħu raskom li ma jibgħatkomx lura fih (il-baħar), darba oħra, u jibgħat fuqkom riħ qawwi u jgħerrigkom, talli ma kontux tafuhulu 7 Imbagħad (taraw) li ma ssibux min jaqbeż għalikom kontrina

[70] Aħna tajna ġieħ lil ulied Adam, ġarrejniehom fuq l-art u l- baħar, u tajniehom: mill-ħwejjeġ tajbin. (għall-għajxien tagħhom), kif ukoll għażilniehom fuq ħafna ħlejjaq oħra li ħlaqna

[71] Fil-Jum li nsejħu lin-nies kollha bl-iman tagħhom, 2 u (kull) min jingħata l-ktieb (fi fih hemm imniżżla l-għemejjel kollha ta' ħajtu) f (idu) il-leminija, dawk jaqraw (bil-ferħ l- għemejjel tajba mniżżla ġewwa) il-ktieb tagħhom, u lanqas naqra ma ssir inġustizzja magħhom (fil-ħlas sabiħ li jieħdu)

[72] (Iżda min kien agħma f/'din) id-dinja (hekk li ma mxiex fi triq is-sewwa), il-Oħra jkun agħma (ikoll) u f'aktar telfien tat-triq (tal-Ġenna)

[73] (il-pagani) kienu għoddhom ġarrbuk (Muħammad) biex titlaq dak li nebbaħnielek, biex kontrina taqla' minn żniedek (xi ktieb) ieħor (minflok il-Qoran): Mela (kieku dan seħħ), kienu jagħmlu minnek ħabib (tagħhom)

[74] U li kieku ma saħħaħniekx, kont tista' xxaqleb lejhom fu tisma ' minnhom

[75] Mela (kieku dan seħħ), konna ndewquk fkasrig) doppju f('din) il-ħajja u (kastig) doppju fil-mewt, u mbagħad. ma kontx issib min jgħinek kontrina. e aaa 8a $' Il-frażi bl-imami tagħhom. tista' tfisser 'bil-mexxej tagħhom'', jew. ''bil-ktieb ta' għemilhom

[76] U (ftakar Muħammad li l-pagani) kienu għoddhom keċċewk mill-art (li kont tgħix fiha, il-belt ta' Mekkaj biex joħorġuk minnha. Mela (kieku dan seħħ), ma kinux: jibqgħu. (f'dik l-art) warajk ħlief għal ftit. (taż-żmien, bħalma seħħ fi żmien Lot)

[77] (Din kienet) id-drawwa (tagħna ma') il-Mibgħutin tagħna li konna bgħatna qablek (li neqirdu lil-kull ġens li keċċa lil xi Profeta), u ma ssib (ebda) bidla f'din id- drawwa

[78] Agħmel (Muħammad) it-talb (ħames darbiet kuljum), minn meta tmil ix-xemx (wara nofsinhar) sa dalmet il- lejl, u (żid) il-qari (waqr it-talb) tas-sebħt Tabilħaqq li l- qari (u t-talb) tas-sebħ jixhdu għalih (l-anġli)

[79] tilob taqsima mil-lejl bħala talb volontarju (/i jkun ta' fejda) għalikl Għandu mnejn Sidek iqajmek għal qagħda ta' ġieħ (fil-Ġenna)

[80] Għid (Muħammad): 'Sidi, daħħalni mid-dħul tas- sewwa. u oħroġni mill-ħruġ tas-sewwa, u agħmel li jkolli mingħandek setgħa (fi rkun) ta' għajnuna

[81] U għid (ukoll): 'Ġie s-sewwa (/i hu l-Islam) u għeb il- qerq (tal-paganiżmu). Tabilħaqq li l-qerq għad jgħib

[82] Aħna nniżżlu (u nuru) mill-Qoran dak li hu fejqan u ħniena għal dawk li jemmnu, iżda (dan) ma jżidx lill- ħżiena għajr fil-ħsara

[83] Meta nixħtu l-grazzja tagħna fuq il-bniedem (b'kull ġid. li nagħmlu miegħu, arah) jagħti dahru (għaliex xejn ma jafhulna) u jwarrab lil hemm. U meta jmissu d-deni, huwa jaqta' jiesu (mill-ħniena ta' Alla)

[84] Għid (Muħammad): ''Kulħadd jagħmel skond ix-xeħta tiegħu (tajjeb jew ħażin), u Sidkom jaf l-aħjar b'min huwa l-aktar fit-triq it-tajba

[85] Huma jistaqsuk dwar ir-Ruħ. Għid(ilhom): ''Ir-Ruħ hija ħaġa ta' Sidi, u ma ngħatajtux mill-għarfien għajr ftit

[86] Li kieku ridna, stajna nħassru dak li nebbaħnielek, u mbagħad ma ssibx min, minħabba fih (il-Qoran), jaqbeż għalik (u jitlobna li nagħtik lura dan il-Ktieb)

[87] (Il-Qoran) ma' huwiex ħlief ħniena minn: Sidek. Tabilħaqq li t-tjieba. tiegħu fuqek (Muħammad) hija. kbira

[88] Għid: 'Li kieku l-bnedmin u l-ġini jiltaqgħu biex iġibu (xi ħaġa) bħal dan il-Qoran, (żgur li) ma jġibuhx, lanqas jekk jgħinu lil-xulxin (kemm jifilħu)U

[89] F'dan il-Qoran fissirna biċ-ċar lin-nies kull għamla ta' tixbiha, iżda ħafna min-nies ma jridux ħlief jiċħdu t- twemmin

[90] Qalu (il-pagani): M'aħniex. se nemmmik (Muħammad), qabel ma toħroġilna nixxiegħa tgelgel mill-art (bla waqfien)

[91] jew (qabel ma) ikollok ġnien b'siġar tal-palm'u għeneb, u toħroġ ix-xmajjar igelglu f'nofshom

[92] jew (qabel-ma) twaqqa' fuqna' s-sema biċċiet, bħalma qiegħed tgħid, jew iġġib quddiemna lil-Alla u lill-anġli (biex jixhdu għalik quddiem għajnejna)

[93] jew (qabel ma) ikollok dar tad-deheb (u mhhux bħall-bqija tad-djar mibnija mill-ġebel u mit-tajn), jew (qabel ma) titla' fis-sema. U lanqas nemmnu fit-tlugħ tiegħek qabel ma. tniżżel fuqna ktieb li naqrawhi' Għidfi/hom Muħammad): ''Sebħ lil Sidil Jaqaw jiena m'iniex ħlief bniedem mibgħut (inxandar il-bxara ta' Alla'' Għaliex din ir-ras iebsa tagħkom)

[94] Xejn mażamm lin-nies milli jemmnu meta ġiethom it- tmexxija t-tajba ħlief li qalu: 'Jaqaw Alla bagħat bniedem (tad-demm u l-laħam biex jagħmilha ta') Mibgħutf

[95] Għid(ilhom lill-pagani): 'Li kieku l-anġli kienu jimxu fl-art, fis-sliem, konna nniżżlulhom anġlu mis-sema bħala Mibgħut (tagħna)

[96] Għid(ilhom Muħammad): 'Alla huwa biżżejjed bħala xhud bejni u bejnkom. Huwa tabilħaqq jaf sew u jara tajjeb lill-qaddejja tiegħu (u xejn ma jaqbiżhulj)

[97] Dak li Alla jurih it-triq. it-tajba, jinsab miexi fiha (tassew), iżda lil-dawk li jtellifhom it-triq, ma ssibilhomx min iħarishom ħliefu. U f'Jum il-Qawmien niġbruhom fis l-anġli jkaxkruhom minn saqajhom, mixħutin) fuq l-uċuħ tagħhom. għomja, imbikkmin u torox, u l-kenn tagħhom. l-Infern: kull darba li jonqos (xi fżit mill-qilla tiegħu, arana) nżidulhom in-nar iħeġġeġ

[98] Dak huwa ħlashom talli ċaħdu s-sinjali tagħna u qalu: SJaqaw, meta nkunu għadam u trab se nitqajmu mill- mewt bħala ħolqien ġdid

[99] Mela ma jarawx li Alla, li ħalaq is-smewwiet u l-art, għandu s-setgħa joħloq. (ħlejjaq) bħalhom, u (nsew li Huwa) għamlilhom żmien. (fiss) li dwaru ma hemmx dubju' Iżda l-ħżiena ma jridux ħlief jiċħdu t-twemmin

[100] Għid(ilhom Muħammad lill-pagani): 'Li kieku kellkom il-ħażniet tal-ħniena (u l-ġid) ta' Sidi (il-Mulej), kontu żżommu(hom għalikom) għaliex tibżgħu tonfqu(hom). Il- bniedem huwa tassew xħiħl

[101] Aħna tajna lil Mosċ disa' sinjali ċari, Għalhekk staqsi (Muħammad) lil Ulied Israel meta (Mosċ) ġie għandhom, u l-Fargħun qallu: 'Mosċ, jiena tabilħaqq inqisek imsaħħarf

[102] Qal (Mosċ lil-Fargħun): ''Inti taf li dawn. (id-disa' sinjali). ma. niżżilhomx. għajr Sid is-smewwiet u l-art, biex bihom jinfetħu l-għajnejn. U jiena, ja Fargħun, tabilħaqq inqisek meqrud (għal dejjem)U

[103] Għalhekk (il-Fargħun) ried ikeċċihom mill-art (ta' l- Eġittu), iżda Aħna għerriqnieh, u lil ta' miegħu, ilkoll

[104] Imbagħad għedna lil Ulied Israel: 'Għammru fl-art (imqaddsa) U meta tasal il-wegħda tal-(Ħajja) l-Oħra, Aħna nġibukom bħala miġemgħa mħallta (ta' nies li jemmnu u oħrajn li ma jemmnux)

[105] Bis-sewwa niżżilnieh (il-Qoran), u bis-sewwa niżel. U ma' bgħatniekx (Muħammad). għajr biex. tagħti. l-bxara. (lir- tajbin) u twissi (lill-midinbin)

[106] (Dan huwa) Qoran li Aħna qassamnieh (minn żmien għal ieħor) biex taqrah lin-nies f'taqsimiet, u niżżilnieh ftit ftit

[107] Għid (Muħammad): 'Emmnu. fih (jekk tridu), jew temmnuxt' Tassew li dawk (il-ġusti fost il-Lhud u l-Insara) li ngħataw l-għarfien qablu (dan: il-Qoran), meta jinqralhom. (arahom) jinxteħtu wiċċhom fl-art (bil-qima)

[108] Huma jgħidu; ''Sebħ lil Sidnal Tabilħaqq seħħet. il- wegħda ta' Sidnaf

[109] Huma jinxteħtu wiċċhom fl-art, jibku, u (il-Qoran) iżidhom fl-umiltà. l

[110] (Għidfilhom Muħammad): 'Sejħu (lill-Mulej) 'Alla', jew sejħu(/u) 'Dak li Huwa Kollu Ħniena'l Sejħulu kif tridu għaliex tiegħu huma l-isbaħ ismijiet (kollha).' La tgħajjatx fit-talb tiegħek, u lanqas tgħidu minn taħt l-ilsien, iżda fittex għamla (xierqa ta' talb) bejn dawn (it-tnejn)

[111] U għid: Tifħir lil-Alla, li ma ħax għalih wild, li ma għandux xrik fis-setgħa (divina tiegħu), u lanqas ma jeħtieġ lil min iħarsu mit-tkasbirf' U faħħar il-kobor (ta' Sidek, Muħammad) kemm tiflaħl

L-Għar

Surah 18

[1] Tifħir lil Alla li niżżel fuq il-qaddej tiegħu (Muħammad) il-Ktieb (tal-Qoran), u ma għamel fih (ebda) tagħwiġ

[2] (Huwa Qoran) dritt, biex iwissi dwar kastig qalil (ġej) mingħandu, u biex jagħti l-bxara lil dawk li jemmnu, li jagħmlu l-għemejjel it-tajba, li għalihom hemm ħlas tajjeb

[3] Humajibqgħu fih għal dejjem

[4] Kif ukoll iwissi lil dawk li qalu: 'Alla ħa wild għalih

[5] Huma ma' għandhomx għarfien dwar dan, u lanqas missirijiethom (ma. kellhom). Hija kbira (u tal-biża') il- kelma li toħroġ minn fommhom (dwar il-wild ta' Alla). Huma ma jgħidux għajr gideb

[6] Għandek imnejn (Muħammad li) tifni lilek innifsek bil- ġiri. warajhom (biex tiftħilhom: għajnejhom, u. fl-inkwiet tiegħek għalihom); għaliex titnikket jekk ma jemmnux f'dan il-Kliem (iżda huna ma jistħoqqilhomx li toqgħod titnikker għalihom)

[7] Aħna għamilna dak li hemm fuq l-art bħala żina għaliha, biex inġarrbuhom (u fit-tiġrib inkunu nafu) min fosthom huma l-aħjar fl-għemil

[8] Aħna tabilħaqq għad nagħmlu dak (il-ġmiel ur l-ġid) li hemm fiiqha trab u xagħri (fejn xejn ma jinbet)

[9] Jaqaw, (Muħammad) inti tqis li nies l-għar u (nies) il-kitba. minquxa kienu ta' l-għaġeb (u l-akbar sinjal) fost is-sinjali tagħna

[10] (Ftakar, Muħammad) meta ż-żgħażagħ sikennew fl-għar u qalu: 'Sidna (il-Mulej), agħtina ħniena mingħandek, u ħejjilna triq tajba f'(din) il-qagħda (mwiegħra) tagħna

[11] U għalaqna widnejhom (b'velu u raqdu) fl-għar għal għadd ta' snin

[12] Imbagħad qajjimniehom (mir-raqda twila tagħhom) biex inkunu nafu min, miż-żewġ ġemgħat (in-nies ta' l-għar u n- nies tal-belt) huwa l-aħjar fil-kejl ta' kemm damu (reqdin)

[13] Aħna ngħidulek (Muħammad). il-ġrajja tagħhom. bis- sewwa: (kollu). Huma żgħażagħ li emmnu f'Sidhom, u żidniehom fit-tmexxija t-tajba

[14] Aħna rbatnielhom qlubhom (bis-saħħa u qawwejniehom fit-twemmin, u). meta qamu, qalu: 'Sidna huwa Sid is- smewwiet u l-arti Ma nsejħu 'Alla' lil ħadd għajru (għaliex li kieku nistqarru hekk) nkunu għedna gidba kbira

[15] Dawn niesna ħadu allat (oħra) għalihom minfloku, (iżda nixtiequ nkunu nafu). għaliex ma jġibux prova ċara. (li tagħtihom il-jedd jemmnu) fihom. Min hu agħar minn dak li jaqla' l-ġideb dwar Alla (u jgħid li għandu wild, u jxierek miċefiratlat oħra)

[16] Meta twarrbu minnhom u-minn dak li jqimu minflok Alla, stkennu fl-għar. Sidkom jifrex fuqkom mill-ħniena. tiegħu, u jħejjilkom ġid u faraġ fil-qagħda (mwiegħra) tagħkom

[17] Kont tara x-xemx, meta titla', tmil-minn fuq l-għar tagħhom lejn il-lemin, u meta tinżel, (kont taraha) titbiegħed fuq ix-xellug tagħhom, filwaqt li huma kienu. f'fetħa wiesgħa minnu (dak l-għar). Dak (kien wieħed) mis-sinjali ta' Alla. Dak li Alla jurih it-triq it-tajba, jinsab: miexi fiha (tassew), iżda lil-dak li jtelliflu t-triq, ma ssiblux min iħarsu u jmexxih fit-triq it-tajba

[18] Kont taħsibhom imqajmin (għaliex kellhom għajnejhom miftuħin), filwaqt li. (tabilħaqq) kienu reqdin. U qlibniehom fuq il-lemin u fuq ix-xellug (biex ebda naħa ta' ġisimhom ma: tinstelaħ ma'. l-art), waqt li: l-kelb: tagħhom kien b'dirgħajh mifruxin fuq l-għatba (ta' l- għar. biex iħarishom). Li kieku ħarist lejhom (f'dik il- qagħda. li kienu), kont titbiegħed minnhom, maħrub, u kont timtela bil-biża' minħabba fihom

[19] (U bħalma konna Aħna li raqqadniehom) hekk (ukoll konna Aħna li) qajjimniehom (mir-raqda tagħhom) biex. jistaqsu lil-xulxin (x'kien għadda minnhom, it-kemm damu hemm ġew). Wieħed minnhom qal: 'Kemm domtu (fl-għar) Qalu: ''Domna jum, jew ftit minnu.' (Oħrajn) qalu: 'Sidkom jaf l-aktar kemm domtu (fl-Għar), Ibagħtu lil xi ħadd minnkom il-belt b'din il-biċċa tal-fidda u jara liema l-aħjar ikel ġjista' jixtri biha); u ħalluh iġibilkom. minnu biex tikluh. Dan għandu jġib ruħu bil-ħlewwa (ma' nies il-belt), u ma jgħarraf lil ħadd bikom

[20] Li kieku kellhom jaqbdukom, żgur iħaġġrukom jew jeħdukom lura għat-twemmin (pagan) tagħhom, u (jekk iseħħ dan) qatt m'intom se tirbħu

[21] Hekk kxifniehom (liż-żgħażagħ ta' l-għar) biex (nies dik il-belt) ikunu jafu li l-wegħda ta' Alla (dwar il- qawmien mill-imwiet) hija minnha, u li ma hemm ebda dubju dwar is-Siegħa (tal-Ġudizzju). U meta (nies il-belt) ħaqquha. bejniethom dwar il-ġrajja tagħhom: (taż- żgħażagħ. fl-għar, uħud) qalu: 'lbnu fuqhom binil Sidhom jaf l-aktar dwarhom.' Dawk li għaddiet tagħhom qalu: ''Aħna tabilħaqq nibnu maqdes fuqhom

[22] (Uħud) se jgħidu (li nies l-għar) kienu tlieta, u bil-kelb (kienu). erbgħa: (oħrajn jippruvaw) jaqtgħu dwar il- mistur u jgħidu (li kienu) ħamsa u bil-kelb, sitta. (Iżda. oħrajn). jgħidu sebgħa u bil-kelb, tmienja. Għid (Muħammad): ''Sidi (il-Mulej) jaf l-aktar dwar l-għadd tagħhom. Ma jafuhomx għajr ftit (nies). Mela toqgħodx tmieri dwarhom, ħlief dwar dak li jidher ċar (dwar din il- ġrajja, u li huwa skond ir-Rivelazzjoni), u lanqas toqgħod tistaqsi lil ħadd minnhom (minn Nies il-Ktieb) dwarhom (dawn iż-żgħażagħ ta' l-għar)

[23] U la tgħid (qatt) dwar xi ħaġa: ''Jiena nagħmel dik (il- ħaġa) għada

[24] ħlief (iż-żjieda tal-kliem) 'Jekk Alla jridf' U ftakar f'Sidek meta tinsa (tgħid il-kliem: 'Jekk Alla jrid'), u. għid: ''Għandu mnejn Sidi jmexxini lejn dak li hu/eqreb lejn is-sewwa

[25] Huma baqgħu fl-għar. tagħhom tliet. mitt. sena (magħduda mad-dawrien tax-xemx), u żdiedu disa' (snin oħra magħduda mad-dawrien tal-qamar)

[26] Għid (Muħammad): ''Alla jaf l-aktar dwar kemm damu (fl-għar). Huma tiegħu l-ħwejjeġ mistura tas-smewwiet u l-art. Kemm jara tajjeb (kulma jagħmlu l-bnedmin), u kemm jisma' sewwal Ma għandhomx min iħarishom (iċ jgħinhom) ħliefu, u lanqas isieħeb lil ħadd fil-ħakma (divina) tiegħu

[27] Aqra (u ħabbar) dak li tnebbaħlek minn Ktieb Sidekl Ħadd ma jista' jbiddel Kliemu, u m'inti se ssib ebda kenn għajru

[28] Żomm lilek innifsek ma' dawk li jsejħu lil-Sidhom filgħodu u filgħaxija, għaliex ifittxu lil Wiċċu (fl-għemil tagħhom), u taqlax għajnejk minn fuqhom (biex tħares: naħa oħra, lejn l-għonja pagani) biex tfittex it-tlellix tal- ħajja (f'din) id-dinja. U lanqas toqgħod għal min nessejna. lil qalbu t-tifkir tagħna, mexa wara xewqatu, u. kien mitluf

[29] Għid (Muħammad): '(Dan huwa) is-sewwa minn Sidkom.' Għalhekk min irid, ħalli jemmen, u min irid, ħalli jiċħad it-twemmin' Aħna ħejjejna Nar għall-ħżiena, u s-sur tiegħu jdawwarhom. U jekk (fl-għatv kbir tagħhom) jitolbu l-għajnuna, jingħataw l-għajnuna: ilma: bħal ram imdewweb li jixwi l-uċuħ. Ta' għajb ix-xarba, ir mill-agħar il-friex (imħejji għall-ħżienajl)

[30] Dawk lijemmnu u jagħmlu għemejjel tajba (għandhom ikunu jafu li) Aħna ma ntellfux il-ħlas ta' min għamel it- tajjeb

[31] Dawk għandhom (imħejjija għalihom) il-Ġonna ta' l- Għeden bix-xmajjar jiġru taħthom, jiżżejnu fihom. bi brazzuletti tad-deheb, u jilbsu Ibies aħdar ta' l-ifjen ħarir u mbrukkat: fihom (f'dawk il-Ġonna) jimteddu fuq id- divani. Tassew sabiħ (dan) il-ħlas, u mill-aħjar il-friex (imħejji għat-tajbin)

[32] Ġibilhom (Muħammad, lil dawk li qalulek tkeċċi lill- foqra) it-tixbiha ta' żewġt irġiel: lil wieħed minnhom (li kien bla. twemmin) għamilnielu żewġ ġonna dwieli, dawwarniehom bis-siġar tal-palm, u bejniethom għamilna xi raba

[33] Kull wieħed miż-żewġ ġonna ta l-frott tiegħu, u xejn ma qagħad lura minn dan. F'nofshom. ħriġna xmara tgelgel

[34] U (sid iż-żewġ ġonna) kellu frott (kotran), u qal lil sieħbu (/i kien bniedem ta' twemmin), waqt li kien qiegħed jitħaddet miegħu (bi ftaħir kbir): 'Jiena għandi aktar ġid minnek, u aqwa minnek (fl-għadd) tan-nies (qaddejja tiegħi)

[35] U (is-sid l-imkabbar) daħal. fil-ġnien tiegħu fima' sieħbu biex jurih il-ġid li kellu), iżda (bl-imġiba ħażina u fis- suppervja tiegħu) kien naqas lejh innifsu u qal: 'Ma naħsibx li dan (il-ġnien) qatt jista' jinqered

[36] U ma-naħsibx li s-Siegħa (tal-Ġudizzju) ġejja. U jekk nintbagħat lura lejn Sidi (il-Mulej), tassew li (hemm) minfloku (dan il-ġnien) insib xi ħaġa aħjar minnu

[37] Sieħbu qallu, waqt li kien qiegħed jitħaddet miegħu (dwar dak li kien għadu kif sema''): ''Jaqaw tiċħad lil Dak li ħalqek minn trab, imbagħad minn nitfa (ta' sperma), u mbagħad sawrek f'raġel

[38] Iżda jiena (naf li) Huwa Alla Sidi (/i ħalaqni), u' ma nxierek ma' Sidi lil ħaddl

[39] Għaliex, meta dħalt fil-ġnien tiegħek, ma għedix: 'Dak li Alla ried (li jinbet f'dar. il-ġnien, nibet, kiber u ta l-frott); ma hemm (ebda) qawwa jekk mhux b'Alla' 7 Jekk tarani anqas minnek fil-ġid u fl-ulied

[40] għandu mnejn li Sidi jagħtini aħjar mill-ġnien tiegħek, u jibgħat fuqu sajjetta mis-sema u jsir trab jiżloq (hekk (i xejn ma jikber fih)

[41] jew l-ilma tiegħu jgħib taħt l-art, u ma tkunx tista' ssibu

[42] (U fis-siegħa u fil-waqr) il-frott tiegħu nqered (għal kollox), U (sid il-ġnien) beda jagħfas idejh (b'turija ta' niket. kbir) minħabba dak Ji kien nefaq għalih, u li. fissa) huwa. ħerba (tistrieħ) fuq il-kannizzati tagħha, filwaqt li qal (b: l ndiema iżda issa kien tard wisq): 'Aħjar l-ma xerikt lil ħadd ma' Sidif

[43] (Minkejja l-ftaħir kollu tiegħu, fis-siegħa tal-kastig. l- għani) ma kellux xi ġemgħa li setgħet tgħinu, minflok Alla, u (lanqas) ma seta' jeħles lilu nnifsu

[44] Hemm (f'tiġrib kbir bħal dak) il-ħarsien (jiġi) minn Alla, is-Sewwa. Huwa l-Aħjar fil-premju, u l-Aħjar (f'dak 17 /i) l-isbaħ tmiem (għal dawk li jintelqu f'idejh)

[45] Ġibilhom it-tixbiha tal-ħajja (f'din) id-dinja: (hija) bħal ilma li nniżżluh mis-sema: miegħu titħallat il-ħdura ta' l-art, u ssir karta niexfa li jtajjarha r-riħ. Alla għandu s-setgħa fiiq kolloxi

[46] Il-ġid u l-ulied (ma humiex għajr) iż-żina tal-ħajja (f'din) id-dinja, u (għan-nies ta' twemmin) il-ħwejjeġ li jibqgħu, it- tajbin, huma l-aħjar premju minn Sidek, u l-aħjar tama

[47] Fil-Jum li nħarrku (u mmexxu) l-iġbla (bħallikieku kienu sħab), u tara l-art mikxufa (mingħajr iġbla, siġar, jew bini li jostruha), u niġbruhom (lill-bnedmin) u ma nħallu barra lil ħadd minnhom

[48] u (jinġiebu u) jintwerew quddiem Sidek, saff saff, (ir-se jgħidilhom kollu għadab): ''Ġejtuna (għerja) Kif ħlaqniekom l-ewwel darba. Mhux biss, talli (fil-bluha tagħkom) ħsibtu li ma nagħmlulkomx żmien imwiegħed (eta għad niltaqgħu)

[49] U l-ktieb (ii fih miżżlu l-għemejjel kollha, ta' kulħadd) jitqiegħed (quddiemhom), u se tara lill-ħatjin imwerwrin minn dak li (vkireb) fih u jgħidu: 'Imsieken aħnal Xi ktieb huwa dan, li ma jħalli barra ebda ħaġa żgħira jew kbira, iżda jniżżilhaf' Huma jsibu quddiemhom dak li għamlu. U Sidek ma jonqos lejn ħadd

[50] U (ftakar) meta għedna' lill-anġli: ''Inxteħtu fl-art (u sellmu) lil-Adamt' U huma nxteħtu, għajr Iblis. Huwa kien wieħed mill-ġinn u kiser l-amar ta' Sidu (il-Mulej). Jaqaw tħallu lilu u lil nislu jħarsukom minfloki, meta huma għadu tagħkoml Hija ta' għajb għall-ħżiena. (din) il-bidla (minn qima lil Alla għal qima lix-Xitanji)

[51] (Lix-xjaten li intom tqimu) Jiena ma ġegħelthomx jixhdu għall-ħolqien tas-smewwiet u l-art, lanqas għall-ħolqien tagħhom infushom (ma ġegħelthomr jixhet); u ma għażiltx biex jgħinuni lil dawk. (ix-xjaten) li. jtellfu t-triq (lil ħaddieħor)

[52] Fil-Jum meta (A/la) jgħid (lil dawk li jxierku): ''Sejħu lil dawk li għedtu li-huma ixirka tiegħi (biex jeħilsukom mill- kastig li ġej fuqkom); buma jsejħulhom, iżda ma jweġbuhomx, u nagħmlu bejniethom (l-allat meqjuma u lil dawk li jxierku) imkien ta' telfien (fin-Nar)

[53] Il-ħarjin jaraw in-Nar u jintebħu li se jaqgħu fih. Huma ma jsibux kif iwarrbu minnu

[54] Aħna tabilħaqq fissirna biċ-ċar lin-nies, f'dan il-Qoran, kull tixbiha: Iżda l-bniedem fuq kollox (iħobb) iħaqqaqha

[55] U xi jżomm lin-nies milli jemmnu, meta (issa) ġiethom it-tmexxija t-tajba, u (xi jżommhom milli) jitolbu maħfra minn Sidhom, (u x'jistennew) ħlief li tiġihom id-drawwa. ta' nies l-imgħoddi (il-qerda), jew jiġihom il-kastig ma' wiċċhom

[56] Aħna ma nibagħtux il-Mibgħutin (ragħna) jekk mhux biex iħabbru l-bxara t-tajba u biex iwissu, Dawk li ċaħdu t-twemmin iħaqquha bi kliem qarrieq biex bih jeqirdu s- sewwa, u jkasbru s-sinjali tiegħi u dak (il-Qoran) li twissew bih

[57] Min huwa agħar minn dak li huwa mfakkar fis-sinjali ta' Sidu, iżda (minkejja dan) jagħtihom dahru u jinsa dak (il-ħażen). li għamlu idejh Aħna. tabilħaqq għamilna velijiet fuq qlubhom, hekk li ma jifhmuhx (il-Qoran), u f'widnejhom (qegħednielhom) toqol (biex ma jisimgħux), u jekk issejħilhom ( Muħammad) lejn it-tmexxija t-tajba, ma huma qatt se jimxu fit-triq it-tajba

[58] Iżda Sidek Kollu Maħfra u ta' ħniena. Li kieku kellu jikkastigahom ta' (l-għemejjel ħżiena) li kisbu, żgur li kien jgħaġġlilhom il-kastig (u jagħrihulhom f'din id-dinja stess). Mhux biss, talli għandhom żmien imwiegħed (meta għad jidhru quddiemu) li, meta jasal, ma jsibux kenn minnu (mill-Ġudizzju)

[59] Dawk (kienu) il-bliet li qridna (b'rieshom) meta dinbu, u għamilna żmien imwiegħed għall-qerda tagħhom

[60] U (ftakar, Muħammad) meta Mosċ' qal. lill-qaddej tiegħu (Ġożwe bin Nin): 'Ma niqafx qabel ma nilħaq l- imkien fejn jiltaqgħu ż-żewġt ibħra, imqar jekk nibqa' għaddej għal snin sħaħ

[61] U meta (Mosċ u l-qaddej) waslu. fl-imkien fejn jiltaqgħu (iż-żewġt ibħra), insew il-ħuta tagħhom, u fdin ma damitx ma reġgħet ħadet il-ħajja u) sabet triqitha lura fil-baħar

[62] U meta kienu mxew (frit mhux ħażin, Mosċ) qal lill- qaddej tiegħu: 'Ġibilna l-ikel tagħnal Tassew għejejna f'dan is-safar tagħna

[63] Qal(/u l-qaddej): 'Rajt (x'ġara) meta stkennejna mal- blata' Jiena nsejt il-ħuta. Ħadd ħlief ix-Xitan ma nessieni ngħidlek biha (ir ngħarrfek li kienet ħarbet mill-ġewlaq). (Dik il-ħuta) sabet triqitha fil-baħar b'mod ta' l-għaġeb

[64] Qal (Mosċ): ''Dak huwa li konna qegħdin infittxu.' U marru lura minn fejn ġew

[65] U (ħdejn il-blata) sabu (lill-Ħidr) qaddej mill-qaddejja tagħna li konna tajnieh ħniena mingħandna, U. għallimnieh għarfien ġej minna

[66] Qallu Mosċ: ''Nista' nimxi warajk biex tgħallimni minn dak li inti kont mgħallem dwar it-triq it-tajba

[67] (Qalflu l-Hidr): 'Tabilħaqq li inti ma tkunx. tista' toqgħod b'sabrek miegħil

[68] U kif toqgħod b'sabrek f'dak li ma għandekx għarfien dwaru

[69] Qal (Mosċ): 'Jekk Alla jrid, se ssibni bniedem ta' sabar, u f'xejn ma mmur kontrik

[70] Qal(lu l-Ħidr): 'Mela jekk ġej warajja, la tistaqsini xejn (dwar dak li nagħmel) sa ma ngħidlek jiena dwaru

[71] U telqu t-tnejn li huma. U (ġara /i) meta rikbu fil-ġifen (li nzerta kien għaddej fil-qrib, 'al-Hidr) taqqbu. Qal(lu Mosċ kollu għadab): ''Taqqabtu (il-ġifen) biex tgħerreq lil niesu (miegħu) 7 Għamilt ħaġa tassew strambal

[72] Qal(lu l-Ħidr): ''Ma. għedtlekx li ma tkunx. tista' toqgħod b'sabrek miegħi

[73] Qal(lu Mose): 'La tiħux għalija għaliex insejt (u. ksirt kelmti), u lanqas tkiddni (f'din is-sħubija tiegħi miegħek) u tagħmel il-qagħda tiegħi mwiegħra

[74] U (reġgħu) telqu t-tnejn li huma. U (ġara li) meta ltaqgħu ma' żagħżugħ, fal-Ħidr) qatlu. Qalflu Mosċ): Inti qtilt bniedem bla ħtija mingħajr ma (dan l-imsejken) kien qatel lil ħadd 7 Għamilt ħaġa tassew kerhaf

[75] (Qalflu l-ieħor): ''Ma għedtlekx li ma tkunx tista' żżomm b'sabrek miegħi

[76] Qal(lu Mosċ): 'Jekk (nerġa') nistaqsik xi ħaġa (oħra) wara dan, tisseħibx miegħi, u jkollok mogħdrija mingħandi

[77] U telqu (u baqgħu sejrin) sa ma waslu għand xi nies f'belt u talbuhom l-ikel, iżda dawk (in-nies) ma ridux jilqgħuhom għandhom. Fiha. (din il-belt, 'al-Hidr u Mosċ) sabu ħajt li kien għoddu se jiġġarraf (u l-Hidr) waqqfu dritt. Qal(lu Mosċ, meta ra hekk): ''Kieku ridt, kont titħallas tiegħu (ta ' xogħlok)

[78] Qal(lu l-Hidr, issa li Mosċ kien kiser kelmtu għat-tielet darba): ''Din hija l-firda bejni u bejnek. (Iżda qabel ninfirdu) se nħabbarlek it-tifsir ta' dak (kollu) li dwaru ma stajtx iżżomm b'sabrek

[79] Il-ġifen kien ta' xi fqar li kienu jaħdmu fuq il-baħar, u ridt nagħmillu l-ħsara għaliex (ibaħħar) warajhom kien.) hemm sultan (kiefer) li kien jaħtaf kull ġifen bil-qawwa. J

[80] Iż-żagħżugħ kellu ġenituri li jemmnu, u bżajna li jkiddhom bl-imġiba ħażina u. n-nuqqas. tat-twemmin tiegħu

[81] Għalhekk ridna li Sidhom (il-Mulej jeqirdu lil dak iż- żgħażugħ u) jibdilhulhom ma' (iben ieħor) aħjar minnu fl-imġiba safja, u eqreb (lejhom) fil-ħniena

[82] Il-ħajt kien ta' żewġ żgħażagħ iltiema fil-belt u taħtu kien hemm teżor (midfisn), li kien tagħhom. Missierhom kien ġust, u Sidek ried illi jsiru rġiel u joħorġu t-teżor tagħhom bi ħniena minn Sidek (u b 'ħajr talli missierhom kien bniedem ġust. Dak li jiena għamilt, u li inti ma stajtx tifhmu) ma għamiltux minn jeddi. Din hija t-tifsira. ta' dak (kollu) li dwaru ma stajtx iżżomm b'sabrek

[83] U (il-Lhud) jistaqsuk (Muħammad) dwar Di l-Qarnajn (iġifieri 'Dak tal-Qrun''); għidfilhom): 'Se ngħidilkom xi ħaġa dwaru

[84] Aħna tabilħaqq tajnieh il-qawwa (i s-setgħa) fuq l-art, u tajnieh kif jista' jasal għal kollox

[85] Huwa mexa fi triq (minnhom, lejn il-Punent)

[86] u hekk kif wasal (fl-ibgħad imkien) fejn tinżel ix-xemx, sabha nieżla (Bħallikieku) f'għajn (imdardra) bil-ħama, u biswitha sab xi nies. Għedna: ''Ja Dii l-Qarnajn, (iri għandek is-setgħa) jew li tikkastiga/hom, jekk jagħmlu l-ħażen), jew 1oħodhom bil-ħlewwa

[87] Qal: 'Min jagħmel il-ħażen, se nikkastigawh, imbagħad jintradd lura lejn Sidu u jikkastigah b'kastig liema bħalu

[88] Imma min jemmen u jagħmel il-ġid, għalih hemm l-aħjar ħlas (fil-Ġenna), u l-amar tagħna lilu jkun ħafif (għali)

[89] Imbagħad (Dii l-Qarnajn) mexa fi triq (oħra, fejn il-Lvant)

[90] u hekk kif wasal (fl-ibgħad imkien) fejn titla' x-xemx, sabha tielgħa fuq nies li ma konniex għamilnielhom kenn minnha (i/ għalhekk kienu jgħixu għerja u taħt l-art)

[91] Hekk (ukoll għamel hawn, bħalma: għamel. fil-Punent: ikkastiga lill-ħżiena fosthom u ħalla t-tajbin), u Aħna konna nafu sewwa fiex kien

[92] Imbagħad mexa fi triq (oħra, hejn il-Lvant u l-Punent)

[93] uhekk kif wasal (fi mkien) bejn iż-żewġt iġbla, sab ġens (jgħix) warajhom: li bilkemm: kien jifhem kelma (ra' Isien barrani ieħor)

[94] (Huma qalulu): ''Ja Di l-Qarnajn, (kun af li nies) la'ġuġ u Ma'ġiiġ jagħmlu ħsara fl-art, u għalhekk (si rgħid kieku kellna) niġbrulek il-ħaraġ (bħala ħlas għalik) biex bejnna u bejnhom ittella' ħajt qawwi (li jħarisna minnhom)

[95] (Qalilhom): 'Is-setgħa li tani Sidi (il-Mulej) hija aħjar (minn kull ħlas ieħor), u għalhekk għinuni bil-qawwa (tagħkom) u ntella' bejnkom u bejnhom sur (biex tisrkennu warajh)

[96] Agħtuni bċejjeċ tal-ħadidi' (L) beda x-xogħol) sa. ma tella' (il-bini). fl-għoli. taż-żewġt iġnub ta' l-iġbla (u qabbad il- ħġejjeġ) u qal (lil dawk in-nies): 'Ontħu (fuq il-bċejjeċ tal- ħadid. bl-immiefaħ)i' U meta. għamilhom. (ħomor) nar qalilhom): 'Ġibuli ram imdewweb biex inferrgħu fuqul

[97] U (nies Ja'ġirġ u Ma'ġilġ) ma setgħux jitilgħu fuqu (dak is- sur) u ma setgħux jinfduh (daqs kemm kien mibni sewwa)

[98] Qal (Dii l-Qarnajn); ' Dan (is-sur Jnnwa) ħniena minn Sidi, iżċe meta tasal il-wegħda ta' Sidi, (is-sur) jagħmlu frak (t l-ġmus Ja'ġiiġ u Ma'ġiġ joħorġu minn warajh), u l-wegħda ta' Sidi hij tabilħaqq (u sseħħ dejjem)

[99] Dakinhar (i l-ġnus jitħalltu). inħallu whud minnhom jogħlew bħal mewġ fuq l-oħrajn, tindaqq il-trumbetta (li fħabbar l-Aħħar Jum), u niżmgħuhom ilkoll kemm huma

[100] U (dakinhar nuru l-Infem. lil-dawk bla twemmin, beraħ. quddiemhom)

[101] dawk li (f'ħajjirhom: kiemu bla twemmin a). għajnejhom kient fmgezwrin) f'għata (u. ma setgħux jaraw. il-kobor. tal-ħolġien. madwarhom u ma setgħux) jiftakru fija (u jsebbħumi), u ma kinux jistgħu jisimgħu (ir-agħlim ta' Ala kif niżel fil-Qoran imqaddes)

[102] Jaqaw dawk li ċaħdu t-twemmin jaħsbu li (jistgħu) jieħdu till- qaddejja. tiegħi (ill-angli, jew. lil Għużajr, jew lil Ġesii). biex iħarsuhom. minfloki): Aħna tabilħaqq. ħejjejna l-Infem fejn joqogħdu dawk li ma jemmmux

[103] Għid(ilhom Muħammad lil ta' bla. fwemminj: Tridu nħabbrilkom dwar dawk li huma l-akbar telliefa bl-għemejjel (tagħhom)

[104] Huma dawk li t-tħabrik tagħhom fil-ħajja (f'din) id-dinja jintilef (u ii fix-xejn), u jaħsbu li huma qegħdin jagħmlu tajjeb

[105] (Dawk huma li jiċħdu s-sinjali ta' Sidhom £ fosthom il-Qoran) u l-laqgħa miegħu (fl-Aħħar Jum, u għalhekk) l-għemejjel tagħhom. jisfaw fix-xejn, u f'Jum il-Qawmien ma nagħtuhom ebda toqol l (ta' ġieħ)

[106] Dak huwa ħlashom: l-Infem, talli ċaħdu t-twemmin u kasbri s- sinjali u l-Mibgħutin tiegħi

[107] Tassew li dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid għandhom (imħejjija għalihom) il-Ġonna tal-Firdaws'' biex joqogħdu fihom

[108] Fihom jgħammru għal dejjem, u ma jkunu jridu ebda bidla (i xejn aktar) ħliefhom

[109] Għidfi/hom: 'Kieku l-baħar kien linka għal Kliem Sidi, il-baħar kien jinħela qabel ma jinħela Kliem Sidi, ukoll kieku kellna nżidu ( baħar ieħor) bħalu

[110] Għid: Jiena m'iniex għajr bniedem bħalkom. Huwa nebbaħ lili li Alla tagħkom huwa Alla Wieħed, u min jittama fil-laqgħa. ma' Sidu. (il-Mulej, biex jikseb il-ħlas mixtieq) għandu jagħmel għemil ta' ġid, u ma jxierek lil ħadd fil-qima ta' Sidu

Marija

Surah 19

[1] Kaf. Ha'.Ja'. Għajn. Sad

[2] (Muħammad, din hija) tifkira tal-ħniena ta' Sidek lill- qaddej tiegħu Żakkarija

[3] Meta sejjaħ lil Sidu (u talbu) bil-moħbi

[4] Qal: 'Sidi, tabilħaqq li għadmi ddgħajjef u (xagħar) rasi xegħel bil-bjuda. Jiena ma kontx, Sidi, imnikket bit- talb lilek (għaliex nti dejjem weġibrni)

[5] Jiena tassew nibża' mill-qraba tiegħi (Zi jitilfu t- twemmin u, wara li mmut, jilħqu) warajja, u marti ma' jistax ikollha tfal. Għalhekk (nitolbok) agħtini werriet mingħandek (it-tjieba tiegħek)

[6] Huwa jiritni, u jiret minn nies Ġakobb (il-profezija u l- għerf), u agħmlu, Sidi, bniedem li jgħaxxqek

[7] (alla qallu): 'Ja Żakkarija, Aħna tabilħaqq nagħtuk il- bxara t-tajba (imwassla minn anġlu) dwar tifel jismu Ġwanni; lil ħadd qablu ma tajna dan l-isem

[8] Qal (Żakkarija): ''Kif ikolli tifel meta marti ma jistax ikollha tfal, (aktar u aktar issa li xjaħet) u jiena kbirt u sirt xiħ għakka

[9] Qal(lu Alla): 'Hekk (se jiġri, bħalma ħabbartlekjl Sidek qal: 'Din għalija (ħaġa) ħafifal Jiena tabilħaqq ħlaqtek, qabel, meta inti ma kont xejni

[10] Qal (Żakkarija): ''Sidi, agħtini sinjal (meta marti titqal).' Qal(lu Alla): ''Is-sinjal tiegħek ikun li ma tkellimx lin-nies għal (tlett ijiem u) tliet iljieli, minkejja li inti f'saħħtek (u titkellem)U

[11] Għalhekk (Żakkarija) ħareġ mill-maqdes għal għand niesu, u fehemhom bis-sinjali (li beda jagħmel b'rasu u b'idejh, li għandhom) isebbħu (lil: Alla u jitolbuh) filgħodu u filgħaxija

[12] (Fi ċkunitu Ġwanni kien ħa dan l-amar mingħand Alla): 'Ġwanni, żomm sħiħ mal-Ktieb (tat-Tora).' U tajnieh l- għerf sa minn tfulitu

[13] (U tajnieh ukoll) ħniena mingħandna (lejn kulħadd, kif ukoll) sata (mid-dnub), u kien jibża' minn Alla

[14] kien jagħti ġieħ lil missieru u lil-ommu, u ma kienx imkabbar, (tr lanqas) jirvilla

[15] Sliem fuqu (keżlu) fil-jum li twieled (u sliem ikollu) fil- jum li jmut, u fil-Jum li jitqajjem għall-Ħajja

[16] Semmi (Muħammad). fil-Ktieb lil Marija (u l-ġrajja tagħha), meta warrbet minn niesha (u marret) fi mkien fil- Lvant (ta' Ġerusalemm biex tqatta' ħin tqim u titlob lil Alla)

[17] U nsatret minnhom b'velu, u (imbagħad) bgħatnielha lil ruħna (l-anġlu Gabrijel), u dehrilha f'għamla ta' bniedem sħiħ

[18] Qalet (imbeżżgħa): ''Infittex kenn minnek f'Dak li hu Kollu Ħniena. Jekk inti tibża' minn Alla, (ara li ma tagħmilli ebda ħsara)t

[19] (Qalfilha l-anġlu: 'La tibżaxt) Jiena biss il-Mibgħut ta' Sidek (il-Mulej, u ġejt) biex nagħtik (il-bxara dwar) iben safi (mid-dnub)

[20] Qalet (Marija): 'Kif ikolli iben meta ma messni (ebda) bniedem, u (qatt) ma kont żienja

[21] (Qalilha l-anġlu Gabrijel): 'Hekk. (se jiġri, bħalma ħabbartlek)i Sidek qal: 'Din għalija (ħaġa) ħafifa, u (Aħna rridu) nagħmluh (lil ibnek) sinjal għan-nies, u ħniena minna'' Din tassew ħaġa maqtugħa ( 4 se sseħħji)

[22] Għalhekk hija tqalet bih, u warrbet bih fi mkien imbiegħed (għaliex beżgħet li niesha jixluha biż-żina)

[23] U l-uġigħ tal-ħlas ġabha lejn iz-zokk tal-palma u (fin-niket tagħha) qalet: ''Mhux li mitt qabel (ima seħħ) dan, u (mhux: li) kont minsija għal kolloxi

[24] U (leħen Ġesii tarbija, jew dak ta' l-anġlu Gabrijel, instema'' isejħilha minn taħtha (u jgħidilha): 'La titnikkitxl Sidek (il-Mulej) ħareġ minn taħtek nixxiegħa (i//ma)

[25] Heżżeż lejk zokk il-palma; tamar misjur twaqqa' fuqek (is-siġra u tkun tista' tieklu)

[26] Mela kul u ixrob, u thenna (u tfarraġ bit-tarbija ta' l- għaġeb li għadek kif wellidiji U jekk tara lil-xi ħadd mill- bnedmin (u jistaqsik dwar ibnek), għidlu): 'Jiena għamilt. wegħda ma' Dak li hu Kollu Ħniena ta' sawra (mill-kliem). u llum ma jiena se nkellem ebda bniedemi

[27] U ġabitu (fil Ġesis tarbija) għand. niesha, iġġorru (f'dirgħajha), uu qaluflha. maħsudin): ''Marijal Tassew għamilt ħaġa ta' l-għaġebl

[28] Ja oħt Aron (x'mort għamilt b'idejk), missierek. ma kienx raġel ħażin, u ommok ma kinitx żienja

[29] Iżda hi, (minflok qagħdet tħaqqaqha magħhom) għamlet sinjal lejh (biex ikellmu lit-tarbija, iżda huma) qalu: 'Kif (nistgħu) inkellmu lil min għadu tarbija fil-benniena

[30] Qal(ilhom Ġesij: 'Jiena tabilħaqq il-qaddej ta' Allal Huwa tani l-Ktieb (ta' l-Evariġelju) u għamilni Profetal

[31] Għamilni mbierek (u nagħmel il-ġid ma' kulħadd), kulfejn inkun, u ordnali (nagħmel dejjem) it-talb u l-karità kemm indum ħaj

[32] u (għamilni) twajjeb ma' ommi, u ma għamilnix imkabbar, (u lanqas) miżerabbli

[33] Is-sliem fuqi (kelli) fil-jum li twelidt, (is-sliem ikolli) til- jum li mmut, u fil-Jum li nitqajjem għall-Ħajjat

[34] Dak huwa Ġesii bin Marija. (Dan huwa) kliem is-sewwa li (dawk li jħobbu jħaqquha) imieru lil xulxin (u għandhom dubju) dwaru

[35] Ma jkun (qatt) li Alla jieħu għalih wild. Sebħ lilul Meta jaqta' xi ħaġa, (arah) jgħidilha biss: 'Kunl' u tkun

[36] (Ġesiv stqarr u-amar): ''Tabilħaqq li Alla huwa Sidi u Sidkom. Mela qimuhl Din hija triq dritta

[37] Iżda s-setet (tal-Lhud u ta' l-hisara) ma qablux bejniethom (dwar Ġesir); Ħażin għalihom dawk li ċaħdu t- twemmin, meta għad jaraw Jum tal-biża' l

[38] (Ismagħhom u arahom) fil-Jum li jiġu għandnal Iżda Ilum il-ħżiena jinsabu f'telfien fid-dieherl

[39] U widdibhom (Muħammad lill-ħżiena) dwar Jum il-ħasra, meta l-kwistjoni (dwar x'se jsir minnhom) tinqata', filwaqt li huma moħħhom imtajjar u ma jemmnux (f'Jurr il-Ħaqq)

[40] Tabilħaqq li Aħna nirtu l-art u kulmin hemm fuqha, 1 lejna jitreġġgħu lura (il-bnedmin kollha)

[41] Semmi (ukoll Muħammad) fil-Ktieb lil Abraham (u l- ġrajja tiegħu). Huwa kien tabilħaqq bniedem ta' kelmtu, Profeta

[42] Meta (Abraham) qal lil missieru: 'Missier, għaliex tqim dak (l-idolu) li la jisma', la jara, u lanqas jiswielek f'xejn

[43] Missier, tabilħaqq ġieni għarfien li ma ġiex lilek. Mela imxi warajjal Jiena mmexxik fi triq dritta

[44] Missier, la tqimx lix-Xitanl Tassew li x-Xitan (fil-kburija tiegħu) jeħodha kontra Dak li huwa Kollu Ħniena

[45] Missier, nibża' li jmissek kastig mingħand Dak li huwa Kollu Ħniena, u (triuf meta) tkun ħabib tax-Xitan

[46] (Qallu missieru): 'Jaqaw inti, Abraham, tiskerrah l-allat tiegħi (u ma għadekx 'tqimhom)' Jekk mhux se tieqaf (titkellem kontra l-allat ta' missirijietna), żgur inħaġġrekt U itlaqni għal żmien twill

[47] Qal(lu Abraham): 'Sliem għalikl Se nitlob lil Sidi (il- Mulej) jaħfirlek. Huwa tabilħaqq twajjeb miegħil

[48] Jiena ninfired minnkom u minn dak li ssejħu minflok Alla, u se nitlob lil Sidi. Għandi mnejn ma ninkeddx bit-talb tiegħi lil Sidi (għaliex Huwa dejjem jisma' talbi)

[49] U metanfired minnhom u minn dak li jqimu minflok Alla, Aħna tajnieh lil Iżakk u lil Ġakobb, u lil kull wieħed minnhom għamilna Profeta

[50] Aħna tajniehom (lil Abraham; lil-Iżakk, u lil Ġakobb kull ġid spiritwali u materjali) mill-ħniena tagħna, u tajniehom ġieħ u tifħir kbir (fost il-bnedmin)

[51] U semmi (ukoll Muħammad) fil-Ktieb lil Mosċ (u l-ġrajja tiegħu). Tabilhaqq li kien magħżul (minn Alla), u kien Mibgħut, Profeta

[52] Aħna sejjaħnielu min-naħa tal-lemin tal-muntanja (Sinaj), u qarribnieh (lejna) biex niltaqgħu u nitkellmu

[53] U mill-ħniena tagħna tajnieh lil ħuh Aron bħala Profeta (ukoll)

[54] U semmi (Muħammad) fil-Ktieb lil Ismagħel (u l-ġrajja tiegħu). Tabilħaqq li kien iżomm kelmtu, u Kien Mibgħut, Profeta

[55] Huwa kien jamar lil niesu jitolbu u jagħtu l-karità, u kien milqugħ b'għaxqa għand Sidu

[56] U fil-Ktieb semmi lil 'Idris (in-nannu ta' Noċ). Huwa kien tassew bniedem ta' kelmtu, (u kien ukoll) Profeta

[57] Aħna tellajnieh fi mkien għoli

[58] Dawk kienu wħud mill-Profeti li Alla xeħet il-grazzja (tiegħu). fuqhom, minn nisel Adam, minn dawk li ġarrejna ma' Noċ (fl-arka), minn nisel Abraham u Israel, u minn dawk li mexxejna fit-triq it-tajba, u li konna għażilna, Meta jinqrawlhom il-versi ta' Dak li huwa Kollu Ħniena, (arahonr) jinxteħtu fl-art bil-qima u bil- biki

[59] Iżda warajhom ġie nisel (ħażin) li telaq it-talb I (imwaqqaf, bil-liġi) u mexa wara x-xewqat. (Għalhekk nies dan in-nisel) se jsibu l-qerda (ti t-telfien ta' dejjem)

[60] ħlief min nidem, emmen u għamel il-ġid. Dawk jidħlu l- Ġenna, u xejn ma ssir inġustizzja magħhom

[61] (Huma jidħlu) il-Ġonna ta' l-Għeden li Dak li-huwa Kollu Ħniena wiegħed lill-qaddejja tiegħu fil-mistur. Il- wegħda tiegħu tabilħaqq ġejja (u sseħħ żgur)

[62] Hemm ma jisimgħux kliem fieragħ, imma (kliem ta') sliem, u fihom (dawk il-Ġonna) għandhom l-għajxien tagħhom, filgħodu u filgħaxija

[63] Dik hija l-Ġenna li nagħtu b'wirt lil-min, fost il- qaddejja tagħna, kien jibża' minn Alla

[64] (L-anġlu Gabrijel qal): 'Ma nitniżżlux (mis-sema bir- Rivelazzjoni) jekk mhux bl-amar ta' Sidek, Tiegħu dak li għandna quddiemna, dak li jinsab warajna, u dak li hemm bejniethom. Sidek ma jinsa qattl

[65] Huwa Sid is-smewwiet u l-art; u kulma jinsab bejniethom. Mela agħtih qima (Muħammad), u stabar fil-qima tiegħu, Jaqaw taf (lil ħaddieħor) bl-Isem tiegħu

[66] Il-bniedem (li ma jemminx) jgħid: 'Jaqaw meta mmut se ninħareġ ħaj ('mill-qabar)

[67] Mela l-bniedem ma jiftakarx li Aħna ħlaqnieh, qabel, meta ma kien xejn

[68] Għalhekk fuq Sidek (Muħammad), Aħna tabilħaqq niġbruhom, u x-xjaten. (ukoll). Imbagħad tassew inġibuhom għarkubbtejhom madwar l-Infernt

[69] Imbagħad minn kull ġemgħa (li kellha twemmin ieħor), tassew noħorġu l-agħar fosthom li ħaduha kontra Dak li huwa Kollu Ħnienal

[70] (Aħna tabilħaqq nafu b'dawk li l-aktar ħaqqhom jinxtwew fih fl-Infern)i

[71] Ma hemm ħadd minnkom (sew jekk Mislem, sew jekk ta' Twemmin ieħor) li ma jersaqx lejh (l-Infern). Din ħaġa li Sidek (il-Mulej) qata' li għandha sseħħ

[72] Imbagħad neħilsu lil dawk li (f'ħajjithom) beżgħu (minna u għamlu l-ġid), u nħallu l-ħżiena għarkubbtejhom fih (għal dejjem)

[73] Meta jinqrawlhom il-versi ċari tagħna, dawk li ċaħdu l- twemmin jgħidu lil-dawk li jemmnu: 'Liema miż-żewġ ġemgħat (aħna jew intom) tinsab. fl-aħjar qagħda, u liema minnhom jagħmlu l-isbaħ laqgħat (dawk tagħkom li jmorru għalihom il-foqra u l-magħkusin, jew il-laqgħat tagħna li jiġu għalihom l-għonja u l-kbarat)

[74] U kemm-il ġens (imkabbar bħalhom) qridna qabilhom, li kienu aħjar minnhom fit-tagħmir tad-djar (lussużi tagħhom) U fid-dehra (tagħhom)

[75] Għid (Muħammad): ''Min jinsab mitluf, Dak li huwa Kollu Ħniena jżidu sewwa (fl-għomor u l-ġid), sa ma (jasal iż-żmien ti) jaraw (isseħħ) dak li kienu mwiegħda: jew il-kastig, jew is- Siegħa (li rogrob bla xejn ma jżommha). Imbagħad ikunu jafu. min huwa fl-agħar imkien u l-aktar dgħajjef fil-qawwieti

[76] Alla jżid fit-tmexxija t-tajba lil dawk li jimxu fit-triq it-tajba, u l-ħwejjeġ tajba li jibqgħu huma aħjar, għand Sidek, bħala ħlas u bħala tmiem (xieraq li jġib miegħu hena għal dejjem fil- Ġenna)

[77] daqaw rajt (Muħammad) lil dak li jiċħad is-sinjali tagħna u (bil-wiċċ kollu) jgħid: ''Żgur ningħata ġid u wlied (fil-Ħajja l- Oħra)

[78] Jaqaw(dan)ra l-mistur, jew daħal f'xi rabta ma' Dak li huwa. Kollu Ħniena (u jaf x'se jsir minnu fil-Ħajja l-Oħra)

[79] Lel Senikibu dak li jgħid, u tassew inżidulu l-kastigl

[80] Aħna nirtuh dak li qiegħed jgħid (u għandna jgħaddu wliedu. tr ġidu kollu), u (mbagħad arah) jiġina waħdu (u ma jkollu lil ħadd min jgħinu f'Jum il-Ħaqq)

[81] Huma ħadu allat (oħra) minflok Alla, biex ikunulhom ta' qawwa u ġieħ

[82] Le, (mhux kif ħasbuji (F'Jum il-Ġudizzju, dawk l-allat stess) se jiċħdu l-qima tagħhom, u jkunu kontrihoml

[83] Mela ma tarax (Muħammad) li-Aħna (qajjimna u) bgħatna x- xjaten kontra dawk li ċaħdu t-twemmin, u jkesksuhom waħda sew (biex jidinbu kemm jifilhu)

[84] Għalhekk la tgħaġġilx kontrihom. (Muħammad, fit-talba tiegħek biex jinqerdu), għaliex qegħdin ngħoddulhom l-għadd (tal-jiem tagħhom f'din id-dinja)

[85] (Ftakar, Muħammad) fil-Jum li niġbru (fil-Ġenna) lill-ġusti għal għand Dak li huwa Kollu Ħniena, bħala ġemgħa mweġġħa (bl-unuri kollha li jistħoqqulha)

[86] u nsuqu lill-ħatjin lejn l-Infern, bħal bhejjem għatxana (li jgħaġġlu lejn in-nixxiegħa biex jixorbu)

[87] (il-bnedmin) ma jkollhomx il-jedd jaqbżu għal (dawk il- pagani, u lanqas isibu min jaqbeż għalihom), ħlief min ikun ħa. l-wegħda (dwar dan) mingħand Dak li huwa Kollu Ħniena

[88] (Il-Lhud, l-Insara, u l-pagani) jgħidu: 'Dak li huwa Kollu Ħniena ħa għalih wild

[89] Tabilħaqq ħriġtu b'ħaġa tal-biża

[90] Is-smewwiet għoddhom iċċarrtu bih (dan il-kliem tal-biża'), l-art (waslet biex) tinqasam, u l-iġbla (waslu biex) jiġġarrfu għal kollox

[91] (minħabba) li jgħidu li Dak li huwa Kollu Ħniena għandu wild

[92] Mhux xieraq għal Dak li huwa Kollu Ħniena li jieħu wildt

[93] Kulmin jinsab fis-smewwiet u fl-art ma jiġix għand Dak li huwa Kollu Ħniena jekk mhux bħala qaddej (umli tiegħu)

[94] Huwa jaf'kemm huma, u għaddhom sewwa

[95] U kull wieħed minnhom għad jiġih f'Jum il-Qawmien, waħidu (mingħajr ebda għajnuna)

[96] Lil dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, Dak: li huwa Kollu Ħniena tabilħaqq se jagħtihom l-imħabba (tiegħu)

[97] Tabilħaqq li ħaffifnieh (dan il-Qoran) bl-ilsien (Għarbi) tiegħek (Muħammad), biex tagħti l-bxara bih lil dawk li jibżgħu minn Alla, u twissi bih lil nies kiefra

[98] Iżda kemm-il ġens (imkabbar bħalhom) qridna qabilhom. Intix tara (issa, Muħammad) lil-xi ħadd minnhom, jew intix tisma' l-iċken ħoss minnhom

Ta-Ha

Surah 20

[1] Ta' Ha

[2] Ma. niżżilnilekx. (Muħammad). il-Qoran. biex. toqgħod. tinkedd (u tbati)

[3] iżda biex ikun ta' tifkira (uż twissija) għal min jibża' (mill- kastig ta' Alla)

[4] Ktieb imniżżel minn min Ħalaq l-art u s-smewwiet l- għoljin

[5] Dak Kollu Ħniena li ntasab fuq it-Tron (tas-sergħa divina)

[6] Tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, dak li hemm bejniethom, u kulma jinsab taħt it-trab (ta' l-art)

[7] Jekk titkellem (Muħammad) fil-beraħ (jew le), Huwa tabilħaqq jaf il-mistur (tiegħek u dak li hu) aktar moħbi (minn hekk)

[8] Allat Ma hemmx alla (ieħor) għajru, u tiegħu huma l- isbaħ ismijiet

[9] Waslitlek (Muħammad) il-ġrajja ta' Mosċ

[10] Metaranaru qal lil niesu: ''Ibqgħu (stennew) hawnl Jiena tassew rajt narl Għandi mnejn inġibilkom' xrara minnu (ir tisħnu biha), jew. qrib in-nar insib xi tmexxija (u nsir naf minn fejn għandna ngħaddu għall-Eġittu)

[11] Meta wasal ħdejh, kien imsejjaħ (hekk): 'Mosċl

[12] Jiena Sidekl Mela neħħi l-qorql Inti tabilħaqq tinsab fil- wied imqaddes (imsejjaħ) Tuwà

[13] Jiena għażiltek (biex rkun Profeta tiegħi). Mela isma' dak li jitnebbaħ//ekji

[14] Tabilħaqq li Jiena Alla; ma hemmx alla (ieħor) għajrit Mela: agħtini qima u agħmel it-talb biex tiftakar fijal

[15] Tabilħaqq li s-Siegħa ġejja, iżda se naħbiha (mill-bnedmin) biex kull ruħ titħallas ta' dak (it-tajjeb jew il-ħażin) li tħabrek għalih

[16] Mela (oqgħod b'seba' għajnejn, Mosċ, li) min-ma jemminx fiha. (dik is-Siegħa tal-biża'). u jimxi wara xewgatu, ma jżommokx: (milli tirħejja tajjeb) għaliha, u. tinqered. (għal dejjem bħalu)l

[17] Ux'inhu, Mosċ, dak li għandek f'idek il-leminija

[18] Qal (Mosċj: 'Dak huwa l-ħatar tiegħi li nserraħ fuqu, u bih inqaċċat il-ħaxix għall-merħla tiegħi, barra li jaqdini għal ħwejjeġ oħra)

[19] (Qalfhu Alla): 'Ixħtu (fl-arr), Moset

[20] U xeħtu. U ara, sar serp jitħarrek sew

[21] (Qalflu l-Mulej): ''Aqbdu, u la tibżaxi Se nreġġgħuh għalli kien qabell

[22] Agħmel idek (il-leminija) taħt abtek (u tara kif) toħroġ bajda. (silġ u tiddi), mingħajr (ma. tiġrilek ebda) ħsara; (dan ikun) sinjal ieħor (li juri l inti l-Mibgħut tagħna)

[23] biexnunik (uħud) mis-sinjali kbar tagħna

[24] Mur għand il-Fargħunl (Issa) għamel wisq (ħażen, 1 jridha ta' allajl)

[25] Qal (Mose): Sidi, iftaħli qalbi beraħ. (u dawwalha: bit- twemmin)

[26] uħaffifli l-ħidma tiegħi (li qiegħed tqabbadni nidħol għaliha)

[27] ħoll għoqda (li għandi) fi lsieni

[28] biex jifhmu kliemi

[29] wagħtini minn (fost) niesi lil min jgħinni

[30] lil-Aron, ħija

[31] ubih qawwini

[32] u sieħbu fil-ħidma (tal-profezija tr l-missjoni) tiegħi

[33] biex (jiena u hu) insebbħuk bil-bosta

[34] niftakru fik bil-bosta

[35] Inti tabilħaqq (dejjem) tarana (f'kulma nagħmilujf)

[36] (Qalfhi l-Mulej): 'Mosċ, it-talb tiegħek (instema' u) intlaqa

[37] Aħna tabilħaqq konna tajniek, darba oħra, mit-tjieba tagħna (qabel ma ngħatajt il-profezija)

[38] meta nebbaħna lil ommok dak li jitnebbaħ (u għednielha)

[39] Qiegħdu (lil ibnek Mosċ) fil-kaxxa (ta' l-injam) u ixħtu fix-xmara (Nil), u x-xmara titfgħu fuq ix-xatt, u jieħdu għadu tiegħi u għadu tiegħu.' U Jiena xħett fuqek imħabbti biex titrabba taħt għajnejja

[40] Meta oħtok marret u qalet (li/ nies il-Fargħun): 'Tridu nurikom min. ċjista') jieħu ħsiebuf' U reġġajniek għand ommok biex hi tieħu r-ruħ (meta terġa' tarak) u ma titnikkitx. Imbagħad (meta ffarfart u sirt żagħżugħ) inti qtilt l bniedem, u ħlisniek mis-saram (u l-biża' mill-Fargħun). U ġarrabniek kemm-il darba, bqajt għal xi snin fost nies Madjan, imbagħad, Mosċ, ġejt fil-ħin magħżul minn qabel (li fih ridna nibagħtuk għand il-Fargħun)

[41] Jiena għażiltek għalija (biex rkun il-Profeta tiegħi)

[42] Mur, inti u ħuk, bis-sinjali tiegħi, u la tonqsux milli tiftakru fija (u tfaħħruni kif jixraq)

[43] Morru t-tnejn li intom għand il-Fargħun Huwa tabilħaqq għamel wisq (ħażen)l

[44] Kellmuh bil-ħlewwa; għandu mnejn jitwiddeb, jew jibża' (mill-kastig ta' Alla)

[45] (Mosċ u Aron) qalu: ''Sidna. (il-Mulej), aħna tabilħaqq nibżgħu li (mera nkellmu lill-Fargħun) huwa jeħodha kontrina, jew li jġib ruħu ħażin wisq (magħna)

[46] Qal(ilhom): ''La tibżgħuxl Jiena magħkom Jiena nisma' u nara (kollox)i

[47] Mela morru għandu u għidulu: 'Aħna tabilħaqq iż-żewġ Mibgħutin ta' Sidek. Ibgħat magħna lil Ulied Israel, u la taħqarhomxl Aħna tassew ġibnielek sinjal minn Sidek (Żi juri li qegħdin ngħidu s-sewwa), u s-sliem (u l-ħelsien mill- kastig ta' Alla) għal min jimxi fit-triq it-tajbal

[48] Aħna tassew tnebbaħna li l-kastig (se jkun) fuq min giddeb (is-sinjali u l-Kelma ta' Alla), u ta dahru (u ma'tax widen)

[49] (Qalfilhom il-Fargħun): 'Mosċ, min hu Sidkom intom it- tnejn

[50] Qal(lu Mosċ): 'Sidna huwa Dak li jagħti lil kull ħaġa l- għamla tagħha, imbagħad imexxiha (fit-triq it-tajba)

[51] Qal(lu l-Fargħun): 'U x'ġara mill-ġnus tal-qedem

[52] Qal(lu Mosċ): 'L-għarfien dwarhom jinsab għand Sidi, (u kollox jinsab imniżżel) fi ktieb. Sidi la jitqarraq u. lanqas jinsa

[53] Huwa li għamlilkom l-art bħal friex, li fetħilkom fiha mogħdijiet (biex tgħaddu minnhom fit-tħabrik tagħkom u) niżżel ilma mis-sema'' U ħriġna bih għamliet minn bosta xtieli

[54] (u għedna:) 'Kulu u irgħu l-bhejjem tagħkom Tabilħaqq li f'dak (kollu) hemm sinjali għal nies bil-għaqal

[55] Minnha (l-art) ħlaqniekom, fiha nreġġgħukom fu ssir trab), u minnha noħorġukom darba oħra (biex tidhru. quddiem Alla f'Jum il-Ħaqq)

[56] Aħna wrejnieh (lill-Fargħun) is-sinjali kollha tagħna (kif qabbadna lil Mosċ jurihomlu), u hu giddeb (dawk is- sinjali) u ma riedx (jisma' u baqa' jitkabbar)

[57] Huwa qal (lil Mosċ): ''Jaqaw, Mosċ, inti ġejt fostna biex toħroġna minn artna bis-seħer tiegħek

[58] Tassew li (nistgħu) inġibulek seħer bħalul Mela sejjaħ għal laqgħa f'ħin miftiehem bejnna u bejnek, u la nonqsu milli niġu għaliha, aħna. u lanqas inti, (u dan ikun) fi mkien miftiehem

[59] Qal(lu Mosċ): 'iil-laqgħa tagħkom ikun f'Jum il-festa, u ara li n-nies jinġabru filgħodu

[60] (Il-Fargħun) ta dahru, fassal in-nasba tiegħu, imbagħad ġie lura

[61] Mosċ qalilhom: 'Ħażin għalikoml La taqilgħux il- gideb dwar Alla, għaliex (inkella) jeqridkom b'kastig (mill-agħar). Joħroġ tellief dak li jaqla' l-gidebi

[62] U ħaqquha bejniethom dwar din il-kwistjoni, u żammu kollox mistur

[63] Qalu: ''Tabilħaqq li dawn it-tnejn (Mosċ u 4ron) huma żewġ sħaħar li jridu joħorġukom minn artkom bis-seħer tagħhom, u jxejnu l-għamla ta' ħajja mill-aħjar tagħkom

[64] Għalhekk ftiehmu dwar in-nasba tagħkom, imbagħad ejjew (ilkoll flimkien), saff wieħed. Illum jirbaħ dak li jkun minn fuq (u sgħaddi tiegħu)

[65] Qalu (is-sħaħar): ''Mosċ, jew tixħet (inti l-ħatar tiegħek, l- ewwel), jew inkella nkunu aħna l-ewwel li nixħtu

[66] (Qalilhom): ''Le, ixħtu intom (l-ewwel)i' U ara, il-ħbula u. l-bsaten. tagħhom dehrulu qegħdin. jitħarrku bis-seħer tagħhom

[67] Għalhekk Mosċ bħal ħass xi biża' fih innifsu

[68] (Għednierlu): 'La tibżaxi Tabilħaqq se tkun minn fuql

[69] Ixħet dak li għandek f'lemintekl (Dan) se jibla' dak li għamlu (is-seħer tagħhom). Kulma għamlu kien biss qerq ta' saħħar, u s-saħħar ma joħroġx rebbieħ (fil-ħajja). imur fejn imur

[70] (Imbagħad Mosċ xeħet il-ħatar tiegħu, u dan sar serp kbir. li dar għas-sriep tas-sħaħar Eġizzjani u kielhom.) Għalhekk is-sħaħar. ġew mixħutin. fl-art, jagħtu qima, u qalu: Nemmnu f'Sid Aron u Mosċi

[71] (Qalfilhom il-Fargħun): 'Emmintu fih qabel ma' tajtkom permess. jienż. Huwa tabilħaqq il-kbir tagħkom li għallimkom is-seħer (u konru miftehmin miegħu biex taħrfu s-saltna' f'idejkom)i Tassew li naqtagħlkom. idejkom u. riġlejkom, id ta' naħa u riġel ta' naħa oħra, imbagħad insallabkom: maz-zkuk tas-siġar tal-palm, u tassew tkunu tafu min minna jagħti kastig aktar qalil u li jdum l-aktarl

[72] Qalu(luj: ''M'aħniex se nippreferuk mis-sinjali ċ-ċari li ġewna, u minn Dak li ħalaqnal Għalhekk aqtagħha kif trid (dwarna, iżda kun af li) inti tkun tista' biss taqtagħha f'din il-ħajja ta' (din) id-dinjat

[73] Aħna tassew nemmnu f'Sidna, biex jaħfrilna ħtijietna u s- seħer li ġegħeltna nagħmlu. Alla huwa l-Aħjar, u l-aktar li jdum

[74] Tabilħaqq li min jiġi ħati quddiem Sidu, għalih hemm l- Infern. Fih, la jmut u lanqas jgħix (ħajja tajba)

[75] Iżda min jiġi quddiemu bit-twemmin, u (f'ħajtu) ikun għamel il-ġid, (nies bħal) dawk jinsabu fil-gradi l-għolja (tal-Ġenna, fl-għamajjar fejn isibu)

[76] il-Ġonna ta' l-Għeden bix-xmajjar jiġru taħthom; fihom jgħammru għal dejjem. Dak ikun il-ħlas ta' min issaffa (mit- tinġis tad-dnub)

[77] Aħna tassew nebbaħna lil-Mosċ (ur għednielu): 'Terraq billejl mal-qaddejja tiegħi, u iftħilhom triq niexfa fil-baħar. La tibżax li jilħqek (il-Fargħun), u lanqas tibża' (mill: għarqa)

[78] U l-Fargħun mar għal warajhom bil-qawwiet tiegħu, u'l baħar għattiehom għal kollox (u għerrighom)

[79] Il-Fargħun tellef it-triq lil niesu, u ma mexxihomx sewwa

[80] Ja Wlied Israel, (fżakru (i) tassew ħlisniekom mill-għadu tagħkom, għamilna wegħda magħkom mal-ġenb tal-lemin tal-muntanja (fis-Sinaj u tajna t-Tora lil Mosċ), u niżżilnielkom il-manna u s-summien

[81] (Għednielkom): 'Kulu mill-ħwejjeġ tajba li. tajniekom għall-għajxien tagħkom, u f'dan la taqbżux il-limiti. (ta'. Alla), hekk li jkun jistħoqqilkom l-għadab tiegħi. U min ikun jistħoqqlu l-għadab tiegħi, huwa mitlufl

[82] U Jiena tabilħaqq dejjem naħfer lil min jindem, jemmen, jagħmel il-ġid, u mbagħad jimxi fit-triq it-tajba

[83] (Alla kellem lil-Mosċ fuq il-muntanja u qalhuż) 'Mosċ, x'kien li għaġġlek (u ġejt) qabel niesek

[84] Qal (Mosċ): ''Dawn ġejjin għal warajja, u għaġġilt lejk, Sidi, biex tithenna (b'għemili)

[85] (Qalflu Alla): ''Aħna tassew ġarrabna lil niesek (wara l inti tlajt fuq il-muntanja u ħallejthom) warajk. u s-Samiri tellifhom it-triq (mera ħajjarhom iqimu lill-għoġol)

[86] Għalhekk Mosċ reġa' lura għand niesu, mgħaddab (għalihom u fl-istess ħin) imnikket. Qal(ilhom): 'Ja niesi, mela Sidkom ma wegħedkomx wegħda tajba (/i jagħtikom it-Tora biex timxu fuqha) 2 Jaqaw għadda żmien twil minn fuqkom (u nsejtu l-patt), jew ridtu li jinżel fuqkom għadab minn Sidkom u ksirtu l-wegħda miegħi (li tibġgħu fit-triq: ta' Allaj)

[87] Qalu: 'Aħna ma ksimiex il-wegħda miegħek bir-rieda tagħna, iżda konna mġiegħla nġorru toqol fuq toqol (ta' deheb u fidda) miż-żina tan-nies (tal-fargħun) u xħetniehom (fin-nar), u hekk ukoll qal is-Samiri li għandu jsir

[88] (Min-nar) ħarġilhom xbieha ta' għoġol, li kien jgħajjat (meta jgħaddi. r-riħ. minnu), u qalu: ''Dan. huwa l-alla. tagħkom, u l-alla ta' Mosċ, iżda (Mosċ) nesa (lil dan alla tiegħu, u mar ifittxu fuq il-muntanja)

[89] Mela ma rawx li (dan l-għoġol) ma kellimhomx fineta sejħulu), u la seta' jkunilhom la ta' ħsara u lanqas ta' fejda

[90] Aron kien tassew diġà qalilhom, qabel (ma Mosċ reġa' lura fosthom, u wissiehom): ''Ja niesi, intom qegħdin biss tiġġarrbu bih (dan l-għoġol). Iżda tabilħaqq li Sidkom huwa. Dak Kollu Ħniena, u għalhekk imxu warajja u oqogħdu għall-amar tiegħil

[91] (Qaluflu): 'M'aħniex se nieqfu nqimu (lill-għoġol). sa ma jerġa' lura għandna Mosċ (u mbagħad naraw x'nagħmlu)

[92] Qal (Masċ): 'Aron, x'żammek, meta rajthom mitlufin

[93] milli timxi warajja (u tagħdab għalihom, bħali) Jaqaw mort kontra l-amar tiegħi

[94] Qal(lu Aron): 'Ja bin ommi, la taqbadnix mid-daqna u. lanqas minn (xagħar) rasi (fl-għadab tiegħek). Jiena tassew. bżajt li (jekk inkellimhom, jinqala' xi għawġ fost niesna, U mbagħad kont tixlini u) tgħid: 'Inti ġibt firda fost Ulied Israel, u ma stennejtx l-amar tiegħil

[95] Qal (Mosċ): 'X'inhi din tiegħek, ja Samirr

[96] Qal (is-Samiri): ''Jiena rajt dak li (niesek) ma rawx (ill- anġlu Gabrijel riekeb id-debba tal-ħajja), u għalhekk qbadt qabda (trab) mill-marka tal-pass tal-Mibgħut (Gabrijel) u tfajtu (fuq l-għoġol. u dan beda jgħajjat). Hekk ħajritni qalbi fli għandi nagħmel)i

[97] Qal(lu Mose): ''Mela tlaqt Tabilħaqq li (minn issa 'l quddiem) f'(din). il-ħajja jeħtieġlek. tgħid: 'Ħadd ma jmiss(ni), u ma mmiss lil ħaddf Tassew li għandek ħin imwiegħed (Jum il-Qawmien) li żgur m'intix se titlef. U (issa) ħares lejn l-alla tiegħek li bqajt tqimu (sa l-aħħar): aħna tabilħaqq naħarquh, u mbagħad tassew inxerrduh għal kollox (bħala rmied) fil-baħari

[98] Tabilħaqq li Alla tagħkom huwa biss A//ġht Ma hemmx alla. (ieħor). għajrul Huwa jiġbor kollox. fl-għerf (divin tiegħu, u ma'jaqbiżlu xejnji)

[99] Hekk ngħidulek uħud mill-ġrajjiet ta' dak li għadda qabel, tassew tajniek tifkira u bxara mingħandna (fi hija l-Qoran)

[100] Min jagħtiha l-ġenb, tassew li f'Jum il-Qawmien se jġorr toqol (tad-dnub tal-biża)

[101] u jibqgħu fiha (din il-qagħda) għal dejjem. Ħażin ikum għalihom (dak) it-toqol f'Jum il-Qawmien

[102] fil-Jum li tindaqq it-trumbetta. U niġbru l-ħatjin, dakinhar, (if għajnejhom isiru) żoroq (bil-biża)

[103] Huma jitkellmu bejniethom minn taħt l-ilsien. (u. jgħidu '(Fid-dinja) ma domtux aktar minn għaxart (ijiem)i

[104] Aħna nafu l-aktar dwar dak li jgħidu (bejniethom), meta l- aħjar wieħed fosthom fl-imġiba (u fl-għerf) jgħid: 'Ma domtux aktar minn jumb

[105] Jistaqsuk (Muħammad) dwar l-iġbla. Għidilhom: ''Sidi. (il- Mulej) iqaċċathom għal kollox u jxerridhom bħat-trab

[106] U jħallihom bhal qiegħ, wita (/ċjn xejn ma jikber)

[107] uma tara xejn mgħawweġ jew imħaddeb fiha (l-art, iżda tara biss art wietja għall-aħħar)

[108] Dakinhar jimxu wara (l-anġlu Israfil) li jsejjaħ (l-erwieħ. Huwa jsejħilhom jinġabru fil-post tal-Ġudizzju, u l-erwieħ jgħaġġlu lejl). mingħajr ebda tagħwiġ (u bla ma joħorġu mit-- triq). U l-ilħna (jiskru) u joqogħdu għal Dak li huwa Kollu Ħniena, u ma tismax ħlief tħaxwix (ta' passi ta' l-erwieħ li jkunu għadhom qegħdin jaslu)

[109] Dakinhar ma tiswiex l-interċessjoni, ħlief għal min ikollu l- permess ta' Dak li huwa Kollu Ħniena, u li jkun jogħġbu fi kliemu

[110] (alla) jaf b'dak li (il-ħlejjaq tiegħu) għandhom quddiemhom u. warajhom, iżda huma ma għandhomx għarfien dwaru

[111] L-uċuħ (kollha) jitbaxxew (b'wniltġ) quddiem il-Ħaj, Dak li jżomm minnu nnifsu għal dejjem. U tassew joħroġ tellief u jarralu min iġorr il-ħażen

[112] Iżda min jagħmel għemejjel tajba u jemmen, ma jibża' minn ebda inġustizzja jew tnaqqis (fil-ħlas (i għandu jieħu)

[113] Hekk niżżilnieh (Muħammad, dan il-Ktieb biex ikun) Qoran Għarbi, u fih fissima biċ-ċar ftit mit-theddid (u mit-twiddib tagħna), biex forsi jibżgħu minn Alla jew (għandu mnejn li dan il-Qoran) iġib fihom tifkira (ta' kif għandhom jgħixu ta' Misilmin)

[114] Għoli wisq Alla, is-Sultan, il-Ħaqqi U tgħaġġilx (Muħammad) bil-Qoran (meta l-anġlu Gabrijel ikun għadu qiegħed jaqralek minnul Taqbadx taqra miegħu) qabel ma tintemm ir-rivelazzjoni. tiegħu lilek, u għid: 'Sidi (il-Mulej), żidni fl-għarfien

[115] Tassew dħalna f'rabta ma' Adam, qabel, (mera wissejnieh biex ma jersaqx lejn is-siġra) iżda huwa nesa, u.ma sibniex fih rieda qawwija

[116] (Ftakar, Muħammad) meta għedna lill-anġli: ''Inxteħtu fl-art (e sellmu) lil-Adamf' U huma nxteħtu, ħlief Iblis. (għaliex) ma riedx

[117] U għedna: 'Adam, dan ( 25/ 35) tassew għadu tiegħek u ta' martek, u għalhekk ara li ma joħroġkomx mill-Ġenna, u (mbagħad żgur) titgħakkesl

[118] Tabilħaqq li (fil-Ġenna) għandek (ġid biżżejjed) biex fiha la tkun bil-ġuħ u lanqas għeri

[119] u la tkun bil-għatx fiha, u lanqas tkiddek ix-xemx

[120] Iżda x-Xitan fesfislu u qal(/ 2): 'Adam, tridni nurik fejn tinsab is-siġra (Ii tagħti lil min jiekol minnha s-setgħa) tal-ħajja ta' dejjem, u (jkollok) saltna bla tmiem

[121] Huma. t-tnejn (Adam u Eva) kielu minnha, U dehritilhom l-għera tagħhom. U bdew iħitu fuqhom xi weraq tal-Ġnien (biex jitgħattew bihom). Adam m'obdiex lil Sidu (il-Mulej) u ntilef

[122] Imbagħad ( 4dam nidem u) Sidu għażlu u dar lejh (bil- imaħfra) u mexxieh (fit-triq it-tajba)

[123] (Alla) qal (lil Adam u lil-Eva): fInżlu minnha (il- Ġenna). it-tnejn. li intom, (u l-bnedmin. li: jitnisslu minnkom ikunu) għedewwa ta' xulxin. Jekk tiġikom tmexxija. tajba mingħandi, min jimxi fuq it-tmexxija tiegħi la jintilef u lanqas jitgħakkes

[124] U min jagħti l-ġenb lit-tifkira tiegħi, tabilħaqq li jkollu għajxien magħkus, u agħma nqajmuh mill-imwiet f'Jum. il-Qawmien

[125] Huwa jgħid: 'Sidi (il-Mulej), għaliex qajjimtni mill- imwiet agħma, meta qabel) kont nara

[126] Alla jgħid/luj: ''Bħalma ġewk is-sinjali u r-Rivelazzjoni: tagħna u inti nsejthom (u għalaqt għajnejk għalihom u ma tajt kashom), hekk ukoll illum inti tintesal

[127] Hekk inħallsu lil min għamel wisq (ħażen) u ma jemminx fis- sinjali u r-Rivelazzjoni ta' Sidu. Il-kastig ta' l-Oħra (tal-Ħajja l-Oħra) huwa aktar qalil u jdum aktar

[128] Mela ma jintebħux (il-pagani f'Mekka) Kemm-il nisel qridna qabilhom (bħal dawk ta' Għad, Tamiid, u Lot, għaliex kienu giddbu l-Mibgħutin ta' Alla), u (għadhom) qegħdin jimxu qalb id-djar (meqruda) tagħhom (u għalhekk jistgħu jiftakru fil- kastig ta' Alla) 7 Tabilħaqq li f'dak hemm sinjali għal nies bil- għaqal

[129] Likieku mhux għal Kelma li laħqet (ingħarar) minn Sidek (li jħalli l-ħlas mistħoqq lil kulħadd għal) żmien imsemmi (Jum il-Ġudizzju), Kieku. (il-kastig tagħhom) kien ikun qabad magħhom. (fid-dinja stess u ma jħallihomx)

[130] Mela stabar (Muħammad) b'dak li jgħidu (biex igiddbuk), u faħħar is-sebħ ta' Sidek (il-Mu/ej) qabel tlugħ ix-Xemx u qabel inżulha, u sebbaħ (li/ 4/a) fis-sigħat tal-lejl u fi truf in-nhar, biex forsi tithenna

[131] U ara li ma tmiddx għajnejk (bir-regħha) fuq dak. (il-ġid materjali) li tajna lil-xi wħud minnhom il-fjur tal-ħajja (f'din) id-dinja, (l tajnihulhom) biex inġarrbuhom bih. U l-ġid ta' Sidek huwa aħjar u jdum aktar

[132] Qabbad (Muħammad) lil niesek jagħmlu t-talb. u stabar (ini wkoll) bih. Aħna ma nitolbukx ġid. Aħna nagħtuk biex tgħix, U l-aħjar tmiem (fil-Ħajja l-Oħra) jinsab fil-biża' ta' Allat

[133] (fil-pagani) jgħidu: 'Mhux li kien (Muħammad) iġibilna xi sinjal minn Siduf' Mela ma ġihomx is-sinjal ċar ta' dak li jinsab fil-Kotba ta' qabel (bħat-Tord u l-Evanġelju)

[134] Li kieku (lill-pagani ta' Mekka) qridniehom b'kastig qablu (dan il-Qoran, u qabel ma bgħatna fosthom lil Muħammad), kienu jgħidu: 'Sidna, mhux li bgħattilna Mibgħutt Għaliex konna nimxu fuq is-sinjali tiegħek, qabel ma niċċekknu u naqgħu fil-għajb

[135] Għid(ilhom Muħammad): 'Kull (wieħed minna). qiegħed jistenna. Mela stennew, u se tkunu tafu min huma dawk fit-triq id-dritta, u min-mexa fit-triq it-tajba

Il-Profeti

Surah 21

[1] Qorob għan-nies (iż-żmien ta') il-kont tagħhom, iżda huma moħħhom imtajjar u ma jagħtux kas

[2] Ma tiġihom (ebda) tifkira ġdida minn Sidhom li ma jisimgħuhiex u ma jeħduhiex biċ-ċajt

[3] Qlubhom jgħaddu ż-żmien, u dawk li għamlu l-ħażen jitkellmu bejniethom bil-moħbi (u jgħidu): 'Jaqaw dan (Muħammad) ma huwiex ħlief bniedem bħalkom Jaqaw taqgħu għas-seħer (tiegħu) b'għajnejkom miftuħa

[4] Qal(ilhom Muħammad): ''Sidi jaf il-kliem (li jingħad) fis-sema u fl-art. Huwa jisma' kollox u jaf kollox

[5] Iżda huma qalu: 'Thewdin tal-ħolm (dan il-Qoran). Lel Huwa qalgħu minn żniedu, anzi huwa (ma huwa xejn aktar minn) poeta. Mela ħalli jġibilna sinjal, bħalma ntbagħtu l-ewwel (Proferi b'sinjali minn Alla)U

[6] Ebda belt (minn dawk) li qridna qabilhom ma kienet emmnet (minkejja s-sinjali li ġewha). Jaqaw (issa l- pagani ta' Mekka) se jemmnu

[7] U qablek (Muħammad) ma bgħatniex (bħala Profeti u Mibgħutin) jekk mhux irġiel imnebbħin minna. Għalhekk: (jekk għadkom bejn ħalltejn dwar dan) staqsu lil dawk li għandhom it-tifkira (fost il-Lhud u l-Insara, Nies. il- Ktieb), jekk ma tafuxl

[8] Lanqas. għamilniehom (lill-Profeti u lill-Mibgħutin tagħna) iġsma li ma jiklux ikel, u lanqas għexu għal dejjem

[9] Imbagħad żammejna l-wegħda magħhom u ħlisniehom, u (magħhom ħlisna) lil-dawk li ridna, filwaqt li qridna lil dawk li għamlu wisq (ħażen)

[10] Aħna tabilħaqq niżżilnielkom Ktieb li fih (issibu) it- tifkira u l-ġieħ tagħkom. Jaqaw ma għandkomx għaqal biex tifhmu (dan il-ġid kbir li sar magħkom)

[11] Kemm-il belt qridna, li kienet ħażina, u warajha qajjimna ġnus oħra

[12] U ara, meta ħassu ( 4 raw) il-qilla (tal-kastig) tagħna, huma: ħarbu minnha

[13] (L-anġli jgħidulhomr) 'La taħarbux. iżda erġgħu lura lejn it- tgawdija li ngħatat lilkom, u lejn djarkom, biex forsi ikunu mistoqsija (jekk kienx xieraq il-kastig li ħadtu)U

[14] Huma qalu: 'Msieken aħnat Aħna tabilħaqq konna ħżienaf

[15] U dik baqgħet is-sejħa tagħhom, sama (gridniekom u) għamilniehom bħal għalqa maħsuda, ħemdin (u bla ħajja)

[16] Ma ħlaqniex is-sema, l-art u dak li hemm bejniethom bil- logħobl

[17] Likieku ridna xi mogħdija taż-żmien, konna nsibuha f'dak li għandna (u konna nedhew bl-anġli), kieku ridna nagħmlu ħaġa bħal din

[18] Iżda Aħna nixħtu s-sewwa fuq il-qerq (biex jolqtu bil- qawwa) u jxejnu, u arah meqrudt Ħażin għalikom ta' dak (il- gideb) li taqilgħu (dwarna)

[19] Tiegħu huwa kulmin jinsab fis-smewwiet u fl-art. U dawk (l- anġli) li jinsabu għandu, la jitkabbru biex. igimuh, u' lanqas (qati) jegħjew (fil-qima tiegħu)

[20] (Huma jsebbħufh) lejl u nhar, bla ma (qatt) jehdew

[21] Jaqaw ħadu (għall-qima tagħhom) allat mill-art li jqajmu l- mejtin

[22] Kieku fihom it-tnejn (fis-smewwiet u fl-ari) kien hemm allat (oħra) minbarra Alla, kieku kienu jitħawdu bejniethom. (i/ jinqerduji Sebħ til-Alla, Sid'it-Tron, (għaliex Huwa ogħla) minn dak li jaqilgħu (dwari)

[23] Huwa ma huwiex mistoqsi dwar dak li jagħmel. (għaliex Huwa s-Sid u l-Ħallieq). iżda huma jkunu mistoqsijin (dwar l- għemejjel tagħhom għaliex huma l-qaddejja)

[24] Jaqaw ħadu (għall-qima 1agħhom) allat minflokuż Għidfilhom. Muħammad): ''Ġibu. l-prova tagħkoml. Dan. (il- Qoran) huwa t-tifkira għal (niesi) li jinsabu miegħi, u t-tifkira għal dawk (minn Nies il-Ktieb) li kienu qabli.' Iżda ħafna minnhom ma jafux is-sewwa, u jibqgħu ma jagħtux kas

[25] Qablek (Muħammad) ma bgħatna ebda Mibgħut li ma konniex nebbaħnieh li-ma hemmx alla ħliefi. Mela qimuni (u xxierku lil ħadd miegħi)

[26] Qalu: ''Dak li huwa Kollu Ħniena għandu wild (minn fost l-anġli tiegħujf' Sebħ lilul (L-anġli tiegħu) ma humiex ħlief qaddejja mweġġgħin

[27] Huma ma jitkellmux qablu, u bl-amar tiegħu jagħmlu (ir-rieda tiegħu)

[28] Huwa jaf dak li hemm quddiemhom u warajhom. Huma ma jaqbżux jekk mhux għal min (jafis li A/la) tgħaxxaq bih, u minħabba l-biża' tagħhom minnu, huma jkunu mwerwrin

[29] U min minnhom (dawk l-anġli) jgħid: 'Jiena alla minfloku,' lil dak inħallsuh bl-Infern, Hekk inħallsu lill- ħżiena

[30] Mela ma jarawx dawk ta' bla twemmin illi s-smewwiet u l-art kienu ħaġa waħda u (imbagħad) ftaqniehom, u mill-ilma għamilna kull ħaġa ħajja. Jaqaw ma jemmnux (fis-setgħa ta' Alla)

[31] U għamilna iġbla fuq l-art, imqiegħda fis-sod, biex ma titħarrikx bihom, u fihom għamilna toroq wiesgħa biex forsi jagħrfu t-triq (u ma jintilfux fis-safar tagħhom)

[32] U s-sema għamilnieh saqaf imħares tajjeb (biex ma jaqax), iżda huma ma jagħtux kas tas-sinjali tiegħu

[33] Huwa li ħalaq il-lejl u n-nhar, u x-xemx u l-qamar; kollox għaddej idur fid-dawra tiegħu

[34] Ma tajna lil ebda bniedem qablek li jgħix għal dejjem. Jaqaw meta tmut inti (Muħammad), huma se jibqgħu jgħixu għal dejjem

[35] Kull ruħ idduq il-mewt, u Aħna nġarrbukom bil-ħażin u bit-tajjeb, u lejna titreġġgħu lura

[36] Meta' dawk li ċaħdu t-twemmin jarawk (Muħammad), huma tna jġibux irwieħhom miegħek ħlief biż-żebliħ u jgħidu (bi stmerrija): 'Jaqaw dan hu li jsemmi (fil-batal) l-allat tagħkomħ' Huma jiċħdu li jsemmu (bit-tifħir) lil Dak li huwa Kollu Ħnienal

[37] Il-bniedem inħalaq mill-għaġla. Se nurikom is-sinjali tiegħi (u kif nitħallas minn dawk li ħaduha kontrija iżda kollox iseħħ f'ħinu), mela la tgħaġġlunixi

[38] (il-pagani) jgħidu (b'żebliħ' lill-Profeta u lil-dawk li jemmnu): ''Meta (sseħħ) din il-wegħda (dwar il-kastig), jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[39] Kieku dawk li ċaħdu t-twemmin kienu jafu (x'se jkun il-kastig tagħhom) meta ma jkunux jistgħu jżommu lura n-Nar minn wiċċhom jew minn daharhom, u ma jsibux għajnuna, (imkien, kieku ma kinux jifkellmu hekk)

[40] Let Huwa (in-Nar) jiġihom għal għarrieda, hekk li jħawwadhom, u la jkunu jistgħu jaħarbuh, u lanqas jingħataw aktar żmien (biex jindmu)

[41] Mibgħutin. (oħra): qablek kienu /mżebilħin (Muħammad), iżda dawk li ddieħku bihom (spiċċaw) imdawra (huma stess minn kull naħa) b'dak (il-kastig) li kienu jżebilħu

[42] (Għidfilhom Muħammad): ''Min iħariskom: billejl u binhar mill-fkasrig ta') Dak li huwa Kollu Ħniena 7' Iżda huma ma jagħtux widen għat-tifkira (u għat-twissija) ta' Sidhom (il-Mulej)

[43] Jaqaw għandhom allat li jħarsuhom minna' Dawn la jistgħu jgħinu lilhom infushom, u lanqas huma mħarsin minna

[44] Lel Aħna ħallejna lil dawn in-nies u lil missirijiethom igawdu (f'din id-dinja), sa ma daħlu sew fiż-żmien. (i ħasbu li se jibqgħu jgawdu dak kollu għal dejjem). Mela ma jarawx li Aħna niġu fuq l-art (bil-Mibgħutin tagħna u nagħtuha lin-nies ta' twemmin), u nnaqqsulha t-truf tagħha (minn idejn dawk li ċaħdu t-twemmin safi) 7 Jaqaw (issa) huma r-rebbiħin

[45] Għid(ilhom Muħammad): 'Qiegħed inwissikom. biss bir-Rivelazzjoni.' Iżda t-torox ma jisimgħux is-sejħa, meta jitwissewi

[46] U jekk tmisshom (l-iċken) nefħa mill-kastig ta' Sidek, huma tassew jgħidu: ''Msieken aħnal Aħna konna tabilħaqq ħżienal

[47] Aħna nqiegħdu l-imwieżen tal-ħaqq ( 4 nħejjuhom) għal Jum il-Qawmien, u xejn ma ssir inġustizzja ma' ebda ruħ. U jekk (għemi' il-bniedem) ikun (biss) it-toqol ta' żerriegħa tal-mustarda, (arana). nġibuh (biex isir ħaqq minnu). Aħna biżżejjed biex nagħmlu l-kontijiett

[48] Aħna tajna lil-Mosċ u lil Aron il-Qjies (bejn it-tajjeb u l-ħażin, li hu t-Torà), u dawl u tifkira għal dawk li jibżgħu minn Alla

[49] dawk li jibżgħu minn Sidhom bil-moħbi, u huma mbeżżgħin mis-Siegħa (ral-Ġudizzju)

[50] Dan (il-Qoran huwa) tifkira mbierka li Aħna niżżilna. Jaqaw intom tiċħduha

[51] Qabel, konna tajna l-għaqal lil- Abraham (sa minn ċkunitu), u konna nafuh sew

[52] (Ftakar, Muħammad) meta qal lil missieru u lil niesu: $X'inhuma dawn ix-xbihat li intom tqimu

[53] Qalu: ''Sibna lil missirijietna jqimuhom

[54] (Qalfilhom Abraham): (Tassew li intom u missirijietkom kontu f'telfien mill-aktar ċarl)

[55] Qal(ulu niesu): 'Jaqaw ġejtna bis-sewwa, jew inkella inti minn dawk li jgħaddu ż-żmien fil-logħob

[56] Qal: ''Le (mhux hekkt Għandkom tkunu tafi li) Sidkom huwa Sid is-smewwiet u l-art, dak li ħalaqhom, u jiena fost dawk li jixhdu għal dan

[57] U naħlef fuq Allal Tassew se nara x'nagħmel bix- xbihat tagħkom (biex negridhom), wara li tkunu tlaqtu (għall-festa ta' kull sena)i

[58] U (Abraham) għamilhom frak, ħlief għall-(idolu) il-kbir fosthom, biex. forsi jerġgħu lura lejh (ww jsaqsuh min kisser l-idoli l-oħra)

[59] Qalu (nies Abraham, meta reġgħu lura mill-festa): Min għamel dan lill-allat tagħna huwa tassew mill- agħarf

[60] Qalu (ukoll): ''Smajna żagħżugħ isemmihom (u qal li ried jeqridhom), jismu Abraham

[61] Qalu: 'Mela ġibuh (hawn) biex jarawh in-nies u forsi jixhdu (għal dan li ġara)l

[62] Qalu(lu): 'Jaqaw inti għamilt dan. lill-allat tagħna, Abrahami

[63] (Qalfilhom): 'Le, imma l-(idolu) il-kbir fosthom għamel dan (għaliex ma ridkomx iqimu miegħu idoli iżgħarji Staqsuhom, jekk jistgħu jitkellmul)

[64] Għalhekk daħlu f'qoxrithom u qalu (bejnhom u bejn ruħhom): ''Intom tabilħaqq il-ħżiena

[65] Imbagħad reġgħu għalli kienu (pagani bħal qabel, u qalu lil Abraham): 'Inti taf li dawn ma jistgħux jitkellmu (u mela għaliex qiegħed tgħidilna nistaqsuhom'j)

[66] Qal(ilhom): 'Jaqaw, minflok lil Alla, tqimu dak li ma jiswielkom xejn, u lanqas jista' jagħmlilkom ħsara

[67] Għajb għalikom u għal dawk li tqimu minflok lil Allat Mela ma tifhmux

[68] Qalu: tAħarquh (lil Abraham). u aqbżu għall-allat tagħkom, jekk se tagħmlu (xi ħaġa)

[69] (Meta rajna l-pagani se jaħarqu lil Abraham) għedna: 'Ja nar, kun bard u sliem għal Abrahami

[70] Huma riedu jonsbuh (biex jitfgħuh f'ħofra u jaħarquh), iżda Aħna għamilniehom l-akbar tellifin

[71] Aħna ħlisna lilu u lil-Lot (u mill-Mesopotamja bgħatniehom) lejn l-art (tas-Sirja) li berikna (u bgħatna fiha l-Mibgħutin tagħna) għall-bnedmin kollha

[72] U (lil Abraham) tajnieh. lil Iżakk u lil Ġakobb (iben ibnu) bħala għotja oħra, u lit-tnejn li huma għamilna ġusti

[73] Aħna għamilniehom: mexxejja li jmexxu bl-amar tagħna, u nebbaħniehom jagħmlu l-ġid, jagħmlu t-talb jagħtu l-karità, u lilna kienu jqimu

[74] U lil-Lot (ukoll) tajnieh kif jagħmel ħaqq, u l-għarfien, U ħlisnieh mill-belt (ta' Sodoma) li kienet tagħmel għemejjel faħxija. Huma tabilħaqq kienu nies ta' ħażen, imħassrin

[75] Aħna (lqajnieh u) daħħalnieh fil-ħniena tagħna, għaliex kien wieħed mill-ġusti

[76] U (ftakar) f'Noċ, meta kien sejjaħ (lilna), qabel, u Aħna weġibnieh u ħlisna lilu u lil niesu mid-diqa l-kbira

[77] Aħna tajnieh l-għajnuna u ħlisnieh minn dawk li giddbu s-sinjali tagħna, Huma kienu tabilħaqq nies ta' ħażen, u għerriqniehom ilkoll (fid-dilluvju)

[78] U (ftakar ukoll) f'David u f'Salamun meta għamlu ħaqq dwar l-għalqa li fiha kienu daħlu xi nagħaġ tan-nies (jirgħu) billejl (u ħarbtuha), u konna xhieda tal-ħaqq tagħhom

[79] Lil Salamun fehemnihielu (sewwa dik il-kwistjoni). Lit- tnejn li huma tajniehom kif jagħmlu ħaqq, u (tajniehom) l-għarfien. Aħna ġegħelna l-iġbla u t-tjur isebbħu (li/na), flimkien ma' David (bis-Salmi tiegħu). Konna Aħna li għamilna (dan kollujl)

[80] Aħna għallimnieh (lil David) is-sengħa tal-kurazza (għall-fejda) tagħkom, biex tħariskom mill-qilla tagħkom (għal xulxin meta titqabdu, iżda ta' dan) intom tiżżu ħajr

[81] (Kien bis-setgħa tagħna li ġegħelna). ir-tiħ. qawwi. (joqgħod) għal Salamun, u jonfoħ bl-amar tiegħu fuq l- art (tas-Sirja) li konna berikna. Aħna konna nafu b'kolloxi

[82] (U ġegħelna) fost ix-xjaten min jogħdoslu (fil Salamun, u jġiblu l-perli), u kienu jagħmlu għemejjel (oħra) barra minn hekk, u kellna għajnejna fuqhom

[83] U (ftakar) f'Ġob, meta sejjaħ lil Sidu (il-Mulej, u talab hekk): ''Jiena tabilħaqq messitni l-ħsara, iżda Inti l-Aktar Ħanin fost dawk li jħennul

[84] Għalhekk smajna talbu, ħlisnieh mill-ħsara li kien fiha, u tajnieh (lura) lil niesu (li kien tilef), u daqshom magħhom, bi ħniena mingħandna, u bħala tifkira għal dawk li jqimufra

[85] (Ftakar ukoll) f'Ismagħel, f'Idris, u f'Da l-Kifl; kollha nies ta' sabar

[86] Aħna (Iqajniehom) u daħħalniehom fil-ħniena tagħna (fil-Ġenna), għaliex kienu mill-ġusti

[87] U (ftakar) f'Tal-Ħuta (Ġona) meta telaq mgħaddab (għal niesu għaliex għall-ewwel ma ridux jemmnu f'Alla) u ħaseb li m'aħniex se nagħfsuh (biex inżommuh milli jitlaq lil niesu)t Iżda huwa sejjaħ fid-dlamijiet (ta' żaqq il-ħuta u qal): 'Ma hemmx alla ħliefekt Sebħ lilekl Jiena kont tassew mill-midinbini

[88] Għalhekk smajna talbu, u ħlisnieh mill-hemm (li kien jinsab fih). Hekk ukoll neħilsu lil dawk li jemmnu

[89] (Ftakar) f'Żakkarija, meta sejjaħ lil-Sidu (il-Mulej u qal): ''Sidi, ta tħallinix waħdi, (mingħajr nisel). Inti l- aħjar fost il-werrieta (għaliex tibqa' għal dejjem wara li jmut kulħadd)

[90] Għalhekk smajna talbu, tajnieh lil-Ġwanni, u fejjaqnielu lil-martu (u għalhekk setgħet twelled). Huma kienu tabilħaqq iħabirku u jgħaġġlu biex jagħmlu l-ġid, kienu jsejħulna bit-tama tal-ħniena u bil-biża' tal-kastig, u kienu umli quddiemna

[91] U (ftakar ukoll f'Marija) dik li ħarset is-safa ta' ġisimha: Aħna nfaħna fiha (permezz ra' l-anġlu Gabrijelj minn Ruħna, u lilha u lil binha għamilniehom sinjal għall-bnedmin (kollha)

[92] Tabilħaqq li. din ir-reliġjon tagħkom. hija. reliġjon: waħda. $ U Jiena Sidkom. Mela agħtuni qimal

[93] Iżda (il-ġnus ta' l-imgħoddi) kisru. (ir-rabta) 'ta' bejniethom. Kulħadd għandna jerġa' luru (biex jagħti kont)

[94] Min jagħmel il-ġid u jemmen, it-tħabrik tiegħu ma jkunx miċħud, u Aħna niktbuhulu (fil-ktieb ta' ħajtu biex ma. jintesiex)

[95] Nies ta' belt li-Aħna nkunu qridna ma jitħallewx jerġgħu lura (fid-dinja)

[96] Meta (il-ġnus kiefra ta') Ja'ġiġ u Ma'ġiġ jinfetaħ (lilhom is-sadd li kien qiegħed iżommhom), u jinżlu jiġru minn kull għolja (biex iġibu ħerba)

[97] u toqrob il-wegħda tassew (ta' Jum il-Qawmien), ara, jitberrqu għajnejn dawk li ma jemmnux ( 4. fil-biża' kbir tagħhom jgħidu): 'Msieken aħnal Ma tajniex kas ta' dan. Le, anzi konna ħżiena

[98] Tabilħaqq li intom (il-pagani), u dak li tqimu minflok Alla, intom il-ħatab ta' l-Infern (għaliex bikom jitkebbes u jaqbad), u fih sejrint

[99] Kieku dawk (l-idoli li rqimu) kienu allat (tabilħaqq), ma kinux jaslu fih (fl-/ 7/ern)L Kollha (kemm huma, idoli u pagani) jibqgħu fih għal dejjeml

[100] Fih ikollhom (biss) tnehid (ħiereġ minn qalbhom), u fih. ma jisimgħux

[101] Tabilħaqq li dawk li diġà ħadu l-aħjar (ħlas) mingħandna, dawk ikunu mbiegħda minnu

[102] Huma ma jisimgħux ħossu. (l-/nfern), u jibqgħu għal dejjem f'dak li l-erwieħ tagħhom (dejjem) xtaqu

[103] Il-biża' l-kbir ma jnikkithomx, u l-anġli jilqgħuhom (bil-kliem): ''Dan huwa l-Jum tagħkom li kien imwiegħed lilkom

[104] Dakinhar nitwu s-sema bħalma jingħalaq l-iskroll bil- kitba. Bħalma bdejna l-ewwel ħolqien, intennuhl Hekk wegħedna, u hekk nagħmlu

[105] Fis-Salmi konna ktibna, wara (li kienet ġiet) it-tifkira (lil. Mosċ. fit-Tora, li): ''L-art jirtuha l-qaddejja. ġusti tiegħif

[106] F'dan tabilħaqq hawn taħbira għal nies li jqimu

[107] Aħna ma. bgħatniekx (Muħammad) jekk mhux bħala ħniena lill-ħolqien (kollu)

[108] Għid (Muħammad): 'Jiena mnebbaħ biss li Alla tagħkom huwa Alla Wieħed. Mela (issa) se. tintelqu f'idejh u tkunu Misilmin

[109] Iżda jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux: widen), għidilhom): 'Għarrafikom (bil-messaġġ) ilkoll indaqs, u ma nafx jekk dak li hu mwiegħed lilkom huwiex fil-qrib jew imbiegħed

[110] Tabilħaqq li ( 4//a) jaf bil-kliem li jingħad fil-beraħ, u jaf (ukoll) dak li taħbu (fi qlubkom)

[111] U manafx jekk (id-dewmien fil-wasla tal-kastig) hux tiġrib għalikom, u tgawdija għal xi żmien

[112] Qal (Muħammad): 'Sidi, agħmel ħaqq bis-sewwal' U Sidna huwa Dak Kollu Ħniena. li jintalab jgħin kontra (il-gideb) li taqilgħu

Il-Pellegrinaġġ

Surah 22

[1] Ja nies, ibżgħu minn Sidkom (il-Milej). Tabilħaqq li t- theżżiża tas-Siegħa (tal-qawmien mill-mewt) hija xi ħaġa tassew kbiral

[2] Fil-Jum li tarawha (dik is-Siegħa), kull mara tredda' twarrab (u tittraskura) lil min kienet tredda', kull mara tqila teħles mit-toqol tagħha (qabe/ iż-żmien), u tara n- nies (f'dagħdigħa bħallikieku) fis-sakra, bla ma jkunu fis- sakra, iżda qalil ikun il-kastig ta' Alla

[3] Iżda: fost in-nies. hemm min iħaqqaqha fuq Alla mingħajr għarfien, u jimxi wara kull xitan ribell

[4] Huwa miktub għalih (ix-Xitan) li min jissieħeb miegħu, huwa tassew itellfu t-triq, u jmexxih lejn il-kastig tan-Nar iħeġġeġ

[5] Ja nies, jekk intom bejn ħalltejn dwar il-qawmien mill- imwiet, (kunu afu li) Aħna ħlaqniekom minn. trab, imbagħad minn nitfa (ta' sperma), u mbagħad minn demm magħqud, u mbagħad minn biċċa laħam (/i parti minnha tkun) issawret u (partijiet oħra jkunu għadhom) ma ssawrux, (u dan kollu) biex nurukom. (is-setgħa divina tagħna). Aħna nżommu fil-ġwief dak. li rridu, sa żmien magħruf, imbagħad noħorġukom trabi, tilħqu l- aqwa tagħkom, u (jkun hemm) minnkom li jmut (żgħir), u minnkom. li jintradd għall-agħar għomor (u l-aktar wieħed dgħajjef dak tax-xjuħija), biex, wara li kien jaf ħafna. ma jkun jaf xejn (ir jerġa' jsir bħat-tfal, fil-qawwa tal-ġisem u tal-moħħ). U tata l-art mhux għammiela, iżda meta nniżżlu l-ilma (tax-xita) fuqha, araha titqanqal, tikber, u tnibbet minn kull għamla sabiħa (ta' ħxejjex)

[6] Dak għaliex Alla huwa s-Sewwa. Huwa jagħti l-ħajja lill-mejtin, u Huwa fuq kollox Setgħan

[7] Tabilħaqq li s-Siegħa ġejja, ma hemmx dubju dwarha, u Alla jqajjem għall-ħajja lil min jinsab fl-oqbra

[8] Iżda fost il-bnedmin hemm min iħaqqaqha fuq Alla, mingħajr għarfien, bla tmexxija, u lanqas Ktieb li jdawwal (moħħu bih)

[9] Huwa jdawwar wiċċu u jitkabbar, biex itellef ( 2il ħaddieħor) it-triq ta' Alla. Huwa jkollu għajb f'(din) id- dinja, u f'Jum il-Qawmien indewquh il-kastig tal-ħruq

[10] (Jintqal. lilu): ''Dak. minħabba. (il-ħażen) li għamlu idejk, għaliex Alla ma jonqosx lejn il-qaddejja (tiegħu)

[11] Fost in-nies hemm min iqim lil Alla b'nofs qalb. Jekk imissu l-ġid, (arah) jithenna bih, iżda jekk imissu t-tiġrib (arah) jerġa' lura għalli kien (u jiċħad it-twemmin). Huwa jitlef (din) id-dinja u l-Oħra. Dik hija t-telfa mill- aktar ċara

[12] Minflok lil Alla, huwa jsejjaħ lil dak (l-idolu) li la jista' jagħmillu ħsara, u lanqas ikunlu ta' fejda. Dak huwa t- telfien il-kbir

[13] Huwa jsejjaħ lil-dak (il-prorettur) li l-ħsara tiegħu hija eqreb (/ejn il-bniedem) milli l-fejda minnu. Ta' għajb tassew (dak) il-protettur, u ta' għajb is-sieħeb (li joqgħod: fuqu u jħalli f'idejh)i

[14] Tabilħaqq li Alla jdaħħal lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba f'Ġonna bix-xmajjar jiġru. taħthom, Tassew li Alla jagħmel dak li jrid

[15] Min kien jaħseb li Alla ma huwiex se jgħinu (/i/ Muħammad) tf'din) id-dinja u fl-Oħra, ħallih idendel ħabel mis-saqaf u jitgħallaq. Imbagħad ħallih jara jekk in-nasba tiegħu teħilsux minn dak. li jġiegħel (/i/i) jagħdab

[16] Hekk niżżilnieh (il-Qoran), f'versi ċari, u Alla jmexxi (fit-triq it-tajba) lil min irid

[17] Tabilħaqq li dawk li jemmnu (il-Misilmin), u l-Lhud, is-Sabijin, l-Insara, il-Maġi, u dawk li xierku (allat oħra ma' Alla), Alla tassew jaqtagħha bejniethom f'Jum il- Qawmien, Alla tabilħaqq huwa ta' kollox ix-Xhud

[18] Mela ma. tarax li quddiem Alla jinxteħet bil-qima kulmin jinsab fis-smewwiet u fl-art, u x-xemx, il-qamar, il-kwiekeb, l-iġbla, is-siġar, il-bhejjem, u ħafna min-nies 7 U ħafna jistħoqqilhom il-kastig. Dak li Alla jċekken (bil- kastig li jagħtih) ma jsibx min jagħtih ġieħ. Tassew li Alla jagħmel dak li jrid

[19] Dawn huma żewġ ġemgħat kontra xulxin (ra' dawk li jemmmu u dawk li ma jemmnux) li ħaqquha bejniethom dwar Sidhom (il-Mulej): dawk li jiċħdu (lil. Alla) jitfasslilhom ilbies tan-nar, u fuq irjushom jitferra' l-ilma jagħli

[20] Bih jiddewweb dak li hemm f'żaqghom, u l-ġhid (tagħhom)

[21] U jkollhom (imħejji għalihom) mazez tal-ħadid (biex jissawtu bihom)

[22] Kull darba:li jkunu jridu joħorġu minn hemm, fid-diqa kbira. (tagħhom), jintraddu lura fih (fin-Nar) u (jintqalilhom): 'Duqu l-kastig tal-ħruqi

[23] Alla tabilħaqq idaħħal lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba. f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom. Fihom jiżżejnu bi brazzuletti tad-deheb u l-perli, u Ibieshom fihom (f'dawk il-Ġonna; ikun) tal-ħarir

[24] Huma tiexxew lejn il-kliem it-tajjeb, u tmexxew lejn it-triq ta' Dak li jistħoqq kull tifħir

[25] Tabilħaqq li dawk li jiċħdu t-twemmin u jżommu (lif ħaddieħor) mit-triq ta' Alla u mill-Moskea mqaddsa li Aħna għamilnieha għan-nies (kollha) indaqs, sew għal dak li joqgħod qribha (f'Mekka), u sew għal dak minn barra l-belt (huna rellifin), u min irid ikasbar qdusitha. bil-ħażen, indewquh kastig ta' wġigħ

[26] (Ftakar Muħammad) meta wrejna lil Abraham l-imkien tad-dar. (imqaddsa, u (għednielu): ''La. xxierek xejn miegħi, u saffi lil dari għal dawk li se jduru magħha, dawk li jqumu bil-wieqfa jitolbu, u: dawk. li'-jmilu u jinxteħtu fl-art (fit-talb tagħhom)

[27] U sejjaħ lin-nies għall-pellegrinaġġ: huma jiġuk bil- mixi u fuq kull ġemel magħlub (rzis-safra twila). Huma jaslu minn kull triq imbiegħda

[28] biex jixhdu għal fejdiet kbar (imħejjija) għalihom, u jsemmu Isem Alla f'jiem magħrufa fuq il-bhejjem li tahom. (biex. joffruhom b'sagrifiċċju). Mela. kulu minnhom, u itimgħu l-miżerabbli, il-fqir

[29] Imbagħad ħallihom itemmu r-riti ta' tisfija, iwettqu l- wegħdi tagħhom, u jduru mad-dar (imqaddsa) il-qadima

[30] Dak hu (il-pellegrinaġġ), u min jagħti ġieħ (u jħares) ir-riti qaddisa ta' Alla, ikun aħjar għalih quddiem Sidu (il-Mulej). Il-frat jiswa li tikluhom (waqt il-pellegrinaġġ), għajr dawk li ntqalilkom (biex ma tikluhomx). Warrbu mit-tinġis ta' l-idoli, u warrbu mill-kliem qarrieq u falz

[31] (u kunu). safjin. fit-twemmin. f'Alla, u mingħajr: ma xxierku (allat oħra) miegħu. U min ixierek ma' Alla, ikun bħallikieku waqa' mis-sema u jaħtfu t-tajr (u jieklu), jew jixħtu r-riħ fi mkien imbiegħed fu jinrilef

[32] Dak (hu l-amar ta' Alla), u min iweġġaħ ir-riti (mqaddsa) ta' Alla, dan (ikun ġej) mill-biża' ta' Alla li hemm fil-qlub

[33] F'dawn (il-bhejjem) issibu fejda kbira għal żmien imsemmi, imbagħad (jinġiebu) lejn il-post tad-debħa tagħhom ħdejn id-dar (imqaddsa) il-qadima (f'Mekka jew f'Mina)

[34] Lil kull ġens tajna rit (ta' debħa) biex isemmu Isem Alla fuq il-bhejjem li tahom f(waqr li joqtluhom). Alla tagħkom huwa Alla Wieħedi Mela ntelqu f'idejht U agħti (Muħammad) il-bxara t-tajba lill-umli

[35] dawk li meta jissemma Alla, qlubhom jitbeżżgħu; li jistabru f'dak (is-saram) li jintlaqtu bih, u li jagħmlu t- talb u jonfqu mill-ġid li tajniehom

[36] L-iġmla (għad-debħa) għamilnihomlkom fost ir-riti (mqaddsa) ta' Alla, u fihom għandkom il-ġid. Għalhekk semmu lsem Alla fuqhom meta jkunu weqfin (imħejjija għad-debħa). U meta jkunu fuq ġenbhom (mejtin wara d- debħa), kulu minnhom u itimgħu lil dak (li jżomm lura rmilli jittallab u) li jgħaddi b'li għandu, u lil dak li jittallab: kif jixraq: Hekk qegħedniehom (il-bhejjem) taħt idejkom. biex forsi tiżżu ħajr

[37] Mhux laħamhom, u lanqas id-dmija tagħhom, li jaslu għand Alla, iżda hija l-qima u l-biża' tagħkom għal Alla li jaslu għandu. Għalhekk qegħedhom (il-bhejjem) taħt idejkom biex tfaħħru lil Alla talli mexxiekom (fit-triq it- tajba). U agħti (Muħammad) il-bxara t-tajba lil dawk li jagħmlu t-tajjeb

[38] Alla tabilħaqq jaqbeż għal dawk li jemmnul Tassew li Alla ma jħobbx lil kull traditur ingrat

[39] Dawk. li huma attakkati ngħatalhom ' permess. (ii jiġġieldu biex. jiddefendu (rwieħhom), għaliex saret inġustizzja kontrihom. Alla tabilħaqq Setgħan (biżżejjed) biex jagħtihom ir-rebħa

[40] (Huma dawk) li-nħarġu minn djarhom, kontra l-ħaqq fu għalxejn b'xejn). ħlief għaliex jistqarru: ''Sidna huwa Allaf' U li kieku Alla ma bagħatx nies (jitqabdu) kontra nies, kieku kienu jiġġarrfu kunventi (sħaħ), knejjes, sinagogi, u moskej li fihom jissemma ħafna Isem Alla. Tabilħaqq li Alla jieqaf ma' min jieqaf miegħu. Alla huwa tassew Qawwi, Felħan

[41] (Dawk li Alla jieqaf magħhom huma: dawk) li; meta nsaħħuhom fuq l-art; (ma jinsewx lil-Alla-u) jagħmlu t- talb, jagħtu l-karità, jamru t-tajjeb u ma jħallux il-ħażin. U ta' Alla huwa t-tmiem ta' kollox

[42] U jekk (issa l-pagani f'Mekka) qegħdin igiddbuk (Muħammad, la tinsiex.li) qabilhom. nies Noċ; Għad, u Tamid kienu tassew giddbu (lill-Mibgħutin ta' Alla)

[43] unies Abraham, u nies Lot

[44] unies Madjan (ukoll), u tgiddeb Mosċ (bħall-bqija tal- Mibgħutin). Għalhekk tajt aktar żmien lil dawk li ma jemmnux, /u mbagħad ħadthom. (għal għarrieda) u kkastigajthom. U kemm kienu (tal-biża') il-kundanna u l- kastig tiegħil (Hekk ukoll nagħmel mal-pagani. ta' Mekkajt)

[45] Kemmeil belt qridna. fil-ħażen tagħha, u (issa tinsab) bis-sisien tagħha. mġarrfa, u. (kemmr-i/) bir mitluq, u (kemm:il) palazz. kbir u mill-isbaħ: (u issa' ħadd ma jgħammar fih)i

[46] Mela ma jterrqux. fl-art u (b'hekk) ikollhom qlub: (u mħuħ) biex jifhmu bihom (u jintebħu bil-kastig il-kbir li qered dawk il-bliet), jew widnejn biex jisimgħu bihom' Għaliex ma humiex l-għajnejn li jagħmew, iżda huma l- qlub fl-isdra. li jagħmew

[47] Huma jgħaġġluk (Muħammad u jisfidawk biex: iġġib fuqhom) il-kastig, u Alla ma huwiex se jikser il-wegħda tiegħu. Tabilħaqq li għal Sidek, jum wieħed huwa bħal elf sena minn dawk li intom tgħoddu

[48] U kemm-il belt, fil-ħażen tagħha, tajtha aktar żmien, imbagħad ħadtha (għal għarrieda) u kkastigajtha, u lejja t-tmiem (ta' kollox)

[49] Għid (Muħammad): (Ja nies, jiena (mibgħut) għandkom biss biex inwissikom bil-miftuħ

[50] Dawkli jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba għandhom maħfra u ġid kotran (fil-Ġenna)

[51] Iżda dawk li jħabirku biex ixejnu r-Rivelazzjoni tagħna, dawk huma nies in-Narf

[52] U ma bgħatna ebda Mibgħut qablek (Muħammad), jew Profeta, li x-Xitan ma xeħitx (id-dubju fi qlub in-nies) dwar dak (il-ġid) li (il-Profeta) kien jixtieq (għalihom). Iżda Alla jneħħi dak (id-dubju) li x-Xitan jixħet, u mbagħad Alla jwettaq is-sinjali tiegħu. Alla jaf kollox u Għaref

[53] (Alla jħalli dan iseħħ) biex dak (id-dubju) li x-Xitan jixħet (fin-nies) jagħmlu tiġrib għal dawk li fi qlubhom hemm marda, u (għal) dawk (il-pagani). ta' qalbhom iebsa. Tabilħaqq li l-ħżiena jinsabu mifrudin sew (mzini Alla, u huma mitlufin)

[54] u (Alla jħalli dan iseħħ) biex dawk li ngħataw l-għarfien ikunu jafu li (il-Qoran) huwa s-sewwa minn Sidek, jemmnu fih, u qlubhom jiċċekknu għalih (fl-wni/rà, u jithennew bih). Alla tabilħaqq imexxi lil-dawk li jemmnu lejn triq dritta

[55] Dawk li m'emmnux jibqgħu fid-dubju dwaru (il- Qoran), sa ma tiġi s-Siegħa fuqhom għal għarrieda, jew jiġi fuqhom il-kastig ta' Jum ta' qerda kbira

[56] Dakinhar is-Saltna tkun ta' Alla (biss), u jagħmel ħaqq bejniethom. Għalhekk dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba jkunu fil-Ġonna ta' l-hena

[57] U dawk li ma jemmnux u jgiddbu s-sinjali u r- Rivelazzjoni tagħna, dawk għandhom kastig ta' tkasbir

[58] Dawk li-emigraw għal Alla (aż tqarlu biex jgħolhi Isem Alla u l-Islam), imbagħad inqatlu, jew mietu, Alla tassew. jagħtihom ġid tajjeb. Alla tabilħaqq huwa l-Aħjar fost dawk li jqassmu l-ġidl

[59] Huwa tassew idaħħalhom fi mkien li jogħġobhom (iż- Ġenna). Alla tabilħaqq jaf kollox, u Kollu Ħlewwa u Sabar (mal-midinbin)

[60] Dak (kollu minnu); U min jikkastiga bl-istess (mod) li kien ikkastigat, u mbagħad (dak /i jemmen) jerġa' jbati inġustizzja, Alla tassew jgħinu. Tabilħaqq li Alla huwa Kollu Mogħdrija u Kollu Maħfra

[61] (Dan ġjista' jagħmlu), għaliex Alla (għandu s-setgħa) idaħħal il-lejl fin-nhar, u jdaħħal in-nhar fil-lejl, u għaliex Alla jisma' kollox u jara kollox

[62] Dangħaliex Alla huwa s-Sewwa, u għaliex dak li huma jsejħu minfloku huwa qerq, u għaliex Alla huwa l-Għoli, il-Kbir

[63] Mela ma tarax li Alla jniżżel ilma mis-sema, u l-art tħaddar (bis-setgħa tiegħu) Tabilħaqq li Alla jipprovdi b'mod mistur, u jaf sewwa

[64] Tiegħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Alla tabilħaqq huwa l-Għani (li ma jeħtieġ xejn, u lil ħadd), u jistħoqq kull tifħir

[65] Mela ma tarax li Alla qiegħed kulma jinsab fuq l-art taħt idejkom, (fosthom) l-imriekeb li jiġru fil-baħar bl- amar tiegħu, u li Huwa jżomm is-sema milli jaqa' fuq l- art, jekk mhux bl-amar tiegħu 7 Alla tabilħaqq huwa Kollu Tjubija u Ħanin man-niesl

[66] Huwa li takom il-ħajja, imbagħad jibagħtilkom il- mewt, imbagħad (jerġa ') jagħtikom il-ħajja. Tabilħaqq li l-bniedem ma jafhulux (fil A/la)

[67] Lil kull ġens tajna r-rit li għandu jimxi fuqu, u għalhekk ara. li ma tħallihomx iħaqquha miegħek fuq (din) il-ħaġa. U sejjaħ (Muħammad) lil Sidekt Inti tassew tinsab fi triq dritta

[68] U jekk iħaqquha miegħek (minkejja li deher is-sewwa). għidilhom): ''Alla jaf l-aktar b'dak li tagħmlul

[69] Allajagħmel ħaqq minnkom (it-tajbin u l-ħżiena) f'Jum il-Qawmien, dwar dak li ma kontux taqblu fuqu

[70] Mela ma tafx (Muħammad) li Alla jaf b'dak li jinsab fis-sema u fl-art. Tabilħaqq li dak (kollu) jinsab fi Ktieb, u tassew li dak huwa ħafif għal Allal

[71] Iżda minflok Alla (nies Qurajx) iqimu dak li dwaru ma ngħatat ebda prova, u dak li dwaru ma għandhomx għarfien. il-ħżiena ma għandhomx min jgħinhom fu jbiegħed minnhom il-kastig

[72] U meta l-versi ċari tagħna jinqrawlhom. (lill-pagani, malajr) tagħraf iċ-ċaħda fl-uċuħ (imgita) ta' dawk li ma jemmnux, (hekk (i) jkunu ħerqanin li jaqbżu fuq dawk li jaqrawlhom. il-versi. tagħna. Għid(i/hom): ''Tridux inħabbrilkom ħaġa agħar minn hekk) Huwa n-Nar li Alla wiegħed lil dawk li ma jemmnux; (dan ikun. tassew) tmiem ta' għajbi

[73] Ja nies, hemm tixbiha, mela isimgħuha (u xtarruha sewwajt Tabilħaqq li dawk (l-allar) li ssejħu minflok Alla, ma jistgħux joħolqu (imqar) dubbien, lanqas jekk jinġemgħu Ikoll flimkien għal dan il-għan. U jekk id- dubbien jisirqilhom xi. ħaġa (mill-ikel imqiegħed quddiemhom, dawn) lanqas ikunu jistgħu jeħduha lura mingħandhom. Huwa. dgħajjef it-tallab (il-pagan) u l- mitlub (l-idolu li jqim)

[74] Huma ma qisux lil Alla kif jixraq li jkun meqjus. Alla huwa tabilħaqq Qawwi, Felħan

[75] Alla jagħżel Mibgħutin minn fost l-anġli u l-bnedmin. Alla tabilħaqq jisma' kollox u jara kollox

[76] Huwa jaf dak li hemm quddiemhom u. warajhom. Kollox jerġa' lura għand Alla (għad-deċiżjoni tiegħu)

[77] Intom li temmnu, milu, inxteħtu. fl-art u qimu lil Sidkom. (il-Mulej biss), u agħmlu l-ġid biex forsi tkunu rebbiħin (u rkun tistħoqqilkom il-Ġenna)

[78] U ħabirku (bikom infuskom u bil-ġid tagħkom) għal Alla kif jixraq li tħabirku. Huwa għażilkom (minn bejn il- ġmis), u ma għamlilkom ebda xkiel fid-din, (li huwa) it- twemmin ta' missierkom Abraħam. Huwa li semmiekom Misilmin, (sew fil-Kotba mqaddsa ta') qabel u f'dan (il- Qoran), biex il-Mibgħut ikun xhud għalikom (is jistqarr. li xandrilkom l-Islam), u intom tkunu xhieda għan-nies (l-oħra uu tistqarru li ġewhom il-Mibgħutin tagħhom biex ivandrulhom). Mela agħmlu. t-talb, agħtu l-karità, u żommu sħiħ f'Allal Huwa l-Mulej tagħkom, u lil ħadd (ma ssibu) aħjar minnu fil-ħarsien, u aħjar minnu fl- għajnunal

Dawk li Jemmnu

Surah 23

[1] Tassew joħorġu rebbiħin dawk li jemmnu

[2] dawkli huma umli fit-talb tagħhom

[3] dawk li jwarrbu mill-kliem fieragħ

[4] dawk ijagħtu karità

[5] u dawk li jħarsu l-partijiet privati ta' ġisimhom (minn atti sesswali illegali)

[6] (u ma jinkixfux u ma jersqux) ħlief lejn żwieġhom, jew lejn dawk (in-nisa lsiera) li għandhom f'idejhom u (b'hekk) ħadd ma jlumhom

[7] Iżda kulmin ifittex aktar minn dak, dawk ikunu (il- ħarjin) li jaqbżu l-limiti

[8] U dawk li jimxu bl-onestà u jħarsu r-rabta tagħhom

[9] ulijħarsu t-talb (kollu) tagħhom

[10] dawk huma l-werrieta

[11] lijirtu l-Ġenna u jibqgħu fiha għal dejjem

[12] Aħna tabilħaqq ħlaqna l-bniedem minn sustanza tat- tajn

[13] imbagħad għamilnieh nitfa (ta' sperma) fi mkien fiss (li huwa l-ġuf)

[14] imbagħad min-nitfa għamilna demm magħqud, u mid- demm magħqud għamilna biċċa laħam, mill-biċċa laħam għamilna għadam, u ksejna l-għadam b'laħam, imbagħad għamilnieh ħolqien ieħor. Ikun imbierek Alla, l-Aqwa fost il-ħallieqal

[15] Imbagħad wara dak (kollu), intom se tmutu

[16] imbagħad terġgħu titqajmu f'Jum il-Qawmien

[17] Aħna ħlaqna fuqkom seba' smewwiet (fuq xulxin), u ma jaqbżilna xejn mill-ħolqien (tagħna)

[18] Aħna nniżżlu mis-sema l-ilma (tax-xita) bil-qjies, U nqegħduh. fl-art (biex ittellgħu minnu meta teħtiġuh), U Aħna tabilħaqq għandna s-setgħa neħduh lura ( 4 rnruu bil- għalx)

[19] Bih. għamilnielkom ġonna b'siġar. tal-palm u dwieli li fihom frott kotran, u minnhom tieklu

[20] u (bih għamilnielkom) siġra (taż-żebbuġ) ħierġa mill- muntanja Sinaj li tnibbet iż-żejt, u ħwawar għal min jiekol

[21] U tabilħaqq li fil-frat (l-iġmla, il-baqar, in-nagħaġ u l- mogħoż) għandkom tagħlima: Aħna nisqukom minn dak (il- ħalib bnin) li hemm fil-ġewwieni tagħhom, (barra li) fihom għandkom fejdiet kotrana (oħra), u minnhom tieklu

[22] u fuqhom tinġarru (fis-safar tagħkom fuq l-art), kif ukoll fuq l-iġfna (fl-ibħra)

[23] Aħna tassew bgħatna lil-Noċ għand niesu u qal(i/hom: 'Ja niesi, qimu lil Allat Ma għandkomx alla (ieħor) għajru. Mela ma tibżgħux

[24] Il-kbarat fost niesu li'm'emmnux qalu: ''Dan (Moċ) ma huwiex għajr bniedem bħalkom li jrid jogħla fuqkom (billi jagħmilha ta' Profeta). U kieku ried, Alla kien iniżżel anġli (biex iwasslulna l-bxara tiegħu. Qatt) ma smajna b'dan (li qiegħed jgħid Noċ) fost missirijietna ta' l-imgħoddi

[25] Huwa ma huwiex għajr raġel maħkum mill-ġinn. Mela oqogħdu għassa għalih (u stemmew) għal Xi żmien (sa. ma jmutu teħilsu minnu)U

[26] Qal (Noe): 'Sidi. (il-Mulej) għinni, għaliex. qegħdin igiddbuni

[27] Għalhekk nebbaħnieh: ''Ibni l-arka taħt għajnejna, u kif se nnebbħukt U-meta jasal l-amar tagħna (biex nikkastigaw lil dawk li m'emmnukx), u l-forn ifur (u miegħu l-għejun ta' l- art); daħħal fiha tnejn minn kull ġens (ta' bhejjem, raġel u mara), u lil niesek, ħlief lil dak li kontrih laħqet ħarġet il- kelma (ta' kundanna, fosthom: martek u ibnek), iżda tkellimnix (u taqbiżx) għal dawk li għamlu l-ħażent Huma tassew ikunu mgħarrqini

[28] U meta titla', int u: dawk ta' miegħek, fuq l-arka, għid:- UTifħir lil Alla li ħelisna min-nies il-ħżiena (u mifl- għarqa)

[29] Għid (ukoll): 'Sidi, niżżilni f'imkien imbierek, għaliex Inti l-Aħjar fost dawk li jniżżlu (lin-rries f'imkien tajjeb)

[30] Tabilħaqq. li f'dak (kollu li ġara fi żmien Noċ) hemm sinjali (ċari għall-bnedmin), u Aħna tassew inġarrbu (lil kulħadd bihom)

[31] Imbagħad warajhom ħlaqna nisel ieħor

[32] u bgħatna Mibgħut fosthom. minn. ġenshom. (jgħidilhom): 'Qimu lil Allat Ma għandkomx alla (ieħor) għajru. Jaqaw ma tibżgħux (minmu)

[33] Il-kbarat fost niesu li m'emmnux u giddbu l-laqgħa (ma' Alla) fl-Oħra (fil-Ħajja Ħajja). u li konna tajniehom ġid kotran fil-ħajja (f'din) id-dinja (hekk li tkabbru), qalu: 'Dan ma huwiex għajr bniedem bħalkom, li jiekol minn dak li tieklu intom, u jixrob minn dak li tixorbu

[34] U jekk toqogħdu għal bniedem: bħalkom (ur temmmuh), intom tkunu tabilħaqq it-telliefa

[35] Jaqaw iwegħedkom li meta tmutu, u tkunu trab u għadam, intom se tinħarġu (mill-oqbra tagħkom għal ħajja ġdida)

[36] Imbiegħda (mir-realtà, tassew) imbiegħda l-wegħda li saritilkoml

[37] Ma hemmx ħlief ħajjitna (f'din) id-dinja: immutu u ngħixu, u m'aħniex se nitqajmu għal ħajja oħra

[38] (Dan) ma huwiex għajr raġel li qala' gidba minn żniedu dwar Alla, u m'aħniex se nemmnubil

[39] Qal. (il-Mibgħur): Sidi. għinni, għaliex qegħdin igiddbuni

[40] Qal(Allaj: 'Tabilħaqq li dalwaqt jindmut)

[41] U ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi, bil-ħaqq (għaliex tassew. kien. ħaqqhom), u. għamilniehom. bħal ragħwa maħmuġa fuq wiċċ l-ilma qiegħed. Ħalli jżommu 'l bogħod (mill-ħniena ta' Alla) in-nies il-ħżienal

[42] Imbagħad warajhom ħlaqna kemm-il nisel ieħor

[43] Ebda: ġens ma (jista') jgħaġġel iż-żmien miktub għalih, lanqas (jista') itawlu. I

[44] Imbagħad bgħatna lill-Mibgħutin tagħna. wieħed wara l- ieħor: kull darba li ġie għand xi ġens il-Mibgħut tiegħu, giddbuh. Għalhekk mexxejniehom wara' xulxin (lejn il- kastig u. l-qerda tagħhom), u. għamilniehom. stejjer. (li baqgħu jingħadu u ma ntesewx). Ħalli jżommu 'l bogħod. mill-ħniena ta' Alla) in-nies li ma jemmnuxi

[45] Imbagħad bgħatna 'lil Mosċ u lil-ħuh Aron bis-sinjali tagħna, u bi prova ċara

[46] għand il-Fargħun u l-kbarat tiegħu, iżda (dawn) tkabbru U kienu nies li jħobbu jogħlew (fuq ħaddieħor)

[47] Qalu: ''Jaqaw għandna nemmnu lil tnejn min-nies bħalna, (meta nafi l) nieshom huma qaddejja tagħnaff

[48] Għalhekk giddbuhom (lil Mosċ u (il ħuh Aron), u kienu fost il-megrudin (u mietu mgħarrqin)

[49] Aħna tajna l-Ktieb lil Mosċ biex (Ulied /svael) għandhom imnejn jaqbdu t-triq it-tajba

[50] U għamilna lil iben Marija u lil-ommu bħala sinjal, u tajniehom kenn fuq għolja fis-sod (fejn jistrieħu) u b'għajn (ta' ilma ġieri)

[51] Intom il-Mibgħutin, kulu mill-ħwejjeġ tajba, u agħmlu l- ġid' Jiena tabilħaqq naf b'dak li tagħmlu

[52] Tabilħaqq li dan id-din tagħkom huwa din wieħed. U Jiena Sidkom. Mela ibżgħu minnil

[53] Iżda (il-briediminj kisru r-rabta ta' bejniethom fi nqasmu) f'setet: kull ġemgħa ferħana b'dak fir-rwemmin) li għandha

[54] Mela ħallihom. (Muħammad, lill-pagani) fit-taħwid tagħhom, għal xi żmien

[55] (Jaqaw jaħsbu li ġisteħu jqisu) il-ġid u l-ulied li nagħtuhom (f'din id-dinja)

[56] (bħallikieku qegħdin) ngħaġġlulhom il-ġid (li se jirhennew bih fil-Ħajja l-Oħra) 2 Iżda ma jintebħuxi

[57] Tabilħaqq li dawk li għandhom il-biża' ta' Sidhom

[58] dawk li jemmnu fis-sinjali u fir-Rivelazzjoni ta' Sidhom

[59] dawk li ma' Sidhom ma jxirkux (allat oħra)

[60] u dawk li jagħtu l-għoti tagħhom filwaqt li qlubhom imbeżżeħa li-għad jerġgħu lura għand Sidhom (if forsi ma jilqax l- għemejjel tagħhom minħabba n-nuqqasijiet tagħhom)

[61] dawk huma li qegħdin jgħaġġlu lejn l-għemejjel. it-tajba, dawk huma li jilħquhom l-ewwel

[62] Aħna ma'ngħabbu lil-ebda ruħ aktar milli tiflaħ, u. għandna ktieb (li fih jitniżżlu l-għemejjel ta' kulħadd u) li jitkellem bis- sewwa. Ma ssir ebda inġustizzja magħhom (fil-ħlas li'-se jieħdu)

[63] Iżda qlubhom imħawda dwar dan (il-Qoran). u barra. minn hekk huma jagħmlu għemejjel (ħżiena) oħra

[64] sa ma nikkastigaw lill-għonja u lill-kbarat fosthom. imbagħad arahom jitkarrbu (lil Alla biex jeħlishom)

[65] (U jingħad lilhom): ''llum la titkarrbuxi M'intomx se ssibi għajnuna minnat

[66] Il-versi tiegħi kienu jinqrawlkom, iżda kontu twarrbu 7 hemm

[67] imkabbrin biha (il-moskea li għandkom f'Mekkaj, u tgħid kliem ħażin (kontra l-Qoran meta toqogħdu tirħaddtu billejl)

[68] Jaqaw (dawk jieħdu t-twemmin) ma jixtarrux il-Kelma ( 1a Alla fil-Qorari,, jew ġiethom xi ħaġa (ġdida minn Alla) li m: kinitx ġiet lil missirijiethom ta' l-imgħoddi

[69] Jaqaw ma jagħrfux lil (Muħammad) il-Mibgħut tagħhom, 1 għalhekk jiċħduh

[70] Jew jghidu: 'Għandu fih il-ġinn'' 2 Le (mhux hekk), imm: (Muħammad) . ġiehom. bis-sewwa, iżda. ħafna. minnhom jobogħdu s-sewwa

[71] Ulikieku s-sewwa kellu jimxi fuq x-xewqat (kollha frugħa i ħażen) tagħhom, kieku s-smewwiet u l-art, u. min jinsab fihom kienu jitħassrul Let Aħna ġibnielhom it-tifkira. (u l-kwissija tagħhom (li hija l-Qoran). iżda huma ma jagħtux kas it-tifkiri tagħhom (li fiha: kull ġieħ u ġid għalihom)

[72] Jaqaw (Muħammad) qiegħed. titlobhom xi ħlas. (tal xxandrilhom il-Qoran, u forsi għalhekk ma jridux jemmmu) 2 1 ħlas ta' Sidek huwa l-aħjar, u Huwa l-Aħjar fost dawk l jipprovdut

[73] Int'tabilħaqq isejħilhom lejn. triq dritta (li twassal għall (Ġenna)

[74] iżda dawk li ma jemmnux Il-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra), joħorġ mit-triq

[75] Li kieku kellna nħennu għalihom u nneħħulhom: is- saram li jinsabu fih. (xorta waħda) kienu jibqgħu jżidu fil-kefrija tagħhom, mitlufin bħall-għomja

[76] Aħna ħadniehom (għal għarrieda) u kkastigajniehom (f'din. id-dinja), iżda (minkejja dan) ma qagħdux għal Sidhom (il-Mulej), u lanqas jitolbu/h) bl-umiltà

[77] sa ma niftħu fuqhom bieb li jagħti għal kastig qalil (fil- Ħajja l-OħrajL Huma jkunu fih b'qalbhom. maqtugħa għal kollox (fi xi darba l-kastig jintemm)

[78] Huwa li takom is-smigħ, dawl għajnejkom u l-qlub (iżda intom ħaddimtuhom ħażin u) ftit li xejn tiżżu ħajr

[79] Huwa li ħalaqkom u kattarkom fuq l-art (kollha biex: tgħammru fiha), u lejh għad tinġabru (biex tagħtu kont)

[80] Huwa.li jagħti l-ħajja u jagħti l-mewt, u tiegħu t-taqlib tal-lejl u n-nhar, Jaqaw ma tifhmux

[81] Mhux biss (il-pagani ta' Mekka m'emmmux), imma qalu bħal dak li kienu qalu nies il-qedem

[82] (Qalu fl-injuranza kbira. tagħhom): 'Jaqaw meta mmutu u-nkunu trab u għadam, se nitqajmu (għal ħajja ġdida)

[83] Aħna u missirijietna, qabel, konna. tabilħaqq diġà mwegħdin dan. Dawn ma humiex ħlief stejjer ta' nies il- qedem

[84] (Għidfilhom Muħammad): ''Ta' min hija l-art u dawk (il-ħlejjaq) li hemm fiha, jekk tafu

[85] Huma se jgħidu: 'Ta' Allaf' Għid(ilhom): 'Mela kif ma tiftakrux

[86] Għid(ilhom tikoll): 'Min huwa Sid is-seba' smewwiet, u Sid it-Tron il-kbir

[87] (Se jgħidu: 'Ta' Allaf' Għidfi/hom): ''Mela kif ma tibżgħux (u tibqgħu tqimu l-idoli)

[88] Għid: 'Min għandu f'idu s-setgħa fuq kollox, u li jħares (lill-bniedem. mill-kastig) mingħajr. iżda, ma hemm ħarsien minnu, jekk tafu

[89] Se jgħidu: 'Ta' Alla (dik is-sergħaji' Mela kif tissaħħru (i titgarrqu)

[90] Iżda Aħna' ġibnielhom is-sewwa, u huma. tabilħaqq giddibin (u jgħidu li Alla għandu ixirka u ibenji)

[91] Alla ma ħa ebda wild għalih, u miegħu ma hemm ebda alla. (ieħor, għaliex) inkella. kull alla kien jitlaq b'dak li ħalaq, u xi wħud minnhom kienu jogħlew fuq oħrajn. Sebħ. lil Alla (għaliex Huwa ogħla) minn dak li jaqilgħu (dwaru)l

[92] Huwa jaf il-mistur u dak li jidher, u Huwa ogħla minn dak li jxierku (riegħu)

[93] Għid (Muħammad): 'Sidi, jekk turini dak li. huma mwegħdin

[94] Sidi, la tqegħednix man-nies il-ħżienal

[95] Aħna tabilħaqq nistgħu nuruk (Muħammad) dak (il-kastig) li wegħedniehom

[96] Biegħed u ħudha kontra l-ħażen b'dak li huwa aħjar (minnu: bil-mogħdrija u bl-għemil. it-tajjeb). Aħna nafu sewwa dak li jaqilgħu (dwarna, u se nħallsuhom tiegħu)

[97] U għid (Muħammad): ''Sidi, jiena nistkenn fik mit-tfesfis tax-xjaten

[98] U nistkenn fik, Sidi, li-ma jmorrux jersqu lejja (bil-ħsara tagħhom)U

[99] (il-ħżiena jibqgħu fil-ħażen tagħhom) sa ma' l-mewt tiġi għal xi ħadd minnhom (u fil-biża' li jaqbdu) jgħid: 'Sidi, reġġagħni (lura għall-ħajja fid-dinja)

[100] biex forsi nkun nista' nagħmel il-ġid minflok dak (kollu) li kont inqast (li nagħmel qabel):' Le, (ma huwiex se jingħata aktar żmien)l Hija biss kelma (fiergħa) li huwa. jgħid. Warajhom (dawn l-erwieħ) hemm ħajt kbir jifrid(hom mid- dinja), sal-Jum li fih jitqajmu (għall-Ġudizzju)

[101] U meta tindaqq it-trumbetta (Żi tħabbar Jum il-Ġudizzju), dakinhar ma jkunx hemm (aktar). qrubija bejniethom, u lanqas jistaqsu għal xulxin

[102] (Dakinhar) min. ikollu l-miżien tiegħu mtaqqal (b'għemejjel tajba), dawk ikunu r-tebbiħin (li jidħlu l- Ġenna)

[103] Iżda min ikollu l-miżien tiegħu ħafif (għaliex mingħajr għemejjel tajba), dawk jitilfu rwieħhom (u jkunu) fl-Infern għal dejjem

[104] In-Nar jismot uċuħhom, u fih ikunu koroh u mdejqin

[105] (Imbagħad jingħad. lil- dawk li ċaħdu. t-twemmin:) Mela l-versi tiegħi ma kinux jinqrawlkom, u kontu tgiddbuhom

[106] Huma jgħidu: Sidna, il-ħażen tagħna għelibna, U konna nies mitlufin

[107] Sidna, oħroġna minnu (in-Nar), u jekk nerġgħu lura (għall-qerq u d-dnub), inkunu tabilħaqq ħżienal

[108] Jgħid(i/hom): Morru. fih. (in-Nar) imkeċċijin mkasbrin, u la tkellmunixi

[109] Tabilħaqq li ġemgħa mill-qaddejja tiegħi kienu jgħidu: 'Sidna, aħna emminnal Mela aħfrilna u ħenn għalina. Int l-Aħjar li tħemi

[110] Iżda intom waqqajtuhom għaċ-ċajt, hekk li nessewkom it-tifkira tiegħi waqt li kontu tidħku bihom

[111] Illum (lill-qaddejja tiegħi) tajthom. il-premju. talli stabru, u huma tassew ir-rebbiħini

[112] Huwa jgħid(i/hom): 'Kemm-il sena domtu fuq l-art

[113] Huma jgħidu: 'Domna jum. jew biċċa minnu. Staqsi lil dawk li jgħoddu

[114] Jgħidilhom (il-Mulej): 'Ma domtux għajr għal-ftit, li kontu taful

[115] Jaqaw ħsibtu li ħlaqniekom għalxejn, u li m'intomx se titreġġgħu lura għandna (f'Jum il-Ġudizzju)

[116] Għalhekk ħalli jogħla Alla; is-Sultan. is-Sewwal Ma hemmx alla (ieħor) ħliefu Sid it-Tron ta' ġieħ

[117] U min isejjaħ alla ieħor ma' Alla, mingħajr ma għandu prova ta' dan, il-kont tiegħu jinsab biss għand Sidu (il- Mulej, u jasal il-Jum li jrid iħallsu). Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux ma jirbħux (il-Ġenna)

[118] U għid (Muħammad): 'Sidi, aħfer u ħennl Inti l-Aħjar fost dawk li jħennul

Id-Dawl

Surah 24

[1] (Din hija). sura. li niżżilnieha (lilek. Muħammad), għamilnieha obbligu (għall-Misilmin), u niżżilna fiha sinjali ċari biex forsi tiftakru (fit-twissija)

[2] Liż-żienja u liż-żieni agħtuhom mitt sawt kull wieħed, u tħennux għalihom fejn tidħol il-liġi ta' Alla, jekk (tassew) temmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum, u (araw) li ġemgħa minn dawk li jemmnu jixhdu għall-kastig tagħhom it-tnejn

[3] Iż-żieni ma jiżżewwiġx għajr żienja, jew waħda li xxierek (allat oħra ma' Alla), u liż-żienja ma jiżżewwiġhiex għajr (bniedem) żieni, jew wieħed li jxierek (allat oħra ma' Alla). Dak (iż-żwieġ ma' nies żienja u pagani) huwa projbit għal dawk li jemmnu (ħlief jekk iż-żieni, jew iż-żienja, jindmu)

[4] U dawklijixlu (biż-żina) lin-nisa safjin mingħajr ma jġibu erba' xhieda, agħtuhom tmenin sawt, u la tilqgħu qatt aktar ix-xhieda tagħhom. Dawk huma l-ħżiena

[5] ħlief dawk. li, wara dan, nidmu u sewwew (il-ħsara tal- qlajjiet li qalgħu u tax-xhieda ħażina li taw), għaliex Alla huwa tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

[6] U dawk (l-irġiel) li jixlu lin-nisa tagħhom (b'żina) mingħajr ma jkollhom xhieda oħra għajr tagħhom infushom, kull wieħed minnhom għandu jixhed għal erba' darbiet (u jaħlef) b'Alla li qiegħed jgħid is-sewwa

[7] u l-ħames (ħalfa tkun) li s-saħta ta' Alla fuqu jekk qiegħed jigdeb

[8] U (lil dik il-mara) teħlisha mill-kastig ix-xhieda tagħha għal erba' darbiet (u taħlef) b'Alla li (dak li qiegħed jixliha) huwa mill-giddibin

[9] ul-ħames (ħalfa tagħha tkun) li l-għadab ta' Alla fuqha jekk (min jixliha) ikun minn dawk li jgħidu s-sewwa

[10] Li mhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u għall-ħniena tiegħu, u għaliex Alla jdur Kollu Maħfra, u Għaref, (kieku l- kastig jinżel fuqkom għax qed tixlu lil xulxin mingħajr ebda xhud)

[11] Tabilħaqq li dawk li ġew bil-qerq (u qalgħu qlajjiet dwar. Għajxa, mart. il-Profeta) huma. ġemgħa minn fostkom. Taħsbux li dan huwa ħażin għalikom, anzi, huwa. tajjeb għalikom (għaliex Alla stess jixhed li din il-mara ma hijiex ħatja ta' ebda żina). Ta' kull bniedem minnhom hija l-ħtija li kiseb, u dak li kellu l-akbar sehem fosthom (Għabd Ai/ah bin 'Ubaj bin Saltil, il-mexxej ta' l-ipokriti), għandu kastig. mill-kbar

[12] Għaliex, meta smajtuha (din il-gidba dwar Għajxa), l- irġiel u. n-nisa. li-jemmnu ma ħasbux tajjeb (f'ħurhom) bħalma jaħsbu fihom' infushom, u ma qalux: 'Dan qerq fiż ġideb) biċ-ċari

[13] (Għaliex ma ġabux erba' xhieda għaliha din il-ħaġa) 2 U minħabba li ma ġabux ix-xhieda, għal Alla dawk huma l- giddibin

[14] U li mhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u l-ħniena tiegħu f'(din) id-dinja u fl-Oħra, kien imisskom kastig mill-kbar talli ġrejtu wisq bi Isienkom

[15] meta (il-kliem fieragħ) ilqajtuh fi lsienkom, u tgħidu b'fommkom dak li ma għandkomx għarfien dwaru, u tqisuh xi ħaġa żgħira, filwaqt li għal Alla (din hija ħaġa) tassew kbira

[16] U għaliex, meta. smajtuh (dan il-kliem. fieragħ) ma għedtux: ''Mhux xieraq għalina li nitkellmu dwar dan. Sebħ lilek (Mi/ejjt. Din (li qalgħu minn żniedhom dwar Għaxja hija) gidba mill-kbari

[17] Alla jwissikom biex qalt ma terġgħu tagħmlu hekk, jekk (tassew) temmnu

[18] Alla jurikom biċ-ċar il-versi (tal-Qoran). Alla jaf kollox, Għaref

[19] Tabilħaqq li-dawk li jixtiequ li jixtered il-faħx fost dawk li jemmnu, (dawn) se jkollhom kastig ta' wġigħ f'(din) id- dinja u fl-Oħra. U Alla jaf (b'kollox), filwaqt li intom ma tafuxi

[20] Ulimhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u l-ħniena tiegħu, u li Alla huwa Kollu Tjubija, Ħanin, (kieku ilkom megrudin)

[21] Intom li temmnu, timxux fil-passi tax-Xitan (u xxerrau l-qerq u l-gideb bħalu). U min jimxi fil-passi tax-Xitan (għandu jkun jaf illi) huwa (ix-Xitan) tabilħaqq jamar (li jsir) il-faħx u (kull) għemil ħażin. U li mhux għat-tjieba ta' Alla fuqkom, u l-ħniena tiegħu, ħadd minnkom qatt ima kien ikun safi, iżda Alla jsaffi lil min irid. Alla jisma' kollox u jaf kollox

[22] L-għonja fostkom u: dawk. ta' ġid kotran. ma għandhomx jaħilfu li ma jgħinux lill-qraba tagħhom, lill- fqar u lil dawk li emigraw għal Alla, u għandhom jaħfru u jagħdru (ef nuġqasijiet li saru magħhom). Mela ma tixtiqux li Alla jaħfer lilkom 2 Alla Kollu Maħfra, Ħanin

[23] Tabilħaqq li dawk li jixlu lin-nisa safjin, li qatt ma' kellhom il-ħsieb ta' għemil faħxi, u li jemmnu, (nies bħal) dawk. jinsteħtu f'/din) id-dinja u. fl-Oħra, u jkollhom kastig mill-kbar

[24] dakinhar li l-ilsna tagħhom, idejhom u riġlejhom (stess) jixhdu kontrihom għal dak (il-qerq u l-ħażen) li kienu jagħmlu

[25] Dakinhar (ta' Jum il-Ġudizzju) Alla jħallashom il-ħlas sħiħ tagħhom, u jkunu jafu li Alla huwa, bla dubju, is- Sewwa biċ-ċar

[26] In-nisa l-ħżiena (jiswew) għall-irġiel il-ħżiena, u l-irġiel il-ħżiena għan-nisa l-ħżiena, filwaqt li n-nisa t-tajbin (bħal Għajxa, tiswa) għall-irġiel it-tajbin (bħall-Profeta Muħammad), u l-irġiel it-tajbin għan-nisa t-tajbin. Dawn huma: ħielsa minn dak (il-ħażen) li. (in-nies) jgħidu (fuqhom), u jkollhom maħfra u ħlas kotran (fil-Ġenna)

[27] Intom li temmnu, tidħlux fi djar li ma humiex djarkom, qabel ma titolbu permess u ssellmu lil nieshom. Dak ikun aħjar għalikom (li tagħmlu) biex forsi tiftakru (kif iġġibu rwieħkom)

[28] U jekk ma ssibu lil ħadd fihom, tidħlux fihom qabel ma tingħataw permess. U jekk jingħad lilkom: ''Erġgħu lura (minn fejn. ġejtu),' erġgħu lural Dan ikun aktar safi għalikom. Alla jaf b'kulma tagħmlu

[29] Ma jkollkomx ħtija fuqkom jekk tidħlu (b/a permess) fi djar bla nies (li dejjem jgħixu fihom, bħal lukandi u postijiet pubbliċi) u ssibu. fihom xi qadi (għall-ħtiġijiet tagħkom, bħalma huwa: l-kenn u l-mistrieħ). Alla jaf b'dak li turu u b'dak li taħbu

[30] Għid (Muħammad) lil dawk l-irġiel li jemmnu biex jgħakksu għajnejhom, u jħarsu (is-safa) tal-partijiet privati: tagħhom. Dak huwa aktar. safi: għalihom. Tabilħaqq li Alla jaf sewwa b'dak li jagħmlu

[31] U għid (ikoll) lil dawk in-nisa li jemmnu biex jgħakksu għajnejhom, iħarsu (is-safa) tal-partijiet privati tagħhom, ma jurux ġmielhom ħlief dak li jidher minnu, jiġbdu l- velijiet (li bihom jgħattu rjushom) għal fuq sidirhom, u ma jurux ġmielhom. ħlief lil żwieġhom, jew. lil missirijiethom, jew missirijiet żwieġhom, jew lil uliedhom, jew ulied żwieġhom; jew lil ħuthom subien, jew ulied ħuthom subien, jew lil ulied ħuthom il-bniet, jew lin-nisa tagħhom, jew lill-(iisiera nisa) li-għandhom f'idejhom, jew lill-qaddejja rġiel neqsin mill-ġibda tal- ġisem, inkella lit-tfal li ma jifhmux l-għera fin-nisa. Lanqas ma' għandhom in-nisa jħabbtu (il-brazzuletti milbusa madwar) riġlejhom biex (fil-mixi tagħhom) isir magħruf il-ġmiel moħbi tagħhom. U duru Ikoll nedmin lejn Alla, intom li temmnu, biex forsi toħorġu rebbiħin

[32] Żewġu lil dawk (l-irġiel u n-nisa) fostkom li ma humiex miżżewġin, u lit-tajbin minn fost l-ilsiera rġiel u nisa tagħkom. U jekk ikunu foqra, Alla jagħtihom il-ġid mit-tjieba tiegħu. Alla Wiesa' (fit-tjieba tiegħu) u jaf kollox

[33] Ħa jħarsu s-safa tagħhom dawk li ma jsibux jiżżewġu sama Alla jagħtihom il-ġid mit-tjieba tiegħu. U dawk (l- ilsiera) li għandkom f'idejkom li jitolbu (mingħandkom) il-kitba: (tal-fidwa), iktbuhielhom jekk issibu xi ġid fihom, u agħtuhom mill-ġid li Alla takom. La ġġegħlux lill-ilsiera bniet tagħkom jagħtuha għaż-żina, fil-kilba tagħkom għall-ħwejjeġ. tal-ħajja f'din. id-dinja, meta dawn: iridu jħarsu s-safa tagħhom. Min iġagħalhom (jagħtuha għaż-żina għandu jkun jaf) li, għaliex kienu mġiegħla, Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra (ma' dawk in-nisa), Ħanin

[34] Aħna tassew niżżilnielkom versi ċari u (tajna) eżempju b'dawk (il-ġnus) li għaddew qabilkom bħala twissija lil dawk li jibżgħu minn Alla

[35] Alla huwa Dawl is-smewwiet u l-art. Id-Dawl tiegħu jixbah niċċa li fiha musbieħ; il-musbieħ jinsab fi ħġieġa (safja); il-ħġieġa qisha. kewkba tleqq; (il-musbieħ) imkebbes minn siġra mbierka: żebbuġa (mxeżrla) la fil- Lvant u lanqas fil-Punent (imma bejniethom, fid-deżert, fejn ix-xemx tisreġ u ssajjar il-frott tagħha aktar), li ż- żejt tagħha (huwa hekk safi u li) għoddu jdawwal mingħajr ma jmissu n-nar. Dawl fuq Dawl: Alla jmexxi lejn id-Dawl tiegħu lil min irid. Alla jġib it-tixbihat lin- nies, u Alla jaf b'kolloxi

[36] (Id-Dawl ta' Alla jinsab) fi djar (il-moskej) li Alla:ried li jinbnew, u li fihom jissemma Ismu, u jsebbħuh fihom filgħodu u filgħaxija, (bla waqfien)

[37] irġiel li ebda negozju u bejgħ ma jnessihom isemmu lil Alla, li jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità, u jibżgħu minn Jum li fih jitqallbu l-qlub u l-għajnejn (bil-biża)

[38] biex Alla jħallashom ta' l-aħjar (għemejjel) li għamlu, u jżidhom mit-tjieba tiegħu, Alla jagħti l-ġid (tiegħu) lil min irid Hu, bla qjies

[39] Iżda dawk li ċaħdu t-twemmin, l-għemejjel tagħhom. huma bħal miraġġ fid-deżert: l-għatxan jaħsbu ilma, u meta jersaq lejh, isib li ma huwa xejn, iżda (vin/lok) hemmhekk isib lil Alla jħallsu l-kont sħiħ tiegħu, Alla. malajr jagħmel il-kontijiett

[40] Jew (inkella l-qagħda ta' dawk li ċaħdu t-twemmin hija) bħal dlamijiet f'baħar bla qiegħ, mgħotti b'mewġ: b'mewġ (ieħor) fuqu, u fuqhom hemm sħab: dlamijiet fuq xulxin. Jekk (xi ħadd) imidd idu, ikun għoddu ma jarahiex. U lil dak li Alla ma jagħtihx dawl (l-Islami f'qalbu), ma jkollux dawl

[41] Mela ma tarax li lil Alla jsebbħu dawk li jinsabu fis- smewwiet u fl-art, u t-tajr (i jittajjar) bil-ġwienaħ mifruxa 7 Kulħadd jaf it-talb u t-tifħir tiegħu. Alla jaf b'dak li jagħmlu

[42] U ta' Alla hija s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art, u lejn Alla t-tmiem (mill-isbaħ)

[43] Mela ma tarax li Alla jmexxi s-sħab, imbagħad iġibu flimkien, jagħmlu gods wieħed, u tara x-xita toħroġ minn ġewwa fih 7 Huwa jniżżel mis-sema minn (sħab /i hu bħal) iġbla ta' silġ, u bih jolqot lil min irid, u jżommu 'l bogħod minn min irid. Il-leħħa tal-beraq tiegħu għoddha tagħmi l-għajnejn

[44] Alla jaqleb (wara xulxin) il-lejl u n-nhar. Tabilhaqq li f'dan hawn tagħlima għal dawk li għandhom imħuħ (biex jaraw u jifhmu)

[45] Alla ħalaq kull ħliqa (li rgħix fl-art) mill-ilma, u hemm minnhom li jimxu fuq żaqghom, minnhom li jimxu fuq riġlejn, u minnhom li jimxu fuq erbgħa. Alla joħloq li jrid. Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan

[46] Aħna tassew niżżilna versi li juru biċ-ċar (it-triġ it- tajba), u Alla jmexxi lil-min irid lejn triq dritta

[47] (Dawk ta' wiċċ b'ieħor) jgħidu: 'Aħna nemmnu F'Alla u fil-Mibgħut, u aħna nobdufhom)i' Imbagħad wara dan (tara) li ġemgħa minnhom tagħti daharha (u ma tagħtix widen). Dawk ma humiex (tassew) nies li jemmnu

[48] U meta jissejħu lejn Alla u l-Mibgħut tiegħu biex jagħmel ħaqq minnhom; uħud minnhom ma jkunux iridu

[49] Iżda jekk (jaħsbu li) għandhom raġun, (arahom) jiġu għandu (il-Mibgħut tiegħu) ubbidjenti

[50] Jaqaw fi qlubhom hemm xi marda, jew jinsabu fid- dubju, jew inkella jibżgħu li Alla u l-Mibgħut tiegħu jonqsu lejhom' Le, (bil-maqlub)i Dawk. (ta' wiċċ b'ieħor) huma l-ħżienal

[51] It-tweġiba ta' dawk li jemmnu, meta jissejħu lejn Alla u l-Mibgħut tiegħu, biex jagħmel ħaqq bejniethom, tkun: tAħna nisimgħu u nobduf' Dawk huma r-rebbiħin

[52] U minjobdi lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u jibża' minn Alla u joqgħod għalih, dawk huma r-rebbiħin

[53] (Dawk ta' wiċċ b'ieħor) jaħilfu l-aqwa ħalf b'Alla illi kieku kellek (Muħammad) tordnalhom, huma tassew joħorġu (minn djarhom. biex jitqabdu miegħek). Għidilhom: 'La taħilfux (għaliex qarrieq il-ħalf tagħkomjt L-ubbidjenza tagħkom (lejn Alla u l-Mibgħut tiegħu hija) magħrufa (bil-kliem biss)L Tabilħaqq li Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[54] (Għidfilhom): Oqogħdu għal Alla, u oqogħdu għall- Mibgħutt Iżda jekk tagħtu daharkom ( 4 ma tagħtux widen, il-Mibgħut) ikun responsabbli. ta' dak li tqabbad jagħmel (ix-xandir tal-Kelma ta' Alla), u intom tkunu responsabbli ta' dak li tqabbadtu tagħmlu (/i tisimgħu l- Kelma ta' Alla u timxu fit-triq ta' l-Islam). U jekk toqogħdu għalih (il-Mibgħur), tkunu fit-triq it-tajba. Dmir il-Mibgħut ma huwiex ħlief (li jwassal) it-taħbira mill- aktar ċara

[55] Alla wiegħed lil dawk minnkom li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba li se jagħtihom l-art b'wirt, bħalma kien taha lil-ta' qabilhom, u li jsaħħilhom id-din tagħhom (l- Islam) li Huwa: għażel għalihom, u li tassew jibdlilhom il-biża' tagħhom fi sliem (u ħarsien). (Alla jgħid) VHuma jqimuni u ma jxierku xejn miegħi.' Iżda min. wara dan, jiċħad it-twemmin (ir l-grazzji ta' Alla), dawk ikunu l-ħżiena

[56] Agħmlu t-talb, agħtu l-karità, u oqogħdu għall-Mibgħut biex forsi ssir ħniena magħkoml

[57] La taħsibx (Muħammad) li dawk li ċaħdu t-twemmin se jaħarbu minn Alla fuq l-artl Il-kenn tagħhom ikun in- Nar, u ta' għajb it-tmiem (tagħhom)l

[58] Intom li temmnu; araw li l-ilsiera tagħkom u dawk li għadhom. taħt l-età jitolbukom permess. (gabef jidhru quddiemkom) fi -tliet waqtiet: qabel it-talb ta' filgħodu, x'ħin tinżgħu ħwejjiġkom f'nofsinhar, u wara t-talb ta' filgħaxija. (Dawk huma) it-tliet (waqtiet) għalikom meta (forsi) tkunu għarwenin (fi djarkom). F'ħinijiet oħra, la intom u lanqas huma ma jkollhom ebda ħtija jekk tmorru għand xulxin. Hekk Alla jurikom is-sinjali (tiegħu fil- Qoran). Alla jaf kollox u Għaref

[59] U meta l-ulied fostkom jilħqu l-età tagħhom, araw li (huma wkoll). jitolbu. permess. (qabel. jidhru quddiemkom), bħalma talbu permess dawk ta' qabilhom. Hekk Alla jurikom is-sinjali tiegħu. Alla jaf kollox u Għaref

[60] In-nisa li għaddielhom iż-żmien li jwelldu, u li ma jittamawx (aktar) fiż-żwieġ, ma jkollhom ebda ħtija jekk ineħħu ħwejjiġhom (ta' fuq) mingħajr ma jperrċu l-ġmiel (tagħhom). U jkun aħjar għalihom li joqogħdu kif jixraq. Alla jisma' kollox u jaf kollox

[61] Ebda ħtija ma jkollu l-agħma, iz-zopp, il-marid jew intom infuskom jekk tieklu fi djarkom, jew fi djar missirijietkom; jew fi djar ommijietkom, jew fi djar ħutkom is-subien, jew fi djar ħutkom il-bniet, jew fi djar l-aħwa subien ta' missierkom, jew fi djar l-aħwa bniet ta' missierkom, jew fi djar l-aħwa subien ta' ommijietkom, jew fi djar l-aħwa bniet ta' ommijietkom, jew fi djar li tagħhom għandkom l-imfietaħ, jew (f'dar) seħibkom. Ma għandkom ebda ħtija jekk tieklu flimkien jew waħidkom. U meta tidħlu fi djar, sellmu lil xulxin b'tislima mbierka u tajba mingħand Alla. Hekk Alla jurikom is-sinjali biex forsi tifhmu

[62] Nies it-twemmin (tassew) huma dawk li jemmnu f'Alla. u fil-Mibgħut tiegħu, li meta jkunu miegħu (mal-Profera) fuq ħaġa li teħtieġ li jiltaqgħu flimkien dwarha, ma jitilqux qabel ma jitolbuh permess, Tassew li dawk li jitolbuk permess (gabel ma jitilqu, Muħammad) dawk huma li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu. Mela jekk jitolbuk permess (biex jitilqu) fuq xi ħaġa tagħhom, ħalli jmur lil-min trid minnhom. u itlob il-maħfra ta' Alla fuqhom. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

[63] La: ssejħux. (bil-kunfidenza) lill-Mibgħut (b'ismu) bħalma ssejħu lil xulxin. Alla jaf b'dawk minnkom li jbewġu 'l-hemm (u jaħarbu minn dmirhom). Ħalli dawk. li jmorru kontra l-amar tiegħu (tal-Profeta) joqogħdu b'seba' għajnejn li ma jilħaqhomx it-tiġrib, jew jilħaqhom kastig ta' wġigħl

[64] Tabilħaqq li ta' Alla dak li jinsab fis-smewwiet u fl-art, u jaf x'għandkom fi qlubkom; U fil-Jum li (il-bnedmin kollha) jitreġġgħu lura għandu, Huwa jħabbrilhom dak li għamlu. Alla jaf b'kolloxt

Il-Qjies

Surah 25

[1] Imbierek Dak li niżżel il-Qjies lill-qaddej. tiegħu (Muħammad) biex iwissi l-ħlejjaq kollha

[2] Dak li għandu s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art, lima ħax għalih wild, li-ma kellux xrik fis-saltna, u li ħalaq kollox bil-qjies

[3] (Madanakollu l-pagani) ħadu: għalihom: allat (oħra) minfloku, li ma joħolqu xejn, iżda huma maħluqa (bir- ipinġija jew bit-tinqix), li ta huma ta' deni u lanqas ta' ġid għalihom infushom, u li la għandhom setgħa fuq il- mewt, la fuq il-ħajja, u lanqas fuq il-qawmien mill- imwiet

[4] Dawk li-ma jemmnux jgħidu: ''Din- (tal-Qoran) ma hijiex ħlief gidba li (Muħammad) qala' minn żniedu, u għenuh fiha nies oħrajn (minn fost il-Lhud u l-Insaraji' Huma, tabilħaqq, ġew b'inġustizzja u b'qerq)

[5] Qalu (ukoll il-pagani): '(Dawn ma humiex ħlief) stejjer ta' nies il-qedem li (Muħammad) qabbad li jinkitbu(/u), u li jinqrawlu filgħodu u filgħaxija (biex jirgħallimhom)

[6] Għid(ilhom Muħammad): ''(Il-Qoran) niżżlu Dak li jaf il-mistur fis-smewwiet u fl-art. Huwa Kollu Maħfra, Ħanin

[7] Huma jgħidu: 'X'Mibgħut huwa dan. li jiekol l-ikel (bħal kull bniedem ieħor), u jimxi fis-swieqż Mhux. li tniżżillu xi anġlu u jwissi miegħu (lill-bnedmin kieku konna nemmnuh)i

[8] Jew (kien) jingħata teżor (mis-sema u ma kien ikun jeħtieġ xejn), jew (kien) ikollu ġnien biex jiekol minnu'' Il-ħżiena qalu: 'lntom ma timxux għajr wara raġel imsaħħari

[9] Aratt-tixbihat li jagħmlu fuqek (Muħammad, u l-qlajja' kollha li qalgħu kontrik), iżda huma ntilfu u ma jistgħux isibu triq

[10] Imbierek Dak li, jekk irid, jagħmillek (ħwejjeġ) aħjar minn. hekk: Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u jagħmillek (ukoll) palazzit

[11] Le, imma giddbu s-Siegħa (tal-Ġudizzju), u għal min igiddeb is-Siegħa ħejjejna Nar iħeġġeġ

[12] U meta (dan in-Nar) jarahom minn post imbiegħed, (il- I ħżiena) jisimgħuh iħeġġeġ u jfaqqa' bil-qawwa (għaliex imxennaq għalihom u jrid jiblagħhom)

[13] U meta jinxteħtu fih (dak in-Nar tal-biża' u jsibu rwieħhom). f'post dejjaq, marbutin flimkien (b'idejhom madwar. għonghom). fil-ktajjen, hemm jitolbu. l-qerda (biex jeħilsu mill-kastig)

[14] (Jingħad lilhom:) 'Illum issejħux qerda waħda, iżda sejħu ħafna qerdiett

[15] (Għidfilhom Muħammad): '(X'taħsbu 2) Dak (li qegħdin fih) huwa aħjar, jew il-Ġenna ta' dejjem imwiegħda lil dawk li jibżgħu minn Alla 7 Għalihom, din. (il-Ġenna) hija ħlas (mistħoqq) u tmiem (mill-isbaħ)

[16] Fiha għandhom dak li jixtiequ, u (femm) jibqgħu għal dejjem. (Din hija) wegħda ta' Sidek li Huwa (żgw li) iżomm

[17] Fil-Jum li jiġbor lilhom u lil dawk (l-a/ar) li huma jqimu minflok lil Alla, jgħid(i/hom): ''Jaqaw intom kontu li telliftu t-triq lil dawn il-qaddejja tiegħi, jew huma tilfu t-triq (għaliex hekk riedu)T

[18] (Dawk l-idoli u l-allat meqjuma minflok Alla għad) jgħidu: ''Sebħ lilekl Aħna ma kienx jixirqilna li nagħżlu alleati minflokok, iżda Inti tajt lilhom u lil missirijiethom li jgawdu, sakemm insew it-twissija, u kienu nies meqrudin

[19] (Inbagħad Alla jgħid lill-ħżiena): ''Issa (dawn l-idoli u kallat stess li kontu tqimu) qegħdin igiddbukom dwar dak li kontu tgħidu (fighom: li huma allat)L Ma tistgħux teħilsu (mill-kastig) u lanqas (issibu) għajnuna, U min minnkom jagħmel il-ħażen, indewquh kastig kbirl

[20] U qablek (Muħammad) ma. bgħatniex. il-Mibgħutin (tagħna) jekk mhux jieklu l-ikel, u jimxu fis-swieq (għaliex kienu bnedmin. bħalek). Aħna għamilna wħud minnkom tiġrib għal xulxin (biex naraw) jekk tistabrux (u żżommux sod). Sidek (il-Mulej) jara kollox

[21] Dawk (li ma jemmnux u) li-ma jittamawx li jiltaqgħu magħna (f'Jum il-Ġudizzju) jgħidu: ''Għaliex ma tniżżlux. l-anġli fuqna, jew ma narawx lil Sidna (il-Mulej, 4 jgħidilna li inti, Muħammad, il-Mibgħut tiegħu) 7' Huma tassew tkabbru bihom infushom, u għamlu wisq ħażen

[22] Fil-Jum li jaraw lill-anġli, dakinhar ma jkunx hemm bxara tajba għall-ħatjin, u (l-anġli) jgħidu(lhom): (Mar tistgħux. tidħlu l-Ġenna għaliex hawn). sur projbit (li jżommkom milli tidħlu)U

[23] U niġu għal dak li għamlu ( 4 nxejnuh), u nagħmlu. minnhom għabra mxerrda (ma' kullimkien)

[24] Dakinhar nies il-Ġenna jkunu f'għamara aħjar, u fi mkien aħjar fejn jistrieħu

[25] Fil-Jum meta s-sema jixxaqqaq bis-sħab (tiegħu), u l- anġli jitniżżlu bil-kbir

[26] dakinhar is-saltna tabilħaqq tkun ta' Dak Kollu Ħniena. Ikun Jum iebes għal dawk li ċaħdu t-twemmin

[27] Fil-Jum meta l-midneb igiddem idejh (bil-għali) u jgħid: Mhux li qbadt (l-isress). triq mal-Mibgħut (ta' Allajt)

[28] Miskin jienl Kien ikun aħjar li ma sseħibtx mat-talil

[29] Huwa tassew tellifni t-tifkira (ta' Alla) wara li kienet waslitlif' Ix-Xitan jiddiżappunta lill-bniedem

[30] Il-Mibgħut (ta' Alla, imbagħad) qal: ''Sidi (il-Mulej), tabilħaqq li niesi ttraskuraw dan il-Qoran

[31] B'hekk għamilna lil kull Profeta għadu minn fost il- ħatjin. Sidek (il-Mulej) huwa biżżejjed (għalik Muħammad) biex juri t-triq u jgħin

[32] Dawk li jiċħdu t-twemmin jgħidu: ''Għaliex il-Qoran ma tniżżillux. kollu f'daqqaf' (Niżżilnihulek) hekk (Muħammad, ftit ftit) biex. bih insaħħulek qalbek, u qrajnieh (lilek) bil-mod (biex tifhmu u titgħallmu)

[33] U ma'jiġukx b'xi tixbiha (biex iġarrbuk) li ma niġukx bis-sewwa u bl-aħjar tifsira (dwar dak li jistaqsuk)

[34] Dawk li jinġabru wiċċhom 'l isfel (u mixħutin fl-art) il- Infern, dawk ikunu fl-agħar post u fl-akbar telfien tat-triq (li twassal għall-Ġenna)

[35] Aħna tassew. tajna lil Mosċ l-Ktieb (it-Tora), u qabbadna miegħu lil ħuh Aron biex jgħinu (fil-qadi tal- missjoni profetika tiegħu)

[36] U għedna (/il Mosċ u lil Aron): 'Morru għand in-nies li giddbu s-sinjali tagħnal' U qridniehom għal kollox

[37] U lil nies Noċ, meta giddbu lill-Mibgħutin, għerriqniehom u /għamilniehom sinjal għall-bnedmin (biex jitgħallmu minnhom), u għall-ħżiena ħejjejna kastig ta' wġigħ

[38] U (ftakar x'għamilna lill-ġnus ta') Għad u Tamid, u nies (pagani li għexu madwar il-bir imsejjaħ) ir-Rass, u kemm-il nisel ieħor li għexu bejniethom

[39] Lilhom kollha (fl-imgħoddi) tajniehom it-tixbihat (biex jitgħallmu minnhom); u lilhom kollha qridna għal kollox (minħabba fil-ħażen tagħhom)

[40] Dawk (li ċaħdu t-twemmin). tassew għaddew mill-belt (ta' Sodoma) li fuqha niżlet xita ta' ħażenl Jaqaw ma kinux jarawha 7 Iżda huma ma kinux jittamaw. fil- qawmien mill-imwiet

[41] Meta jarawk, ma jeħdukx ħlief biż-żebliħ (u jgħidu): tJaqaw dan huwa dak li Alla bagħat bħala Mibgħut (tiegħu)t

[42] Kien għoddu tellifna l-allat tagħna li kieku ma żammejniex sħiħ fihom bis-sabari' (Dalwaqt) se jkunu jafu, meta jaraw il-kastig, min l-aktar li tilef it-triq

[43] Rajtu lil dak li għamel xewqatu (u ġibdietu) l-alla tiegħuż Jaqaw int (Muħammad) tista' qatt tħarsu (mit- telfien)

[44] Jew qiegħed taħseb li ħafna minnhom jisimgħu jew jifhmu 7 Huma ma humiex ħlief bħall-bhejjem (bla għaqal). Let Huma l-agħar fit-telfien tat-triq (ir-tajbajl)

[45] Mela ma rajtx kif Sidek imidd id-dell (mażul il-jum). u kieku jrid kien jagħmlu ma jitħarrikx 2 Imbagħad għamilna x-xemx biex turih

[46] Imbagħad qbadnieh (u ġbidnieh) lejna, bil-mod

[47] Huwa (Alla) li għamlilkom il-lejl (biex jostorkom) bħal ilbies, u l-irqad għall-mistrieħ, kif ukoll in-nhar biex (terġgħu) tqumu għall-ħajja

[48] U Huwa li jibgħat l-irjieħ bħala bxara tajba (dwar il- wasla tax-xita), quddiem il-ħniena tiegħu, u mis-sema nniżżlu ilma safi għall-aħħar

[49] biex bih nagħtu l-ħajja lil art mejta (bin-nixfa), u nisquh lil-ħafna nies u bhejjem minn dawk li ħlaqna

[50] U tabilħaqq fissirnieh (il-Qoran) fosthom biex jiftakru, iżda ħafna min-nies ma jridux ħlief li jiċħdu (it- twemmin)

[51] Li kieku ridna, konna nibagħtu min iwissi f'kull belt (u b'hekk xogħlok, Muħammad, kien ikun eħfef)

[52] Mela la tismax minn dawk li ċaħdu t-twemmin, u tħabat bih (il-Qoran) kemm tiflaħ kontrihom

[53] Huwa (Alla) li ħalla ż-żewġt ibħra (iferrgħu f'xulxin), wieħed ħelu u tajjeb għax-xorb, u l-ieħor mielaħ u ma jinxtorobx, u bejniethom qiegħed ilqugħ li jifridhom, firda li ma tistax tinqabeż

[54] Huwa li ħalaq bniedem mill-ilma, u ħareġ minnu nies qraba (ta' xulxin, bid-demm) u biż-żwieġ. Sidek huwa (fuq kollox) Setgħan

[55] (Minkejja dan kollu) minflok lil Alla, huma jqimu dak li la jista' jkunilhom ta' fejda, u lanqas jagħmlilhom ħsara. Dak li jiċħad it-twemmin (dejjem) jgħin (lix-Xitan) kontra Sidu (il-Mulej)

[56] U ma bgħatniekx (Muħammad) ħlief biex tagħti l-bxara (lit-tajbin) u twissi (lill-midinbin)

[57] (Għidfilhom Muħammad): ''Ta' dan ma nitlobkom ebda ħlas ħlief li, min irid, jaqbad it-triq lejn Sidu. (Ta' dan Alla jagħtini l-premju, f'Jum il-Qawmien, talli wrejt it- triq it-tajba lill-bnedmin)

[58] U ħalli (Muħammad) f'idejn (Alla) il-Ħaj, li ma jmutx, u faħħar is-sebħ tiegħu. Huwa biżżejjed biex ikun jaf sew bi dnubiet il-qaddejja tiegħu

[59] Huwa li ħalaq is-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron, (iva) Dak li huwa Kollu Ħniena. Mela staqsi dwaru lil min jaf sew (dwar dawn il-veritajiet)

[60] U meta jintqalilhom: ''Inxteħtu qimu lil-Dak li huwa Kollu Ħniena,' huma jgħidu: 'U x'inhu (dan Alla) li huwa Kollu Ħniena' Jaqaw għandna ninxteħtu nqimu lil dak li qiegħed tamrilna (mingħajr ma nafuh) 7' (Kliem bħal dan) ikompli jbegħedhom (mir-reliġjon ta' Alla)

[61] Imbierek Dak li fis-sema għamel il-kostellazzjonijiet, u qiegħed fihom musbieħ (ix-xemx) u qamar li jdawwal

[62] U kien Huwa li għamel il-lejl u n-nhar jidħlu wara xulxin għal min irid jiftakar (fil-kobor ta' Alla), jew irid jiżżi ħajr (lil Alla)

[63] U l-qaddejja ta' Dak li Huwa Kollu Ħniena huma dawk li jimxu bl-umiltà fuq l-art (mingħajr ma jitkabbru), u. meta jkellmuhom dawk li ma jafux, huma jweġbuhom: 'Sliemi

[64] dawkli jishru (fit-talb) lil Sidhom (il-Mulej), mixħutin fl- artu bil-wieqfa

[65] dawk li jgħidu: 'Sidna, biegħed minna l-kastig ta' l- Infern. Tabilħaqq li l-kastig tiegħu huwa wġigħ bla waqfient

[66] Tassewli (l-Infern) huwa għamara u dar mill-agħarf

[67] Dawkli meta jonfqu, la jberbqu u lanqas jixxaħħu, iżda jżommu fin-nofs, bejn it-tnejn

[68] dawk lima' Alla ma jsejħux alla ieħor, li ma joqtlux ir- ruħ li Alla pprojbixxa (li tinqatel), jekk mhux bil-ħaqq (skond il-liġi tiegħu), u li ma jiżnux. U min jagħmel dak (il-ħażen), jieħu l-kastig

[69] u jiżdiedlu għal darba oħra l-kastig f'Jum il-Qawmien, u jibqa' mkasbar fih għal dejjem

[70] ħlief min jindem, jemmen, u jagħmel għemil ta' ġid. Lil dawk Alla jbiddlilhom il-ħażen tagħhom. f'għemejjel tajba. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[71] U minjindem u jagħmel il-ġid ikun dar tassew lejn Alla bl-indiema

[72] dawk li ma jixhdux falz, u li meta jgħaddu qrib il-frugħa, jibqgħu għaddejjin bil-ġieħ

[73] dawk li meta jitfakkru fis-sinjali ta' Sidhom (fil-Qoran) ma jagħmluhiex ta' torox u għomja

[74] dawkeli jgħidu: 'Sidna (il-Mulej), agħtina fin-nisa tagħna u f'nisilna hena għall-għajnejn (għaliex dawn jimxu fir- reliġjon. tiegħek), u agħmilna. ta' eżempju tajjeb għal dawk li jibżgħu (minnek)

[75] dawk jingħataw il-ħlas ta' l-ogħla għamara (fis-sema) talli stabru (u żammu iebes). u jintlaqgħu fiha b'tislim (ta' l-anġli) u (hemm isibu) sliem

[76] fiha (il-Ġenna) jibqgħu għal dejjem. Xi ġmiel. ta' għamara u darl

[77] Għid (Muħammad lil dawk li jiċħdu t-twemmin): ''Sidi ma jagħtix kaskom, li kieku mhux għas-sejħa tagħkom (lilu), Iżda intom giddibtu (is-sewwa li ġie mingħandu) u għalhekk (il-kastig tagħkom) se jkun imqabbad (magħkom u ma taħarbuhx)U

Il-Poeti

Surah 26

[1] Ta'. Sin. Mim

[2] Dawn huma l-versi tal-Ktieb mill-aktar ċar (il-Qoran)

[3] Jaqaw inti (Muħammad) se teqred lilek innifsek għaliex (nies Mekka) ma jemmnux

[4] Jekk irridu, Aħna nniżżlu fuqhom sinjal mis-sema (if jġegħelhom jemmnu bilfors) u rjushom jibqgħu baxxi quddiemu (iżda ma nagħmlux hekk)

[5] Matiġihomx tifkira ġdida mingħand Dak li huwa Kollu Ħniena. li (ma jiċħduhiex u) ma jagħtuhiex il-ġenb

[6] (Huma tassew giddbu /kulma ġiehom mingħand Sidhom), iżda se tiġihom l-aħbar dwar dak li kienu jżebilhu

[7] Mela ma rawx l-art: kemm-il għamla tajba (ta' ħwejjex) nibbitna. fiha

[8] Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjal, iżda ħafna minnhom ma jemmnuxt

[9] U tassew li Sidek (il-Mulej) huwa l-Qawwi, il-Ħanini

[10] (Ftakar Muħammad) meta Sidek sejjaħ lil Mosċ (u qallu): ''Mur għand in-nies il-ħżiena

[11] nies il-Fargħunl Jaqaw ma jibżgħux (minn Allaj)

[12] Qal ( Mosċ): ''Sidi, tassew nibża' li jgiddbuni

[13] u'naqa' f'diqa, u ma jintelaqx ilsieni. Mela ibgħat (miegħi) lil Aron (ħija, biex jgħinni)

[14] U huma (nies il-Fargħun) għandhom akkuża kontrija (għaliex kont qtilt wieħed minnhom), u għalhekk nibża' li joqtluni

[15] Qal (Alla): 'Le (ma joġilukx)i Morru t-tnejn li intom bis-sinjali tagħnal Tassew li Aħna nkunu magħkom, nisimgħu (dak li tgħidu ttdak li jweġbukom)

[16] Morru, mela, għand il-Fargħun u għidulu: 'Aħna l-Mibgħutin (tal-Mulej) Sid il-ħolqien

[17] Ibgħat magħna lil Ulied Israelf

[18] Qal (il-Fargħun lil Mosċ): 'Mhux aħna rabbejniek (sa minn mindu kont) tarbija fostna, u bqajt magħna għal snin (nwa/) minn għomrok

[19] Inti dak li għamilt l-għemil (ikrah li taf) li kont għamilt (meta qtilt wieħed minna), u (b'hekk urejtna li) kont wieħed minn dawk li ma jiżżux ħajr

[20] Qal(lu Mosċ); 'Jiena għamiltu (dak l-għemil ikrah) meta kont mal-mitlufin

[21] Ħrabt minnkom meta bżajt minnkom, u Sidi (il-Mulej) tani għerf (il-profezija) u għamilni mill-Mibgħutin

[22] U dak hu l-pjaċir (li inti għamiltli), u. li tfakkarhuli biex nibqa' nafhulek: li inti jassart lil Ulied Israel

[23] Qal il-Fargħun (imkabbar): 'U x'inhu (dan li qiegħed issejjaħlu) Sid il-ħolqien

[24] Qal(u Mosċ): ' Huwa Sid is-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, jekk intom temmnu bis-sħiħ

[25] Qal (il-Fargħun b'żebliħ) lil dawk ta' madwaru: 'M'intomx qegħdin tisimgħuf

[26] Qal (Mosċ): 'Huwa Sidkom u Sid missirijietkom tal-qedem

[27] (Qal. il-Fargħun mgħaddab): 'Tabilħaqq li: l-Mibgħut tagħkom li ntbagħatilkom huwa miġnunf

[28] (Mosċ.ma tax kas ta' kliem il-Fargħun u) qal: ''Huwa Sid il- Lvant u l-Punent, u ta' dak li hemm bejniethom, jekk għandkom għaqal (biex tiflimu)f

[29] Qal(lu l-Fargħun b'theddid): 'Jekk tagħżel alla ieħor għajri, żgur li nqiegħdek mal-ħabsini

[30] Qalflu Mosċj: 'U jekk inġiblek xi ħaġa ċara bil-bosta (hekk li ma tkunx tista' tmeriha u tieħadha)

[31] (Qalflu l-Fargħun): ''Ġibha. (ħalli naraw), jekk inti minn dawk li jgħidu s-sewwal

[32] Għalhekk (Mose) xeħet il-ħatar tiegħu (fl-art), U ara, sar lifgħa fid-dieherl

[33] U (imbagħad) ħareġ idu, u ara, (dehret) bajda (silġ, tleqq kollha dija u tgħammex) lil-dawk li kienu (hemm) iħarsu

[34] Qal (il-Fargħun) lill-kbarat ta' madwaru: 'Dan tassew saħħar li jaf xogħlu

[35] li jrid joħroġkom (ir jkeċċikomi) minn artkom bis-seħer tiegħu. Ghalhekk xi tgħidu (li għandna nagħmlu bih)

[36] Qalu (il-kbarat): 'Ħalli lilu u lil ħuh (għal fżir taż-żmien) u ibgħat. (lill-mibgħutin tiegħek) fil-bliet. (ta' l-Eġittu). biex jiġbru(lek)

[37] ujġibulek kull saħħar li jaf xogħlu

[38] U nġabru s-sħaħar f'ħin miftiehem ta' jum magħruf

[39] U ntqal lin-nies: 'Intom (ukoll) se tinġabru (biex ilkoll flimkien immorru għand il-Fargħun)

[40] Għandna mnejn nimxu wara. s-sħaħar, jekk joħorġu rebbiħini

[41] U meta s-sħaħar ġew, qalu lill-Fargħun: 'Se jkollna xi ħlas, jekk inkunu aħna r-rebbiħin

[42] (Qalilhom): 'Ival Tabilħaqq li dak il-ħin tkunu qrib tiegħi (u. ssiru tal-qalbajt)

[43] (Meta s-sħaħar Eġizzjani staqsew min se jibda l-ewwel) Mosċ qalilhom: ''Ixħtu li għandkom tixhtu (inroni l-ewwel)t

[44] Huma xeħtu l-ħbula u l-bsaten tagħhom u qalu: ''Bil-qawwa. tal-Fargħun, aħna tabilħaqq rebbiħinf

[45] U Mose xeħet il-ħatar tiegħu u, arah, (sar /ifgħa u) belgħet il- qerq tagħhom kollu (bil-ħbula x l-bsatert b'kollox)

[46] Għalhekk is-sħaħar (Eġizzjani) inxteħtu fl-art (quddiem Mosċ biex iqimu lil Alla tiegħu)

[47] Huma qalu: ''Aħna nemmnu f'Sid il-ħolqien

[48] Sid Mosċu Aroni

[49] Qal(ilhom. il-Fargħun): ''Emmintu fih qabel ma jiena nħallikom (tagħmlu hekk) 7 Tassew li (dan Mosċ) huwa l-kbir tagħkom li għallimkom is-seħer, iżda (dalwaqt) se tkunu tafut Tassew li naqtagħlkom idejkom u riġlejkom, id ta' naħa u riġel ta' naħa oħra, u nsallabkom ilkoll kemm intomf

[50] Qalufluj: 'Ma ġara xejni Aħna tabilħaqq se mmorru lura għand Sidna (il-Mulej)

[51] Aħna nittamaw li Sidna jaħfrilna ħtijietna, talli konna l- ewwel fost dawk li emmnu

[52] Aħna nebbaħna lil-Mosċ (iż għednielu): 'Itlaq mal-qaddejja tiegħi billejl, għaliex se jkollkom min jiġi għal warajkomi

[53] Il-Fargħun bagħat fil-bliet min jiġborlu (l-Eġizzjani kollha)

[54] (Dawn ħabbru hekk:) 'Dawn (il-Lhud ma humiex ħlief) ġemgħa żgħira

[55] uqegħdin (idejguna u) iqanqlu l-għadab fina

[56] iżda aħna Ikoll qegħdin għassa (għalihom)

[57] Għalhekk ħriġniehom (lill-Faragħun u lil niesu) minn ġonna u għejun (ta' l-ilma)

[58] minnreżori, u minn qagħdiet ta' ġieħ

[59] Hekk (ġara), u lil Ulied Israel għamilniehom werrieta tagħhom

[60] Għalhekk (il-Fargħun u hiesu) marru għal warajhom ma' tlugħ ix-xemx

[61] U meta ż-żewġ ġemgħat raw lil xulxin; sħab: Mosċ qalu: S Tassew li se nintlaħqu (mill-qawwiet tal-Fargħun injoqtluna)f

[62] (Qalfilhom Mosċ): ''Lel Miegħi tabilħaqq Sidi (il-Mulej) li se jmexxini (/ejn il-ħelsien)U

[63] U nebbaħna lil Mosċ (u għednielu): 'Olqot il-baħar bil- ħatar tiegħekf' U (ara, il-baħar) inferaq, u kull naħa kienet bħal muntanja mill-kbar

[64] Imbagħad ressaqna hemm lill-oħrajn (nies il-Fargħun)

[65] U ħlisna lil-Mosċ u lil min kien miegħu, ilkoll kemm huma

[66] Imbagħad għerriqna lill-oħrajn

[67] F'dan tabilħaqq hawn sinjal, iżda ħafna minnhom m'emmnux

[68] Tabilħaqq li Sidek (il-Mulej) huwa l-Qawwi, il-Ħanin

[69] U ħabbrilhom (Muħammad) il-ġrajja ta' Abraham

[70] meta qal lil missieru u lil niesu: 'X'qegħdin tqimu

[71] Qalu (bi ftaħir): 'Aħna nqimu idoli, u dejjem miġbura quddiemhom (fit-talb)

[72] (Qalfilhom Abraham): 'Jaqaw jisimgħukom meta ssejħu(/hom)

[73] jew huma ta' xi fejda għalikom, jew ta' ħsara

[74] Qalu: 'Le, imma sibna lil missirijietna jagħmlu hekk

[75] Qal (Abraham): ''Imma qegħdin taraw x'qegħdin tqimu

[76] intom u missirijietkom li ġew qabilkom

[77] Tabilħaqq li huma (kollha) għadu tiegħi, (u jiena ma nqimx) ħlief Sid il-ħolqien

[78] liħalaqni, u Huwa jmexxini

[79] Huwalli jitmagħni u jisqini

[80] u meta nimrad, Huwa jfejjaqni

[81] Dak li jagħtini l-mewt, u mbagħad jagħtini l-ħajja (ra' dejjem)

[82] Dakeli nittama li jaħfirli l-ħtija tiegħi f'Jum il-Ġudizzju

[83] Sidi (il-Mulej), agħtini għerf, u qegħedni mal-ġusti

[84] U (agħmel li nkun imfakkar) minn ta' warajja bi lsien is- sewwa (u jagħtuni ġieħ)

[85] uagħmilni fost il-werrieta tal-Ġenna ta' l-hena

[86] uaħfer lil missieri għaliex kien tabilħaqq fost il-mitlufin

[87] U la twaqqagħnix fil-għajb fil-Jum. li: (il-bredmin) jitqajmu mill-mewt

[88] fil-Jum meta la l-ġid u lanqas l-ulied ma jiswew

[89] ħlief min imur għand Alla b'qalb safja

[90] U l-Ġenna titressaq lejn dawk li jibżgħu minn Alla

[91] u n-Nar iħeġġeġ jidher lil dawk li ntilfu

[92] u jintqalilhom: ''Fejn huma dawk (l-idoli) li kontu tqimu

[93] minflok Alla 7 Jaqaw. jgħinukom, jew. jgħinu lilhom infushom

[94] Imbagħad jitwaddbu rashom 'l isfel fih (f'nar l-Infern), huma u l-mitlufin

[95] fimkien mal-qawwiet kollha ta' 'Iblis

[96] Fih jitlewmu bejniethom u jgħidu

[97] Fuq Allal Aħna konna tassew f'telfien fid-dieher

[98] meta (lilkom l-idoli) għamilniekom daqs Sid il-ħolqieni l

[99] Ħadd ma tellifna t-triq ħlief il-ħatjin

[100] u (issa) ma għandna lil ħadd min jidħol għalina

[101] lanqas ħabib tal-qalbi

[102] Kieku kellna nerġgħu lura (fid-dinja), kieku nkunu fost dawk li jemmnul

[103] Tabilħaqq li: f'dan: (kollu) hawn. sinjal, iżda. ħafna. minnhom ma jemmnuxi

[104] Sidek tabilħaqq huwa l-Qawwi, il-Ħanini

[105] Nies Noċ (ukoll) giddbu lill-Mibgħutin (tagħna)

[106] meta ħuhom Noċ qalilhom: ''Jaqaw. ma. tibżgħux (mill- kastig ta' Alla meta tqimu l-idoli)

[107] Tabilħaqq li jiena, għalikom, Mibgħut li tistgħu toqogħdu fuqu

[108] Mela ibżgħu minn Alla u obdunil

[109] Ta' dan ma nitlobkomx ħlas. Ħlasi ma huwiex ħlief mingħand Sid il-ħolqient

[110] Mela ibżgħu minn Alla u obdunif

[111] (Qaluflu niesu): 'Jaqaw għandna nemmnuk, meta huma l- baxxi (fis-soċjetà tagħna) li ġew warajk

[112] (Qalfilhom): SU jiena x'naf dwar dak li kienu jagħmlu (fl- imgħoddi, jew x'għandhom fi qlubhom issa)i

[113] Il-kont tagħhom: jinsab biss għand Sidi ( 24 Hu biss iħallashom dak li ħaqghom), li kieku tistgħu tifhmul

[114] U lanqas ma jiena se nkeċċi lil dawk li jemmnu

[115] Jiena m'iniex ħlief wieħed li jwissi bid-diehert

[116] (Qaluflu): 'Jekk mhux se tieqaf, Noċ (minn dan kliemek), tassew li se tkun imħaġġari

[117] Qal: 'Sidi, tabilħaqq li niesi giddbuni

[118] Mela agħmel ħaqq bejni u bejnhom, u eħles fili u lil dawk miegħi li jemmnu

[119] Għalhekk ħlisna lilu u lil-dawk li kienu miegħu fl-arka l- imgħobbija (b'kull ġens ta' bhejjem)

[120] Imbagħad għerriqna lil min kien baqa' (fiiq l-art)

[121] Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjal, iżda. ħafna minnhom ma jemmnux

[122] Uttassew li Sidek (il-Mulej) huwa l-Qawwi, il-Ħaninl

[123] (Ġens) Għad (ukoll) giddeb lill-Mibgħutin (ta' Alla)

[124] meta ħuhom Had qalilhom: ''Jaqaw ma tibżgħux. (imill- kastig ta' Alla meta tqimu l-idoli)

[125] Tabilħaqq li jiena, għalikom, Mibgħut li tistgħu toqogħdu. fuqu

[126] Mela ibżgħu minn Alla u obdunil

[127] Ta' dan ma nitlobkomx ħlas. Ħlasi ma huwiex ħlief mingħand Sid il-ħolqieni

[128] Jaqaw tibnu mafkar li jidher fuq kull għolja biex tedhew (u taħlu ż-żmien)

[129] urtibnu fortizzi kbar biex mingħalikom tgħixu għal dejjem

[130] U meta turu l-qilla tagħkom (mal-ġrus ta' madwarkorn), tagħmlu hekk bil-ħruxija u bl-arroganza kollha

[131] Melaibżgħu minn Alla u obduni

[132] u ibżgħu minn Dak li takom dak li tafu

[133] takom bhejjem (għall-ħtiġijiet tagħkom), u wlied

[134] kif ukoll ġonna u għejun ta' l-ilma

[135] Tabilħaqq li nibża' li jkollkom il-kastig ta' Jum kbir (li fih iseħħu ħwejjeġ tal-biża JU)

[136] Qalu: ''Għalina xorta waħda jekk twissi (lilna) jew ma twissixi

[137] Dinma hijiex ħlief id-drawwa ta' nies l-imgħoddi

[138] u m'aħniex se nkunu kastigatif

[139] Huma giddbuh, u Aħna qridniehom. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjal, iżda ħafna minnhom ma jemmnux

[140] Tassew li Sidek (Muħammad) huwa l-Qawwi, il-Ħanini

[141] (Ġens) Tamid (ukoll) giddeb il-Mibgħutin (ta' Alla)

[142] meta ħuhom Saliħ qalilhom: 'Jaqaw ma tibżgħux. (mill- kastig ta' Alla meta tqimu l-idoli)

[143] Tabilħaqq li jiena, għalikom, Mibgħut li tistgħu toqogħdu fuqu

[144] Mela ibżgħu minn Alla u obdunil

[145] Ta' dan ma nitlobkomx ħlas: Ħlasi ma huwiex ħlief mingħand Sid il-ħolqient

[146] Jaqaw (qegħdin taħsbu li). se titħallew hawn. (fid-dinja) imħarsin (u tithennew għal dejjem)

[147] f'ġonna (qrib) l-għejun ta' l-ilma

[148] fil-miżrugħ (imdawrin bir-raba', siġar u xtieli) u siġar tal- palm li l-frott tiegħu bnin

[149] u tagħmlu mill-iġbla djar (għalikom), b'sengħa kbira

[150] Għalhekk ibżgħu minn Alla u obduni

[151] u la toqogħdux għal dawk li jagħmlu wisq (ħażen)

[152] dawk li jagħmlu l-ħsara fl-art u ma jagħmlux il-ġid

[153] Qalu: ''Inti biss wieħed mill-imsaħħrin bil-kbirt

[154] M'intix ħlief bniedem bħalnat Mela ġib xi sinjal (/i juri /ż inti Mibgħut ta' Alla), jekk inti minn dawk li jgħidu s- sewwal

[155] (Qalfi/hom); ''(Is-sinjal għalikom ikun) din: ġemla (li Alla, b'miraklu, ħareġ minn blata). Hija għandha sehem (mill- ilma) x'tixrob, u intom għandkom sehem x'tixorbu, (kull wieħed) f'jum magħruf

[156] La tmissuha b'ebda ħsara, inkella jmisskom il-kastig ta' Jum kbirl

[157] U qatluha (lill-ġemla; imbagħad) saru nedmin (iżda kien tard wisq)

[158] U ħadhom (għal għarrieda) il-kastig. Tabilħaqq li f'dan. (kollu) hawn sinjal, iżda ħafna minnhom ma jemmnuxi

[159] Tassew li Sidek huwa l-Qawwi, il-Ħanin

[160] (Nies) Lot (ukoll) giddbu l-Mibgħutin (ta' Alla)

[161] meta ħuhom Lot qalilhom: 'Jaqaw ma tibżgħux (mill-kastig ta' Alla meta tqimu l-idoli)

[162] Tabilhaqq li jiena, għalikom, Mibgħat li tistgħu toqogħdu fuqu

[163] Mela ibżgħu minn Alla u obdunil

[164] Ta' dan ma nitlobkomx ħlas. Ħlasi ma huwiex ħlief mingħand Sid il-ħolqieni

[165] Jaqaw, intom (biss) fost il-ħolqien li tridu tersqu lejn l-irġiel (bħalkom)

[166] u tħallu n-nisa tagħkom li Sidkom ħalaq għalikom' Le (ma tagħmlux sew). Intom tassew nies li qbiżtu l-limitil

[167] (Qaluflu): ''Jekk m'intix se tieqaf (tredden), ja Lot, tassew se tkun fost l-imkeċċijin (minn din il-belijf)

[168] Qalfi/homj: Jiena tabilħaqq nistmerr l-għemil: (faħxi) tagħkom

[169] Sidi, eħles lili u lil niesi minn dak li (dawn in-nies) jagħmlul

[170] Għalhekk ħlisna lilu u lil niesu kollha

[171] ħlief għal xiħa (mart Lorjli kienet mill-meqrudin)

[172] Imbagħad qridna lill-oħrajn

[173] u niżżilna fuqhom xita (ta' kubrit). Tassew mill-agħar ix-xita ta' l-imwissijin (li baqgħu jwebbsu rashom)l

[174] Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjal, iżda ħafna minnhom ma jemmnuxi

[175] Tassewli Sidek huwa l-Qawwi, il-Ħanin

[176] Nies. (il-Mibgħut Xugħajb li għexu qrib) il-masġar (f'Madjan) giddbu (ukoll) lill-Mibgħutin (ta' Alla)

[177] meta Xugħajb qalilhom: ''Jaqaw ma tibżgħux (mill-kastig ta' Alla meta tqimu l-idoli)

[178] Tabilħaqq li jiena, għalikom, Mibgħut li. tistgħu toqogħdu fuqu

[179] Mela ibżgħu minn Alla u obdunil

[180] Ta' dan ma nitlobkomx ħlas. Ħlasi ma huwiex. ħlief mingħand Sid il-ħolqieni

[181] Agħtu kejl tajjeb, u tkunux minn dawk li jagħtu lin-nies inqas milli ħaqqhoml

[182] Iżnu bil-miżien il-ġust

[183] u ċċaħħdux lin-nies minn dak li hu tagħhom, la tagħmlux ħażen tiġ Larf bil-ħsara figħkor

[184] u ibżgħu minn Dak- li ħalaq lilkom u lill-ġnus ta' l- imgħoddif

[185] (Qalulu): 'Inti biss wieħed mill-imsaħħrin bil-kbirt

[186] M'intix ħlief bniedem bħalna, u tassew inqisukt mill- giddibint

[187] Mela niżel: fuqna (il-kastig tagħna). f'biċċiet mis-sema, jekk inti minn dawk li jgħidu s-sewwa

[188] Qal(ilhom Xugħajb): ''Sidi jaf l-aktar b'dak li qegħdin tagħmluf

[189] Għalhekk giddbuh, u ħadhom (għa/ għarrieda) il-kastig ta' jum id-dell (meta sabif nn taħt sħaba kbira mis-sħana li ġiet fuqhom). Huwa kien tabilħaqq il-kastig ta' Jum kbirl f

[190] Tabilħaqq li F'dan. (kollu) hawn sinjal, iżda. ħafna fatttboddimna sermmnbiet

[191] Tassew i Sidek huwa l-Qawwi, il-Ħanin

[192] Tabilħaqq (lż dan il-Qoran) huwa mniżżel minn Sid il- ħolqient

[193] Niżlet bih ir-ruħ sinċiera (l-anġlu Gabrijel)

[194] f'qalbek (Muħammad) biex tkun minn dawk li jwissu

[195] bi lsien Għarbi ċar

[196] Huwa tabilħaqq (jissemma) fil-Kotba (mqaddsa) ta' nies l- imgħoddi

[197] Mela ma hijiex prova (biżżejjed għall-pagani ta' Mekka) li l-għorrief ta' Wied Israel jafu bih (dan il-Qoran)

[198] U fir kieku niżżilnieh. (dav il-Ktieb) lil-xi ħadd lima huwiex Għarbi

[199] u qrahulhom (Żil nies Mekka, dawn xorta waħda) ma kinux jemmnu fiht

[200] Hekk daħħalnier fi' qlub il-ħatjini (ff semgħu u fehmuh, iżda ra ridit jemtinnuwu ċaħdu)

[201] Malhumiex se jemmnu fih sa ma jaraw il-kastig ta' wġigħ

[202] Huwa jiġihom għal għarrieda, u huma ma jintebħux

[203] (Huma jgħidu f'eta jaħsadhom il-kastig): ' Tgħid ningħataw aktar żmien (biex insewwu l-ħsara tagħnaj)

[204] (Uissa) kif'iridu jgħaġġlu l-kastig tagħna (fughom)

[205] Jaqaw taħseb (Miħapmad) li jekk nagħtuhom li jgawdu (aktar) snin (fid-dinja)

[206] imbagħad jiġihom dak (il-kastig) li kienu mwiegħda

[207] se jiswewlhom (xi ħaġa) dawk (is-snin) li ngħataw biex igawdu

[208] Aħna ma qridna ebda belt jekk ma kellhiex min iwissiha

[209] (biex tkun) tifkira (għall-bliet l-oħra biex ma jagħmlux bħalha), u ma konniex inġusti (meta kkastigajna xi belt)

[210] (Ma kinux) ix-xjaten li niżlu bih (dun il-Qoran, iżda l- anġlu Gabrijel)

[211] u (ix-xjaten) la jixirqilhom u lanqas jistgħu (jagħmlu ħaġa bħal din)

[212] għaliex huma. tabilħaqq miżmumin milli jisimgħuh (meta jkun imnebbaħ fis-smewwiet)

[213] Mela la ssejjaħx (Muħammad) lil alla ieħor ma' Alla, u (b'hekk) tkun minn dawk li jieħdu l-kastigt

[214] U wissi lil eġreb fost qrabatek (biex ma jaħsbux li, għaliex huma jiġu minnek, se jeħilsu mill-kastig)

[215] U niżżel ġwenħajk (bl-umiltà u bil-ħniena. kollha) fuq dawk li jimxu warajk minn fost dawk li jemmnu (fik, biex tħarishom)

[216] (U jekk ma jobdukx, għidfilhom): 'Jiena ma għandix x'naqsam ma' dak li qegħdin tagħmlul

[217] U ħalli f'idejn (A//a) il-Qawwi, il-Ħanin

[218] li jarak meta tqum (bil-wieqfa fit-talb)

[219] u (jara) kif titħarrek fost dawk mixħutin fl-art jitolbu

[220] Huwa tabilħaqq jisma' kollox u jaf kollox

[221] Tridu nħabbrilkom fuq min jinżlu x-xjaten

[222] Huma jinżlu fuq kull giddieb ħażin

[223] ujsemmgħuh (ffes/is qarrieq), u ħafna minnhom giddibin

[224] U (dwar) il-poeti (ngħidilkom li) huma l-mitlufin li jimxu warajhom

[225] Mela ma tarax li dawn jimirħu f'kull wied

[226] u jgħidu dak li (inrbagħad) ma jagħmlux

[227] ħlief dawk li jemmnu, jagħmlu l-ġid, jiftakru ħafna f'Alla, u jħarsu lilhom infushom (bil-poeżija tagħhom mill- għedewwa ta' l-Islam) wara. li tkun saret. inġustizzja magħhom. U l-inġusti (dahvaqr) se jkunu jafu fejn se jsibu rwieħhoml

In-Nemel

Surah 27

[1] Ta'. Sin. Dawn huma l-versi tal-Qoran, u Ktieb ċar

[2] tmexxija u bxara tajba għal dawk li jemmnu

[3] li jagħmlu t-talb, jagħtu l-karità, u jemmnu sħiħ fil-Ħajja l- Oħra

[4] Tabilħaqq li lil dawk li ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l- Oħra) żejjinnielhom l-għemejjel (koroh u ħżiena) tagħhom (u għalhekk) jinsabu mitlufin bħall-għomja

[5] Huma dawk li għandhom (jistenniehom) kastig mill-agħar (f'din id-dinja), u fl-Oħra huma l-aktar tellifin (għaliex il- kastig se jkun għal dejjem)

[6] Tassew li inti (Muħammad) qiegħed. tingħata. (dan). il- Qoran mingħand Wieħed Għaref, jaf kolloxi

[7] (Ftakar) meta Mosċ qal lil niesu: 'Jiena qiegħed nilmaħ nar, Minnu se nġibilkom aħbar (dwar fejn ninsabu), jew inġibilkom. zokk imkebbes (/minnu) biex forsi. tisħnu (madwaru)

[8] U meta (Mosċ) wasal ħdejh, huwa ssejjaħ ( 4. ntqal lilu hekk): Imbierek min jinsab ħdejn in-nar (Mosċ), u min jinsab madwaru (l-anġli u nies Mosċ), u sebħ lil Alla Sid il- ħolqient

[9] Ja'Mosċ, huwa Jiena tabilħaqq: Alla, il-Qawwi, l-Għarefl

[10] Ixħet il-ħatar tiegħekf' U meta. (Mosċ il-ħatar) rah jitħarrek (bil-ħeffa) bħal lifgħa, huwa ħarab u ta dahru (mbeżża'), u ma reġax lura. (Iżda Alla sejjaħlu lura u qallu): SMosġ, la tibżax: Miegħi ma jibżgħux il-Mibgħutin

[11] ħlief min għamel il-ħażen, imbagħad biddel il-ħażen fit- tajjeb. Jiena tabilħaqq kollni maħfra, Ħanin

[12] Daħħal idek f'ħobbok (u ara) toħroġ bajda (silġ u tiddi) mingħajr ħsara; (dawn huma) fost id-disa' sinjali għall- Fargħun u niesu. Huma tabilħaqq nies ħżienal

[13] U meta ġewhom is-sinjali tagħna fid-dieher, (il-Fargħun u niesu) qalu: ''Dan seħer fid-dieher

[14] Huma ċaħduhom, b'inġustizzja u b'arroganza, minkejja. li fihom infushom kienu emmnu sew (f'dawk is-sinjali). Mela ara kif kien it-tmiem ta' nies il-ħsaral

[15] Tassew li lil David u lil Salamun tajniehom għarfien, u huma t-tnejn qalu: 'IKun imfaħħar Alla li ppreferiena minn ħafna mill-qaddejja tiegħu li jemmnul

[16] Salamun wiret lil David u qal: ''Ja nies, aħna konna mgħallmin ilsien it-tajr, u ngħatajna minn kollox. Din tassew hija t-tjieba fid-diehert

[17] U nġabru għal Salamun il-qawwiet tiegħu (magħmula) mill-ġnn, min-nies, u mit-tajr, u baqgħu saff saff wara xulxin (fil-mixi tagħhom)

[18] U meta ġew f'Wied in-Nemel, nemla (minnhom) qalet: €Ja nemel, idħlu fil-bejtiet tagħkom li ma jgħaffżukomx Salamun u l-qawwiet tiegħu, mingħajr ma jintebħu (mhux għaliex iridu jirfsukom)U

[19] (Salamun) tbissem, daħak għal kliemha u qal: ''Sidi (il- Mulej), ħallini nkun nafħulek tal-grazzja tiegħek miegħi, ma' missieri u ma' ommi, u nagħmel il-ġid li jkun jogħġbok, u bil-Ħniena tiegħek daħħalni fost il-qaddejja ġusti tiegħek

[20] U (Salamun) spezzjona t-tajr, u qal: 'Għaliex m'iniex nara d-daqquqa tat-toppu/ Jaqaw mhux hawn (i telqet mingħajr il-permess tiegħi)

[21] Tassew nagħtiha kastig kbir, jew tassew noqtolha, ħlief jekk tiġini b'raġuni tajba (għaliex ma hijiex qiegħda hawnjU)

[22] (Id-daqquqa tat-toppu) ma damitx imbiegħda, u qalet: SSirt naf b'dak li'inti (Salamun, fl-għerf tiegħek kollu) ma tafx, u ġejt għandek minn (art) Saba (fil-Jemen) b'aħbar li tista' toqgħod fuqha

[23] Jiena tabilħaqq sibt mara ssaltan fuqhom, li: ngħatat minn kollox, u għandha tron kbir (mill-isbaħ)

[24] Sibt lilha u lil-niesha mixħutin fl-art iqimu lix-xemx, minflok lil-Alla, u x-Xitan żejnilhom l-għemejjel (fiergħa) tagħhom (biex b'hekk ħasbu li qegħdin jagħmlu sew) u żammhom mit-triq (it-tajba). Għalhekk ma' humiex mexjin sew

[25] għaliex ma jqimux lil Alla, (Dak) li joħroġ (fid-dieher kulma hu) moħbi fis-smewwiet u fl-art, u li jaf dak li taħbu u dak li turu fil-beraħ

[26] Alla ma hemmx alla (ieħor) ħliefu Sid it-Tron il- kbirt

[27] Qal (Salamun lid-daqquqa tat-toppu): 'Se naraw jekk għedtx is-sewwa, jew intix mill-giddibint

[28] Mur b'dan il-messaġġ tiegħi (f'arr Saba) u wassalhulhom, imbagħad warrab minn ħdejhom u ara x'se jwieġbu

[29] (is-sultana) qalet: 'Ja kbarat, wasalli tabilħaqq messaġġ ta' ġieħ

[30] Tabilħaqq huwa (messaġġ) minn Salamun u. (jgħid hekk): 'F'Isem Alla, Kollu Ħniena, il-Ħanin

[31] Togħlewx fuqi, u ejjew għandi ta' Misilmin (mitluqin f'idejn Alla)i

[32] Qalet (is-sultana): ''Ja kbarat, għiduli x'għandi nagħmel f'din il-ħaġa tiegħi, (għaliex) jiena ma naqta' xejn mingħajr ma tkunu preżenti miegħi ( 4 tgħiduli x'inhu l- aħjar li jsir)

[33] (Qaluflha): 'Aħna nies ta' qawwa u qilla kbira' (fir- taqbid), iżda l-amar f'idejkl Mela ara xi trid tamar (u aħna nagħmlu li tqabbadna) U

[34] Qalet: 'Meta s-slaten jidħlu f'xi belt huma jħarbtuha u jkasbru lill-aqwa fost niesha. Hekk jagħmlu

[35] Jiena tabilħaqq se nibagħtilhom rigal u (imbagħad) nara b'xiex se jiġu lura l-mibgħutin

[36] Meta (il-mibgħut tas-sultana ta' Saba) ġie għand Salamun (bir-rigal tagħha, Salamun) qal: 'Qegħdin tagħtuni (dan) il- ġid meta dak li tani Alla huwa aħjar milli ta lilkom Let Intom tifirħu bir-rigal tagħkom (għaliex intom nies li tħobbu l-ġid ta' din id-dinja)

[37] Erġa' lura għandhoml Aħna: tassew. niġu. għalihom b'qawwiet li: (nieskom) ma jkunux jistgħu għalihom, U noħorġuhom imkasbrin minn hemm (minn Saba), u huma jkunu mċekknint

[38] Qal (Salamun): ''Ja kbarat, min minnkom iġibli t-tron tagħha, qabel ma jiġu għandi, lesti li joqogħdu għalija

[39] Għafrit minn fost il-ġinn qal: 'Jiena nġibhulek qabel ma tqum minn postok (minn fuq it-tron tiegħek illejla)l Jiena tabilħaqq qawwi (biżżejjed) għalih (it-tron u nifilħu) u tista' tafdani

[40] Dak li kellu għarfien mill-Ktieb qal: 'Jiena nġibhulek, f'tebqa ta' għajn minn tiegħekl' U meta (Salamun) rah imqiegħed fis-sod quddiemu, qal: 'Dan (kollu ġej) mil- tjieba ta' Sidi (il-Mulej), biex iġarrabni (u jara) jekk niżżix ħajr, jew inkunx ingrat. U min jiżżi ħajr (lil Alla), jiżżi ħajr għalih innifsu ( 4 għall-ġid tiegħu), u min ikun ingrat, (għandu jkun jaf li) Alla ma jonqsu xejn, u Wisq Ġenerużi

[41] (Qalċilhom Salamun): ''Agħmlulha t-tron tagħha b'mod li ma tagħrfux u naraw jekk tasalx għas-sewwa, jew tkunx minn dawk li ma jaslux għalih

[42] Għalhekk meta (is-sultana ta' Saba) ġiet (fil-palazz ta' Salamun). intqal(ilhaj: 'Jaqaw it-tron tiegħek huwa hekk (bħal danjT' Qalet: ''Qisu hul' (Imbagħad Salamun qal): 'Diġà ngħatajna l-għarfien qabilha, u aħna ntlaqna f'idejn Alla, Misilmin

[43] (filwaqt li) dak li din (is-sultana) kienet tqim, minflok Alla, żammha. lura (mit-twemmin safi). Hija. tabilħaqq kienet (ġejja) minn nies bla twemmin

[44] Intqalilha: ''Idħol fil-palazzi' U meta ratu ħasbitu baħar kbir, u kixfet saqajha (biex tinżel fih). Qalilha (Salamun): €P)an palazz miksi b'madum tal-ħġieġ Hija qalet: 'Sidi, jiena tabilħaqq inqast lejja nnifsi (meta tajt qima lill-idoliji U (issa), ma' Salamun, noqgħod għal Alla Sid il-ħolqien.' j 4 Aħna tassew bgħatna (ukoll) għand nies Tamid lil ħuhom

[45] Saliħ (li: qalilhom): ''Qimu. lil Allaf' Iżda huma kienu (maqsumin) f'żewġ ġemgħat jitlewmu bejniethom (uħud jemmnu u oħrajn ma jemmnux)

[46] Qal(ilhom Saliħ): 'Ja niesi, għaliex tridu tgħaġġlu l-ħażin (il-kastig) qabel it-tajjeb (il-ħniena ta' Alla) 2 Mhux li kontu titolbu maħfra mingħand Alla, biex forsi ssir. ħniena. magħkomf

[47] Qalu(lu): 'Inti u min għandek miegħek iġġibulna riżq ħażin (u għalhekk hawn nixfa u. waqa' ġuħ. kbirjU' Qal(ilhom Saliħ): ir-riżq tagħkom jinsab. f'idejn. Alla. M'intomx ħlief nies li qegħdin tiġġarrbu (mir-tfesfis tax- Xitan, u għalhekk qegħdin tgħidu dan il-kliem)

[48] U fil-belt (ta' 'al-Ħiġr) kien hemm disat irġiel li kienu qegħdin jagħmlu ħsara fuq l-art, u mhux il-ġid

[49] Huma qalu: SEjjew naħilfu lil-xulxin, fuq Alla, li tassew. naħbtu għalih u għal niesu billejl, (rogrluhomt u) imbagħad tassew ngħidu lil qrabatu: 'Aħna ma konniex xhieda tal- qerda (ta' Saliħ u) ta' niesu, (lanqas ma rajna min qatilhom), u qegħdin ngħidu s-sewwal

[50] Huma nassu (bejniethom: biex joqtlu lil-Saliħ), u Aħna (ikoll) nassasna. (kontrihom. u għaġġilnielhom. il-kastig tagħhom) filwaqt li huma ma. ntebħux (meta u kif se jkun il- kastig)

[51] Ara (Muħammad) kif kien it-tmiem tat-tnassis tagħhom: Aħna qridna lilhom u lil nieshom kollhal

[52] Għalhekk dawk huma djarhom, battala (i mġarrfa), talli għamlu l-ħażen. Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal nies li jaful

[53] U ħlisna lil dawk li emmnu (flimkien ma' Saliħ) u kienu jibżgħu minn Alla

[54] (Ftakar fil-Profeta) Lot; meta qal lil niesu: ''Jaqaw qegħdin tersqu lejn il-faħx b'għajnejkom miftuħa

[55] Intom qegħdin tersqu lejn l-irġiel, mixtiqin. (għalihom), minflok (ina tersqu) lejn in-nisa (tagħkom). Le. (ma hemmx kliem ieħor:) intom nies ta' injuranza (kbira)l

[56] U t-tweġiba ta' niesu ma kinitx għajr li qalu: ''Keċċu lil- nies. Lot mill-belt tagħkoml Tabilħaqq huma' nies li jissaffew

[57] U ħlisna lilu u lil familtu, ħlief lil martu. Aħna qtajnieha li hi tkun mill-megrudini

[58] U niżżilna fuqhom xita (kbira ta' ġebel u kubrit), U mill-agħar ix-xita ta' l-imwissijinl

[59] Għid (Muħammad): ''Tifħir lil Alla, u sliem fuq il- qaddejja tiegħu li għażell' Jaqaw Alla huwa aħjar, jew dawk (l-idoli) li jxierku (miegħu, li la jaraw u lanqas jisimgħu)

[60] Jew min ħalaq is-smewwiet u l-art, u niżżlilkom ilma mis-sema 7 Bih nibbitna (u kabbarna) ġonna sbieħ, (filwaqt li intom) ma għandkomx il-ħila tnibbtu s-siġar tagħhom. Jaqaw hemm xi alla (ieħor) ma' Alla (li għamel. dan) 7 Le (ma hemmx), imma huma nies li jqisu lil Alla u lill-idoli ndaqs

[61] Jew min qiegħed l-art fis-sod (biex tgħixu fuqha); għadda xmajjar minnha, għamel fiha iġbla ma jitħarrkux, u għamel ilqugħ bejn iż-żewġt ibħra (biex l-ilma ħelu ma jitħallatx mal-mielaħ) 2 Jaqaw hemm xi alla (ieħor) ma' Alla (li għamel dan) 7 Le (ma hemmx), iżda ħafna minnhom ma jafux

[62] Jew min iwieġeb lil min jinsab fil-ħtieġa, meta jsejjaħlu, ineħħi l-ħażen (i jkun fih) u jagħmel minnkom werrieta ta' l-art 2 Jaqaw hemm xi alla (ieħor) ma' Alla (li għamel dan)) Ftit tiftakrul

[63] Jew min imexxikom (waqt is-safar tagħkom) fid- dalmiet ta' l-art u l-baħar, u min jibgħat ir-riħ bi bxara tajba qabel il-ħniena tiegħu (ix-xita) 7 Jaqaw hemm xi alla (ieħor) ma' Alla (li għamel dan) 2 Alla huwa ogħla minn dak li jxierku miegħu

[64] Jew min jibda l-ħolqien, u mbagħad jerġa' jibdieh (wara li dan jintemm), u min jgħajjixkom mis-smewwiet (bix-xita. li: jinżel minnhom) u mill-art (bil-ħxejjex. li jikbru fiha) 2 Jaqaw hemm xi alla (ieħor) ma' Alla (li għamel dan). Għid(ilhom Muħammad): ''Ġibu l-prova tagħkom, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal

[65] Għid(ilhom ukoll): 'Ħadd minn dawk li huma fis- smewwiet u fl-art ma jafu l-mistur, ħlief Alla, u ma jafux meta jitqajmu mill-mewt

[66] Lel L-għarfien tagħhom ma jasalx (biex jifhem il- Ħajja) l-Oħra, anzi huma jinsabu bejn ħalltejn dwarha. Mhux biss talli huma għomja għaliha (għaliex ma jridux. jafu biha)

[67] Dawk li ċaħdu t-twemmin jgħidu: 'Jaqaw, meta nsiru trab, flimkien. ma' missirijietna, aħna. tabilħaqq se titqajmu (mill-mewt)

[68] Aħna u missirijietna tassew konna diġà mwegħdin dan qabel. Dawn huma biss stejjer ta' nies il-qedeml

[69] (Għidfilhom Muħammad): ''Terrqu fl-art u araw kif kien tmiem il-ħatjin (li giddbu lill-ProfetijU)

[70] La titnikkitx għalihom, u la tkunx f'diqa minħabba dak li (il-pagani u dawk li ma jemmnux) inassu. (kontrik, għaliex Alla jħarsek minnu)

[71] Huma jgħidu (b''żebliħ): ''Meta hija din il-wegħda, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[72] Għid(ilhom): ''Għandu mnejn li diġà jinsab. riesaq lejkom xi ħaġa minn dak (il-kastig) li qegħdin tgħaġġlu

[73] Sidek (il-Mulej) tabilħaqq huwa Kollu Tjieba man-nies (u jdum ma jikkastigahom), iżda ħafna minnhom ma jiżżux ħajr

[74] U Sidek tabilħaqq jaf x'hemm mistur fi qlubhom u dak li juru

[75] U ma hemm xejn mistur fis-sema jew fl-art li-ma jinsabx fi ktieb ċar

[76] Dan il-Qoran tabilħaqq jgħid lil Ulied Israel il-ġrajja ta' ħafna minn dak li huma ma jaqblux fuqu

[77] u'huwa tmexxija u ħniena għal dawk li jemmnu

[78] Sidek tabilħaqq jagħmel ħaqq minnhom bil-Ġudizzju tiegħu. Huwa l-Qawwi, li jaf kollox

[79] Għalhekk (Muħammad) ħalli f'idejn Alla. Inti tinsab fis- sewwa l-aktar ċart

[80] Inti ma (tistax) issemma' lill-mejtin, u lanqas isemma' s- sejħa (dejn Alla u lejn l-Islam) lit-torox meta huma (jwebbsu rashom u) iwarrbu u jitilqu 'l hemm

[81] Lanqas ma tmexxi lill-għomja (u tbegħedhom) mit-telfien, uma ssemmax ħlief lil dawk li jemmmu fis-sinjali tagħna, u huma Misilmin (li nrelqu għar-rieda ta' Alla)

[82] U meta l-kelma (ra' kundanna) taqa' fuqhom, Aħna noħorġulhom bhima mill-art li tkellimhom (u rgħidi/hom) li n-nies ma kinux jemmnu sħiħ fis-sinjali tagħna

[83] Fil-Jum (ral-Ġudizzju fakkarhom) meta niġbru minn kull ġens ġemgħa minn dawk li jgiddbu s-sinjali tagħna, u jitwaddbu (bil-herra 1. bl-istmerrija: lejn. il-post. tal- Ġudizzju)

[84] Hekk kif jaslu. (quddiem Alla) jgħidfilhom): 'Jaqaw giddibtu s-sinjali tiegħi. meta. ma. kellkomx għarfien dwarhom' Jew x'kontu qegħdin tagħmlu

[85] U l-kelma (ta' kundanna) taqa' fuqhom tal-ħażen li għamlu, u huma ma (jkunu jistgħu) jgħidu (xejn, għaliex ma ) jkollhom ebda skuża

[86] Mela ma jarawx li Aħna għamilna l-lejl (mudlam) biex.) jistrieħu fih, u n-nhar imdawwal (biex jaraw u jkunu jistgħu jagħmlu ħidmiethom) 2 Tabilħaqq li f'dan hawn sinjali għal nies li jemmnu

[87] Fil-Jum li tindaqq it-trumbetta, jitwerwer (kuljmin jinsab fis-sema u min jinsab fl-art, ħlief min Alla jkun irid (jeħles minn dan il-biża'), u Ikoll jiġu għandu mċekknin

[88] U tara l-iġbla, li: taħsibhom ma jitħarrkux, huma u għaddejjin bħas-sħab. (Dar hu) l-għemil ta' Alla, li jagħmel kollox sew. Huwa jaf sew b'dak (kollu) li tagħmlu (u se titħallsu tiegħu)

[89] Min (f'Jum il-Ħaqq) jiġi bl-għemil it-tajjeb, huwa jkollu aħjar minnu, u dakinhar ikunu mħarsin mill-biża

[90] U min jiġi bl-għemil il-ħażin (u jxierek allat oħra ma' Alla, nies bħal dan) jinxteħtu wiċċhom 'l isfel fin-Nar (u jingħad lilhom): 'Jaqaw se titħallsu (ta' xi ħaġa) ħlief ta' dak li kontu tagħmlu

[91] (Muħammad, għidilhom. lil niesek f'Mekka): 'Jiena ngħatajt biss l-amar biex inqim (/i/ A/la) Sid din il-belt, Dak li qaddisha (u ma jridx tixrid ta' demm fiha), u li kollox huwa tiegħu. U ngħatajt (ukolf) l-amar li nkun fost il- Misilmin

[92] (ulinaqra l-Qoran.' Min jaqbad it-triq it-tajba, ikun qabadha għalih innifsu, u min jintilef, għidlu Muħammad): 'Jiena biss wieħed minn dawk li jwissu

[93] U għid (ukoll): ''Tifħir lil Allat Se jurikom is-sinjali tiegħu u se tagħrfuhom (iżda dakinhar iku tard wisq għalikom). Sidkom (il-Mulej) ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu

L-Istorja

Surah 28

[1] Ta' Sin. Mim

[2] Dawn huma l-versi tal-Ktieb iċ-ċar

[3] Aħna nħabbrulek bil-ħaqq l-aħbar ta' Mosċ u tal-Fargħun, għal nies li jemmnu (fil-Qoran)

[4] Tabilħaqq li l-Fargħun tkabbar fuq l-art (fl-Eġittu) u għamel minn niesha setet, biex ħaqar ġemgħa minnhom, u kien jeqred (lit-trabi) subien. tagħhom. filwaqt. li jżomm. ħajjin. (lit-trabi): bniet tagħhom. Huwa tabilħaqq kien bniedem ta' ħsaral

[5] Aħna ridna nuru t-tjieba tagħna ma' dawk li -nħaqru fl-art, u nagħmlu minnhom mexxejja (tat-tajjeb), u nagħmluhom werrieta

[6] u nwettquhom fuq l-art, u bihom nuri lill-Fargħun, lil Haman (il-ministru tiegħu) u lis-suldati tagħhom it-tnejn dak li kienu jibżgħu (minnu)

[7] Unebbaħna lil omm Mosċ (u għednielha): 'Reddgħu, u jekk qiegħda tibża' minħabba fih (għaliex taħseb li jista' jiġrilu xi ħaġa), ixħtu fix-xmara (Nil), u la tibża' u lanqas titnikketl Aħna tabilħaqq inrodduh lilek u. nagħmluh (wieħed) mill-Mibgħutin

[8] Nies il-Fargħun ġabruh (mix-xmara Nil) biex (aktar tard: kellu) ikunilhom. għadu (u għajn ta') niket. Tabilħaqq li l-Fargħun, Hamin, u s-suldati tagħhom kienu ħatjin

[9] Mart il-Fargħun qalet: '(Dan it-tfajjel huwa) l-hena 4 tiegħi u tiegħek. La toqtluhxt Għandu mnejn ikunilna ta' fejda, jew neħduh b'iben' (tagħna).' U ma ntebħux (a'kienu qegħdin jagħmlu u fiex kellu jwassalhom Mosċ)

[10] U f'qalb omm Mosċ.waqa' l-vojt (u tilfer rasha meta saret taf li binha kien ġie f'idejn il-Fargħun), u kienet għoddha se tikxfu (u tgħid li kien binha) li kieku ma għamilnilhiex il-qalb ( 4 tajnieha s-sabar), biex tkun minn dawk li jemmnu

[11] (Hija qalet lil oħtu: 'Mur warajh. fiż ara x'qegħdin jagħmlulu)T' U lemħitu mill-bogħod, filwaqt li huma ma ntebħux (biha)

[12] Qabel (im'oħtu daħler fil-palazz) ma ħallejniehx jerda' mill-imreddgħiet (minn fost nies il-Fargħun), u (oħtu) qalet: 'Tridux nurikom familja li teħdilkom ħsiebu, u jagħmlu minn kollox għalib

[13] U (b'hekk) tajnieh lura lil ommu biex tithenna bih u ma titnikkitx, u biex tkun taf li l-wegħda ta' Alla hija minnha, iżda ħafna minnhom ma jafux

[14] Meta (Mosċ) sar raġel u kien fl-aqwa tiegħu, tajnieh għerf u għarfien. Hekk inħallsu lil dawk li jagħmlu t- tajjeb

[15] Huwa daħal il-belt (għal xi nofsinhar) mingħajr ma ntebħu niesha, u sab fiha żewġt irġiel jitqatlu, wieħed kien minn ġensu (minn Ulied Israel) u l-ieħor mill-għadu tiegħu. (Eġizzjan). Dak li kien minn ġensu talbu l- għajnuna kontra dak mill-għadu tiegħu. Għalhekk Mosċ tah daqqa ta' ponn u qatlu. (Imbagħad Mosċ ntebaħ. x'kien għamel b'idejh u) qal: 'Dan (il-qtil) mill-għemil tax-Xitan (għaliex kien hu li qanqal fija l-għadab). Huwa tabilħaqq għadu li jtellef it-triq, biċ-ċart

[16] Qal (ukoll): ''Sidi, jiena nqast kontra tiegħi nnifsi. Mela aħfirli' 7 U (Alla) ħafirlu. Huwa tabilħaqq Kollu Maħfra, il-Ħanin

[17] Qal (Mosċ): 'Talli wrejt grazzja miegħi (u: ħfirili, inwiegħdek) li ma nkunx ta' għajnuna għall-ħatjin

[18] Filgħodu qam imbeżża', fil-belt, u kien iħares madwaru (biex jara humiex ġejjin għalih). meta (ħin minnhom) sema' lil dak li fil-jum ta' qabel kien talbu l-għajnuna jerġa' jgħajjatlu biex jgħinu. Mosċ qallu: 'Inti tabilħaqq bniedem mitluf, biċ-ċart

[19] Meta (Mosċ) kien għoddu qabad l-għadu tagħhom it- tnejn, (dan) qal: ''Mosċ, jaqaw trid toqtolni, bħalma qtilt bniedem il-bieraħ 2 Inti trid biss tkun tirann fuq l-art, u ma tridx tkun minn dawk li jagħmlu l-ġidi

[20] U ġie raġel jgħaġġel (għand Mosċ) mill-ibgħad naħa tal-belt, u qal: ''Mosċ, tabilħaqq li l-kbarat qegħdin jiftiehmu biex joqtluk. Mela oħroġ (mill-belr)l Tabilħaqq li jiena, għalik, minn dawk li jagħtu parir (tajjeb)

[21] Għalhekk (Mosċ) ħareġ minnha mbeżża', u kien iħares madwaru (biex jara humiex ġejjin għalih u) qal: 'Sidi (il- Mulej), eħlisni min-nies il-ħżienal

[22] Meta rħielha lejn Madjan (Mose) qal: ''Għandu mnejn Sidi jurini t-triq it-tajba

[23] U meta ġie ħdejn (l-għajn ta') l-ilma ta' Madjan, sab hemmhekk nies li kienu qegħdin jisqu (il-bhejjem). U maqtugħin għalihom (sab) żewġ nisa li kienu qegħdin iżommu: lura: (il-merħliet tagħhom). Qal(ilhom 'Mosċ): Intom xi ġralkom' 7' Huma qalu: ''Ma nisqux (il-bhejjem tagħna) qabel ma' jitilqu r-rgħajja. Missierna. xiħ, imdaħħal fiż-żmien (u għalhekk ma jistax jagħmel dan ix-xogħol)

[24] Għalhekk huwa sqielhom (il-merħliet tagħhom, għaliex tħassarhom) u mbagħad mar qagħad fid-dell u qal: ''Sidi (il-Mulej), jiena. tabilħaqq neħtieġ il-ġid li se tniżżel fuqi

[25] U ġiet għandu waħda minnhom it-tnejn, timxi mistħija, u qalet: 'Tabilħaqq li Missieri (Xugħajb) jistiednek (għandu) biex. iħallsek talli: sqejtilna (il-bhejjem tagħna).' U meta mar għandu u qallu bil-ġrajja, (missier ix-xebbiet) qalflu): ''La tibżaxi Inti ħlist min-nies il- ħżiena

[26] Waħda minnhom. it-tnejn qalet: ''Missier, ħaddmu miegħek (u jeħodlok ħsieb il-merħliet tiegħek). L-aħjar li tħaddem huwa (il-ħaddiem) b'saħħtu u li tista' toqgħod fuqu

[27] Qal (missier ix-xebbiet lil Mosċ): ''Jiena tabilħaqq irrid inżewġek waħda minn dawn iż-żewġt ibniet tiegħi, bil- patt li taħdem miegħi għal tmien snin. Jekk ittemm għaxar snin (ta' ħidma miegħi), dan ikun b'tjieba mingħandek u ma rridx inkun iebes miegħek. Se ssibni, jekk Alla jrid, mill-ġusti

[28] Qal (Mose): 'Dak (huwa l-ftehim) bejni u bejnek. Nagħżel liema nagħżel miż-żewġ żminijiet li: nqatta' (naħdenr miegħek), ma għandux iwassal għal inġustizzja kontrija, u Alla jixhed għal dak li qegħdin ngħidu

[29] U meta Mosċ temm iż-żmien (ta' l-għaxar snin li kellu jaħdem ma' ħatnu) u rħielha ma' niesu (lejn l-Eġittu), huwa ra nar fuq in-naħa tal-muntanja. Qal lil niesu: ċibqgħu (hawnjl Jiena qiegħed nilmaħ nar. Għandi mnejn inġibilkom aħbar. (dwar fejn ninsabu), jew (inġibilkom) zokk imkebbes (minnu) biex forsi tisħnu (madwaru)

[30] U meta wasal hemm, issejjaħ min-naħa tal-lemin tal- wied, f'dak l-imkien imbierek, min-naħa tas-siġra (u ntqal lilu): 'Mosġ, tabilħaqq li Jiena Alla, Sid il-ħolqien

[31] Ixħet il-ħatar tiegħekl' U meta (Mosċ) rah jitħarrek (bil-ħeffa) bħal lifgħa, huwa telaq 'l hemm (imbeżża') u ma ħarisx lura. (Iżda Alla sejjaħlu lura u qallu): 'Mosċ; ersaq u la tibżax Inti tabilħaqq minn dawk imħarsin (minn kull deni)

[32] Daħħal idek f'ħobbok (u tara li din) toħroġ bajda (silġ u tiddi), mingħajr ħsara, u ħaddan lilek innifsek biex ma tibżaxl Dawn huma żewġ provi mingħand Sidek. (il- Mulej) lill-Fargħun u lill-kbarat tiegħu. Huma tabilħaqq kienu nies ħatjini

[33] Qal (Mosċ): ''Sidi, jiena qtilt wieħed minnhom, u għalhekk nibża' li joqtluni

[34] Ħija Aron jaf jitkellem aħjar minni. Mela ibagħtu miegħi biex jgħinni u jseddaqni, għaliex nibża' li jgiddbuni

[35] Qal(Alla): 'Se nqawwuk b'ħuk, u nagħtukom is-setgħa biex ma jkunux jistgħu jagħmlulkom ħsara. Bis-sinjali tagħna, intom it-tnejn u min jimxi warajkom toħorġu rebbiħini

[36] U meta Mosċ ġiehom bis-sinjali ċ-ċari tagħna, (il- Fargħun u niesu). qalu: 'Dan mhux ħlief seħer maħluq minn moħħu, u ma smajniex li dan (it-twemmin. qatt xtered) fost missirijietna fl-imgħoddi

[37] Mosċ qal: 'Sidi (il-Mulej) jaf l-aktar dwar min ġie bit- tmexxija t-tajba mingħandu, u ta' min hija l-aħjar Dar. Tabilħaqq li l-ħżiena ma jmorrux tajjebl

[38] U l-Fargħun qal: 'Ja kbarat, jiena ma nafilkomx alla ieħor għajri. Għalhekk Haman, kebbisli n-nar fuq it-tajn, u agħmilli bini għoli biex inkun nista' nara lil-Alla ta' Mosċi Jiena tabilħaqq inqisu li huwa mill-giddibin

[39] Tkabbar (il-Fargħun) u (bħalu. tkabbru): is-suldati tiegħu fl-art (ta' l-Eġittu), bla ħaqq, u ħasbu li ma humiex se jerġgħu lura lejna

[40] Għalhekk ħadna lilu u lis-suldati tiegħu (għa/ għarrieda u kkastigajniehom billi) xħetniehom fil-baħar. U ara kif kien tmiem il-ħżienal

[41] U għamilniehom mexxejja. li jsejħu. (lill-bnedmin) għan-Nar, u f'Jum il-Qawmien ma jkollhomx min jgħinhom

[42] F'din id-dinja għamilnielhom saħta tiġri warajhom, u f'Jum il-Qawmien huma jkunu fost l-imċaħħdin mill- ħniena ta' Alla

[43] Tassew tajna l-Ktieb lil-Mosċ, wara li konna qridna l- ewwel ġnus, (u dan il-Ktieb. kien) dawl. lin-nies, u tmexxija u ħniena biex għandhom imnejn jiftakru (fir- twissijiet ta' Alla u jaqbdu t-triq it-tajba)

[44] Inti (Muħammad) ma kontx fuq in-naħa tal-Punent (tal- muntanja) meta lil Mosċ tajnieh l-amar, u lanqas kont xhud (ta' dan)

[45] Iżda Aħna qajjimna ġnus (oħra wara Mosċ) u twal- għomorhom (hekk li nsew lil Alla). Inti (Muħammad) ma għextx fost nies Madjan (i lanqas kont) taqralhom il- versi tagħna, iżda Aħna nibagħtu l-Mibgħutin (imnebbħin minna)

[46] Lanqas Kont maġenb il-muntanja meta Aħna sejjaħna (lil Mosċ), iżda (Aħna nebbaħnielek dik l-aħbar) bi ħniena minn Sidek, biex twissi lil nies li ma ġihomx min iwissihom qablek, biex għandhom imnejn jiftakru (fir- twissijiet ta' Alla u jaqbdu t-triq it-tajba)

[47] (Aħna bgħatniek għand il-pagani) biex, jekk imisshom xi saram kbir tal-fħażen) li għamlu b'idejhom, ma jgħidux: 'Sidna. (il-Mulej), għaliex ma bgħattilniex Mibgħut u konna nimxu fuq il-versi tiegħek, u konna nkunu fost dawk li jemmnu

[48] Iżda meta ġiehom. is-sewwa mingħandna, qalu: 'Għaliex. (Muħammad). ma' ngħatax bħalma: ngħata J Mosċ 7' Jaqaw qabel ma kinux ċaħdu dak li ngħata lil Mosċ, u qalu: '(It-Torà u l-Qoran ma humiex ħlief) żewġ għamliet ta' seħer li jgħinu lil-xulxin.' U qalu (ukoll): ''Aħna niċħdu lit-tnejn li humaf

[49] (Għidfilhom Muħammad): ''Mela ġibu Ktieb. (ieħor) mingħand Alla li jagħti tmexxija aħjar minn dawn it- tnejn, biex nimxi fuqu, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[50] U jekk ma jagħtukx widen, kun af li huma ma jimxux ħlief wara x-xewqat tagħhom. U min hu aktar mitluf minn dak li jimxi wara xewqatu, mingħajr tmexxija minn Alla. Alla ma jurix it-triq lin-nies il-ħżiena

[51] Tassew wassalnielhom: ( 2il Qurajx) il-Kelma (tal- Qoran) biex forsi jiftakru (fir-twissijiet ta' Alla u jaqbdu t-triq it-tajba)

[52] Dawk. (il-Lhud u l-Insara) li tajniehom il-Ktieb qabel dan (il-Qoran), huma jemmnu fih

[53] U meta jingralhom jgħidu: ''Nemmnu fiht Huwa s- sewwa minn Sidna, u tabilħaqq li aħna, sa minn qablu, konna Misilmin (mitluqin għar-rieda ta' Alla)

[54] (Dawk jingħataw ħlashom darbtejn, talli stabru. fi dejjem imxew fis-sewwa), u bl-għemil it-tajjeb huma jwarrbu l-għemil il-ħażin, kif ukoll jonfqu (f'karirà għal ħaddieħor) minn dak li tajniehom

[55] U meta jisimgħu l-kliem fieragħ, iwarrbu minnu u jgħidu: ''Aħna għandna l-għemejjel tagħna, u intom għandkom. l-għemejjel tagħkom. Sliem għalikoml Ma l rridux (li jkollna x'naqsmu ma') l-injurantil

[56] Tabilħaqq li inti (Muħammad) ma tistax tmexxi (fit-triq it-tajba) lil min tħobb, iżda huwa Alla li jmexxi lil-min irid, u Huwa jaf l-aktar b'dawk li jinsabu fit-triq it-tajba

[57] Qalu (nies Qurajr): 'Jekk nimxu miegħek, wara t- tmexxija t-tajba (li ġietna), se ninħatfu minn artna (ui nitkeċċew minnha). Jaqaw ma għamilnilhomx maqdes imħares (f'Mekka) fejn jinġieb il-frott ta' kull għamla (għall-kummerċ) (ġid. għall-għajxien (tagħhom) mingħandna 7 Iżda l-kotra tagħhom ma jafux

[58] U kemm-il belt qridna li tkabbret b'dak li ngħatalha għall-għajxien: (tagħha, w lil-Alla ma kinitx. tafhuli). Dawk huma djarhom li ħadd ma għex fihom warajhom, jekk mhux għal ftit żmien. U konna Aħna l-Werrieta (tagħhom)

[59] U Sidek (Muħammad) ma jeqridx il-bliet qabel ma jibgħat f'dik ewlenija fosthom Mibgħut li jaqralhom il- versi tagħna, u ma konniex neqirdu l-bliet jekk mhux għaliex nieshom ħżiena

[60] U dak li ngħatajtu (f'għamla ta' ġid materjali) huwa biss it-tgawdija tal-ħajja f'din id-dinja u t-tlellix tagħha, iżda dak li hemm għand Alla huwa aħjar u jdum aktar. Mela ma għandkomx għaqal biex tifhmu

[61] Jaqaw dak li wegħednieh wegħda tajba (il-Ġenna, imbagħad) huwa jsibha, bħal min nagħtuh it-tgawdija tal- ħajja f'din id-dinja, u mbagħad huwa, f'Jum il-Qawmien, ikun fost il-miġjuba (għall-kastig fin-Nar)

[62] Fil-Jum li (A/la) isejħilhom, jgħid(i/hom): 'Fejn huma dawk li kontu (tqimu u) tgħidu li kienu ixirka miegħif

[63] Dawk li tkun tistħoqqilhom il-kelma (ta' kwidanna) jgħidu: 'Sidna, dawn huma li tellifna ( 4 ħriġniehom mir- triq it-tajba); tellifniehom bħalma konna ntlifna. Aħna nistqarrulek li ma għandniex x'naqsmu magħhom. Huma ma kinux iqimuna (iżda kienu jagħmlu ta' rashom)

[64] Jintqal (imbagħad lill-pagani): ''Sejħu lill-ixirka tagħkomf' Huma jsejħulhom, iżda ma jweġbuhomx, u jaraw il-kastig. Mhux li kienu jaqbdu t-triq it-tajbal

[65] (Fil-Jum li jsejħilhom, jgħidfi/hom): 'X'weġibtu lill- Mibgħutin (riċgħi 7 Emmintuhom jew giddibtuhom)

[66] Dakinhar jitħawdu dwar (kif kienu seħħu) il-ġrajjiet, u huma ma jistaqsux lil-xulxin

[67] Imma min jindem, jemmen, u jagħmel il-ġid, għandu mnejn ikun mir-rebbiħin

[68] Sidek joħloq li jrid u jagħżel (fil dak li jrid biex ikun il- Profeta tiegħu). Huma (in-nies) ma jistgħux jagħżlu (il- Profeti). Sebħ lil Allal Huwa tabilħaqq ogħla minn dak li jxierku miegħul

[69] Sidek jaf x'hemm mistur fi qlubhom, u (jaf) dak li juru

[70] Huwa Allat Ma hemmx alla ħliefu. Lilu (jistħoqq) it- tifħir fl-ewwel (ħajja f'din id-dinja) u fl-oħra. Tiegħu l- ħaqq, u lejh titreġġgħu lura

[71] Għid(ilhom Muħammad: lill-pagani. ta' Mekka): X'taħsbu, li kieku Alla kellu jagħmlilkom il-lejl bla tmiem, sa Jum il-Qawmien, liema alla, għajr Alla, iġibilkom dawl 2 Mela ma tisimgħux

[72] Għid(ilhom Muħammad): ''X'taħsbu, li kieku Alla kellu jagħmlilkom in-nhar bla tmiem, sa Jum il-Qawmien, liema alla, għajr Alla, iġibilkom lejl biex tistrieħu fih Mela ma tarawx

[73] Fil-ħniena tiegħu għamlilkom il-lejl u n-nhar, biex tistrieħu u. tfittxu. t-tjieba tiegħu (matul il-ħidma tagħkom), biex forsi tiżżu ħajr

[74] Fil-Jumli jsejħilhom, jgħid(ilkom): ''Fejn huma dawk li kontu tgħidu li kienu ixirka miegħi

[75] Minn kull ġens nieħdu xhud (li jkun. il-Mibgħut tagħna), u ngħidu: 'Ġibu l-prova tagħkom (dwar is- sewwa tat-twemmin pagan tagħkom)U' Huma jkunu jafu li s-sewwa huwa ta' AlJa, u jitlaqhom għal riħhom dak li kienu jaqilgħu minn żniedhom

[76] Tassew li Qariin kien minn nies Mosċ, iżda tkabbar fuqhom (għaliex kellu ħafna ġid, u għakkishom); Aħna. tajnieh teżori li t-toqol ta' l-imfietaħ tagħhom kien ikun kbir wisq għal ġemgħa ta' nies. b'saħħithom. (biex iġorruh). Ara niesu qalulu: ''Toqgħodx tifraħ u titkabbar (bil-ġid materjali)L Tabilħaqq li Alla ma jħobbx lil dawk li jifirħu u jitkabbru (b 'ġidhom, mingħajr ma jafuhulu)

[77] Fittex, f'dak (il-ġid) li tak Alla, l-Aħħar Dar, u la tinsiex (u lanqas tittraskura) sehmek (li ngħatajt bil- kotra) fid-dinja (u użah tajjeb). Agħmel it-tajjeb bħalma Alla għamel miegħek, u la tfittixx il-ħsara fuq l-art, għaliex Alla ma jħobbx lil nies il-ħsara

[78] Qal (Qari): 'Ingħatajt dan (il-ġid kollu) minħabba l- għarfien li għandi (dwar kif jinkiseb il-ġid).' Jaqaw ma jafx li Alla qered kemm-il nisel, qablu, u li Huwa akbar minnu fil-qawwa u għandu aktar (ġid) miġbur. Iżda l- ħatjin ma jkunux mistoqsijin dwar dnubiethom (għa/iex Alla diġà jaf kulma għamlu, u għad jieħdu. l-kastig f'ħinu)

[79] U ħareġ fost niesu (jiddandan) bl-aqwa ħwejjeġ (hekk li) dawk li jfittxu l-ħajja ta' (din) id-dinja qalu: Mhux li kellna bħal dak li ngħata Qarini Tassew għandu xorti kbira

[80] (Iżda dawk li ngħataw l-għarfien qalu///om): 'Ħażin għalikomi Il-ħlas ta' Alla huwa aħjar għal min jemmen u jagħmel il-ġid. Iżda (dan il-ħlas) ma jiksbuhx għajr dawk li jistabru

[81] U ftaħna l-art taħtu u belgħet lilu u lil daru (it-teżori tiegħu b'kollox). Ma kellu ebda ġemgħa li setgħet tgħinu, barra minn Alla, u ma kienx minn dawk li jeħilsu lilhom infushom (il-kastig tal-biża)

[82] Dawk li sal-bieraħ kienu jixtiequ jeħdulu postu (/i/ Qariin, u wara li-raw dak li għadda minnu), l-għada bdew jgħidu (bi ndiema): ''Huwa Alla, tabilħaqq, li jkattar il-ġid tiegħu fuq min irid fost il-qaddejja tiegħu, kif ukoll inaqqsu (lil min jidhirlu). Li kieku mhux għaliex Alla ħenn għalina, kieku (diġà) ġiegħel l-art tinfetaħ u tiblagħnal Tabilħaqq li dawk li ċaħdu t-twemmin ma jmorrux tajjeb

[83] Dik id-Dar (fil-Ħajja) l-Oħra nagħtuha lil dawk li ma jridux jogħlew (u jitkabbru) fuq l-art, u lanqas jagħmlu l- ħsara. It-tmiem (mill-isbaħ) huwa ta' dawk li jibżgħu minn Alla

[84] Min jiġi bl-għemil it-tajjeb, jingħata xi ħaġa aħjar minnu, u min jiġi bl-għemil il-ħażin (għanda jkun jaf li) dawk li jagħmlu l-ħażen ma jitħallsux jekk mhux ta' dak li kienu jagħmlu

[85] Tabilħaqq li Dak li (niżżel fuqek u) ordnalek il-Qoran se jreġġgħek lura lejn l-imkien imwiegħed (il-belt ta' Mekka). Għid (Muħammad lill-pagani li jisħqu. li: inti. tinsab imqarraq): 'Sidi jaf aħjar min ġie bi tmexxija tajba, u min jinsab f'telfien biċ-ċart

[86] ma'kontx tittama li jitniżżillek il-Ktieb (u li nagħmlu minnek Profeta, u dan ma huwiex) għajr ħniena minn Sidek, Għalhekk ara li ma tkunx ta' għajnuna għal dawk li ċaħdu t- twemmin (anzi ċanfarhom u wrihom li qegħdin iqarrqu bihom infushom)i

[87] Ara li ma jżommukx mill-versi ta' Alla wara li tniżżlulekl Sejjaħ (lin-nies) lejn Sidek, u la tkunx minn dawk li jxierku allat oħra ma' Allal

[88] U lassejjaħx ma' Alla alla ieħort Ma hemmx alla ħliefu. Kollox jintemm, ħlief Wiċċu. Tiegħu l-Ġudizzju, u lejh titreġġgħu lura. I

L-Anqbut

Surah 29

[1] WI Lam, Mim

[2] Jaqaw in-nies ħasbu li se jitħallew jgħidu: 'Nemmnu' mingħajr ma jiġġarrbu (biex naraw kemm tassew jemmnu)

[3] Aħna tassew ġarrabna lil ta' qabilhom, u Alla tassew jaf lil dawk li qalu s-sewwa, u jaf lill-giddibin

[4] Jaqaw dawk li jagħmlu l-ħażen ħasbu li se jaqbżulna (i ma jeħdux il-kastig) 7 Ħażin il-ħsieb tagħhom

[5] Min jittama fil-laqgħa ma' Alla (għandu jkun jaf li) tabilħaqq iż-żmien ta' Alla ġej (meta r-rebħa tkun tat-tajbin fid-dinja, u jkollhom il-premju f'Jum il-Qawmienjt Huwa li jisma' kollox u jaf kollox)

[6] (Min iħabrek fbiex jimxi fit-twemmin ta' Alla), iħabrek (għall-ġid spiritwali) tiegħu nnifsu. Tabilħaqq li Alla ma jeħtieġx il-ħolqien (tiegħu)

[7] U dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, Aħna tassew inħassrulhom dnubiethom u tassew inħallsuhom ta' l-aħjar (għemejjel) li kienu jagħmlu

[8] L-amar tagħna lill-bniedem huwa li juri tjubija mal- ġenituri tiegħu, iżda jekk jagħfsuk biex ixxierek miegħi dak li ma għandekx għarfien dwaru, tismax minnhoml Lejja terġgħu lura, u (dakinhar) inħabbrilkom dak li kontu tagħmlu

[9] Lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba tassew indaħħluhom mal-ġusti

[10] Fost in-nies hemm min jgħid: 'Nemmnu f'Alla,' iżda meta tmisshom xi tbatija, għal Alla (minħabba t-twemmin tagħhom), huma jagħmlu t-tiġrib tan-nies (l-oħra kontrihom) bħallikieku kien il-kastig ta' Alla (u malajr jaqtgħu jieshom għal kollox). U meta tiġi għajnuna minn Sidek, tassew jgħidu(/ek Muħammad): ''Aħna tabilħaqq konna magħkomf' Jaqaw Alla ma jafx aktar b'dak li hemm fi qlub il-ħolqien (fiegħu kolli)

[11] Alla tassew jaf lil-dawk li jemmnu, u tassew jaf lil dawk ta' wiċċ b'ieħor

[12] Dawk li ċaħdu t-twemmin jgħidu lil dawk li jemmnu: Imxu fit-triq tagħna, u aħna nġorru l-ħtijiet tagħkom. ' Huma ma jġorru xejn mill-ħtijiet tagħhom. Huma tabilħaqq giddibin

[13] Huma tassew għad iġorru t-toqol tagħhom, u toqol (ieħor) mat-toqol tagħhom, u tassew ikunu mistoqsijin f'Jum il-Qawmien dwar dak li kienu jaqilgħu minn żniedhom

[14] Aħna tabilħaqq bgħatna lil-Noċ għand niesu u baqa' magħhom (iħabbrilhom it-twemmin. safi u jwissihom, għal) elf sena neqsin ħamsin. U ħadhom l-għargħar (għal għarrieda) meta kienu ħżiena

[15] Għalhekk ħlisna lilu u lil dawk li kienu fl-arka u (dik il- ġrajja) għamilnieha sinjal għall-ħolqien (kollu)

[16] U (konna bgħatna wkoll) lil-Abraham, meta qal lil niesu: SQimu lil Alla u ibżgħu minnul Dan ikun aħjar għalikom (mill-qima li tagħtu lill-idoli), li kieku kontu taful

[17] Intom qegħdin tqimu biss idoli, minflok lil-Alla, u taqilgħu l-gideb, Tabilħaqq li dawk. li. tqimu, minflok Alla, ma għandhomx ġid x'jagħtukom, u għalhekk fittxu l-għajxien (tagħkom) mingħand Alla, qimuh u iżżuh ħajrl Lejh għad titreġġgħu lura (u Huwa jagħmel il-kontijiet magħkom)l

[18] U jekk tgiddbu (lill-Mibgħutin tagħna i. tiċħduhom, kunu afu li) qabilkom ġnus (oħra wkoll) giddbufhom u t- tmiem tagħhom kien mill-agħar). Dmir il-Mibgħut huwa biss li jħabbar biċ-ċar

[19] Mela ma jarawx kif. Alla jibda l-ħolqien, u mbagħad jerġa' jibdieh. Tabilħaqq li dak għal Alla huwa ħafif

[20] Għid(ilhom Muħammad lil dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet): 'Terrqu fl-art u araw kif Alla beda l- J ħolqien. Imbagħad Alla, (meta jerġa jqajjem lil kulħadd mill-mewt) jagħmel l-aħħar ħolqien. Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan

[21] Huwa jikkastiga lil-min irid, u jħenn għal min irid, u Iejh titreġġgħu lura (f'Jum il-Qawrmien)

[22] U intom ma taħarbux (il-kastig ta' Alla), la fuq l-art u lanqas. fis-sema, u' mingħajr Alla la għandkom min iħariskom u lanqas min jgħinkom

[23] Dawkeli jiċħdu s-sinjali ta' Alla u l-laqgħa miegħu, dawk huma li qatgħu jieshom mill-ħniena tiegħi, u dawk għandhom kastig ta' wġigħ

[24] lttweġiba ta' niesu ma kinitx għajr li qalu: 'Oqtluh jew aħarquh (biex neħilsu minnu u nistrieħu minn kliemujf' U Alla ħelsu min-nar (li huma kebbsu għalih). F'dan tabilħaqq hawn sinjali għal nies li jemmnu

[25] Qal (Abraham): ''Intom' ma ħadtux lill-idoli (bħala allat) minflok lil Alla jekk mhux b'turija ta' mħabba lejn xulxin. fil-ħajja (f'din) id-dinja. Imbagħad f'Jum. il- Qawmien. tiċħdu lil xulxin; u tisħtu lil-xulxin, u l- għamara tagħkom ikun fin-Nar. Ma jkollkomx min jaqbeż għalikom

[26] Lotemmen fih (f'Abraham), u qal(lu Abraham): ''Jiena se nitlaq minn arti għal Sidi (il-Mulej biex inxandar il- twemmin safi). Huwa tabilħaqq il-Qawwi u l-Għaref

[27] U (lil Abraham) tajnieh lil Iżakk u lil Ġakobb, u f'nislu qegħedna l-profezija u l-Ktieb, u tajnieh ħlasu fid-dinja. Tabilħaqq li fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) huwa jkun mal- ġusti

[28] U (fiakar) f'Lot meta qal lil niesu: 'Intom tajtuha għall- faħx li ħadd qabilkom fil-ħolqien ma għamel bħalu

[29] Intom tersqu lejn l-irġiel (l-oħra bħalkom biex ikollkom x'taqsmu magħhom, barra li) tisirqu (u toqtlu) lin-nies (waqt li jterrqu) fit-toroq; u tagħmlu għemejjel koroh fil- laqgħat tagħkom. Iżda t-tweġiba: ta' niesu ma' kinitx għajr li qalu(/u b'żebliħ): ''Ġibilna l-kastig ta' Alla (/i qiegħed theddidna bih), jekk qiegħed tgħid is-sewwal

[30] (Lot) qal: 'Sidi (il-Mulej), agħtini r-rebħa fuq nies il- ħsara

[31] Meta l-Mibgħutin tagħna (/i kienx anġli) ġew għand Abraham: bil-bxara t-tajba (tat-twelid ta' ibnu Iżakk) qalu(/u): ''Aħna se neqirdu nies din il-belt (ta' Sodoma). Tabilħaqq li niesha huma ħżiena

[32] Qal (Abraham, imnikket): ''Hemm Lot fiha.' Qalu(lu l- Mibgħutin ta' Alla): 'Aħna nafu aktar b'min jinsab fihal Aħna tassew se neħilsu lilu u lil niesu, ħlief lil martu, għaliex tkun ma' dawk li jibqgħu lura u jinqerdu

[33] Meta l-Mibgħutin tagħna ġew għand Lot (f'għamla ta' żgħażagħ ' sbieħ) huwa tnikket għalihom, uu ddejjaq għaliex ħass li ma setax iħarishom (mill-ħażen ta' niesu li seta' jiġi fuqhom). Iżda huma qalu(lu): ''La tibżax, u la titnikkitxi Aħna se neħilsu lilek u lil niesek, ħlief lil martek, li tkun ma' dawk li jibqgħu lura u jinqerdu

[34] Aħna tabilħaqq se nniżżlu fuq nies din il-belt kastig mis-sema tal-ħażen li qegħdin jagħmlu

[35] Minnha (il-belt ta' Sodoma) tassew għamilna sinjal ċar għal nies bil-għaqal

[36] U lil (nies) Madjan (bgħatnielhom) lil ħuhom Xugħajb u qal/i/hom): 'Ja niesi, qimu lil Alla, ittamaw fl-Aħħar Jum, u tagħmlux ħażen fuq l-art bil-ħsara tagħkoml

[37] Iżda giddbuh, u ħadithom it-tregħida (l-kbira għal għarrieda li ħasdithom), u mas-sebħ kienu mixħutin (fl- art, mejtin) fi djarhom

[38] U (ftakar) f'Għad u f'Tamiud. Tassew jidher ċar għalikom: (dak li ġralhom minn. dak li baqa') minn djarhom. Ix-Xitan żejnilhom l-għemejjel (ħżiena) tagħhom (hekk li tgħaxxqu bihom) u żammhom mit-triq (tas-sewwa), minkejja li kien jilħqilhom (u kienu jafu x'qegħdin jagħmlu)

[39] (Ftakar. ukoll, Muħammad) f'Qarun, fil-Fargħun, u f'Haman (il-ministru tiegħu). Mosċ ġiehom bis-sinjali ċ- ċari, u huma tkabbru fuq l-art, iżda ma setgħux jaqbżufIna u jaħarbu l-kastig tagħna

[40] U lil kull wieħed ikkastigajna minħabba d-dnub tiegħu; lil uħud minnhom bgħatnielhom riefnu u xita ta' ġebel, oħrajn ħadhom ħoss qawwi (għal għarrieda), oħrajn ġegħelna l-art. tiblagħhom, filwaqt li: oħrajn għerriqniehom. Mhux Alla li naqas lejhom (mera kkastigahom) iżda kienu huma li naqsu lejhom infushom tur kien jistħoqqilhom il-kastig

[41] Dawk (il-pagani) li ħadu lil ħaddieħor biex jaqbeż għalihom, minflok lil Alla, jixbhu lil brimba li bniet bejta (għanqbuta), u tabilħaqq li l-aktar dgħajfa fost il-bejtiet hija l-bejta tal-brimba, li kieku kienu jafu (x'qegħdin iqimu)

[42] Tabilħaqq li Alla jaf xi jsejħu minfloku, u Huwa l- Qawwi u l-Għaref

[43] Dawn huma t-tixbihat li nxebbhu għan-nies, iżda ma jifhmuhomx għajr l-għorrief

[44] Alla ħalaq is-smewwiet u l-art bis-sewwa. F'dan (il- ħolqien kollu) tassew hawn sinjal (ta' Alla Wieħed) għal mih jemmen

[45] Ħabbar (Muħammad) dak li tnebbaħlek mill-Ktieb, u agħmel it-talbl Tabilħaqq li t-talb ibiegħed l-għemejjel faħxija u l-ħażen. It-tifkira ta' Alla hija l-akbar (ħaġa li tista' tagħmel). Alla jaf x'qegħdin tagħmlu

[46] U tħaqquhiex ma' Nies il-Ktieb (l-Insara u l-Lhud) I jekk mhux b'dak li huwa aħjar (u b'mod xieraq), ħlief ma' dawk minnhom .li jagħmlu l-ħażen fu jitqabdu b'kefrija kontrikom). Għidu(lhom): 'Nemmnu f'dak (il- Qoran) li tniżżel lilna u (fit-Tora u l-Evanġelju li) tniżżel lilkom, u Alla tagħna u Alla tagħkom huwa Wieħed, u I aħna ntlaqna f'idejh (Misilmin)

[47] Hekk niżżilnielek (Muħammad) il-Ktieb. U dawk (il- Lhud u l-Insara) li tajniehom il-Ktieb (it-Tora u l- Evanġelju) jemmnu fih (il-Qoran), u fost dawn (il-pagani f'Mekka) ukoll hemm min jemmen fih. Ma jiċħdux is- sinjali tagħna jekk mhux dawk li ma jemmnux

[48] Inti (Muħammad) ma kont taqra ebda ktieb qablu (dan il-Qoran), u lanqas ma ktibt (ebda ktieb) bil-leminija tiegħek. Inkella nies il-frugħa kienu jkunu bejn ħalltejn (u jaħsbu li l-Qoran ikkupjajtu mill-Kotba mqaddsa li niżlu qablu)

[49] Iżda (il-Qoran ma huwiex hekk, imma) huwa sinjali ċari (mqiegħda) fi qlub dawk li ngħataw l-għarfien, Ma jiċħdux is-sinjali tagħna jekk mhux il-ħżiena

[50] (il-pagani f'Mekka) qalu: 'Għaliex ma tniżżlux fuqu sinjali minn Sidu 7' Għid(ilhom Muħammad): 'Is-sinjali huma għand Alla, u jiena biss wieħed li jwissi biċ-ċar. (dwar il-kastig imħejji għall-ħżiena)

[51] Jaqaw ma huwiex biżżejjed għalihom li Aħna niżżilnielek il-Ktieb, u li (issa) jinqralhom 2 Tabilħaqq li f'dan (il-Ktieb) hawn ħniena (għaliex jeħles lill-bniedem mit-telfien) u tifkira għal nies li jemmnu

[52] Għid (Muħammad lill-pagani): 'Alla huwa biżżejjed bħala xhud bejni u bejnkom (li jiena qiegħed inxandar is- sewwa tiegħu). Huwa jaf b'dak li hemm fis-smewwiet u fl-art (u jekk qiegħed nigdeb, jikkastigani). U dawk li jemmnu fil-frugħat (ta' l-idoli), u jiċħdu lil Alla, dawk huma t-tellifini

[53] Huma jriduk (Muħammad) tgħaġġlilhom il-kastig, u li kieku ma hemmx żmien maħsub (għal meta tasal is- Siegħa tagħhom), il-kastig kien tassew jiġihomt Huwa tassew jiġi fuqhom għal għarrieda mingħajr ma jintebħu

[54] Huma jriduk tgħaġġlilhom il-kastig, u l-Infern tabilħaqq se jdawwar minn kullimkien lil dawk li ma jemmnux

[55] fil-Jum meta l-kastig idawwarhom; minn fuqhom u minn taħt riġlejhom, u (Alla) jgħid(ilhom): 'Duqu dak (il- ħażen) li kontu tagħmlu

[56] Ja qaddejja tiegħi li temmnu, l-art tiegħi: tabilħaqq wiesgħa, u għalhekk lili qimul

[57] Kullruħidduq il-mewt, imbagħad lejna titreġġgħu lura

[58] Dawk li jemmnu u jagħmlu t-tajjeb, tassew inqegħduhom f'għamajjar fil-Ġenna; bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jibqgħu għal dejjem. Tassew sabiħ il- ħlas ta' dawk li jagħmlu (it-rajjeb)

[59] lijistabru u jħallu f'idejn Sidhom

[60] U kemm-il ħliqa (dgħajfa) ma: ġġorrx. l-għajxien tagħhal Alla jagħti lilha u lilkom l-għajxien. Huwa jisma' kollox u jaf kollox

[61] Jekk (lill-pagani) tistaqsihom min ħalaq is-smewwiet u l-art, u qiegħed ix-xemx u l-qamar taħt is-setgħa (tiegħu), huma tassew jgħidu: 'Allal' Mela kif jitqarrqu (meta jafir l-verità)

[62] Alla jkattar il-ġid tiegħu fuq min irid mill-qaddejja tiegħu, kif ukoll inaqqsu (il min jidhirlu). Alla tabilħaqq jaf b'kollox

[63] U jekk (lill-pagani) tistaqsihom min iniżżel l-ilma mis- sema, u bih jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha, huma tassew jgħidu: 'Allat' Għid (Muħammad): ''Tifħir lil Allat' Iżda ħafna minnhom ma jifhmux

[64] Il-ħajja (f'din) id-dinja ma hijiex għajr mogħdija ta' żmien u logħob: Id-Dar (fil-Ħajja) l-Oħra dik hija l-Ħajja tassew, li kieku kienu jaful

[65] Meta (il-pagani) jitilgħu fuq ġifen (biex ibaħħru, fil-biża' tagħhom. mill-għarqa: tismagħhom). isejħu. lil Alla u joqogħdu għad-din tiegħu biss. Iżda meta jeħlishom (mill għawġ tal-baħar u jġibhom) lejn l-art, arahom ixierku (allat oħra) miegħu

[66] Ħallihom jiċħdu dak (il-ġid (i għamilna magħhom u) li tajniehom, u. ħallihom igawdu (fżit ieħor f'din. id-dinja' Dalwaqt) sa jkunu jafu (x''ġej għalihom)l

[67] Mela ma jarawx li (f'Mekka) għamilna mkien imqaddes u fis-sod. (imħares. mis-serg u mill-qtil; u li: Mekka għamilnieha art imqaddsa) tilwaqt li madwarhom in-nies qegħdin jinħatfu (inn djarhom u jinqatlu/) Jaqaw dawn (minkejja dan kollu, jibqgħu) jemmnu fil-qerg u jiċħdu l- grazzja ta' Alla

[68] U min huwa agħar minn dak.li jaqla' minn żniedu l-gideb dwar Alla, u jgiddeb is-sewwa meta jasallu 7 Jaqaw l-Infern ma huwiex l-għamara ta' dawk bla twemmin

[69] U lil dawk li jħabirku għalina, immexxuhom fit-toroq tagħna. Alla tabilħaqq huwa ma' dawk li jagħmlu l-ġid

Ir-Rumani

Surah 30

[1] Alif Lam. Mim

[2] Ingħelbu l-Biżantini

[3] f'art fil-qrib (tal-Persja), u huma, wara (din). it-telfa tagħhom, se jegħlbu (/ill-Persjani)

[4] fi ftit tas-snin (oħra). Ta' Alla hija d-deċiżjoni, minn qabel (it-telfa tal-Biżantini) u (wata. (it-telfa tal-Persjani). Dakinhar jifirħu dawk li jemmnu

[5] bir-rebħa ta' Allal Huwa jrebbaħ lil-min irid, u Huwa l- Qawwi, il-Ħanin

[6] (Dinhija) il-wegħda ta' Alla. Alla ma jiksirx il-wegħda tiegħu, iżda ħafna min-nies ma jafux

[7] Huma jafu dwar dak li jidher mill-ħajja (f'din) id-dinja, iżda dwar (il-Ħajja) l-Oħra ma jintebħux

[8] Jaqaw ma jaħsbux bejnhom u bejn ruħhom (dwar il- ħolqien tagħhom infushom) 7 Alla ma ħalaqx is-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, jekk mhux bis-sewwa, u għal żmien maħsub. (Madanakollu) tabilħaqq li ħafna. min-nies jiċħdu l-laqgħa ma' Sidhom (il-Midej)

[9] Jaqaw ma'terrqux fl-art u ma rawx kif kien tmiem dawk ta' qabilhom 7 Kienu ta' qawwa akbar minnhom (fis- saħħa, fil-ġid materjali u fl-ulied), ħadmu l-art u bnewha aktar milli bnewha huma. (il-pagani), u ġewhom il- Mibgħutin tagħhom bis-sinjali ċ-ċari. (iżda huma ċaħduhom u giddbuhom). Mhux Alla li naqas lejhom (meta kkastigahom), iżda kienu huma li naqsu lejhom infushom (meta ċaħdu' s-sinjali li ġewhom u għalhekk kien jistħoqqilhom il-kastig)

[10] Imbagħad tmiem dawk li għamlu l-ħażen kien mill- agħar, talli giddbu s-sinjali ta' Alla u kienu jżebilħuhom

[11] Alla jibda l-ħolqien, imbagħad itennih, u mbagħad titreġġgħu lura għandu

[12] Fil-Jum li tasal is-Siegħa, il-ħatjin jitbikkmu bil-biża' u t-taħwid (kbir li jaħkimhom, u jaqtgħu jieshom)

[13] Ma jkollhomx min jidħol għalihom minn fost l-allat li xierku (ma' Alla; mhux biss, talli) jiċħdu lil (dawn) l-allat tagħhom

[14] Fil-Jum li tasal is-Siegħa, dakinhar jinfirdu (ir-tajbin mill-ħżiena)

[15] Dawk li emmnu u għamlu l-ġid, dawk fi Ġnien jithennew

[16] Iżda dawk li ċaħdu t-twemmin u giddbu s-sinjali tagħna u l-laqgħa (ma' A/la fil-Ħajja) l-Oħra, dawk għall-kastig (ta' dejjem) jinġiebu

[17] Mela (agħtu) sebħ lil Alla meta tibdew l-għaxija u meta ssebbħu

[18] Lilu t-tifħir fis-smewwiet u fl-art, filgħaxija u meta jsirilkom nofsinhart

[19] Huwa joħroġ il-ħaj mill-mejjet, u joħroġ il-mejjet mill- ħaj, u jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha, Hekk ukoll intom tinħarġu (mill-oqbra biex tidhru quddiem Alla)

[20] Fost is-sinjali tiegħu (issibu) li ħalaqkom mit-trab, imbagħad ara, sirtu bnedmin imxerrdin (ma ' kullimkien)

[21] U fost is-sinjali tiegħu (issibu) li ħalqilkom nisa għalikom: minnkom infuskom, biex issibu hena magħhom, u għamel l-imħabba u l-ħniena bejnietkom. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjali għal nies li jafu jixtarru (is-siwi tagħhom)

[22] Fost is-sinjali tiegħu. (ikoll). hemm il-ħolqien tas- smewwiet u l-art, u d-differenza fl-ilsna tagħkom u fi Iwienkom. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjali għall- għorrief

[23] U fostis-sinjali tiegħu hemm ir-raqda tagħkom billejl u binhar, u kif tfittxu l-għajxien tagħkom mit-tjieba tiegħu. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjali għal nies li jisimgħu (u jagħtu widen)

[24] Fost is-sinjali tiegħu (issibu) li Huwa jurikom il-beraq, (biex ikunilkom sew) ta' biża' (kif ukoll) ta' tama, u jniżżel mis-sema ilma, u bih jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha. Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjali għal nies bil-għaqal

[25] U fost is-sinjali tiegħu (issibu) li s-sema u l-art iżommu bl-amar tiegħu. Imbagħad meta jsejħilkom. b'sejħa (waħda) mill-art, ara, intom toħorġu (mill-oqbra biex tidhru quddiemu)

[26] Tiegħu huwa kulmin jinsab fis-smewwiet u fl-art; kulħadd joqgħod għalih bil-qimal

[27] Huwa li jibda l-ħolqien, imbagħad itennih. U dan eħfef għalihi Tiegħu l-ogħla kwalitajiet fis-smewwiet u fl-art. Huwa l-Qawwi, l-Għaref

[28] Huwa jagħmlilkom tixbiha minnkom infuskom. Jaqaw intom tagħmlu sħab ma' l-ilsiera li għandkom f'idejkom, f'dak li tajniekom għall-għajxien tagħkom, hekk li intom indaqs fih (magħhom), u tibżgħu minnhom. bħalma tibżgħu minn xulxin 7 (Jekk ma taqblux li l-ilsiera jkunu sħab magħkom f'ġidkom, kif tridu li. Alla jkollu sħab miegħu) Hekk infissru bir-reqqa s-sinjali (tagħna) lil nies bil-għaqal. ħ

[29] Iżda dawk li għamlu l-ħażen imxew wara x-xewqat tagħhom mingħajr għarfien. U min se jmexxi fit-triq it- tajba lil dawk li Alla tellifhielhom 7 (Dawn) ma jkollhomx min jgħinhom

[30] Mela żomm ħarstek (Muħammad) fuq id-din (safi, l- Islam) b'qalbek kollha u bi twemmin safi (din hija) n- natura ta' Alla li fuqha Huwa sawwar lin-nies. Ma hemm ebda tibdil fil-ħolqien ta' Alla. Dak huwa d-din tassew, iżda ħafna min-nies ma jafux

[31] Duru lejh nedmin, ibżgħu minnu, agħmlu t-talb, u la tkunux minn dawk li jxierku (allat ma' Alla)

[32] dawk li ġabu l-firda fir-reliġjon tagħhom u saru setet, u kull ġemgħa tifraħ b'dak (it-twemmin. fieragħ) li għandha

[33] Meta xi deni jmiss lin-nies, (arahom iħallu l-idoli tagħhom u). isejħu. lil Sidhom, nedmin. Iżda meta jdewwaghom ħniena minnu, ara, ġemgħa. minnhom ixierku (allat oħra) ma' Sidhom (il-Mulej)

[34] biex (b'hekk) jiċħdu dak li tajniehom: (Lil dawn jintqalilhom:) 'Gawdu (kemm tridu għal ftit taż-żmien)i Dalwaqt se tkunu taful

[35] Jaqaw niżżilnielhom' xi prova li titkellem (u tixhed fawur) dak li kienu jxierku (ma' Alla)

[36] U meta ndewqu lin-nies xi ħniena (bħalma hi s-saħħa jew il-ġid. materjali). huma jifirħu biha, iżda. meta tmisshom xi ħsara, minħabba. l-ħażen li jkunu għamlu b'idejhom, arahom jaqtgħu jieshom għal kollox

[37] Jaqaw ma jarawx li Alla jkattar il-ġid lil-min irid, kif ukoll inaqqsu (Żif min jidhirlu) Tabilħaqq li f'dan (kollu) hawn sinjali għal nies li jemmnu

[38] Mela agħti lill-qraba dak li ħaqghom, u lill-fqir u. lil min iterraq. Dan ikun aħjar għal dawk li jridu Wiċċ Alla, u dawk huma r-rebbiħin

[39] Dakeli ssellfu bi mgħax, biex (ġidkom ikompli) jiżdied bi flus in-nies, (kunu afir li dan il-ġid) ma jiżdiedx għand Alla, filwaqt li dak li tagħtu bħala karità għaliex tridu Wiċċ. Alla, (dan jiżdied għand Alla). Dawk huma li jieħdu d-doppjul

[40] Alla huwa li ħalaqkom, imbagħad takom biex. tgħixu, imbagħad jibagħtilkom il-mewt, imbagħad jagħtikom il- ħajja (biex tqumu għal Jum il-Ħaqq): Jaqaw fost dawk l- ixirka tagħkom (/i intom xeriktu ma' Alla) hemm min jagħmel xi ħaġa minn dan Sebħ lilul Huwa wisq ogħla minn dak li jxierku miegħul

[41] Il-ħsara dehret fuq l-art u fil-baħar minħabba dak li għamlu n-nies b'idejhom, biex idewwaghom xi ftit minn dak li għamlu, u għandhom imnejn jerġgħu lura (mill- ħażen u jindmu)

[42] Għid(ilhom. Muħammad lil dawk li ma jemmnux): Terrqu fl-art u araw kif kien tmiem dawk ta' qabell Ħafna minnhom kienu jxierku (allat oħra ma' Alla, u nqerdu)

[43] Żomm ħarstek fuq ir-reliġjon is-sewwa (ta' l-Islam) qabel ma jasal Jum li ma jistax jinżamm lura, mingħand Alla. Dakinhar (il-bnedmin) jinfirdu (u t-tajbin jieħdu ħlashom fil-Ġenna, u l-ħżiena fl-Infern)

[44] Min m'emminx, iċ-ċaħda ta' twemminu tkun fuqu, u dawk li għamlu l-ġid, għalihom infushom iwittu t-triq

[45] biex (Alla) jagħti l-ħlas lil dawk li emmnu u għamlu l- ġid, mit-tjieba tiegħu. Huwa tabilħaqq ma jħobbx lil dawk li ma jemmnux

[46] Minn fost is-sinjali tiegħu (insibu) li Huwa jibgħat l- irjieħ li jagħtu l-bxara (it-tajba tal-wasla tax-xita) biex idewwaqkom ftit mill-ħniena tiegħu, biex l-iġfna jbaħħru bl-amar tiegħu, u biex-tfittxu t-tjieba tiegħu, u għandkom imnejn tiżżu ħajr

[47] Aħna tassew bgħatna qablek (Muħammad) Mibgħutin għand nieshom, u. ġewhom. bis-sinjali ċ-ċari. Aħna tħallasna minn dawk li għamlu l-ħażen, u kien id-dmir tagħna li nagħtu r-rebħa lil dawk li emmnu

[48] Alla huwa li jibgħat l-irjieħ li-jqanqlu s-sħab: Huwa jifirxu fis-sema, kif irid, u jagħmlu f'biċċiet, u tara x-xita ħierġa minn nofsu. U meta jolqot biha lil-min irid mill- qaddejja tiegħu, arahom jifirħu

[49] għalkemm qabel ma (ix-xita) tniżżlet fuqhom, kienu qatgħu jieshom

[50] Mela ħares lejn il-marki tal-ħniena ta' Alla (fil- ħolqien), kif (Alla) jagħu l-ħajja lill-art wara mewtha. Dak huwa tabilħaqq li jagħti l-ħajja lill-mejtin, u Huwa fuq kollox Setgħan

[51] Iżda jekk nibagħtu riħ, u jaraw (il-ħsad) tagħhom musfar, wara dan jibqgħu ma jemmnux

[52] Tabilħaqq li inti (Muħammad) ma'ssemmax lill-mejtin, u ma ssemmax lit-torox is-sejħa (tiegħek) meta jagħtu/k) daharhom u ma jagħtux widen

[53] (U lanqas ma turi t-triq lill-għomja fit-telfien tagħhom. /J Inti ssemma' biss lil min jemmen fis-sinjali tagħna, u. ) huma Misilmin

[54] Alla huwa li ħalaqkom minn dgħufija (ta' daqsxejn ta' sperma, u ftit ftit sirtu fetu u tarbija żgħira li maż-żmien kibret), imbagħad wara d-dgħufija għamel (li jkollkom) il-qawwa (taż-żgħożija) u mbagħad wara (din) il-qawwa. għamel. (li jkollkom). dgħufija u. bjuda fix-xagħar. (fi xjuħitkom). Huwa joħloq li jrid, u Huwa li jaf kollox, Setgħan

[55] Fil-Jum li sseħħ is-Siegħa (tal-Qawmien), il-ħatjin jaħilfu li ma damux għajr siegħa (waħda fid-dinja). Hekk kienu jitqarrqu (qabel)

[56] Dawk li ngħataw l-għarfien u t-twemmin jgħidu(/hom lil dawk il-ħatjin): ''Skond il-Ktieb ta' Alla, intom bqajtu (fid-dinja) sa Jum il-Qawmien. U dan huwa Jum il- Qawmien (li intom kontu tiċħdu), iżda intom ma kontux taful

[57] Dakinhar ma tiswa xejn l-iskuża ta' dawk li dinbu, u ħadd ma jgħidilhom. biex jindmu (għaliex ikun tard wisq)

[58] Aħna għamilna lin-nies kull għamla ta' tixbiha f'dan il- Qoran. Jekk iġġibilhom (Muħammad) xi sinjal, dawk (il- pagani minn niesek). li jiċħdu. t-twemmin. se. jgħidu: €M'intomx għajr nies il-frugħal

[59] Hekk Alla jagħlaq qlub dawk li ma jafux (u ma jridux jafu)

[60] Mela stabar (Muħammad)l Tabilħaqq li l-wegħda ta' Alla (li joħroġ l-Islam: rebbieħ) hija minnha. U ara li ma jtellfulekx sabrek dawk mingħajr fidil

Luqman

Surah 31

[1] Alif. Lam. Mim

[2] Dawn huma l-versi tal-Ktieb l-għaref

[3] tmexxija tajba u ħniena għal dawk li jagħmlu t-tajjeb

[4] lijagħmlu t-talb, li jagħtu l-karità, u jemmnu sħiħ fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra)

[5] Dawk għandhom tmexxija tajba minn Sidhom (il- Mulej), u dawk huma li joħorġu rebbiħin (u jsalvaw)

[6] Fost in-nies hemm min jixtri l-kliem fieragħ biex (bih) itellef (fil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla, bla (ma għandu) għarfien (ur prova dwar dak li qiegħed iħarref), u jeħodha biċ-ċajt. Dawk ikollhom kastig ta' tkasbir

[7] U meta jinqrawlu l-versi tagħna huwa jagħti dahru (iż ma jagħtix. widen) imkabbar, bħallikieku ma semagħhomx, qisu għandu toqol f'widnejh (li ma jħallihx jisma'). Mela ħabbarlu (Muħammad) kastig ta' wġigħl

[8] Tabilħaqq li dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid għandhom il-Ġonna ta' l-hena

[9] Fihom jibqgħu għal dejjem. Il-wegħda ta' Alla hija minnhal Huwa l-Qawwi u l-Għaref

[10] Huwa ħalaq is-smewwiet, u tarawhom (iżmuma) mingħajr kolonni, u fl-art waqqaf fis-sod l-iġbla biex (l- art) ma titħarrikx bikom, u xerred fiha kull għamla ta' ħlejjaq. U mis-sema nniżżlu ilma, u fih inkabbru kull għamla (ta' xitla) tajba (sew għall-ikel kif ukoll għall- fejqan)

[11] Dan huwa l-ħolqien ta' Alla' Mela uruni x'ħalqu mingħajru dawk (l-allat l-oħra li tqimu)l Iżda l-ħżiena huma f'telfien mill-aktar ċar

[12] Aħna tassew tajna l-għerf lil-Luġman (u għedhieki): VIżżi ħajr lil Alla (ta' l-għerf li tak)l Min jiżżi ħajr, ikun qiegħed jiżżi ħajr għalih innifsu. U min ma jibqax jafhulu (lil Alla, għandu jkun jaf li) tabilħaqq Alla Għani (u ma jeħtieġ xejn). Hu jistħoqq kull tifħir

[13] U (ftakar, Muħammad) meta Luqmin qal lil ibnu, hu u jwissih: ''Ibni, la xxerikx (allat oħra) ma' Allat Din ix- xirka hija ħażen kbir

[14] L-amar tagħna lill-bniedem huwa li juri tjubija mal- ġenituri tiegħu (għaliex jeħtieġlu jiftakar li) ommu.) ġġorru (f'ġufha) bi dgħufija fuq dgħufija, u jinfatam fi: J żmien sentejn. (Mela ftakar u) iżżi ħajr lili u lill-ġenituri tiegħeki (La tinsiex li) lejja t-tmiem

[15] U jekk (missierek u ommok) iħabirku biex iġagħluk ixxierek miegħi dak li ma għandekx għarfien dwaru, toqgħodx għalihom, iżda imxi magħhom fid-dinja kif jixraq (anki jekk ma humiex Misilmin, jew huma ħżiena), u imxi fit-triq ta' min dar lejja bl-indiema. Imbagħad għandi terġgħu lura u (dakinhar) inħabbrilkom dak li kontu tagħmlu

[16] (Lugman qal): ''Ibni, jekk xi ħaġa, imqar it-toqol ta' żerriegħa tal-mustarda, tkun ġewwa blata, jew fis- smewwiet, jew fl-art, Alla għad iġibha (v ssir magħrufa). Tabilħaqq li Alla jaf l-irqaqat kollha, u jaf(/hom) sewwa

[17] Ibni, agħmel it-talb, amar (/i jsir biss) it-tajjeb, tħallix il-ħażen, u stabar f'dak li jiġrilekl Tabilħaqq li dawn (l- għemejjel) huma mill-aqwa kwalitajiet

[18] La ddawwarx wiċċek min-nies (bi kburija), u lanqas timxi fl-art minfuħ bik innifsek. Tabilħaqq li Alla ma jħobb lil ebda mkabbar li kollu ftaħir bih innifsu

[19] Imxi kif jixraq, u baxxi leħnekt Tabilħaqq li l-ikreh Ieħen huwa leħen il-ħmir (u jixbah l-għajat ta' min jgħolli leħnu bil-qerq). IT

[20] Mela ma tarawx li Alla qiegħed taħt idejkom dak. li jinsab fis-smewwiet u fl-art (biex tinqdew bih), u sawwab fuqkom. bil-kotra l-grazzji. tiegħu, li jidhru u li-ma jidhrux. Fost in-nies hemm min iħaqqaqha dwar Alla mingħajr ma għandu għarfien (u ebda prova ta' dak li qiegħed jgħid) mingħajr tmexxija tajba, u lanqas Ktieb li jdawwal(/u moħħu)

[21] U meta (lil dawk li jħobbu jmieru) jintqalilhom: Imxu fuq dak li Alla niżżel ' huma jgħidu: 'Let Imma nimxu fuq dak li fih sibna lil missirijietna.' Kif 2 Anki jekk ix- Xitan isejħilhom għall-kastig tan-Nar iħeġġeġ

[22] Minjingħata għal Alla, filwaqt li jagħmel it-tajjeb, ikun qabad l-aqwa maqbad (li, bħal ħabel sod, ma jinqatax). Lejn Alla t-tmiem ta' kollox

[23] La tinkeddx (Muħammad) minħabba ċ-ċaħda tat- twemmin ta' min ma jemminx. Lejna jerġgħu lura u. (dakinhar) inħabbrulhom dak (kollu) li għamlu (meta kienu fid-dinja). Tabilħaqq li Alla jaf sew b'dak li hemm fil-qlub

[24] nħalluhom igawdu għal ftit (fid-dinja), imbagħad inġegħluhom jimxu lejn kastig iebes

[25] Jekk tistaqsihom (Muħammad) min ħalaq is-smewwiet u l-art, huma tassew jgħidu: ''Alla.' Għid(ilhom): 'Tifħir lil Allaf' Iżda l-kotra tagħhom ma jafux

[26] Ta' Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art; Alla tabilħaqq huwa l-Għani, li jistħoqq kull tifħir

[27] Kieku s-siġar kollha tad-dinja kienu pinen, u l-baħar (kien linka), b'seba' ibħra. oħra) warajh iferrgħu fih, kieku (kienet tinħela dik il-linka kollha; il-pinen jiġu fix- xejn, iżda) Kliem Alla ma jintemmx. Tabilħaqq li Alla huwa Qawwi, Għaref

[28] Il-ħolqien u l-qawmien tagħkom mill-imwiet huma biss bħal (il-ħolqien u l-qawmien ta') ruħ waħda (biss). Alla tassew jisma' kollox u jara kollox

[29] Mela ma tarax li Alla jdaħħal (dalmer) il-lejl f'(dawl) in-nhar, u jdaħħal (dawl) in-nhar f'(dalmet). il-lejl, u qiegħed ix-xemx u l-qamar taħt idejh kollha kemm huma jduru għal żmien imsemmi u li Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[30] Dan għaliex Alla huwa s-Sewwa, u dak li jsejħu minfloku huwa l-qerq, u għaliex Alla huwa l-Għoli, il- Kbir

[31] Mela ma tarax li l-iġfna jiġru fil-baħar bil-grazzja ta' Alla, biex jurikom uħud mis-sinjali tiegħu 7 Tabilħaqq li f'dan hawn sinjali għal kulmin jaf jistabar u jiżżi ħajr

[32] Meta l-mewġ (għoli) jgħattihom bħal saqaf ta' dell, (ismagħhom). isejħu lil Alla (mwerwrin), u joqogħdu għad-din tiegħu biss. Iżda meta jeħlishom fmill-għawġ tal-baħar u jġibhom) lejn l-art, hemm minnhom li huwa ġust (u hemm minnhom li ma jiżżix ħajr). Ħadd ma jiċħad is-sinjali tagħna, ħlief kulmin hu qarrieq, li ma jafhulux (lil Alla)

[33] Janies, ibżgħu minn Sidkom (il-Mulej), u ibżgħu minn Jum meta missier ma jkun jista' jagħmel xejn għal ibnu, u iben ma jkun jista' jagħmel xejn għal missieru. Tabilħaqq li l-wegħda ta' Alla hija minnhal Mela ħalli ma tqarraqx bikom il-ħajja f'(din) id-dinja, u ħalli ma jqarraqx bikom (ix-Xitan) il-Qarrieq dwar Allal

[34] Alla tabilħaqq għandu l-għarfien tas-Siegħa. (ral- Qawmien mill-imwiet), u (jaf meta u fejn) iniżżel xita, u jaf x'hemm fil-ġwief (jekk hux tifel jew tifla, jekk f'ħajjitha tkunx persuna ferħana jew imdejqa, tajba jew midinba, minn nies il-Ġenna jew l-Infern). Ebda ruħ ma taf x'se tikseb għada, u ebda ruħ ma taf f'liema art tmut, Tabilħaqq li Alla jaf kollox, jaf sewwa

Is-Suġġestjoni

Surah 32

[1] VAlif Lam, Mim

[2] Tinżil il-Ktieb (tal-Qoran lilek, Muħammad) li fih ma. hemmx dubju; minn Sid il-ħolqien

[3] Jaqaw (il-pagani ta' Mekka) qegħdin. jgħidu: 'Qalgħu (Muħammad) minn żniedu'' 2 Le (mhux hekkji Iżda huwa s- sewwa minn Sidek (il-Mulej lilek Muħammad) biex. twissi nies li ma ġihomx min iwissihom qablek, biex forsi jaqbdu t-triq it-tajba

[4] Huwa Alla li ħalaq is-smewwiet u l-art, u dak li jinsab bejniethom, f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron. Ma għandkomx min iħariskom, jew jidħol għalikom għajru. Jaqaw ma tiftakrux

[5] Imexxi kollox mis-sema għall-art, imbagħad kollox jitla' lura fejh (għall-Ġudizzji) f'Jum (hekk tal-biża' li taħsbu) li tulu jkun ta' elf sena bl-għadd tagħkom (ra' bnedmin li intom)

[6] Dak huwa (A/la) li jaf il-mistur u l-mikxuf, il-Qawwi, il- Ħanin

[7] li għamel tajjeb kulma ħalaq, u beda ħolqien il-bniedem minn tajn

[8] imbagħad għamel lil nislu maħruġ minn ilma mkasbar fl- isperma

[9] imbagħad sawru, nefaħ fih minn Ruħu, u għamlilkom is- smigħ, dawl għajnejkom, u l-qlub (u l-imħuħ biex iħossu u tifhmu bihom. Madanakollu). tassew ftit tiżżu ħajr rlill- Mulejjt

[10] (fil-pagani ta' Mekka) jgħidu: 'Jaqaw meta niġu fix-xejn (u nkunu midfunin) fl-art, se nkunu f'ħolqien ġdid'' Le, (ma jridux jemmmu)t Huma jiċħdu l-laqgħa ma' Sidhom

[11] Għid(ilhom Muħammad): 'L-Anġlu tal-mewt li tqabbad (minn. Alla) biex jiġi għalikom, jeħdilkom. ħajjitkom, u mbagħad titreġġgħu lura lejn Sidkom

[12] Kieku tara l-ħatjin (dakinhar tal-Ġudizzju), filwaqt li jbaxxu rashom (bil-mistħija) quddiem Sidhom, (kieku tismagħhom jgħidu): ''Sidna (il-Mulej), rajna. (is-sewwa tiegħek) u smajna (dak li konna niċħdu u ngiddbu), Mela. 4 reġġagħna lura (lejn l-art) biex nagħmlu l-ġid. Aħna J (issa) tassew nemmnu bis-sħiħ

[13] Kieku ridna, konna nagħtu. lil kull ruħ it-tmexxija t- tajba tagħha, iżda (issa) Kliemi (dwar il-kastig tal- ħżiena) seħħ, u tassew nimla l-Infern (bil-midinbin) minn fost il-ġinn u n-nies, ilkoll flimkien

[14] Mela duqu (il-kasrig), talli nsejtu l-laqgħa ta' dan il- Jum tagħkom. Tabilħaqq li Aħna (ukoll) insejniekoml U duqu l-kastig ta' dejjem ta' dak li kontu tagħmlul

[15] Jemmnu biss fis-sinjali tagħna dawk li, meta jitfakkru fihom, jinxteħtu fl-art iqimu (lil Alla), li jfaħħru s-sebħ ta' Sidhom, u ma jitkabbrux

[16] Ġisimhom iħalli l-friex u huma jsejħu lil Sidhom, fil- biża' u fit-tama, u jonfqu (fil-karità) minn dak. li tajniehom

[17] Ebda ruħ ma taf x'hena nżamm moħbi minnhom. ta' dak li kienu jagħmlu

[18] Jaqaw min jemmen huwa bħall-qarrieqż' Ma humiex indaqsi

[19] Dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid għandhom il-Ġonna tal-kenn fejn jgħammru, ta' dak (il-ġid) li kienu jagħmlu

[20] Imma l-ħatjin, il-kenn tagħhom fin-Nar, Kull darba li jkunu jridu joħorġu minnu, jitreġġgħu lura fih, u jintqal lilhom: ''Duqu l-kastig tan-Nar li kontu tgiddbuf

[21] Tassew indewquhom il-kastig iż-żgħir (fid-dinja). qabel il-kastig il-kbir (fil-Ħajja l-Oħra), biex forsi jerġgħu lura (għat-triq it-tajba)

[22] Min hu agħar minn dak li jitfakkar fis-sinjali ta' Sidu (il-Mulej), imbagħad iwarrab minnhom 2 Tabilħaqq li għad nitħallsu mill-ħatjin

[23] Aħna tassew tajna l-Ktieb (rat-Torġ) lil Mosċ, u la tkunx fid-dubju dwar il-laqgħa (tiegħek, Muħammad) miegħu. (il-Qoran), u. (il-Ktieb: tat-Tora): għamilnieh tmexxija għal Ulied Israel

[24] Għamilna minnhom mexxejja li juru t-triq bl-amar tagħna, meta stabru (fis-saram li ħabbru wiċċhom miegħu) u kienu jemmnu sħiħ fis-sinjali tagħna

[25] Tabilħaqq li Sidek jagħmel ħaqq minnhom (dawk li jemmnu u dawk li jieħdu t-twemmin) f'Jum il-Qawmien dwar dak li ma kinux jaqblu fuqu

[26] Jaqaw ma jitgħallmux (meta jaraw) kemm-il ġens qridna qabilhom, u li issa) huma jgħaddu minn (qrib) djarhom (l-imġarrfa). Tabilħaqq li f'dan hawn sinjali. Mela ma jisimgħux

[27] Mela ma jarawx li Aħna nsuqu l-ilma lejn art niexfa u bih noħorġu ż-żera'' 2 Minnu jieklu l-bhejjem tagħhom, u huma nfushom. Mela ma jarawx

[28] Jgħidu (bi tkasbir il-pagani ta' Mekka lill-Misilmin): Meta hija din ir-rebħa (tagħkom fuqna), jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[29] (Għidfilhom Muħammad): ''F'Jum ir-Rebħa (dakinhar ta' Jum il-Qawmien) ma jiswiex, lil dawk bla twemmin, it-twemmin tagħhom (ii juru fl-Aħħar Jum, għaliex ikun tard wisq) u lanqas jingħataw żmien (biex jindmu)

[30] Mela warrab minnhom (Muħammad) u stenna (biex tara x'kastig se jkollhomji Huma tabilħaqq qegħdin jistennew (ukoll biex jaraw x'se jiġri lilek u lill- Misilmin)

Il-Ġemgħat

Surah 33

[1] Ja Profeta, ibża' minn Alla, u la toqgħodx għal dawk li ma jemmnux, u dawk ta' wiċċ b'ieħor. Tabilħaqq li Alla jaf' kollox, Għaref

[2] U imxi fuq dak li jitnebbaħlek minn Sidek (il-Mulej). Tassew li Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[3] Ħalli f'idejn Allat Alla biżżejjed biex jieħu ħsieb (il- qaddejja tiegħu)

[4] Alla ma għamel lil ebda raġel żewġt iqlub f'sidru, lanqas ma għamel in-nisa tagħkom li intom. tiddivurzjaw. biż- zihar'. (billi. tiddikjaraw li. huma. projbiti. għalikom), ommijietkom, u lanqas. għamel l-ulied li intom tadottaw, uliedkom. Dan (ma huwa xejn ħlief) kliemkom (li tgħidu) b'fommkom (u fih ma hemm ebda verità), iżda Alla jgħid is-sewwa u juri t-triq it-tajba

[5] Sejħulhom. (b'isem) missirijiethom dan hu aktar ġust quddiem Alla, u jekk ma tafux lil missirijiethom, (qisuhom bħala) ħutkom fil-fidi, u mħarsin minnkom. M'intomx ħatja ta' xi żball (li tistgħu tagħmlu dwar dan), iżda (tkunu ħatja) ta' dak li qlubkom ikunu fasslu minn qabel, Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin

[6] Il-Profeta jistħoqqlu jieħu ħsieb dawk li jemmnu (i jħoss aktar. għalihom) milli huma lejhom infushom, u. n-nisa tiegħu huma (Bħal) ommijiethom. Il-qraba huma l-aktar li jistħoġqu (il-wirt) mingħand xulxin, skond il-Ktieb ta' Alla, milli huma dawk. li jemmnu u dawk (il-Misilmin) li emigraw (minn Mekka, li jissejħu Muhaġirin). Madanakollu (huwa permess) li tagħmlu l-ġid ma' sħabkom. Dak jinsab miktub fil-Ktieb

[7] (U ftakar) meta dħalna f'rabta mal-Profeti, u miegħek, u ma' Noċ, Abraham, Mosċ, u Ġest bin Marija; dħalna magħhom f'rabta qawwija

[8] biex (Alla, fil-Ġudizzju) jistaqsi lill-(Proferi). ġusti (tiegħu) dwar is-sinċerità tagħhom (fix-xandir. tal- messaġġ divin), u għall-ħżiena ħejja kastig ta' wġigħ

[9] Intom li temmnu, semmu l-grazzja ta' Alla magħkom meta ġew għalikom suldati. (tal-partiti: magħquda f'alleanza kontrikom biex jaħbtu għalikom). u. Aħna bgħatna fuqhom riħ u suldati (oħra) li intom ma rajtux. Alla jara sew dak li tagħmlu

[10] Meta ġewkom minn (għoljiet) fuqkom u minn (widien) taħtkom, u meta tberrqu l-għajnejn (bit-twerwir li ħakimkom), u l-qlub telgħu fil-griżmejn (bil-biża ' kbir), u ħsibtu (bosta) ħsibijiet dwar Alla

[11] dak il-ħin kienu mġarrbin dawk li jemmnu, u theżżu theżżiża kbira

[12] U (ftakar ukoll Muħammad) meta dawk. ta' wiċċ b'ieħor u dawk li għandhom marda fi qlubhom. qalu: SAlla u l-Mibgħut tiegħu ma wegħduniex ħlief stħajjil

[13] U meta ġemgħa minnhom qalet: ''Ja nies (il-belt ta') Jatrib (li wara ssejħet. Medina), ma hawnx. post għalikoml Mela erġgħu lura (lejn djarkom)i' U wħud minnhom (ta' wiċċ b'ieħor) talbu l-permess tal-Profeta (biex jitilqu u) qaluflu bi skuża): '' Tabilħaqq li djarna ma humiex imħarsa,' minkejja li ma kinux mikxufa, u ma ridux ħlief li jaħarbu (mir-taqbid)

[14] (Kieku l-għedewwa) daħlu fuqhom minn (bosta) inħawi tagħha (tal-belt ta' Medina), u (ta' wiċċ b'ieħor) ntalbu (mill-għedewwa) iqumu (u jitqabdu kontra l-Misilmin), kienu jagħmlu hekk mingħajr ħafna dewmien u bla ma joqogħdu jaħsbuha

[15] Kienu tassew wegħdu lil Alla, qabel (it-taqbida tal- Foss), li ma jagħtux daharhom (u jħallu dmirhom, iżda) il-kelma li tingħata lil Alla għad tkun mistoqsija (f'Jum il-Qawmien)

[16] (Għidilhom, Muħammad, lil ta' wiċċ. b'ieħor): 'Il-ħarba ma hija se tiswielkom xejn, jekk (taħsbu li tistgħu) taħarbu mill-mewt jew. mill-qtil: U. anki jekk. (taħarbu), ma tingħatawx żmien biex tgawdu (il-ħajja) jekk mhux għal fil

[17] (Għidfilhom) ukoll: 'Min hu dan li jħariskom. minn Alla, jekk (Alla) iridilkom xi deni, jew iridilkom xi ħnienaf' Ma jsibu lil ħadd min iħarishom jew jgħinhom għajr lil Alla

[18] Alla tassew jaf b'dawk (fa' wiċe b'ieħor) fostkom li jfixklu (ill-Misilmin), u li jgħidu lil ħuthom: 'Ejjew għandna (u ħallu lil Muħammad u lil-sħabuji' U ma jiġux biex jitqabdu, ħlief ftit (u jagħmlu hekk biex jidhru)

[19] u'huma xħaħ magħkom (fil-ħniena, fl-imħabba, u fl- għajnuna, għaliex ma'jistiqulkamx il-ġid), U meta' jiġil:) biża' (minħabba t-ragbid), tarahom. iħarsu. lejk (Muħammad); b'għajnejhom iduru bħal ta' wieħed mitluf pin sensibi minħabba. l-kwt (IE tkini Diċsġa 'ejfi) Iżia meta l-biża' jħallihom, huma jsawtukom b'ilsna jaqtgħu, fix-xeħħta. (u filkilba' tagħhom): għall-ġid: (u għall-priża mirbuħa fit-taqbid). Dawk ma jemmnux (tassew), u Alla ġab fix-xejn l-għemejjel tagħhom. Għal Alla, din hija ħaġa ħafifa

[20] Huma jaħsbu li l-partiti (magħquda) ma telqux (minn madwar. Medina), u jekk fdawn) il-partiti (jerġgħu) jiġu (għal: ħbit ieħor), huma jkunu jixtiequ (i kieku jinsabu (il bogħod): fost. il-bedwini. (Għarab). tad-deżert, U. jistaqsu dwar aħbarkom. U kieku kienu magħkom, ma kinux jitqabdu, għajr ftit (i xejn, għaliex jibżgħu għal ħajjithom)

[21] Tabilħaqq li fil-Mibgħut ta' Alla (Muħammad) għandkom mudell sabiħ: (biex fimxu fuqu u eżempju mill-aħjar) għal min jittama f'Alla u fl-Aħħar Jum, u jsemmi lil Alla bil- bosta

[22] Meta dawk li emmnu raw il-partiti (magħquda mħejjija għat-taqbid), qalu: ''Dan huwa dak li Alla u l-Mibgħut tiegħu wegħduna (mera qalulna li għandna niġġarrbu u mbagħad noħorġu rebbiħin), u Alla u l-Mibgħut tiegħu qalu s-sewwal' Dan ma żidhomx jekk mhux fit-twemmin u (fir- rieda qawwija) li jintelqu (f'idejn Alla)

[23] Fost dawk li jemmnu hemm irġiel li żammu kelmithom li taw lil-Alla (u tqabdu bil-qlubija kollha). Hemm minnhom. li taw ħajjithom. (fit-taqbid għal Alla), u (oħrajn): minnhom. li qegħdin jistennew (li jagħmlu bħalhom) u ma biddlu xejn (il-fehma u l-kelma tagħhom li taw lil Alla)

[24] biex Alla jħallas lil nies is-sewwa tas-sewwa tagħhom, u jikkastiga lil ta' wiċċ b'ieħor. jekk irid, jew idur lejhom bil-maħfra. Tabilħaqq li Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin

[25] Alla radd lura lil dawk ta' bla twemmin fl-għadab tagħhom (u bagħathom minn fejn ġew). Huma ma kisbu ebda ġid (la f'din id-dinja u lanqas fl-Oħra): Alla ħeles mit-taqbid lil-dawk li jemmnu (meta bagħat riħ qawwi u qtajja' ta' anġli li ġġieldu għalihom). Alla huwa Qawwi u Felħan

[26] Huwa niżżel lil dawk minn fost Nies il-Ktieb li għenuhom (lil-Lhud- ta' Bamu Qurajza). mill-fortizzi tagħhom, u fi qlubhom tefa' l-biża'. Uħud qtiltuhom, u jassartu oħrajn

[27] Huwa għamilkom werrieta ta' arthom, djarhom, u ġidhom, kif ukoll art (oħra, imsejħa Ħajbar) li ma rfistux fuqha. Alla huwa fuq kollox Setgħanl

[28] Ja Profeta, għid lin-nisa tiegħek (i ġegħdin jitolbuk iżżid in-nefġa għalihom): ''Jekk tridu l-ħajja f'(din) id- dinja u ż-żina' (u t-tlellix) tagħha, ejjew u nagħtikom in- nefqa li tmur mad-divorzju, u nħallikom tmorru kif jixraql

[29] Iżda jekk tridu lil Alla, lill-Profeta tiegħu, u l-Aħħar Dar (fil-Ġenna), tabilħaqq li Alla ħejja ħlas kbir għal dawk minnkom li jagħmlu t-tajjeb

[30] Ja nisa tal-Profeta, jekk xi ħadd minnkom jagħmel għemil ċar ta' faħx, il-kastig tagħha jkun doppju. Għal Alla din hija ħaġa ħafifa

[31] Iżda (intom, in-nisa tal-Profeta Muħammad) min minnkom tingħata (kollha kemm hi) għal Alla u għall- Mibgħut tiegħu, u tagħmel il-ġid, nagħtuha l-ħlas tagħha għal darbtejn, u ħejjejna għaliha ġid tajjeb u kotran

[32] Ja nisa tal-Profeta, m'intom bħal ebda waħda min-nisa (l-oħra). Jekk tassew tibżgħu minn Alla (u tobduh), mela tintelqux bil-kliem. (ma' min hu barrani għalikom, u tippruvawx tidhru ħelwin) li ma jmurx jixtieqfkom) dak li f'qalbu għandu marda, u għidu (biss) kliem xieraq

[33] Ibqgħu fi djarkom (u roħorġux jekk mhux għall-bżonn), u tperrċux ġmielkom ( 4 rikxfux ġisimkom) bħalma kien isir qabel, fi żmien l-injuranza (qabel ma deher l-Islam), u agħmlu t-talb, agħtu l-karità, u oqogħdu għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu Alla jrid biss ineħħi minn fuqkom, nies id-dar (tal-Profeta), it-tinġis (kollu) u (jrid) isaffikom għal kollox

[34] Ftakru wkoll f'dak li jinqara fi djarkom mill-versi ta' Alla, u l-għerf: Tabilħaqq li Alla jaf l-irqaqat kollha, u jaf sew

[35] Tassew li l-irġiel u n-nisa Misilmin, l-irġiel u n-nisa li jemmnu, l-irġiel u n-nisa devoti, l-irġiel u n-nisa li jgħidu s-sewwa u jagħmlu l-ħaqq, l-irġiel u n-nisa li jistabru, l- irġiel u n-nisa umli, l-irġiel u n-nisa li jagħtu karità, l- irġiel u n-nisa li jsumu, l-irġiel u n-nisa li jħarsu s-safa tal-partijiet privati tagħhom, u l-irġiel u n-nisa li jiftakru ħafna f'Alla Alla ħejja għalihom maħfra u ħlas mill- kbar

[36] Meta Alla u l-Mibgħut tiegħu jaqtgħu (Żi għandha sseħħ) xi ħaġa, ebda raġel jew mara li jemmnu ma jixraq li jkollhom għażla fil-kwistjoni tagħhom. Min ma joqgħodx għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, ikun mitluf f'telfien (mill-aktar) ċar

[37] (Ftakar Muħammad) meta' għedt lil dak (Żajd) li-Alta kien tah grazzja, u li inti wrejt tjieba miegħu (u rabbejtu bħal iben): 'Ibqa' ma' martek u ibża' minn Alla (u obdih);' filwaqt li kont qiegħed taħbi fik innifsek dak li Alla kien se juri, u bżajt min-nies (għaliex jgħidu li Muħammad iżżewweġ il-mara tat-tifel addottat tiegħu, ftakar: li): Alla jistħoqqlu iżjed li tibża' minnul Meta (imbagħad) Żajd qata' xewqtu minnha u (telaqha), Aħna żewwiġnihielek, biex (fil-ġejjieni) ma jkun hemm ebda xkiel għal dawk li jemmnu (dwar iż-żwieġ ma') in-nisa ta' wliedhom tar-rispett, meta dawn jaqtgħu xewqithom minnhom (ts jitilquhom). L-amar ta' Alla jsir dejjem 'l

[38] Ma hemm ebda xkiel għall-Profeta f'dak li. Alla ordnalu. Dik kienet id-drawwa ta' Alla ma' dawk. (il- Profeti) li għexu qabel, u l-amar ta' Alla kien maħsub minn qabel u żgur iseħħl

[39] Dawk. (il-Profeti) li jħabbru l-messaġġi ta' Alla, jibżgħu minnu (u jobduh f'kollox) u ma jibżgħu minn ħadd ħlief minn Alla. Alla huwa biżżejjed biex jagħmel il-kontijiet

[40] Muħammad ma huwa. missier ħadd mill-irġiel tagħkom, iżda huwa l-Mibgħut ta' Alla u s-siġill tal-Profeti (f'sensiela twila ta' Profeti ta' Alla). Alla jaf kollox

[41] Intom li temmnu, ftakru ħafna £ Alla (u faħħruh)

[42] usebbħuh filgħodu u filgħaxijal

[43] Huwa li jsawwab il-barka tiegħu fuqkom, u l-anġli (jagħmlu bħalu), biex joħroġkom mid-dlamijiet għad- dawl. Huwa Ħanin ma' dawk li jemmnu

[44] It-tislima tagħhom dakinhar li jiltaqgħu miegħu. tkun: 'Sliemt' Huwa ħejja għalihom ħlas tajjeb u kotran

[45] Ja Profeta, Aħna tabilħaqq bgħatniek biex tixhed, tħabbar il-bxara t-tajba, u twissi

[46] u(biex) issejjaħ (lill-bnedmin iduru) lejn Alla, bir-rieda tiegħu, u (tkun bħal) musbieħ jiddi

[47] Agħti l-bxara t-tajba lil-dawk li jemmnu (u għidilhom) li għalihom hemm tjieba kbira minn Alla

[48] La toqgħodx għal dawk li ċaħdu t-twemmin, u għal dawk ta' wiċċ b'ieħorl Ħallik mill-ħsara tagħhom (kontrik), u ħalli f'idejn Allal Alla biżżejjed biex jieħu ħsieb (kollox)

[49] Intom li-temmnu, meta tiżżewġu nisa li jemmnu, imbagħad titilquhom qabel ma tmissuhom, ma tistgħux torbtuhom bi żmien ta' stennija. Mela agħtuhom xi għotja (bħala kumpens) u itilquhom kif jixraq

[50] Ja Profeta, Aħna ppermettejnielek in-nisa tiegħek: dawk li tagħti d-dota tagħhom, dawk l-ilsiera li għandek f'idek il-leminija minn dawk li tak Alla, il-bniet ta' ħu missierek u ta' l-aħwa bniet ta' missierek, il-bniet ta' ħu ommok. u ta' l-aħwa bniet ta' ommok, li emigraw miegħek (minn Mekka għal Medina), u mara li temmen li tagħti lilha nnifisha lill-Profeta (mingħajr dora), jekk il- Profeta jkun irid jiżżewwiġha. (Dan il-privileġġ ikun) għalik biss u mhux għal dawk li jemmnu. Aħna nafu dak li ordnajnielhom dwar in-nisa tagħhom u l-ilsiera li għandhom taħt idejhom (iuma inti, Muħammad, għandek Privileġġi speċjali) biex ma' jkun hemm ebda xkiel għalik. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[51] Inti. (għandek il-jedd) iżżomm lura: lil-min trid minnhom. u tilqa' għandek lil min trid (minnhom), u ma għandek ebda ħtija jekk tixtieq xi waħda minn dawk (in- nisa tiegħek) li tkun infridt (minnhom għal xi żmien). Dan huwa eqreb lejn dak li tixtieq qalbhom, u ma jitnikktux, u Ikoll jithennew b'dak li inti (Muħammad) tajthom. U Alla jaf x'hemm fi qlubkom. Alla jaf kollox u Kollu Sabar mal-midinbin

[52] Minn issa 'l quddiem ma jistax ikollok nisa oħra, u (inr- nisa li għandek) ma tistax tibdilhom ma' nisa oħra, anki jekk jogħġbok ġmielhom, ħlief l-ilsiera li għandek f'idek il-leminija. Alla jgħasses fuq kollox

[53] Intom li temmnu, tidħlux fi djar il-Profeta ħlief jekk tkunu mistednin għall-ikel, mingħajr ma (taslu kmieni ħafna u toqogħdu). tistennewh isir. Iżda meta tkunu mistednin, idħlu (u kulu), u meta tkunu kiltu, xterdu (/ejn djarkom) bla ma tfittxu t-taħdit bejnietkom għall-wens. Tabilħaqq li dak (id-dewmien wara l-ikel) kien idejjaq lill-Profeta, iżda jistħi minnkom (u ma jgħidilkomx biex titilqu), Iżda Alla ma jistħix mis-sewwa (u jgħidujl U meta (lin-nisa tal-Profeta) titolbuhom xi ħaġa, araw li titolbuhom minn wara xi velu. Dak ikun (għemil) aktar safi għal qlubkom u qlubhom. Ma jixraqx li ddejqu lill- Profeta ta' Alla, u lanqas qatt ma għandkom tiżżewġu n- nisa tiegħu, warajh. Tabilħaqq li dik tkun ħaġa tassew kbira quddiem Alla

[54] Jekk turu xi ħaġa, jew jekk taħbuha, Alla tabilħaqq jaf b'kollox

[55] (Dawk in-nisa) ma' għandhom ebda ħtija (jekk jidhru mingħajr: velu) quddiem. missirijiethom, uliedhom, ħuthom, ulied ħuthom is-subien, ulied ħuthom il-bniet, in-nisa tagħhom, jew l-ilsiera li għandhom fil-leminija tagħhom. (Intom in-nisa) ibżgħu minn Allal Tabilħaqq li Alla huwa Xhud ta' kollox

[56] Tassew li Alla u l-anġli tiegħu jbierku lill-Profeta. Intom li temmnu, birkuh (intom ukoll billi titolbu lil Alla biex iħenn għalih u jagħtih ġieħ), u sellmuflu). tislima (tajba ut kif jixraq)

[57] Dawk li joffendu lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, Alla jisħethom f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u ħejjielhom kastig ta' għajb

[58] U dawk li joffendu lill-irġiel u lin-nisa li jemmnu, għalxejn b'xejn, jitgħabbew (b toqol) ta' gideb u ta' ħtija mill-aktar ċara

[59] Ja Profeta, għid lin-nisa u lill-bniet tiegħek, u lin-nisa ta' dawk li jemmnu biex jilbsu l-ġi/hab tagħhom (għaliex dan. l-ilbies. jgħatti. ġisimhom. kollu). B'dan. jingħarfu aħjar (bis-safa tagħhom), u ma jitkasbrux (għaliex ma jkunux ittantati). Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[60] Jekk dawk ta' wiċċ b'ieħor u dawk li għandhom marda fi qlubhom, kif ukoll ix-xewwiexa (kontra l-Islam) f'Medina ma humiex se jieqfu, tassew. li. nqangluk kontrihom. Imbagħad ma jdumux ġirien tiegħek fiha (dik il-belt) ħlief għal ftit (żmien)

[61] Misħutin (dawk in-nies), u kull fejn jinsabu, jinqabdu u jinqatlu (bla ħniena)

[62] (Din hija) id-drawwa ta' Alla ma' dawk (il-ġnus) li għexu qabel, u m'intix se ssib tibdil fil-liġi ta' Alla

[63] In-nies jistaqsuk (Muħammad) dwar is-Siegħa (tal- qawmien mill-imwiet). Għidilhom: 'L-għarfien dwarha jinsab biss għand Allaf' U xi jġiegħlek tkun taf (meta se. tasal is-Siegħa)' Jista' jkun li s-Siegħa tinsab qrib

[64] Tabilħaqq li Alla seħet lil dawk li jiċħdu t-twemmin u ħejja għalihom Nar iħeġġeġ

[65] Fih jibqgħu għal dejjem, bla ma jsibu min iħarishom u min jgħinhom

[66] Fil-Jum meta l-uċuħ tagħhom jitqallbu ( 1 jiddawru) fin- Nar, huma jgħidu: ''Mhux li obdejna lil Alla, u obdejna lill-Mibgħut (tiegħu ukollji)

[67] Huma jgħidu: ''Ja Sidna, aħna obdejna lis-sidien u lill- kbarat tagħna u (dawn) tellfuna t-triq (it-tajba)

[68] Sidna (il-Mulej), agħtihom kastig doppju, isħethom saħta kbiral

[69] Intom li temmnu, la tkunux bħal dawk li weġġgħu lil Mosċ (u gidbu fuqu). Alla ħelsu minn dak li qalu (kontrih). Huwa kien bniedem ta' ġieħ quddiem Alla

[70] Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla (u obduh f'kollox), u għidu kliem sewwal

[71] Huwa jsewwi l-għemejjel tagħkom u jaħfrilkom dnubietkom. Min joqgħod għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, ikun rebaħ rebħa mill-kbarl

[72] Aħna offrejna r-responsabbiltà (għall-obbligazzjonijiet tagħna) lis-smewwiet, lill-art u lill-iġbla, u. dawn ma ridux (jilqgħuha u) iġorruha; u beżgħu minnha. Iżda l- bniedem tgħabba biha. Huwa tabilħaqq wisq inġust u ma jafx bil-bosta

[73] (Dak seħħ) biex Alla jikkastiga lill-irġiel u lin-nisa ta' wiċċ b'ieħor, u lill-irġiel u lin-nisa li jxierku (a/lat oħra ma' Alla), filwaqt li Alla jdur bil-maħfra lejn l-irġiel u n- nisa li jemmnu, Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin

Saba'

Surah 34

[1] Tifħir lil Alla li tiegħu hu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u tiegħu t-tifħir fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra). Huwa l- Għaref, li jaf sew (dwar kollox u kulħadd)

[2] Huwa jaf b'dak li jidħol fl-art u b'dak li joħroġ minnha, b'dak li jinżel mis-sema u b'dak li jitla' fiha. Huwa l- Ħanin, Kollu Maħfra

[3] Dawk li jiċħdu t-twemmin qalu: ''Is-Siegħa qatt ma hija se tiġi fuqnaf' Għid(ilhom): 'Iva, (naħlef) fuq Sidi (il- Mulej) li tassew tiġi fuqkom, (u dan naħilfu) fuq (dak Sidi) li jaf il-ħwejjeġ mistural Ma jaqbiżlu (xejn, lanqas) it-toqol ta' atomu, la fis-smewwiet u lanqas fl-art, u ma hemmx iżgħar minn dak, u lanqas akbar, li ma jinsabx fi Ktieb mill-aktar ċarl

[4] Dan biex jagħti l-ħlas (xieraq) lil dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid. Dawk ikollhom maħfra u ġid tajjeb u kotran

[5] Iżda dawk li jħabirku biex ifixklu (u jxejnu) is-sinjali tagħna, ikollhom kastig ta' wġigħ

[6] Dawk li ngħataw l-għarfien jaraw li dak (il-Ktieb) li tniżżillek. (Muħammad) mingħand Sidek huwa s-sewwa, u jmexxi lejn it-triq tal-Felħan, li jistħoqq kull tifħir

[7] Dawk li jiċħdu t-twemmin qalu (bi rkasbir): ''Tridux nurukom raġel li jħabbrilkom li, meta tkunu tfarraktu għal kollox (fl-oqbra wara mewtkom), terġgħu. tkunu f'ħolqien ġdid

[8] Jaqaw (dan) qala' xi gidba dwar Alla, jew inħakem mill-ispirti) Le (mhux hekk)l Dawk li ma jemmnux fil- (Ħajja) l-Oħra jinsabu fil-kastig, u f'telfien kbir

[9] Mela ma jarawx x'hemm quddiemhom u warajhom fis- sema u fl-art 2 Jekk irridu, inġiegħlu l-art tiblagħhom, jew inwaqqgħu għal fuqhom bċejjeċ mis-sema. Tabilħaqq li f'dan hawn sinjal għal kull qaddej niedem

[10] Aħna tassew tajna lil David tjieba mingħandna (meta għedna): 'la iġbla u tjur. faħħru (il A/la) flimkien miegħut' (Mhux biss, iżda) rattabnielu l-ħadid

[11] (u għednielu): 'Agħmel (minnu) kurazzi, u kejjel sewwa l-ħoloq (żagħhom)t U (intom ilkoll), agħmlu l-ġidi Jiena tabilħaqq nara kulma tagħmlul

[12] Lil Salamun (rajnieh is-setgħa) fuq ir-riħ: filgħodu jonfoħ u jasal f'bogħod milħuq f'xahar (safar), u filgħaxija jonfoħ u jasal f'bogħod milħuq f'xahar (safar). Aħna ġegħelna għajn ta' ram imdewweb igelgel għalih, u minn fost il-ġinn hemm min jaħdem quddiemu, bir-rieda ta' Sidi, U min minnhom iwarrab l-amar tagħna, indewquh mill-kastig tan-Nar iħeġġeġ

[13] Huma għamlulu kulma kien jixtieq: arkati, statwi, skutelli kbar bħal ġwiebi, u kaldaruni (ta' l-ikel) imqegħdin sew (f'posthom). ''Ja nies David, aħdmu b'radd ta' ħajrl' Iżda huma ftit il-qaddejja tiegħi li jagħtu ħajr

[14] U meta qtajna li huwa (Salamun) għandu jmut, ħadd ħlief dudu ta' l-art, li nawwarlu l-ħatar tiegħu, ma wriehom li kien miet. U meta (Sa/amn) waqa', il-ġinn intebħu li, kieku kienu jafu l-ħwejjeġ mistura, ma kinux jibqgħu fil-kastig ta' tkasbir

[15] (In-nies ta') Saba tassew kellhom sinjal f'arthom: żewġ ġonna; (wieħed): fuq il-lemin u (ieħor) fuq ix-xellug. 'Kulu mill-ġid ta' Sidkom (il-Mulej) u roddulu ħajr. (Għandkom) belt tajba, u Sid Kollu Maħfral

[16] Iżda huma ma tawx kas (u ma tawx ħajr), u għalhekk bgħatna għal fuqhom l-ilmijiet tad-diga (il-kbira) u biddilnielhom iż-żewġ ġonna tagħhom (li kellhom siġar ta' l-aqwa frott) bi tnejn oħra (b'siġar). li jagħmlu frott morr, bruka u xi ftit siġar tax-xewk

[17] Dak (il-ħlas) ħallasniehom talli m'emmnux. Jaqaw se nikkastigaw (/il xi ħadd) ħlief lil-dak li jiċħad it- twemmin

[18] Bejnhom/u bejn il-bliet li berikna qegħedna bliet oħra (qrib xulxin) li jidhru sew. u għamilniehom imbegħdin bil-qjies, għal min isiefer (u għedna): 'Terrqu fihom billejl u binhar, imħarsinf

[19] Qalu: ''Sidna (il-Mulej), agħmel li s-safriet tagħna jkunu aktar fit-tul'' Huma naqsu lejhom infushom u għalhekk għamilniehom stejjer (biex ħaddieħor jitkellem dwarhom u jieħu tagħlima minnhom) u xerridniehom għal kollox. Tassew li f'dan hawn sinjali għal kulmin jistabar, li jagħti ħajr

[20] Sewwa ħaseb ix-Xitan fuqhom, u huma mxew warajh, ħlief għal ġemgħa ta' nies li jemmnu

[21] Ma kellux setgħa fuqhom ħlief biex inkunu nafu lil dak (fosthom) li jemmen fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) minn dak li jinsab fid-dubju dwarha, Sidek (il-Mulej) iħares lil kollox (ar lil kulħadd mill-ħsara)

[22] Għid(ilhom Muħammad lill-pagani): 'Sejħu lil dawk (l- allat) li tgħidu li huma minflok Alla. Huma ma għandhomx. it-toqol ta' atomu (wieħed biss, la) fis- smewwiet u lanqas fl-art, u ma għandhom ebda sehem fihom it-tnejn, u ( 4/la) ma għandu (bżonn) lil ħadd minnhom biex jgħimu

[23] Ma tiswa xejn l-interċessjoni miegħu, ħlief lil-min (Alla). iħallih (li jagħmel dan). U meta l-biża' jħalli qlubhom (dawk (i jinterċedu f'Jum: il-Ġudizzju) jgħidu (lil xulxin): X'qal Sidkomi' Huma jgħidu: ''Is-sewwal Huwa l-Għoli, il-Kbir

[24] (Għidċilhom ukoll. Muħammad): ''Min. jagħtikom. l- għajxien. mis-smewwiet u. l-artf' Għid: 'Allal U tabilħaqq li, jew aħna jew intom, ninsabu fit-triq it-tajba, jew f'telfien mill-aktar ċar

[25] Għid(ilhom): 'Ma tkunux mistoqsijin dwar xi ħażen li għamilna, ti ma nkunux mistoqsijin dwar dak li tagħmlu

[26] Għid(ilhom lill-paġani): 'Sidna (il-Mulej) jiġmagħna (ilkoll flimkien). imbagħad. jagħmel. ħaqq. minna. fis- sewwa. Huwa l-Imħallef (ġusi) li jaf kollox

[27] Għid(ilhom Muħammad): ''Uruni lil dawk (l-allat l- aħra) li laqqajtu miegħu bħala ixirka (tiegħu). Le (dan ma tistgħux tagħmluh)i Huwa Alla l-Felħan, l-Għaref

[28] Aħna ma bgħatniekx (Muħammad) jekk mhux għall- bnedmin kollha, bħala xandar tal-bxara t-tajba u wieħed li jwissi, iżda ħafna min-nies ma jafux (dwar dan)

[29] Huma jgħidu: 'Meta (sseħħ) din il-wegħda, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[30] Għid(ilhom): ''Għandkom Jum imwiegħed li la titfgħuh lura u lanqas iġibuh 'il quddiem b'siegħa

[31] Dawk li jieħdu t-twemmin jgħidu: 'M'aħniex se nemmnu f'dan il-Qoran, u lanqas f'dak (li niżel fiż- żminijiet) ta' qablut' Li kieku tara l-ħżiena meta jkunu mġegħlin jieqfu quddiem Sidhom, kif iwaħħlu f'xulxint Dawk (fosthom). li kienu maħqurin jgħidu lil-dawk li ikabbru: 'Li kieku mhux minħabba fikom, konna nkunu minn dawk li jemmnur

[32] Dawk li tkabbru jgħidu lil dawk li kienu maħqurin: ZJaqaw aħna żammejniekom mit-tmexxija t-tajba wara li ġietkom/ 7 Le (twaħħlux fina); kontu intom il-ħatjinf

[33] Dawk li kienu maħqurin jgħidu lil dawk li tkabbru: Mhux hekk, iżda kien it-tnassis (tagħkom), lejl u nhar, meta kontu tordnawlna niċħdu lil Alla u nxierku (allat oħra) miegħu;' Huma żammu s-sogħba (moħbija ġewwa fihom) meta raw il-kastig, u Aħna qegħedna l-ktajjen madwar għenuq dawk li ċaħdu t-twemmin: Jaqaw se jitħallsu (ta' xi ħaġa oħra) għajr ta' dak li kienu jagħmlu

[34] Ma'bgħatna (gatt) f'belt lil min iwissi li l-għonja tagħha ma qalux: 'Aħna tabilħaqq niċħdu dak li kontu mibgħutin bihf

[35] Huma qalu: 'Aħna għandna aktar ġid u wlied, u m'aħniex se nkunu kastigati

[36] Għid(ilhom Muħammad): ' Tabilħaqq li Sidi jkattar il- ġid lil min irid, u jnaqqsu (lif min jidhirlu), iżda l-kotra tan-nies ma jafux

[37] Ma. humiex il-ġid tagħkom u lanqas uliedkom li jqarrbukom lejna. (Ma jersqux lejna) ħlief dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid. Dawk għandhom ħlas doppju ta' dak li għamlu, u jinsabu mħarsin (minn kull ħsara) fl- għamajjar (tal-Ġenna)

[38] Iżda dawk li jħabirku kontra s-sinjali tagħna, biex ifixkluhom, dawk jinġiebu fil-kastig

[39] (Għidfilhom Muħammad): 'Sidi tabilħaqq ikattar il-ġid lil min irid mill-qaddejja tiegħu, u jnaqqsu (lil min jidhirlu): Iżda kull ħaġa li tonfqu (għall-kawża tiegħu), Huwa jroddha (/ura lilkom). Huwa l-Aħjar li jagħti l- ġid

[40] Fil-Jum li (Alla) jiġborhom ilkoll, Huwa jgħid lill- anġli: 'Jaqaw dawn lilkom kienu jqimu

[41] Jgħidu (l-anġli): 'Sebħ lilek Inti li tħarisna, mhux huma. Le (mhux lilna taw qima), iżda kienu jqimu lill- ġinn: Il-kotra tagħhom jemmnu fihom

[42] Illum ma tistgħu tkunu la ta' ġid u lanqas ta' deni għal xulxin, U ngħidu lil dawk li għamlu l-ħażen: 'Duqu l- kastig tan-Nar li kontu tgiddbul

[43] Meta jingrawlhom il-versi ċari tagħna jgħidu: ''Dan ma huwiex ħlief raġel li jrid iżommkom minn dak li kienu jqimu missirijietkom.' U jgħidu (ukoll): 'Dan ma huwiex ħlief qerq maqlugħ minn żnied (dan ir-raġelji' Dawk li jiċħdu s-sewwa meta jaslilhom, jgħidu: ''Dan ma huwiex ħlief seħer biċ-ċart)

[44] Ma tajnihomx kotba biex jistudjawhom, u lanqas ma bgħatnielhom qablek (Muħammad) lil min iwissi/hom

[45] Dawk ta' qabilhom giddbu (is-sewwa) u (il-pagani) ma laħqux wieħed minn għaxra minn dak li tajniehom ((i/ ta' qabilhom). Huma giddbu l-Mibgħutin tiegħi. U kemm kienet kerha l-kundanna tiegħi (lilhom)i

[46] (Għidfilhom Muħammad): ''Inwissikom ħaġa waħda biss: li tqumu quddiem Alla, tnejn tnejn, kif ukoll waħidkom, imbagħad aħsbu sewt F'seħibkom (Muħammad) ma hemmx il-ġinn (u huwa f'sensih). Ma huwiex għajr bniedem li jwissikom, quddiem kastig qalil (li riesaq fuqkom)

[47] (Għidfilhom ukoll): ''Dak il-ħlas li tlabtkom huwa għalikoml Jiena ħlasi minn Alla biss (u lilkom ma nitlobkom xejn), u Huwa Xhud ta' kollox

[48] Għid (Muħammad): 'Tabilħaqq li Sidi (il-Mulej) jibgħat is-sewwa bil-qawwa. Huwa jaf il-ħwejjeġ mistura

[49] Għid (ukoll): ''Is-sewwa' ġie, filwaqt li l-qerq ma jibda xejn, u lanqas iġedded

[50] Għid: 'Jekk nintilef, nintilef biss għalija nnifsi, u jekk inkun fit-triq it-tajba, dan ikun bis-saħħa ta' dak li jnebbaħni Sidi. Huwa tassew jisma' kollox, (dejjem) fil- qrib

[51] (Kieku tara/hom) meta jkunu mbeżżgħin, u ma jkunx hemm minn fejn jaħarbu. Imbagħad jittieħdu minn post fil-qrib

[52] u jgħidu: 'Emminna fih (f'Muħammad u fil-Qoranji' Iżda kif jistgħu jilqgħuh. (it-twemmin) minn. post imbiegħed

[53] meta qabel kienu ċaħduh u kienu jħawdu bla għarfien minn post imbiegħed

[54] Ikun hemm x'jifred bejnhom u bejn dak li jixtiequ, kif sar qabel ma' min kien bħalhom. Huma tabilħaqq kienu f'dubju (li ħalliehom) bejn ħalltejn

Il-Ħallieq

Surah 35

[1] It-tifħir lil Alla, Ħallieq is-smewwiet u l-art, li għamel lill-anġli mibgħutin bil-ġwienaħ inejn, tlieta, u erba' (ġwienaħ). Huwa jżid fil-ħolqien dak li jrid. Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan

[2] Il-ħniena li Alla juri lin-nies, ħadd ma jista' jwaqqafha, u dak li Huwa jwaqqaf, ħadd warajh ma jista' jibagħtu, Huwa l-Qawwi. l-Għaref

[3] Ja nies, ftakru fil-grazzja ta' Alla fuqkom. Jaqaw hemm xi ħallieq (ieħor) għajr Alla, li jagħtikom l-għajxien mis- sema u mill-art) Ma hemmx alla ħlieful Mela kif titqarrqu

[4] Jekk (issa, Muħammad, il-paġani) igiddbuk, (ftakar li) tassew tgiddbu Mibgħutin (oħra) qablek. Lejn Alla għad jerġa' lura kollox

[5] Janies, il-wegħda ta' Alla hija tabilħaqq minnha. Mela araw li l-ħajja (f'din) id-dinja ma tqarraqx bikom, u li ma jqarraqx bikom dwar Alla (ix-Xitan) il-qarrieq

[6] Ix-Xitan huwa tabilħaqq l-għadu tagħkom. Mela żommuh b'għadu (tagħkom). Huwa jsejjaħ biss lil dawk li jżommu miegħu biex ikunu minn nies in-Nar iħeġġeġ

[7] Dawk li jiċħdu t-twemmin għandhom kastig qalil, iżda dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid għandhom maħfra u ħlas kbir

[8] Jaqaw dak (il-midneb) li jiżżejjinlu l-ħażen ta' għemilu, hekk li jarah sabiħ u tajjeb (huwa daqs min jinsab fit-triq it-tajba) 7 Alla tabilħaqq itellef it-triq lil min irid, u juri t- triq lil-min irid. Għalhekk toqgħodx tinfena għaliex titħassarhom. Tabilħaqq li Alla jaf sew b'dak li jagħmlu

[9] Alla huwa li jibgħat l-irjieħ, u (dawn) iqanqlu s-sħab, u mmexxuh lejn belt mejta, u bih nagħtu ħajja lill-art wara mewtha (bin-nixfa). Hekk ukoll il-Qawmien mill-imwiet

[10] Min irid il-qawwa, ta' Alla hija l-qawwa kollha, Lejh jitla' l-kliem tajjeb, u jerfa' (lejh) l-għemil tajjeb. Iżda dawk li jnassu l-għemejjel il-ħżiena għandhom kastig qalil. It-tnassis ta' dawk jiġi fix-xejn

[11] Alla ħalaqkom minn trab, imbagħad minn nitfa. (ża' sperma), u mbagħad għamilkom f'żewġ (għamliet: raġel ul mara). Ebda mara ma titqal u lanqas twelled għajr bl- għarfien tiegħu. Lanqas ma jgħix il-bniedem fit-tul, jew jitnaqqaslu għomru, jekk mhux (ivvniżżel) fi. ktieb. Tabilħaqq li dan, għal-Alla, huwa ħafif

[12] Iż-żewġt ibħra ma humiex l-istess: dan ħelu manna, u tieħu r-ruħ meta tixorbu, u dan mielaħ u morr. (Madanakollu) mit-tnejn li huma tieklu laħam tari, u toħorġu (minnhom) ġojjelli li tilbsuhom. U tara fih (fil- baħar) l-imriekeb joforqu l-mewġ, biex (bihom) tfittxu t- tjieba tiegħu, u biex forsi tiżżu ħajr

[13] Huwa li jdaħħal il-lejl fin-nhar, u jdaħħal in-nhar fil- lejl, u qiegħed ix-xemx u l-qamar taħt is-setgħa (tal-liġi tiegħu), kull wieħed minnhom idur (fid-dawra' tiegħu) għal żmien imsemmi: Dak huwa Alla Sidkom; tiegħu s- Saltna U dawk (l-allat l-oħra) li intom issejħu minfloku ma jaħkmu lanqas fuq qoxra ta' għadma ta' tamra

[14] Jekk. issejħulhom, huma ma jisimgħux is-sejħa tagħkom, u anki kieku jisimgħukom, ma jkunux jistgħu jweġbukom. F'Jum il-Qawmien huma jiċħdu x-xirka tagħkom (magħhom). Ħadd ma jħabbarlek (Muħammad) bħal Dak li jaf sewl

[15] Ja nies, intom il-foqra (li teħtieġu) lil-Alla, filwaqt li Alla huwa l-Għani li jistħoqq kull tifħir

[16] Jekkirid, jeqridkom u jġib ħolqien ġdid

[17] Dan għal Alla mhux tqil

[18] Dik (ir-ruħ) li terfa' t-toqol (tad-dnub. tagħha) ma terfax it-toqol ta' ruħ oħra. Jekk ruħ imtaqqla (bid-dnub) issejjaħ. (biex xi ħadd jerfa') it-toqol tagħha, xejn ma jintrefa' minnu, lanqas jekk (li/ min issejjaħ) ikun qarib (tagħha). Int (Muħammad) twissi biss lil dawk li jibżgħu minn Sidhom bil-moħbi u jagħmlu t-talb. Min jissaffa, jissaffa biss għalih innifsu. Lejn Alla t-tmiem: (tal- bniedem)

[19] L-agħma u min jara ma humiex bħal xulxin

[20] lanqas id-dlamijiet u d-dawl

[21] lanqas id-dell u s-sħana tax-xemx

[22] il-ħajjin u l-mejtin ma humiex bħal xulxin. Tabilħaqq li Alla jsemma' lil-min irid, iżda inti (Muħammad) ma ssemmax lil min huwa fl-oqbra

[23] Inti biss wieħed li jwissi

[24] Aħna bgħatniek bis-sewwa, biex tagħti l-bxara t-tajba u twissi. Ma kienx hemm nazzjon li ma ġiex fih min iwissi

[25] U jekk (issa) qegħdin igiddbuk (kun af Muħammad li huma) tassew giddbu (ukoll) lil-dawk ta' qabilhom. Il- Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, bil-Kotba mqaddsa, u bil-Ktieb li jagħti d-dawl (it-Tora)

[26] Imbagħad qbadt lil dawk li m'emmnux. Kemm kienet (tal-biża ') il-kundanna tiegħi (kontrihom)l

[27] Mela ma tarax li Alla jniżżel ilma mis-sema, u bib noħorġu frott ta' bosta lwien. U fl-iġbla hemm mogħdijiet bojod u ħomor, ta' bosta lwien, u oħrajn suwed

[28] (U Alla ħalaq ġens) in-nies, il-bhejjem, u l-frat, ta' bosta Iwien ukoll. Dawk biss li jibżgħu minn Alla, fost il- qaddejja tiegħu, huma l-għorrief. Alla tabilħaqq Qawwi u Kollu Maħfra

[29] Tabilħaqq li dawk li jaqraw il-Ktieb ta' Alla, jagħmlu t- talb, u jonfqu (fil-karità) minn dak (il-ġid) li tajniehom, bil-moħbi u bil-miftuħ, jittamaw f'negozju li ma jmurx ħażin

[30] biex (Alla) jagħtihom: il-ħlasijiet tagħhom (kollha) u jżidhom mit-tjieba tiegħu (bla tarf). Huwa tabilħaqq Kollu Maħfra u jiżżi ħajr

[31] Dak li nebbaħnielek mill-Ktieb huwa s-sewwa li jseddaq dak li (mebbaħ) qablu. Tabilħaqq li Alla jaf sew il-qaddejja tiegħu, u jara (kulma jagħmlu)

[32] Imbagħad tajna l-Ktieb b'wirt lil-min għażilna mill- qaddejja tagħna. Uħud minnhom jonqsu lejhom infushom, oħrajn jinsabu fit-triq tan-nofs, u oħrajn huma minn ta' quddiem fl-għemejjel ta' ġid, bir-rieda ta' Alla. Dik hija t-tjieba l-kbiral

[33] Huma jidħlu fil-Ġonna ta' l-Għeden u jiżżejnu bi brazzuletti tad-deheb u bil-perli. Ilbieshom fihom (dawk il-Ġonna) ikun tal-ħarir

[34] Huma jgħidu: ''It-tifħir lil Alla li warrab minna n-niketl Sidna tabilħaqq Kollu Maħfra u jiżżi ħajri

[35] Huwa Dak li, fit-tjieba tiegħu, qegħedna fid-Dar ta' dejjem; fiha ma tiġina ebda għeja u lanqas telqa

[36] Ta' dawk li ma jemmnux huwa nar l-Infern: ma jinqerdux u (lanqas) imutu (fih u t-tbatija tagħhom ma tintemmx); u l-kastig tiegħu. (ta' nar. l-Infern). ma jitħaffilhomx. Hekk inħallsu lil kull ingrat

[37] Huma jwerżqu fih ( 4 jgħidu): 'Sidna, oħroġna (minn hawn). Se nagħmlu l-ġid, mhux dak li konna nagħmlu (qabel)i' Mela ma tajnikomx għomor biżżejjed biex fih. min irid jiftakar (fit-twissija. tagħna), jiftakar(ha u jindem) 1 Ġiekom dak li jwissi (u bqajtu fil-ħażen. Mela issa) duqu (il-kastig fl-Infern)l Il-ħżiena ma għandhomx min jaqbeż għalihom

[38] Alla tabilħaqq jaf il-mistur tas-smewwiet u. l-art. Tabilħaqq li Huwa jaf x'hemm fil-qlub

[39] Huwa li għamilkom werrieta fl-art. Dak li ċaħad (lil Alla, ikollu jġorr) fuqu ċ-ċaħda tiegħu. Iċ-ċaħda. tat- twemmin ta' dawk bla twemmin ma tagħmilx ħlief iżżid lil Sidhom fil-mibegħda lejhom, u ċ-ċaħda tat-twemmin ta' dawk bla twemmin ma tagħmilx ħlief iżżidhom. fit- telfien

[40] Għid(ilhom. Muħammad): ''Mela. ma. rajtux. l-ixirka tagħkom li intom issejħu flok Alla Uruni x'ħalqu mill- art. Jaqaw għandhom sehem mis-smewwiet, jew. (/Orsi) tajniehom ktieb li huma ċerti minnu (ar /i jagħtihom xi jedd biex iqimu allat oħra ma' Alla) 2 Lel Il-ħżiena ma jwegħdux lil xulxin għajr il-qerqt

[41] Tabilħaqq li Alla jżomm is-smewwiet u l-art milli jżulu (minn. posthom): U jekk iżulu, ħadd, warajh, ma' jżommhom: Huwa tassew Kollu Ħlewwa u Sabar u Kollu Maħfra (mal-midinbin)

[42] Huma (nies Mekka, qabel ma deher Muħammad) ħalfu b'Alla l-akbar ħalfiet illi jekk jiġihom wieħed li jwissihom, kienu tassew se jkunu aktar fit-triq it-tajba minn xi wieħed mill-ġnus (l-oħra). Iżda meta ġiehom dak li jwissihom (il-Profeta Muħammad, il-miġja tiegħu) ma żidithomx ħlief fit-tnaffir. (tagħhom mit-twemmin tassew)

[43] għaliex tkabbru fl-art, u nassu l-ħażen. Iżda t-tnassis tal- ħażen ma jdurx għajr għal min jagħmlu, X'qegħdin jistennew ħlief id-drawwa (li Alla mexa biha) mal-ġnus tal-qedem 2 M'intix se ssib tibdil fid-drawwa ta' Alla, u m'intix se ssib ebda tluq mid-drawwa ta' Alla

[44] Mela ma terrqux fl-art, u ma rawx x'kien it-tmiem ta' dawk qabilhom, u li kienu akbar minnhom fil-qawwa 2 Xejn ma jfixklu lil Alla, ta fis-smewwiet u lanqas fl-art, Huwa tabilħaqq jaf kollox u jista' kollox

[45] Li kieku Alla jikkastiga lin-nies ta' dak li jagħmlu, kieku ma jħallix ħliqa fuq wiċċha (wiċċ l-art). Iżda huwa jtawlilhom (ħajjithom) sa żmien imsemmi, u meta jasal żmienhom, tabilħaqq li Alla jara sew il-qaddejja tiegħu (u-xejn ma jaqbiżlu)

Ja Sin

Surah 36

[1] Ja'. Sin

[2] (Allajgħid: Naħlef) fuq il-Qoran kollu għerfl

[3] Inti (Muħammad) tabilħaqq mill-Mibgħutin (ta' A/la għall-bnedmin kollha)

[4] fit-triq id-dritta

[5] (Dan il-Qoran huwa) Ktieb imniżżel (bir-Rivelazzjoni) tal-Qawwi, il-Ħanin

[6] biex twissi ġens. (il-Mekkin) li missirijietu ma kinux imwissijin, u għalhekk ma jagħtux kas (ta' l-Islam)

[7] Seħħet tassew il-Kelma (dwar il-kastig ta' Alla) kontra l-kotra tagħhom, u huma ma jemmnux

[8] Aħna tabilħaqq għamilna l-ktajjen f'għenughom. (i jaslu) sal-gdiedem (tagħhom u b'hekk) irjushom huma mtellgħin 'il fuq

[9] U għamilna (ukoll) sadd quddiemhom u sadd warajhom; u għattejniehom, u huma ma jarawx

[10] Huwa. l-istess għalihom sew jekk twissihom (Muħammad) u sew jekk ma twissihomx ma jemmnuxi

[11] Imma (jiswa) li twissi biss lil-min jimxi fuq it-tifkira (il-Qoran) u jibża' bil-moħbi minn Dak (A/fa) Kollu Ħniena, Mela agħtih il-bxara tal-maħfra u ta' ħlas tajjeb u kotran

[12] Aħna tabilħaqq inqajmu l-mejtin (f'Jum il-Ġudizzju) u niktbu dak (it-tajjeb u l-ħażin) li għamlu, u dak li ħallew warajhom. Kollox niżżilna fi ktieb mill-aktar ċar

[13] Ġibilhom (Muħammad) l-eżempju ta' nies il-belt, meta ġewha l-Mibgħutin (ta' Alla)

[14] Meta bgħatnielhom tnejn u giddbuhom, u. għalhekk saħħaħniehom. bit-tielet (Mibgħut. It-tliet Mibgħutin) qalu: 'Aħna tassew mibgħutin. għandkom (biex inwasslulkom it-twemmin tassew)

[15] Qalu (nies il-belt): 'Intom m'intomx għajr bnedmin bħalna, u Dak Kollu Ħniena ma niżżel xejn (ebda rivelazzjoni). M'intomx ħlief tigdbul

[16] Qalu. (il-Mibgħutin): ''Sidna jaf li aħna tabilħaqq għandkom mibgħutin

[17] u dmirna ma huwiex għajr li nwasslu biċ-ċar. (il- messaġġ)

[18] Qalu (nies il-belt): ' Tabilħaqq li sibna: fikom riżq ħażini Jekk m'intomx se tieqfu, tassew se nħaġġrukom, u jmisskom mingħandna kastig ta' wġigħ kbiri

[19] Qalu (il-Mibgħutin): (ir-riżq ħażin tagħkom huwa magħkom. (Qegħdin. tgħidu (dan) għaliex intom imfakkrin (timxu tajjeb, iżda qegħdin twebbsu qalbkom u ma tridux tafu) Lel Intom nies li għamiltu wisq ħażeni

[20] U ġiejiġri raġel (jismu Ħabib 'an-Naġġar) mill-ibgħad naħa tal-belt. Qal: 'Ja niesi, imxu wara l-Mibgħutinl

[21] Imxu wara dawk li ma jitolbukomx ħlas, u jinsabu fit- triq it-tajbal

[22] U għaliex ma għandix naqdi u nqim lil Dak li ħalaqni, u li għandu għad titreġġgħu lura

[23] Jaqaw għandi nieħu għalija allat (oħra) minfloku (meta naf li), jekk Dak (Alla) Kollu Ħniena jridni f'xi ħsara, l- interċessjoni. tagħhom ma tiswieli: xejn, U lanqas jeħilsuni

[24] (Jekk nagħmel hekk) mela jiena nkun tassew f'telfien mill-aktar ċar

[25] Jiena tabilħaqq emmint f'Sidkom. Mela isimgħunil

[26] Intqal (lil Ħabib 'an-Naġġar): ''Idħol il-Ġennaf' Huwa qal: Mhux li niesi kienu jafu

[27] b'dak li ħafirli Sidi, u għamilni minn dawk ta' ġieħi

[28] Warajh, ma niżżilniex suldati mis-sema kontra niesu, U lanqas qatt inniżżlu

[29] Kien biss ħoss qawwi wieħed. u arahom ħemdin (u bla ħajja)

[30] Jaħasra l-qaddejjal Ma. jiġihomx Mibgħut lima jżebilħuhx

[31] Jaqaw ma jarawx kemm-il nisel qridna qabilhom, li ma jerġgħux lura għandhom (f'din id-dinja)

[32] U Ikoll kemm huma għad jinġiebu quddiemna (f'Jum il-Ġudizzju)

[33] Sinjal għalihom hija l-art mejta: Aħna nagħtuha l-ħajja u minnha noħorġu (kull għamla ta') qamħ, u minnu jieklu

[34] Fiha nqiegħdu ġonna tas-siġar tal-palm u dwieli, u fiha noħorġu għejun igelglu

[35] biex jieklu mill-frott tiegħu (dan il-ġid) u minn dak li għamlu idejhom (meta ħadmu l-art). Jaqaw ma jiżżux ħajr (ta' dan kollu)

[36] Sebħ lil Dak li ħalaq tnejn tnejn minn kulma tnibbet l- art, u minnhom infushom (ħa/aq raġel u mara), u minn dak li ma jafux

[37] U sinjal (ieħor) għalihom (tal-kobor ta' Alla) huwa l- lejl: hekk kif inneħħu minnu n-nhar (bid-dawl tiegħu), arahom isibu rwieħhom fid-dlam

[38] Ix-xemx tiġri lejn tmiem maħsub għaliha. Dak huwa d- digriet tal-Qawwi li jaf kollox

[39] Il-qamar qassamnieh f'taqsimiet, sa ma jsir bħall-fergħa qadima ta' palma (li minnha jiddendel. l-għanqud tat- tamar)

[40] La x-xemx ma għandha tilħaq il-qamar, u lanqas il-lejl ma għandu jisboq in-nhar, Kollox idur fid-dawra tiegħu

[41] U sinjal (ieħor) għalihom huwa li Aħna ġarrejna lil nisilhom (waqt id-dilluvju) fl-arka l-mgħobbija

[42] (U ħlaqnielhom bħalha fdik l-arka) biex jirkbu (u jbaħħru)

[43] Jekkirridu, ngħerrquhom u ma jsibux min jgħinhom, u lanqas jinħelsu (mill-għarqa)

[44] ħlief bil-ħniena tagħna, u biex igawdu għal ftit żmien

[45] Meta jingħad lilhom: ''Ibżgħu minn (dak il-kastig) li jinsab. quddiemkom. (f'din. id-dinja) u warajkom. (fil- Ħajja l-Oħra), biex forsi tintwera ħniena magħkom, (huma xorta waħda ma jagħtux widen)

[46] Ma jiġihomx sinjal mis-sinjali ta' Sidhom lima jagħtuhx il-ġenb

[47] Meta jingħad lilhom: 'Onfqu (għall-foqra) minn dak li Alla takom. (għall-għajxien. tagħkom).' dawk bla twemmin jgħidu lil dawk li jemmnu: 'Jaqaw għandna nitimgħu lil min Alla, jekk irid, jista' jitimgħu (Hu) 7' M'intomx ħlief f'telfien mill-aktar ċart

[48] U jgħidu (ukoll ta' bla twemmin): ''Meta (sseħħ) din il- wegħda (dwar Jum il-Qawmien), jekk qegħdin tgħidu s- sewwa

[49] Ma għandhomx jistennew ħlief ħoss qawwi li jeħodhom (għal għarrieda) filwaqt li jkunu jitlewmu (u medhijin fin-negozju tagħhom)

[50] Ma jkunux jistgħu jagħmlu testment, u lanqas imorru lura għand nieshom

[51] Tindaqq it-trumbetta, u arahom, mill-oqbra lejn Sidhom joħorġu mgħaġġlin

[52] Jgħidu (dak il-ħin): 'Msieken aħnal Min qajjimna mill- marqad tagħnaf' Dan huwa li wiegħed Dak li huwa Kollu Ħniena, u sewwa qalu l-Mibgħutin (tiegħu)

[53] Majkunx ħlief ħoss qawwi wieħed, u arahom, jinġiebu Ikoll quddiemna

[54] Illum (f'Jum il-Ġudizzju) ebda ruħ ma ssir inġustizzja magħha, u ma titħallsux jekk mhux ta' dak li kontu tagħmlu

[55] Tabilħaqq li Ilum: nies il-Ġenna medhijin jithennew (b'Alla)

[56] Huma u n-nisa tagħhom (jinsabu) fid-dell, fuq id-divani mimdudin

[57] Ikollhom il-frott fiha (fil-Ġenna) , u jkollhom kulma jitolbu

[58] Sliemi' Kelma (jisimgħuha) minn Sid Ħanin

[59] Oqogħdu għalikom illum, intom il-ħatjint

[60] Jaqaw ma kontx għedtilkom, ja wlied Adam, biex ma tqimux lix-Xitan, (għaliex) huwa. tabilħaqq għadu tagħkom, fil-beraħ

[61] biex tqimu lili 7 Din hija triq dritta

[62] Huwa tassew wassal għat-telfien. ġemgħat kbar minnkom. Kif ma stajtux tifhmu

[63] Dan hu l-Infern li kontu mwegħdin

[64] Inxtwew fih, illum, talli kontu tiċħdu t-twemmini

[65] Ilum (f'Jum il-Ġudizzju) inqiegħdu siġill fuq fommhom (hekk li-ma jkumix jistgħu jkellmuna), u jkellmuna idejhom, u jixhdu riġlejhom għal dak li kienu għamlu (f'ħajjithom)

[66] Kieku ridna, stajna nħassrulhom: għajnejhom (iċ nagħmuhom), u (imbagħad arahom) jiġru (mitlufin) u jippruvaw jgħaddu lil xulxin biex isibu t-triq (ta' A/ 1a), iżda kif jistgħu jaraw(ha)

[67] U kieku ridna, stajna nibdluhom, fejn huma, (f'xi ħaġa oħra, kerha), hekk li la jkunu jistgħu jitilqu u lanqas jerġgħu lura

[68] Lil min nagħtuh ħajja twila, inreġġgħuh lura għalli kien meta nħalaq (f'qagħda dgħajfa). Jaqaw ma jifhmux

[69] Ma għallimniehx (lil Muħammad) il-poeżija, u lanqas ma tixraqlu. (Dan il-Ktieb) ma huwiex ħlief tifkira u Qoran ċar

[70] biex iwissi lil min hu (tassew) ħaj, u biex il-kelma (ta' kundanna) sseħħ ma' dawk li ċaħdu t-twemmin

[71] Mela ma jarawx li, minn dak (kollu) li għamlu idejna, ħlaqnielhom il-frat, u li huma s-sidien tagħhom

[72] Għamilnihomlhom: joqogħdu għalihom, u hemm minnhom li jirkbuhom u oħrajn jieklu (minnhom)

[73] Fihom isibu ħwejjeġ oħra ta' fejda u xorb. Jaqaw ma jiżżux ħajr

[74] Huma ħadu allat (oħra) minflok lil Alla, biex forsi jsibu l-għajnunal

[75] Ma jistgħux jgħinuhom, minkejja li (il-pagani) huma suldati mħejjija (biex jaqdu lill-idoli)

[76] Ara li ma jnikktekx kliemhom (Muħammad, meta jgħidu li inti saħħar jew poeta). Aħna tabilħaqq nafu dak li jaħbu u dak li juru fil-beraħ

[77] Mela l-bniedem ma jarax li Aħna ħlaqnieh minn nitfa (ta' sperma) 2 Iżda hawn huwa (il-pagan): wieħed li jħaqqagha magħna bil-miftuħt

[78] Huwa (mingħalih irid) jagħtina tixbiha, filwaqt li jinsa l-ħolqien tiegħu (minn daqsxejn ta' sperma), u jgħid: 'Min jagħti l-ħajja lill-għadam meta jkun imħassar (fil- qabarji)

[79] (Għidflu Muħammad): ''Dak li ħalqu l-ewwel darba jagħtih il-ħajja, u Huwa jaf kollox dwar kull ħliqa

[80] Dak li mis-siġar ħodor takom in-nar, u arakom, intom tkebbsu minnu

[81] Jaqaw mhux Dak li ħalaq is-smewwiet u l-art li għandu s-setgħa joħloq bħalhom (u jqajjem mill-ġdid. lill- bnedmin wara mewthom) Mela (tassew jista' jagħmel dan)L Huwa l-Ħallieq li jaf kollox

[82] L-amar tiegħu, meta jrid xi ħaġa, ikun biss li jgħidilha: 'Kunl' u tkun

[83] Mela sebħ lil Dak li f'idejh għandu s-saltna ta' kull ħaġa, u lejh għad titreġġgħu lura (fl-Aħħar Jur)

Dawk li jinvokaw

Surah 37

[1] (Naħilfu) fuq dawk (l-anġli) miġburin f'saffi (fil-qima)

[2] ufuqdawk (l-anġli) li jċanfru (il-ħażen) bil-qawwa

[3] u fuq dawk (l-anġli) li jaqraw (u jwasslu lill-Profeti) it-tifkira

[4] Tabilħaqqli Alla tagħkom huwa Wieħed

[5] Sid is-smewwiet u l-art, ta' dak li hemm bejniethom, u Sid ta' kull naħa fil-Lvant minn fejn titla' x-xemx

[6] Aħna tabilħaqq żejjinna l-eqreb sema (/ejn l-art), bil-ġmiel tal-kwiekeb

[7] b'ħarsien minn kull xitan ribelli

[8] Huma ma'jissemmgħux lill-ogħla ġemgħa (fa' l-anġli), 1 jitwaddbulhom (il-meteoriti) minn kull naħa

[9] imkeċċija, u għandhom kastig dejjiemi

[10] (ar dawn ix-xjaten ma jistgħux jissemmgħu) ħlief dak (fosthom, li jaħtaf ħatfa (xi ħaġa (i rintqal fl-ogħla sema), iżda tiġr warajh xrara kollha dija (u taħarqu)

[11] Staqsihom (Muħammad, lill-pagani) jekk humiex l-aqwa ħolqien, jew min ħlaqna (fost il-ħlejjaq l-oħrajn) Tabilħaqq l Aħna ħlaqniehom minn tafal iwaħħal

[12] Le (ma humiex aqwa), iżda inti tistagħġeb (bl-ebusija ta qalb il-pagani), tilwaqt li huma jiddieħku (b'li tħabbrilhom)

[13] Meta jkunu mwissija, ma jagħtux widen

[14] U meta jaraw sinjal, iwaqqgħu (kollox) għaċ-ċajt

[15] ujgħidu: 'Dan ma huwiex ħlief seħer biċ-ċarl

[16] Jaqaw meta mmutu, u nkunu trab u għadam, se (nerġgħu nitqajmu)

[17] U missirijietna tal-qedem ukoll

[18] Għid(ilkom): 'Iva, u intom imkasbrin (u taqgħu fil-għajb)U

[19] Imbagħad tkun biss għajta waħda, u ara, jibdew jarawl

[20] U jgħidu: 'Msieken aħna' Dan huwa Jum il-Ġudizzjul

[21] DanhuwaJum il-verdett li kontu tgiddbul

[22] (Jintgal till-anġli:) ''Lġbru lil-dawk li għamlu l-ħażen, u lil-mi: hu bħalhom, u lil dawk (l-idoli) li kienu jqimu

[23] minflok Alla, u mexxuhom lejn triq in-Nar iħeġġeġl

[24] Waqqfuhom' Huma jkunu mistoqsijin

[25] Xiiġralkom, (u għaliex) ma tgħinux lil-xulxin

[26] Le, illum huma jċedu (u jkunu misjuqa lejn l-Infern)

[27] Uħud minnhom iduru fuq oħrajn, u jistaqsu lil-xulxin

[28] Huma jgħidu (lill-mexxejja ħżiena tagħhom): 'Intom kontu tiġuna min-naħa tal-lemin (f/esfsulna l-ħażen)

[29] Jgħidu (il-mexxejja l-ħżiena): 'Lel Intom ma kontux temmnu fu toqogħdux twaħħlu finajl

[30] U lanqas ma kellna setgħa fuqkom, iżda kontu nies ħżiena għall-aħħar

[31] Il-Kelma ta' Sidna (il-Mulej) seħħet kontrina: li aħna tabilħaqq se nduqu (il-kastig)l

[32] Aħna tellifniekom it-triq (għaliex) aħna tabilħaqq konna mitlufinl

[33] Tabilħaqq li dakinhar huma jissieħbu fil-kastigl

[34] Tassew li hekk nagħmlu lill-ħatjint

[35] Meta kien jintqalilhom: 'Ma hemmx alla ħlief Alla huma kienu jitkabbru

[36] u jgħidu: 'Jaqaw se-nħallu. l-allat tagħna. minħabba f'poeta miġnun (Muħammad)

[37] Le (mhux kif qegħdin jgħidu), iżda (Muħammad). ġie bis-sewwa, u seddaq lill-Mibgħutin (i ġew qablu)l

[38] Intomtabilħaqq se dduqu l-kastig ta' wġigħ

[39] umatitħallsux għajr ta' dak (il-ħażen) li kontu tagħmlu

[40] ħliefil-qaddejja leali ta' Alla

[41] Dawk għandhom għajxien magħruf (kif se jkun)

[42] (ikollhom) frott (bnin) u jkunu mweġġħin

[43] fil-Ġonna ta' l-hena

[44] (bil-qiegħda) fuq divani, wiċċ imb'wiċċ

[45] U ddurfosthom tazza minn għajn (ta' nbid ġieri)

[46] (tazza) bajda (silġ), benna għal min jixrob

[47] lima fihiex uġigħ ta' ras, u lanqas jiskru biha

[48] U għandhom (ukoll fil-Ġenna) nisa (safja) b'għajnejn kbar, li ma jħarsux ħlief lejhom

[49] Huma bħal perli mkennin (u mħarsin sewwa)

[50] Uħud minnhom iduru fuq l-oħrajn u jistaqsu lil xulxin

[51] Wieħed (minn nies il-Ġenna) jgħid: 'Jiena kelli sieħeb

[52] (li) kien jgħidli: 'Jaqaw inti wieħed minn dawk li jemmnu

[53] Jaqaw meta mmutu u nsiru trab u għadam, se jsir ħaqq minna

[54] (Dakli jinsab fil-Ġenna) jgħid (lil sħabu): 'Tridux tħarsu (lejn l-Infern, biex taraw f'hiex qiegħed dan is-sieħeb li kelliji)

[55] Huwa għad iħares u jarah f'nofs in-Nar iħeġġeġ

[56] Huwa jgħid (lil sieħbu): ''Fuq Alla, (li kieku ma kontx sod fit-twemmin) kont għoddok qridtni (u niżżilmi miegħek fin- MNarji)

[57] Li mhux għall-grazzja ta' Sidi, kont inkun fost dawk miġjuba (għall-kundanna)

[58] Jaqaw, (kif kontu tgħidu intom) m'aħniex se mmutu

[59] ħlief l-ewwel mewta tagħna (fid-dinja), u m'aħniex se nkunu kastigati

[60] Dintabilħaqq hija r-rebħa l-kbira (tat-tajbin fil-Ġenna)i

[61] Għal xi ħaġa bħal din għandhom jaħdmu l-ħaddiema

[62] Jaqaw din hija l-aħjar ospitalità, jew is-siġra taż-żaqqiim

[63] (Din is-siġra) għamilnieha kastig (qalil) għall-ħżiena

[64] Hija tabilħaqq siġra li toħroġ minn qiegħ in-Nar iħeġġeġ

[65] Il-frott tagħha huwa (ikrah u tal-biża'), bħal irjus. ix- xjaten

[66] Tabilħaqq li huma se jieklu minnha u jimlew żaqqhom biha

[67] Imbagħad warajha għandhom (x'jixorbu) taħlita ta' ilma jagħli

[68] Imbagħad jerġgħu lura fin-Nar iħeġġeġ

[69] Huma tabilħaqq sabu lil missirijiethom mitlufin

[70] uhuma qegħdin jgħaġġlu fil-passi tagħhom

[71] Qabilhom, kienu tassew tilfu t-triq il-kotra tal-ġnus tal- qedem

[72] u tabilħaqq bgħatna fosthom lil-min iwissi

[73] Melaara (Muħammad) kif kien tmiem l-imwissijin

[74] ħlief il-qaddejja leali ta' Alla

[75] Noċ tassew sejħilna, u ħadd aħjar minna ma jwieġeb (is- sejħajl)

[76] Aħna ħlisna lilu i lil niesu mill-għawġ il-kbir

[77] U għamilna lil nislu jibqa' (fuq wiċċ l-art)

[78] Għalih ħallejna (din it-tislima) fost dawk li ġew wara

[79] Sliem fuq Noċ fil-ħolqien

[80] Hekk, tabilħaqq, inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjebt

[81] Huwa tabilħaqq fost il-qaddejja tagħna li emmnu

[82] Imbagħad għerrigna lill-oħrajn

[83] Tabilħaqq li Abraham kien minn dawk li mxew fi triqtu

[84] meta ġie għand Sidu (il-Mulej) b'qalb Sħiħa u safja

[85] meta qal lil missieru u lil niesu: 'Xi tqimu

[86] Jaqaw tridu allat qarrieġa minflok Alla

[87] U x'taħsbu dwar Sid il-ħolqien

[88] Imbagħad ħares ħarsa lejn il-kwiekeb

[89] u qal: 'Jiena tassew marid

[90] Għalhekk tawh daharhom u ma tawhx widen

[91] Imbagħad dar lejn l-allat tagħhom u qal(i//hom): 'Mela ma tiklux (l-offerti li qegħdulkom quddiemkom)

[92] X'għandkom 7 (Għaliex) ma titkellmux

[93] (Għalhekk ħabat għalihom u darabhom b'fidi) il- leminija (fi fiha kien qiegħed iżomm fies)

[94] Imbagħad (niesu l-pagani) resqu jgħaġġlu lejh

[95] (Qalċilhom): ''Jaqaw tqimu dak li tnaqqxu

[96] meta kien Alla li ħalaq lilkom u dak li tagħmlu

[97] Qalu (mgħaddbin): 'Ibnulu bini (b'forn fih) u ixħtuh fin-nar iħeġġeġi

[98] Huma riedu jonsbuh, iżda Aħna kasbarniehom

[99] U qal (Abraham): ''Jiena sejjer għand Sidi (il-Mulej). Huwa se jmexxinil

[100] Sidi, agħtini (ulied li jkunu) mill-ġustil

[101] Għalhekk tajnieh il-bxara t-tajba dwar tfajjel (Ismagħel) kollu ħlewwa u sabar

[102] Meta (ibnu Ismagħel) kiber u seta' jaħdem miegħu, (Abraham) qal: ''Ibni, f'ħolma rajtni qiegħed noffrik bħala sagrifiċċju. Mela ara x'taħseb dwar danf' Qal (Ismagħel): ''Missier, agħmel dak li inti mqabbad. Jekk Alla jrid, se ssibni ma' dawk ta' sabar

[103] U meta t-tnejn li huma ntelqu għar-rieda ta' Alla, u (Abraham) qiegħdu wiċċu fl-art. (biex joqtlu b'sagrifiċċju)

[104] sejjaħnielu: 'Ja Abraham

[105] Inti seddaqt dak li rajt fil-ħolma (u f'xejn ma nqast lejnajf' Aħna tabilħaqq li hekk inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjeb)

[106] Tabilħaqq li dan kien tiġrib ċar (u kbir)

[107] Fdejnieh (lil Ismagħel) b'debħa (ta' kibx) mill-kbar

[108] Għalih ħallejna (din it-tislima) fost dawk li ġew wara

[109] Sliem fuq Abrahami

[110] Hekk inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjebl

[111] Huwa kien tabilħaqq mill-qaddejja tagħna li emmnul

[112] U tajnieh il-bxara tajba dwar Iżakk, Profeta, u wieħed mill-ġusti

[113] Berikna lilu u lil Iżakk, Minn nisilhom hemm min jagħmel it-tajjeb, u hemm min jonqos lejh innifsu bil- miftuħ

[114] Tassew urejna tjieba kbira ma' Mosċ u (ħuh) Aron

[115] u ħlisna lilhom u lil nieshom mill-għawġ il-kbir (tal-jasar l-Eġittu)

[116] Aħna tajniehom l-għajnuna, u kienu huma li għelbu (lill-Fargħun u lill-niesu)t

[117] Lilhom it-tnejn tajna l-Ktieb li jfiehem biċ-ċar

[118] u mexxejniehom fit-triq id-dritta

[119] Għalihom it-tnejn ħallejna (din it-tislima) fost dawk li ġew wara

[120] Sliem fuq Mosċ u Aronf

[121] Hekk, tabilħaqq, inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjebl

[122] Huma t-tnejn tabilħaqq kienu mill-qaddejja tagħna li emmnul

[123] Tabilħaqq li Elija kien wieħed mill-Mibgħutin

[124] meta qal lil niesu: ''Jaqaw ma tibżgħux (minn A/la)

[125] Jaqaw issejħu lil Bagħal, u tħallu lill-Aħjar fost il- ħallieqa

[126] (tħallu) lil Alla Sidkom u Sid missirijietkom tal-qedem

[127] Huma giddbuh, u tabilħaqq jitressqu (għall-kastig)

[128] ħlief il-qaddejja leali ta' Alla

[129] Għalih ħallejna (din it-tislima) fost dawk li ġew wara

[130] Sliem fuq Elija u niesul

[131] Hekk, tabilħaqq, inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjebl

[132] Huwa tabilħaqq kien mill-qaddejja tagħna li emmnul

[133] Lot tabilħaqq kien wieħed mill-Mibgħutin

[134] meta ħlisna lilu u lil familtu, ilkoll

[135] ħlief mara xiħa (mar Lor) li baqgħet lura (f'Sodoma)

[136] Imbagħad qridna lill-oħrajn

[137] Intom (nies Mekka) tgħaddu minn ħdejhom. (fis-safar tagħkom) mas-sebħ

[138] u billejl (u taraw il-ħerba li tinsab fiha Sodoma), Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhmu)

[139] Tabilħaqq li Ġona kien wieħed mill-Mibgħutin

[140] meta ħarab lejn il-mirkeb l-imgħobbi

[141] u qabel li jitfa' x-xorti, u kien fost it-tellifin (u kellu jinxteħet il-baħar)

[142] U belgħetu l-ħuta, meta kien wieħed ta' min ilumu (għaliex kien telaq lil niesu mingħajr il-permess ta' Alla)

[143] U li mhux għaliex kien wieħed minn dawk li jsebbħu lil Alla

[144] kien jibqa' f'żaqgha sal-Jum li fih jitqajmu (il-mejtin)

[145] Għalhekk ħriġnieh (mill-ħuta) għal fuq l-art mikxufa, marid

[146] U fuqu nibbitna xitla tal-qargħa (biex tagħmillu d-dell)

[147] u bgħatnieh (lura għand niesu, f'Ninwe) għal għand mitt elf (ruħ), jew iżjed

[148] Huma emmnu, u ħallejniehom igawdu (il-ħajja) għal xi Żmien

[149] Staqsihom (Muħammad, lill-pagani f'Mekka). x'jaħsbu: Jaqaw Sidek fil-Mulej) għandu l-bniet, u huma għandhom is-subien

[150] Jew ħlaqna l-anġli nisa, u huma xhieda ta' dan

[151] Mela mhux huma, tabilħaqq, li jaqilgħu minn żniedhom u jgħidu

[152] t'Alla wiledi' Huma tabilħaqq giddibini

[153] Jaqaw (A/la) għażel il-bniet minflok is-subien

[154] X'għandkom (f'moħħkom) 7 Kif tiġġudikaw (hekk)

[155] Mela matiftakrux

[156] Jaqaw għandkom; xi prova ċara (dwar dan i. qegħdin Tgħidu)

[157] Mela ġibu l-ktieb tagħkom, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal

[158] (il-pagani) għamlu qrubija bejnu (bejn Alla) u bejn il-ġinn, iżda l-ġinn jafu tajjeb li huma (ukoll) se jitressqu (għall-kastig)

[159] Sebħlil-Allal (Huwa wisq ogħla) minn dak li jgħidu (dwaru), J

[160] ħlief il-qaddejja leali ta' Alla (Żi ma jitkellmux hekk)

[161] Tabilħaqq li la intom, u lanqas dawk li tqimu

[162] ma. tistgħu ġġarrbu (lil ħadd) dwaru (Alla l-Imbierek u toħorġuħ mit-triq it-tajba)

[163] ħlief'lil-min hu (kundannar) li jinxtewa fin-Nar iħeġġeġ

[164] (SMa hemmx wieħed minna fl-anġii) li-ma għandux grad magħruf

[165] u aħna tabilħaqq dawk miġburin f'saffi (biex nagħtu qima bla waqfien lil Alla)

[166] u aħna tabilħaqq li nsebbħu (/i/ Alla)T

[167] Tassewli (il-pagani ta' Mekka) kienu jgħidu

[168] Li kieku kellna tifkira min-nies ta' l-imgħoddi

[169] konna nkunu l-qaddejja leali ta' Allaf

[170] Huma ċaħduh (il-Qoran), u se jkunu jafu (ħlashom)l

[171] Kelmitna kienet tassew ingħatat lill-qaddejja tagħna l- Mibgħutin

[172] Tabilħaqq li huma l-megħjunin

[173] u tassew li l-qawwiet tagħna jegħlbu (lill-għedewwa tagħhom)

[174] Mela warrab minnhom ( Muħammad) għal xi żmieni

[175] Ħares lejhom (meża jieħdu l-kastig), u (dalwaqt) se jaraw (fiex ġabithom l-ebusija ta' rashom)

[176] Jaqaw qegħdin jgħaġġlu l-kastig tagħna

[177] Meta (iil-kasrig) jinżel fil-btieħi tagħhom, tkun (tassew) kerha l-għodwa ta' l-imwiddbint

[178] Warrab minnhom (Muħammad) għal xi żmieni

[179] Ħares'lejhom, u (da/waqt) se jarawl

[180] Sebħ lil Sidek (il-Mulej), Sid il-qawwa u l-ġieħl (Huwa wisq ogħla) minn dak li jgħidu (dwari)

[181] Sliem għall-Mibgħutint

[182] U t-tifħir lil Alla, Sid il-ħolqieni

Sad

Surah 38

[1] Sad. (Naħilfu) fuq il-Qoran, Ktieb it-tifkira, kollu ġieħ u glorjat

[2] Iżdadawk liċaħdu t-twemmin huma mimlija bihom infushom, u jinsabu f'firda (u jeħduha kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu)

[3] Kemm-il nisel qridna qabilhom' Huma sejħu (għall-għajnuna) meta ma kienx il-ħin tal-ħarba

[4] Huma stagħġbu li ġieħom min iwissi minn fosthom. Dawk li ċaħdu t-twemmin qalu: ''Dan (Muħammad) huwa saħħar giddiebi

[5] Jaqaw lill-allat (tagħna) għamilhom Alla Wieħed' Din tabilħaqq xi ħaġa ta' l-għaġebi

[6] Il-kbarat fosthom (mit-tribis ta' Qurajx) marru (jgħidu): ''Imxu (kif intom), u żommu bis-sabar ma' l-allat tagħkomt Dan (il- messaġġ ta' Muħammad) huwa xi ħaġa maħsuba (kontrikomji)

[7] Ma smajniex b'dan fit-twemmin ta' l-aħħar (dak ta' l-Insara). Dan ma huwiex ħlief holqien (ta' moħħ Muħammadji)

[8] Jaqaw (dan Muħammad) tniżelitlu t-twissija (il-Qoran) minn fostna 7' Let Huma jinsabu bejn ħalltejn dwar it-twissija tiegħi. Lel Għadhom sa issa ma daqux il-kastig tiegħil

[9] (Jew għandhom il-ħażniet tal-ħniena ta' Sidek fil-Ma/ej), il- Qawwi, li jagħti b'idejh miftuħin

[10] Jew għandhom is-setgħa tas-smewwiet u l-art, u ta' dak li hemm bejniethom' 7 Mela (jekk hu hekk) ħallihom jitilgħu bil-ħbula (i bil- mezzi kollha li għandhom: biex jastu sas-sema u jibdew imexxu humaj)

[11] Dawk li hemm minn. fost il-ġemgħat. li-ngħaqdu (konsra Muħammad) huma xi qawwiet (dgħajfin) u megħlubin

[12] Qabilhom nies Noċ, Għad u l-Fargħun dak tas-saltna. l- qawwija giddbu (lill-Mibgħurin ta' Alla)

[13] u (nies) TAmid u nies Lot, u nies il-Masġar. Dawk huma l- ġemgħat (tal-pagani) li ngħaqdu flimkien (kontra l-Mibgħutin ta' Alla)

[14] Kollha kemm huma ma għamlux ħlief giddbu lill-Mibgħutin, u għalhekk il-kastig tiegħi ((i/ 4om) kien mistħoqq

[15] Dawn ma jistennewx għajr ħoss wieħed, qawwi, li-ma jkunx hemm ieħor warajh

[16] Huma jgħidu (bi Asuħar): 'Sidna (il-Mlej), għaġġlilna sehemna (mill-kastig li wegħedt u ġibulna) qabel Jum il-Konti

[17] Oqgħod b'sabrek (Muħammad, u tagħtix kas) ta' dak li (il-pagani ta' Mekka) qegħdin jgħidul Ftakar fil-qaddej tagħna David, dak li kellu l-qawwa: huwa tabilħaqq kien idur dejjem bl-indiema (/ejn Alla u jitolbu maħfra)

[18] Aħna tabilħaqq ġegħelna' lill-iġbla biex, flimkien miegħu (ina' David) isebbħu/na) filgħaxija u ma' tlugħ ix-xemx

[19] u t-tajr miġbur (għandu). TiKoll daru lejh (lejn Alla u tawh qima)

[20] U qawwejna saltnatu u tajnieh l-għerf u l-kliem sħiħ ta' ġudizzju (biex jaqta' l-kwistjonijiet)

[21] Jaqaw ġietek l-aħbar dwar dawk li tlewmu, meta telgħu fuq is-sur tal-kamra tat-talb (ta' David)

[22] Meta daħlu fuq David, u (dan) beża' minnhom, qalulu: s 1La tibżaxi Aħna tnejn li tlewwimna, u wieħed naqas lejn l-ieħor. Għalhekk iġġudika bejnietna bil-ħaqq; u tkunx inġust. Mexxina lejn triq is-sewwal

[23] Dan huwa ħija. Għandu disgħa u disgħin nagħġa, u jiena għandi nagħġa waħda. Huwa qal(ij: 'Ħalliha f'idejja, u waqqagħni bi kliemu)

[24] Qal (David): ''Tassew naqas lejk meta talab in-nagħġa tiegħek biex tkun man-nagħaġ tiegħu. Tabilħaqq li ħafna sħab (fix-xogħol) jonqsu lejn xulxin, ħlief dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid. U kemm huma ftitf' David intebaħ li konna ġarrabnieh (mera sema' naħa waħda u ma semax in-naħa l-oħra) u għalhekk talab maħfra mingħand Sidu (il-Mulej), niżel għarkubbtejh u nidem

[25] U ħfimielu dak (in-nuqqas). Tabilħaqq għandu qagħda qrib tagħna, u għandu post tajjeb biex imur lura fihl

[26] (Għednielu:) 'Ja David, Aħna għamilniek suċċessur fuq l-art, Mela ġġudika lin-nies bil-ħaqq u la timxix fuq ix-xewqat (fiergħa) u jtellfuk it-triq ta' Allat Tabilħaqq li dawk li jitilfu t-triq ta' Alla għandhom kastig qalil, talli nsew Jum il-Konti

[27] Ma ħlaqniex għalxejn is-sema, l-art, u dak li jinsab bejniethom. Hekk jaħsbu dawk li ma jemmnux. Ħażin għal dawk li ma jemmnux, minħabba n-Nar

[28] Jaqaw għandna nqisu lil dawk li jemmnu u jagħmlu l- ġid bħal dawk li jagħmlu ħsara fuq l-art, jew inqisu lil dawk li jibżgħu minn Alla (u jobduh) bħall-ħżiena

[29] (Dan hu) Ktieb imbierek li niżżilnielek biex jixtarru l- versi tiegħu, u biex jiftakru dawk li għandhom id-dehen

[30] Lil David tajna (iben), Salamun. Tassew qaddej tajjebl Tabilħaqq li kien dejjem idur (lejna bl-indiema u bil- qimajl)

[31] Meta filgħaxija ntwerewlu ż-żwiemel tar-razza, ħfief fil-ġiri

[32] qal: ''Jiena ħabbejt il-ġid (tad-dinja) aktar milli nsemmi lil Sidi (u nqimu);' sama (ix-xemx) inħbiet wara l-velu (tax-xefaq, u Salamun qal)

[33] t'Ġibuhomli luraf' Imbagħad beda jolqtilhom saqajhom u għenughom (biex joqtolhom u jagħtihom ikel lill-fqar)

[34] Aħna tassew ġarrabna lil Salamun, u fuq it-tron tiegħu xħetna ġisem (Salamun, marid), imbagħad nidem

[35] Qal: ''Sidi aħfirli u agħtini saltna li ma jkollu ħadd bħalha warajjal Inti tabilħaqq tagħti b'idejk miftuħin

[36] Għalhekk qegħedna r-riħ taħt idejh, jonfoħ ħafif u b'mod tajjeb, bl-amar tiegħu, fejn ried

[37] u (qegħedna taħt idejh) ix-xjaten, kull bennej u għaddas

[38] u(jafen) oħrajn marbutin flimkien bil-ktajjen

[39] (Għedhielu:) 'Din hija l-għotja tagħnal Agħti (ininnha), jew żomm/ha għalik), bla (ma għandek tagħti) kom

[40] Tabilħaqq li għandu qagħda qrib tagħna u għandu post tajjeb biex imur lura fihl

[41] Ftakar (Muħammad) fil-qaddej tagħna Ġob, meta sejjaħ lil Sidu (il-Mulej u qal) 'ix-Xitan qalagħli saram u tbatijaf

[42] (Għedhielu:) ''Agħti daqqa b'riġlek (u ara): dan huwa ilma frisk għall-ħasil u għax-xorb. (Bih 1fiq żguri)

[43] U tajnieh lura l-qraba tiegħu, u. daqshom darba oħra, mill- ħniena tagħna, u b'tifkira għal dawk li għandhom id-dehen

[44] (Għednielu wkoll) ''Ħu f'idek qatta' qasab irġiq (mija b'kollox) u olqot bih (darba lil martek, kif ħlifi), u la tiksirx il- ħalfa tiegħek (li Àift meta kont marid, li se ssawwatha mitt sawrji' Tabilħaqq li sibnieh kollu sabarl Tassew qaddej tajjebl Tabilħaqq li kien dejjem idur (/ejna bl-indiema u bil-qima)l

[45] Ftakar ukoll (Muħammad). il-qaddejja tagħna Abraham, Iżakk, u Ġakobb dawk sħaħ fl-idejn u fid-dehen

[46] Aħna tabilħaqq tajniehom privileġġ: li jiftakru fid-Dar (ta' dejjem)

[47] Għalina, huma tabilħaqq fost l-aħjar magħżulin

[48] U ftakar f'Ismagħel, f'Eliżew, u f'Da l-Kifl, Kollha mill- aħjar niest

[49] Din hija tifkira, Tassew li dawk li jibżgħu (minn Alla) għandhom imkien tajjeb fejn jerġgħu lura

[50] fil-Ġonnata' l-Għeden, bil-bwieb miftuħin beraħ għalihom

[51] Fihom ikunu mimdudin fuq ġenbejhom, jitolbu frott kotran u xorb (kemm iridu)

[52] u ħdejhom ikollhom nisa (kollhom: safa), b'ħarsithom lejhom biss, indaqs fl-għomor

[53] Dan hu i twiegħed lilkom għal Jum il-Kont

[54] Tabilħaqq li dan hu l-ġid tagħna li ma jintemm (qatt)

[55] dan (ħejja għat-tajbin)l Tassew mill-agħar tkun il-miġja lura tal-ħżiena

[56] l-Infern, fejn jinħarqu. Ta' għajb ikun il-friex (sagħhom)i

[57] Dan hu fl-Inferri u l-kasrigji Ħalli jduquh: xorb jagħli u inaterja tinten (rnixxi mill-iġsma tal-ħżiena fl-Infern)

[58] (ufkastigi) oħra bħalhom

[59] (Il-mexxejja tal-ħżiena jgħidu lil xulxin:) Din hija ġemgħa (ta' nies li intom telliftuhom. it-triq u) li tinsab miexja 'l quddiem magħkom (lejn l-Infern). Ebda merħba (ma tingħata) lilha, u tabilħaqq jinħarqu fin-Narl

[60] (Dawk li mxew wara l-mexxejja tal-ħażen) jgħidulhom): 'Lel (Intom ukoll) ebda merħba lilkom: Intom li ġibtuna fih (dan in-Nar, bit-tfixkil tagħkom)l Ta' għajb il-qagħda fihi

[61] Għad jgħidu (ukoll): ''Sidna, lil dak li ġabna għal dan (ir- tmiem mill-agħar) żidlu bid-doppju l-kastig fin-Nari

[62] U (il-mexxejja tal-ħażen) jgħidu: ''Dan kif m'aħniex naraw l- irġiel (sħab ta' Muħammad) li konna nqisuhom fost il-ħżiena

[63] Jaqaw (lin-nies tat-twemmin) konna niddieħku bihom. (u għalhekk marru l-Ġenna), jew il-ħars (tagħna) ma waqax fuqhom (hawn fl-Infern u m'aħniex narawhom)

[64] Tabilħaqq li dan hu minnu: it-tilwim ta' nies in-Narl

[65] Għid (Muħammad): ''Jiena biss bniedem li jwissi, u ma hemmx alla ħlief Alla, il-Wieħed, li jegħleb lil kollox u lil kulħadd

[66] Sid is-smewwiet u l-art, u dak li-hemm bejniethom, il- Qawwi, li dejjem jaħfer

[67] Għid(ukoll): 'Dan (il-Qoran) huwa aħbar mill-kbar

[68] uintom twarrbu minnul

[69] Jiena ma għandi ebda għarfien dwar il-kbarat fl-għoli (l-anġli u Iblis) meta jitlewmu

[70] Majitnebbaħlix ħlief li jiena bniedem li jwissi biċ-ċarf

[71] (Ftakar, Muħammad) meta Sidek (il-Mulej) qal lill-anġli: ''Jiena se noħloq bniedem mit-tafal

[72] Meta nkun sawwartu,:u nfaħt fih minn Ruħi, inxteħtu fl-art quddiemu

[73] L-anġli kollha kemm huma nxteħtu fl-art (quddiemi)

[74] ħlief Iblis (ix-Xitan) li tkabbar u kien fost dawk li m'emmnuxi

[75] Qal (Alla): 'Ja Iblis, x'żammek milli tinxteħet quddiem dak li ħlaqt b'idejja 7 Jaqaw inti tkabbart, jew inti minn dawk li għolewi

[76] (Qal fix-Xitan): 'Jiena aħjar minnu: lili ħlaqtni min-nar u lilu ħlaqtu mit-tafalt

[77] (Qallu): 'Mela oħroġ minnha (din il-Ġenna) għaliex inti tabilħaqq misħut

[78] Tabilħaqq li fuqek tkun is-saħta tiegħi sa Jum il-Ġudizzju

[79] (Qal fix-Xiran): Agħtini aktar żmien (u la rikkastiganix) sa l- Jum (li fih il-bnedmin) jitqajmu mill-mewt

[80] Qal (A/la): 'Inti tabilħaqq minn dawk li ngħataw iż-żmien

[81] sa jum il-waqt magħruf

[82] Qal. (ix-Xitan): 'Mela. naħlef bil-qawwa tiegħek: se nġarrabhom (lill-bnedmin), ilkoll kemm huma

[83] ħlief lil dawk il-qaddejja fosthom li huma leali (Zejk)i

[84] Qal (Alla): 'Mela (dan huwa) is-sewwa, u Jiena s- sewwa (biss) ngħid

[85] Tabilħaqq nimla l-Infern bik u b'dawk minnhom li J jimxu warajk, ilkoll kemm humal

[86] Għid (Muħammad lill-bnedmin): 'Tiegħu (ta' dan il- Qoran) ma nitlobkomx ħlas, u lanqas jiena minn dawk bi pretensjonijiet żejdal

[87] Dan (il-Qoran) ma huwiex ħlief tifkira lill-ħolqien

[88] u tassew se tkunu tafu b'aħbaru (us bil-veritajiet li fih) fi ftit żmien ieħorf

Il-Ġemgħat

Surah 39

[1] Tinżil il-Ktieb minn Alla, il-Qawwi, l-Għaref

[2] Tabilħaqq li Aħna niżżilnielek (Muħammad) il-Ktieb bis-sewwa. Mela qim lil Alla, u għalih biss oqgħodl

[3] Tassew li l-qima u l-qadi kollu jistħoqqu biss lil Alla. Iżda dawk li għażlu lil min iħarishom (l-allat foloz) minflok lil Alla, jgħidu: 'Aħna ma nagħtuhomx qima ħlief biex iġarrbuna lejn Alla.' Tabilħaqq li Alla jagħmel ħaqq minnhom, fuq dak lima jaqblux dwaru, Alla tabilħaqq ma jurix it-triq lil min hu giddieb, ingratl

[4] Li kieku Alla ried ikollu wild, kien jagħżel li jrid minn dak li joħloq. Sebħ lilul Huwa Alla, il-Wieħed, li jegħleb lil kollox u lil kulħaddl

[5] Huwa ħalaq is-smewwiet u l-art bis-sewwa, iġib il-lejl wara n-nhar, u jġib in-nhar wara l-lejl, u qiegħed ix-xemx u l-qamar taħt is-setgħa tiegħu kollha jduru sa żmien imsemmi. Huwa tassew il-Qawwi, dejjem jaħfer

[6] Ħalaqkom minn ruħ waħda ( 4dam), imbagħad minnha għamel lil martu (Eva), u niżżlilkom tmint iżwieġ mill- frat, Huwa joħloqkom fi ġwief ommijietkom, minn ħolqien għal ieħor, fi tliet dalmiet. Dak hu Alla Sidkoml Tiegħu s-saltnat Ma hemmx alla ħlieful Mela kif twarrbu (minnu)

[7] Jekk ma temmnux, tabilħaqq li Alla ma jeħtiġkomx, u ma togħġbux iċ-ċaħda tat-twemmin tal-qaddejja tiegħu. Iżda jekk tiżżu ħajr, jithenna bikom. Dik (ir-ruħ) li terfa' t-toqol (tad-dnub) ma terfax toqol ta' ruħ oħra: Imbagħad Iejn Sidkom (il-Milej) terġgħu lura u jgħarrafkom b'dak li kontu. tagħmlu, Huwa tabilħaqq jaf kollox. dwar x'hemm fil-qlub

[8] Meta xi deni jolqot lill-bniedem, (arah) isejjaħ lil Sidu (il-Mulej), niedem. Imbagħad meta (il-Mulej) jagħtih xi grazzja mingħandu, huwa jinsa dak li qabel kien talab għalih, u ma' Alla jagħmel (allat oħra) li jħabbtuha miegħu, biex b'hekk itellef lil ħaddieħor it-triq tiegħu (ta' Alla). Għidflu, Muħammad, lill-pagan): 'Gawdi ċ- ċaħda ta' twemminek għal ftit taż-żmien. Inti tabilħaqq minn nies in-Narf

[9] Jaqaw dak li huwa kollu qima matul il-lejl, mixħut fl- art jew wieqaf (fit-talb), li jibża' mill-Oħra (mill-Ħajja l- Oħra) u jittama fil-ħniena ta' Sidu (il-Mulej, bħal min ma jagħmilx hekk) 2 Għid (Muħammad): ''Jaqaw huma ndaqs dawk li jafu u dawk li ma jafux 7' Iżda huma biss in-nies ta' dehen li jiftakru (fit-twissija ta' Alla)

[10] Għid (Muħammad: 'Alla jgħid:) Ja qaddejja tiegħi li temmnu, ibżgħu minn Sidkom (il-Mulej, u agħmlu r- rieda tiegħuji Għal dawk li jagħmlu t-tajjeb f'din id- dinja, hemm ħlas tajjeb. Art Alla hija wiesgħal Tabilħaqq li dawk kollhom sabar jingħataw ħlashom, bla qjiesi)

[11] Għid (ukoll Muħammad): ''Jiena ngħatajt l-amar li nqim lil Alla u noqgħod għalih (biss)

[12] u ngħatajt l-amar li nkun l-ewwel fost il-Misilmin (tan- nazzjon tiegħi)

[13] Għid (Muħammad): ''Jekk ma nobdix lil Sidi (il-Mulej), jiena nibża' mill-kastig ta' Jum tassew kbirl

[14] Għid (ukoll): ''Jiena nqim lil-Alla u noqgħod għalih bissl

[15] Mela qimu li tridu minflokut' Għid(i/hom): ''Tabilħaqq li t-tellifin huma dawk li jitilfu rwieħhom u lil nieshom f'Jum il-Qawmien.' Dak huwa tassew it-telfien mill- aktar ċar

[16] Fuqhom ikollhom saffi ta' nar, u taħthom saffi (oħra). B'dan Alla jbeżża' lill-qaddejja tiegħu. (Huwa jwissihom): 'la qaddejja tiegħi, ibżgħu minni (u agħmlu r-rieda tiegħi)U

[17] Dawk li warrbu mill-qima ta' l-allat u daru lejn Alla (bl-indiema), dawk għandhom bxara tajba. Mela agħti (Muħammad) il-bxara t-tajba lill-qaddejja tiegħi

[18] dawk li jisimgħu t-taħdit u jimxu fuq l-aħjar li fih. Huma dawk li Alla mexxiehom, u dawk huma n-nies ta' dehenl

[19] Mela min jistħoqq is-sentenza tal-kastig (huwa bħal dak li jqim lil Alla) 7 Jaqaw inti (Muħammad) tista' teħles li min jinsab fin-Nar

[20] Iżda huma dawk li jibżgħu minn Sidhom (il-Mulej u jagħmlu r-rieda. tiegħu), li għandhom għamajjar li fuqhom hemm mibnija għamajjar (oħra fis-sema) bix- ximajjar jiġru taħthom. (Din hija) il-wegħda ta' Alla, u Alla ma jiksirx il-wegħdal

[21] Jaqaw ma tarax li Alla jniżżel ilma mis-sema, imexxih f'għejun fl-art, u mbagħad joħroġ bih uċuħ tar-raba' ta' bosta lwien, imbagħad jidbiel u tarah musfar, imbagħad (Alla) inixxfu u jitfarrak Tabilħaqq li f'dan. (kollu) hemm tifkira għal dawk li għandhom id-dehenl

[22] Jaqaw dak li Alla fetaħlu qalbu għall-Islam, u jinsab (miexi) fid-dawl ta' Sidu (il-Mulej, bħal dak li jinsab fid- dlam: taċ-ċaħda. tat-twemmin) 2 Ħażin għal dawk li webbsu qlubhom għat-tifkira (u għat-twissija) ta' Alla' Dawk jinsabu f'telfien mill-aktar ċart

[23] Alla niżżel l-aħjar taħdit: Ktieb li jaqbel fih innifsu u mtenni, li bih il-ġilda ta' dawk li jibżgħu minn Sidhom (il-Mulej) tqum xewk xewk, imbagħad il-ġilda tagħhom u qlubhom jirtabu bit-tifkira ta' Alla. Dik hija t-tmexxija ta' Alla; biha jmexxi lil-min irid. U dak li Alla jtellfu t- triq, ma għandux min imexxihl

[24] Mela dak li ma għandux ħlief wiċċu biex iħarsu mill- kruha tal-kastig f'Jum il-Qawmien (huwa bħal dak li ma għandux dan il-biża') 7 U jintqal lill-ħżiena: ''Duqu dak li ksibtu (bl-għemil ħażin tagħkom)i

[25] Dawk ta' qabilhom (ukoll) ċaħdu (it-twemmin) u għalhekk ġie fuqhom il-kastig minn fejn ma kinux qegħdin jistennew

[26] Alla dewwaghom l-għajb fil-ħajja (f'din) id-dinja, u tassew li l-kastig ta' (il-ħajja) l-Oħra huwa akbar, kieku kienu jafut

[27] F'dan il-Qoran tassew ġibna lin-nies kull għamla ta' tixbiha, biex forsi jiftakru

[28] (Dan huwa) Qoran Għarbi, bla tagħwiġ, biex forsi jibżgħu minn Alla (u joqogħdu għalih)

[29] Alla jġib tixbiha ta' raġel (ilsir) li jaqa' taħt bosta ixirka li jitlewmu bejniethom, u (tixbiha ta') raġel (ilsir ieħor) li jaqa' taħt raġel wieħed. Jaqaw dawn it-tnejn huma ndaqs fit-tixbiha 2 Tifħir lil Allat Iżda ħafna minnhom ma jafuxl

[30] Tabilħaqq li inti (Muħammad) għad tmut (xi darba jew aħra), u tassew li huma għad imutu (ukoll)

[31] Imbagħad tabilħaqq li f'Jum il-Qawmien. titlewmu bejnietkom (dwar it-tajjeb u l-ħażin) quddiem Sidkom (il-Mulej, li jagħmel ħaqq minnkom)

[32] Mela min hu aktar inġust minn dak li gideb fuq Alla u jiċħad is-sewwa meta jasallu 7 Jaqaw mhux fl-Infern l- għamara ta' dawk li jiċħdu t-twemmin

[33] U dak.li ġie bis-sewwa, u (dak li) jemmen fiha, dawk huma l-ġusti li jibżgħu minn Alla

[34] Huma. għandhom dak li jixtiequ għand Sidhom. Dak huwa l-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb

[35] biex Alla jaħfrilhom l-agħar (għemejjel) li għamlu u jagħtihom il-ħlas tagħhom ta' l-aħjar (għemejjel) li kienu jagħmlu

[36] Jaqaw Alla ma huwiex biżżejjed għall-qaddej tiegħu/ Huma tassew ibeżżgħuk (Muħammad) b'dawk (l-allat li huma) minfloku. Dak li Alla jtelliflu t-triq ma jsibx min imexxih

[37] U dak li Alla juri(h) it-triq ma għandux min itellifhielu. Jaqaw Alla ma huwiex qawwi u Sid it-tpattija

[38] (U jekk tistaqsihom: ''Min ħalaq is-smewwiet u l-artż' huma: tassew jgħidu: ''Alla'' Għidfilhom Muħammad): €Mela (la tafu li Alla huwa l-Ħallieq), ħabbruni: Dawn (l-idoli) li-ssejħu minflok Alla, jekk. Alla jridli d-deni, jistgħu (forsi) ineħħu d-deni tiegħu, jew (jekk) iridli l- ħniena, jaqaw jistgħu jżommu l-ħniena tiegħu 7' Għid: Alla huwa biżżejjed għalijal Fih jafdaw dawk li jafdaw

[39] Għid(ilhom. Muħammad): 'Ja niesi, agħmlu bil-mod tagħkom; jiena nagħmel (bil-mod tiegħi)l Se tkunu tafu

[40] lil-min se jiġih kastig li jkasbru, u jaqa' fuqu kastiġ dejjiem

[41] Aħna tabilħaqq niżżilnielek il-Ktieb għan-nies, bis- sewwa. Min jaqbad it-triq it-tajba, (dan ikun ta' ġid) għal ruħu, u min jitlef it-triq, lil ruħu jkun tellef. Inti (Muħammad) m'intix responsabbli għalihom

[42] Alla jieħu l-erwieħ waqt mewthom, u (jieħu wkoll l- erwieħ) li ma mitux fl-irqad tagħhom. Huwa jżomm (ir- ruħ) li qatagħhielha għall-mewt, u jibgħat (lura f'ġisimha r-ruħ) l-oħra sa żmien imsemmi. F'dan tabilħaqq hawn sinjali għal nies li jixtarru(hom u jitgħalhmu minnhom)

[43] Jew ħadu (l-allat) biex jaqbżu għalihom. minflok Alla 2 Għidfilhom Muħammad): ''(Jaqaw tħallu f'idejn l-idoli) anki jekk dawn ma jistgħu jagħmlu xejn u ma jifhmux

[44] (Għidfilhom Muħammad): ''Ta' Alla hija l-interċessjoni kollha kemm hi; tiegħu hija s-saltna tas-smewwiet u l-art, imbagħad għandu titreġġgħu lura

[45] Meta jissemma Alla waħdu, qlub dawk li ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra). jimtlew. stmerrija, u meta jissemmew dawk (l-allat foloz) minfloku, arahom jifirħu

[46] Għid (Muħammad): 'O. Alla, ħallieq is-smewwiet u l- art, li taf il-mistur u dak li jidher, Inti tagħmel ħaqq mill- qaddejja tiegħek dwar dak li ma kinux jaqblu fuqu

[47] Li kieku l-ħżiena kellhom kulma jinsab fuq l-art, u daqsu miżjud miegħu, kieku kienu jinfdew bih (u jeħilsu) mill-agħar. kastig f'Jum il-Qawmien. U: jidhrilhom, mingħand Alla, dak li huma qatt ma ħasbu

[48] Se jidhrilhom il-ħażen ta' dak lir għamlu, u jdawwarhom minn kullimkien dak (il-kastig) li kienu jkasbru

[49] Meta xi deni jmiss lill-bniedem, huwa jsejħilna, imbagħad meta nagħtuh grazzja mingħandna, huwa jgħid: ''Kien biss minħabba xi għarfien (li jiena għandi) li ngħatajt il-grazzja.' Le, (mhux minnuji Dan huwa tiġrib, iżda ħafna minnhom ma jafux)

[50] Dawk ta' qabilhom tassew qaluh (dan il-kliem), iżda dak li kienu kisbu (b'għemilhom) ma swielhom (xejn)

[51] Għalhekk laqathom il-ħażen ta' dak li kisbu (b'għemilhom), u. l-inġusti fost dawn. (il-pagani ta' Qurajx). se jolqothom il-ħażen ta' dak li kisbu, u ma humiex se jaħarbu (il-kastig ta' Alla)

[52] Mela ma jafux li Alla jkattar il-ġid lil-min irid, u jnaqqas (dan il-ġid kif jidhirlu) 7 Tabilħaqq li f'dan hemm sinjali għal nies li jemmnu

[53] Għid: ''Ja qaddejja tiegħi, li għamlu wisq ħażen kontra rwieħhom, la taqtgħux jieskom mill-ħniena ta' Alla. Alla tabilħaqq jaħfer id-dnubiet kollhal Huwa tassew Kollu Maħfra, Ħanin

[54] Erġgħu lura għand Sidkom u ntelqu f'idejh. qabel ma jiġikom il-kastigi Imbagħad ma tkunux megħjunin

[55] U imxu wara l-aħjar li tniżżel lilkom minn. Sidkom, qabel ma jiġikom il-kastig għal għarrieda u intom ma tintebħux

[56] biex xi ruħ ma tgħidx: 'Jaħasral Kemm inqast lejn Alla Jiena tabilħaqq kont minn dawk li jwaqqgħu għaċ-ċajt

[57] Jew tgħid: 'Li kieku Alla wrieni t-triq, kont inkun mill- ġusti li jibżgħu minn Alla

[58] Jew tgħid (xi ruħ) meta tara l-kastig: 'Kieku nista' nerġa' lura (fid-dinja), kont inkun minn dawk li jagħmlu t-tajjeb

[59] Ival Ġietek ir-Rivelazzjoni tiegħi u inti giddibtha, tkabbart u kont minn dawk bla twemmin

[60] F'Jum il-Qawmien tara lil dawk li gidbu fuq Alla: uċuħhom imsewda. Jaqaw mhux fl-Infern l-għamara ta' l-imkabbrin

[61] Alla jeħles lil-dawk li jibżgħu (minnu) minħabba r- rebħa tagħhom. La jmisshom ħażen u lanqas jitnikktu

[62] Alla huwa l-Ħallieq ta' kollox, u Huwa jieħu ħsieb kollox

[63] Tiegħu l-imfietaħ tas-smewwiet u ta' l-art, u dawk li ċaħdu r-Rivelazzjoni ta' Alla u s-sinjali tiegħu, dawk huma t-telliefa

[64] Għid(ilhom Muħammad): ''Jaqaw tordnawli nqim lil ħaddieħor minflok Alla, ja nies li ma tafux

[65] Ġie rivelat lilek u lil dawk qablek: Jekk ixxierek allat (oħra ma' Alla), tassew li jixxejjen għemilek, u tassew tkun mit-tellifint

[66] Let Lil Alla qim, u kun minn dawk li jiżżu ħajri

[67] Huma ma weġġħux lil Alla kemm jixraqlu, u l-art kollha tkun fil-qabda tiegħu f'Jum il-Qawmien, u s- smewwiet ikunu mitwija f'lemintu, Sebħ lilul Huwa wisq ogħla minn dak li (il-pagani) ixierku miegħu

[68] U tindaqq it-trumbetta, u jintilef minn sensih min ikun fis-smewwiet u min ikun fl-art, ħlief dak li Alla jrid (li: ma jiġrilux: hekk). Imbagħad tindaqq (darba) oħra, u arahom iqumu u jħarsu (iex jaraw x'se jiġri minnhom)

[69] (U l-art tiddi b'dawl Sidha. Jitqiegħed il-Ktieb, jinġiebu l-Profeti u x-xhieda, isir ħaqq minnhom bis-sewwa, u ma: ) ssirx inġustizzja magħhom

[70] Kull ruħ titħallas ta' dak li għamlet, u Huwa jaf l-aktar b'dak li jagħmlu

[71] Dawk li ċaħdu t-twemmin. jinsaqu lejn l-Infern f'ġemgħat, u meta jaslu hemm, il-bibien tiegħu jinfetħu u l-għassiesa jgħidu(/hom): 'Mela ma ġewkomx Mibgħutin minn fostkom jaqrawlkom il-versi ta' Sidkom u jwissukom: dwar il-laqgħa ta' dan il-Jum: tagħkom'' Huma jgħidu: 'Mela (ġewnajf' Imma seħħet il-kelma tal-kastig kontra dawk li ċaħdu t- twemmin)

[72] Jintqal(iżhom): 'ldħlu bwieb l-Infern, u fih tibqgħu għal dejjemi' Ta' għajb l-għamara ta' dawk li tkabbru

[73] (Dawk li kienu jibżgħu minn Sidhom jinsaqu lejn il- Ġenna f'ġemgħat, u meta jaslu hemm, il-bibien tagħha jinfetħu u l-għassiesa jgħidu//hom): 'Sliem. għalikomt Għamiltu t-tajjeb. Mela idħlu fiha, u ibqgħu (fil-Ġenna) għal dejjemi

[74] Huma jgħidu: 'It-tifħir lil-Alla li seddaq il-wegħda tiegħu magħna u għamilna werrieta ta' l-art (tal-Ġenna)l Aħna noqogħdu fejn irridu fil-Ġenna,' Tassew sabiħ il- ħlas tal-ħaddiema (ta' l-għemejjel it-tajba)

[75] U tara (Muħammad) lill-anġli mdawrin mat-Tron ifaħħru s-sebħ ta' Sidhom, u jsir ħaqq minnhom bis-sewwa. U jintqal: 'iIt-tifħir lil Alla, Sid il-ħolqieni

Il-Maħfer

Surah 40

[1] Ħa'. Mim

[2] Tinżil (bir-Rivelazzjoni) tal-Ktieb minn Alla, il-Qawwi, li jaf kollox

[3] Dakeli jaħfer id-dnub, jilqa' l-indiema, Qalil fil-kastig, u l-Ġeneruż. Ma hemmx alla ħliefu, u lejh it-tmiem

[4] Ma jħaqquhiex dwar is-sinjali. (u: r-Rivelazzjoni). ta' Alla għajr dawk bla twemmin. Għalhekk ma għandhomx iqarrqu bik (Muħammad, u b'kulmin jimxi warajk) il-ġid u s-setgħa tagħhom (li jgawdu) fil-pajjiżi

[5] Qabilhom (nies Mekka), nies Noċ (ukoll) giddbu (lill- Mibgħutin), u. l-ġemgħat ta' warajhom (għamlu bħalhom). U kull ġens nassas kontra l-Profeta tiegħu biex jaqbdu. (u joqtlu). Huma ħaqquha bil-gideb biex bih (mingħalihom) 'ixejnu s-sewwa, Għalhekk qbadthom, u kemm kien (tal-biża ') il-kastig tiegħil

[6] B'hekk seħħet kelmet Sidek kontra dawk li ċaħdu t- twemmin, li huma nies in-Narl

[7] Dawk (l-anġli) li: jġorru t-Tron, u dawk. (l-anġli) madwaru li jfaħħru s-sebħ ta' Sidhom, jemmnu fih u jitolbu l-maħfra għal dawk li emmnu (u jgħidu hekkj: ''Sidna, Inti tesa' kollox fil-ħniena u. fl-għerf (tiegħek). Mela aħfer lil dawk li nidmu u mxew fi triqtek, u ħarishom mill-kastig ta' l-Infern

[8] Sidna, daħħalhom fil-Ġonna ta' l-Għeden li wegħedthom u (daħħal magħhom) lil dawk li-għamlu l- ġid fost missirijiethom, in-nisa tagħhom u nisilhom. Inti tabilħaqq il-Qawwi, l-Għaref

[9] U ħarishom mill-għemejjel ħżiena; u lil-min tħares mill-għemejjel ħżiena, dakinhar Inti tkun ħennejt għalih. Dik hija l-akbar rebħa

[10] Tabilħaqq li dawk bla twemmin jissejħu (u jingħad lilhom): 'Tassew. li l-mibegħda ta' Alla (lejkom) hija ikbar mill-mibegħda tagħkom lejkom infuskom, meta kontu tissejħu lejn it-twemmin, u m'emmintuxi

[11] Huma jgħidu: 'Sidna, bgħattilna l-mewt. darbtejn (darba meta konna għadna ma nħlaqniex, u darba oħra meta mitna fid-dinja), u tajtna l-ħajja darbtejn (darba meta ħlaqtna fid-dinja u mbagħad meta qajjimtna f'Jum il-Qawmien). Għarafna (issa) dnubietna. Hemm (forsi) xi triq ta' ħruġ (minn dam l-Infernji)

[12] Dak (il-kastig ħadtuh) għaliex. meta. ssejjaħ Alla, waħdu, intom m'emmintux, u meta kien imsieħeb (ina' allat oħra), emmintu. Id-deċiżjoni hija ta' Alla l-Wisq Għoli, il-Kbir

[13] Huwa li jurikom is-sinjali tiegħu, u jniżżlilkom mis- sema l-għajxien (tagħkom). Iżda ma jiftakarx (dan kollu ti jitgħallem. minnu) ħlief dak li jdur (/ejn Alla) bl- indiema

[14] Mela sejħu lil-Alla u oqogħdu biss għad-din tiegħu, anki jekk dawk bla twemmin jobogħdu (din il-ħaġa)

[15] Fil-għoli l-qagħda tiegħu, Sid it-Tron. Huwa jibgħat ir- ruħ (l-anġlu Gabrijel) bl-amar tiegħu fuq min irid mill- qaddejja tiegħu, biex iwissi (lill-bnedmin) b'Jum il- laqgħa (ma'' Alla)

[16] Fil-Jum meta joħorġu (mill-oqbra) u jidhru: fguddiem Alla), xejn ma jkun moħbi minn Alla dwarhom. Ta' min hi s-saltna Ilum 2 Ta' Alla, il-Wieħed, li jegħleb lil kollox u lil kulħadd

[17] Illum. kull ruħ. titħallas ta' dak li kisbet, Ebda inġustizzja (ma' ssir) illumt Tabilħaqq li Alla malajr jagħmel il-kontijiet

[18] Wissihom (Muħammad) bil-Jum (tal-kastig) li riesaq, meta. l-qlub (imwerwra jitilgħu) sal-grieżem fil-hemm kbir tagħhom' Il-ħżiena ma jkollhom la ħabib tal-qalb u lanqas interċessur li jkun mismugħ

[19] (Alla) jaf l-għajnejn li jħarsu bis-serqa (lejn dak li ma huwiex xieraq) u dak li jaħbu l-qlub

[20] Alla jagħmel ħaqq bis-sewwa, iżda dawk (l-allat). li huma jsejħu minfloku ma jagħmlu ħaqq minni xejn. Alla tabilħaqq jisma' kollox u jara kollox

[21] Mela ma terrqux fl-art u ma'rawx kif kien it-tmiem (tal- biża') ta' dawk li kienu qabilhom' Huma kienu akbar minnhom fil-qawwa u fil-fdalijiet (li ħallew warajhom) fuq l-art (taċ-ċiviltà tagħhom). Alla ħadhom. (għal għarrieda) bi dnubiethom, u ma kellhomx min iħarishom minn Alla

[22] Dak minħabba li kienu jiġuhom il-Mibgħutin tagħhom bis-sinjali ċ-ċari, iżda huma m'emmnux. Għalhekk Alla ħadhom (għal għarrieda). Huwa tabilħaqq Qawwi, Qalil fil-kastig

[23] Aħna tassew bgħatna lil-Mosċ bis-sinjali: tagħna u bi prova ċara

[24] għand il-Fargħun, għand: Haman (il-ministru tiegħu) u għand Qarin (it-teżorier tiegħu), u qalu: ''Saħħar giddieb (dan Mosċjl)

[25] U meta ġiehom bis-sewwa mingħandna, qalu: 'Oqtlu wlied dawk li emmnu miegħu (ra' Mosċ), u ħallu lin- nisa tagħhom jgħixuf' It-tnassis ta' dawk lima għandhomx twemmin ma huwiex ħlief f'telfien

[26] Qal il-Fargħun: SĦalluni noqtol lil Mosġ, u ħalli jsejjaħ lil Sidut Jiena nibża' li jbiddel ir-reliġjon tagħkom, jew li jġib il-ħsara fl-art

[27] Qal Mosċ: ''iena nistkenn f'Sidi u f'Sidkom minn kull imkabbar li ma jemminx f'Jum il-Kont

[28] Raġel li jemmen, minn nies il-Fargħun, u li kien jaħbi twemminu, qal: ''Jaqaw toqtlu raġel għaliex qal: 'Allà huwa Sidi. meta dan ġabilkom is-sinjali ċ-ċari: minn Sidkom Jekk huwa giddieb, il-gideb tiegħu jkun kontriħ, u jekk qiegħed jgħid is-sewwa, se jmisskom minn dak li qiegħed iwegħedkom (il-kastig). Tabilħaqq li Alla ma jurix it-triq lil-min hu ħati ħafna u giddieb

[29] Jarniesi, tagħkom hija s-saltna llum, u intom. minn ta' quddiem fl-art, iżda min jgħinna (is jeħlisna) mill-qilla ta' Alla jekk tiġina 7' Il-Fargħun qal: 'Ma nurikomx għajr dak li qiegħed nara, u ma mmexxikomx ħlief fit-triq it- tajba: à

[30] Dak (l-Eġizzjan) li emmen qal: SJa niesi, jiena' tassew. nibża' li jiġrilkom bħal fdak li ġara) f'jum il-ġemgħat

[31] bħalma ġara lil nies Noċ, Għad, Tamid, u dawk ta' warajhom. Alla. ma jridx inġustizzja lill-qaddejja (tiegħu)

[32] Janiesi, jiena tassew nibża', għalikom, minn Jum li fil issejħu lil xulxin

[33] Jum li fih tagħtu daharkom u titilqu 'l hemm. (Dakinhar) ma jkollkomx min iħariskom minn Alla. U dak li Alla jtellfu t-triq, ma jsibx min imexxih

[34] Qabel, Ġużeppi tassew ġiekom bis-sinjali: ċ-ċari, u bqajtu bejn ħalltejn dwar dak li ġabilkom. U meta miet, għedtu: 'Alla ma huwiex se jibgħat Mibgħut warajh.' Hekk Alla jtellef it-triq ta' min huwa ħati wisq u kollu dubji

[35] dawk li jħaqquha dwar ir-Rivelazzjoni ta' Alla mingħajr ma ġiethom ebda prova (ta' dak li qegħdin jgħidu). Dan (l-għemil). kiber. fl-istmerrija. ta' Alla u ta' dawk li jemmnu. Hekk Alla jissiġilla kull qalb ta' min hu inkabbar u arroganti

[36] U l-Fargħun qal (lill-ministru tiegħu): ''Ja Haman, ibnili torri biex forsi nilħaq il-mogħdijiet

[37] il-mogħdijiet tas-smewwiet, biex insir naf' lil Alla ta' Mosċ: għaliex jiena naħseb li huwa (Mosċ) giddieb'' Għalhekk deherlu sabiħ, lill-Fargħun, il-ħażen ta' għemilu, u nżamm mit-triq (it-tajba). Il-qerq tal-Fargħun ma ġiex ħlief fix-xejni

[38] Dak (l-Eġizzjan) li emmen qal: ''Ja niesi, imxu warajja, u nurikom it-triq it-tajbal

[39] Ja niesi, il-ħajja f'din id-dinja hija biss tgawdija (għal xi żmien), u tabilħaqq li (il-Ħajja) l-Oħra hija d-Dar għal dejjem

[40] Min jagħmel ħaġa ħażina, ma jitħallasx ħlief b'għemil ħażin bħalha, u min jagħmel il-ġid, raġel jew mara, u jemmen, (nies. bħal) dawk. jidħlu l-Ġenna u. fiha jingħataw ġid bla qjies

[41] Janiesi, dan kif qiegħed insejħilkom għas-salvazzjoni, u intom issejħuli għan-Nar

[42] Intom issejħuli biex niċħad lil Alla u biex inxierek miegħu dak li ma għandix għarfien dwaru, filwaqt li jiena nsejħilkom lejn ( 4/la) il-Qawwi, li dejjem jaħfer

[43] Ma hemmx dubju li dak li qegħdin issejħuli għalih (l- idoli u l-allat foloz) ma għandux ikun imsejjaħ la f'(din) id-dinja u lanqas fl-Oħra. U lejn Alla mmorru lura, u dawk li għamlu wisq ħażen huma nies in-Nar

[44] Se tiftakru dak li qiegħed ngħidilkomi Jiena nħalli l- kwistjoni tiegħi f'idejn Alla. Alla tabilħaqq jara sew il- qaddejja tiegħu

[45] Alla ħarsu (/iil-Eġizzjan) mill-ħażen tal-qerq tagħhom, u l-ħażen tal-kastig dawwar lil-nies il-Fargħun. minn kullimkien

[46] Huma jinġiebu quddiem in-Nar filgħaxija u filgħodu, u fil-Jum li tasal is-Siegħa (tinstema ' l-kundanna): ' Daħħlu lil nies il-Fargħun fl-eqqel kastigt

[47] U meta jħaqquha fin-Nar, id-dgħajfin jgħidu lil dawk li tkabbru: SAħna konna nimxu warajkom. (fid-dinja). Jaqaw (issa) se tieħdu minn fuqna biċċa min-Nar

[48] Dawk li tkabbru jgħidu: ''Aħna tabilħaqq ilkoll fiha. Tassew li Alla għamel ħaqq mill-qaddejja

[49] Dawk fin-Nar jgħidu lill-għassiesa ta' l-Infern: 'Itolbu lil Sidkom iħaffef minn fuqna (għallinqas) jum wieħed mill-kastig

[50] Jgħidu(lhom l-għassiesa): 'Mela ma kinux jiġukom Mibgħutin. tagħkom. bis-sinjal ċ-ċarif' H jgħiduflhom): 'Melal' Jgħidu (l-għassiesa): 'itoll Iżda t-talba ta' dawk li ċaħdu t-twemmin ma hijiex ħlis fix-xejn

[51] Aħna tabilħaqq noħorġu rebbiħin lill-Mibgħutin ta; u lil dawk li emmnu fil-ħajja (ta' din) id-dinja u fil-li (tal-Ġudizzju), meta jqumu x-xhieda (biex jixhdu gi għemejjel tal-bnedmin)

[52] fil-Jum meta ma jiswew xejn lill-ħżiena. l-isl tagħhom, u għalihom tkun is-saħta u l-kruha tad-Dar lnfern

[53] Aħna tassew tajna lil Mosċ t-tmexxija t-tajba, għamilna Wlied Israel werrieta tal-Ktieb

[54] (Ktieb imqaddes li fih) tmexxija tajba u tifkira dawk li għandhom id-dehen

[55] Mela stabar (Muħammad)l Tabilħaqq li l-wegħda ta' Alla hija minnha. itlob maħfra għad-dnub (zi intenzjonat) tiegħek u faħħar is-sebħ ta' Sidek filgħaxij u filgħodu kmieni. j

[56] Tabilħaqq li dawk li jħaqquha dwar ir-Rivelazzjoni ta' Alla, mingħajr ma: ġiethom ebda prova (ta' dak: Jl qegħdin jgħidu), fi qlubhom ma hemmx ħlief (ix-xewga. tal-). kobor li. ma humiex se jilħquh. Għalhekk (Muħammad) stkenn f'Allal Tabilħaqq li Huwa jisma' kollox u jara kollox

[57] Tabilħaqq li l-ħolqien tas-smewwiet u ta' l-art huwa. akbar mill-ħolqien tan-nies, iżda l-kotra tan-nies ma jafux

[58] Ma humiex indaqs l-agħma u dak li jara, dawk. li- jemmnu u jagħmlu l-ġid u l-bniedem li jagħmel il-ħażen. (Intom) ftit li xejn titwiddbu

[59] Is-Siegħa tabilħaqq ġejja, ma hemmx dubju dwarha. iżda l-kotra tan-nies ma jemmnux

[60] Sidkom qal: ''Sejħuli u nweġibkoml Tabilħaqq li dawk li huma mkabbrin wisq biex jaqduni se jidħlu l-Infern. imkasbrinf

[61] Alla huwa li għamlilkom il-lejl biex tistrieħu fih, u n- nhar imdawwal (biex taraw. fejn. sejrin u. taqdi dmirijietkom). Alla tabilħaqq Kollu Tjieba u Ġeneruż man-nies, iżda l-kotra tan-nies ma jiżżux ħajr

[62] Dak huwa Alla Sidkom, il-Ħallieq ta' kollox. Ma hemmx alla (ieħor) għajru, Mela kif titbiegħdu mis- sewwa (u temmnu fl-idoli)

[63] Hekk ikunu mbegħdin mis-sewwa dawk li jiċħdu s- sinjali ta' Alla

[64] Alla huwa li qegħdilkom l-art fis-sod (biex rgħisar fuqha), u s-sema bħal saqaf, sawwarkom fl-aħjar sura, i 8- takom mill-ħwejjeġ. tajba għall-għajxien. Dak hu Alla Sidkom. Jitbierek Alla Sid il-ħolqient

[65] Huwa l-Ħajf Ma hemmx alla ieħor għajru. Mela sejħulu. u oqogħdu għalih biss' It-tifħir lil Alla Sid il-ħolqien

[66] Għid (Muħammad): ''Jiena mwissi biex ma nqimx lil dawk (l-idoli) li intom issejħu minflok Alla, meta (naf lif ġewni sinjali ċari: minn Sidi, u ngħatajt l-amar biex nintelaq f'Sid il-ħolqien. i i)

[67] Huwa li ħalaqkom minn trab, imbagħad minn nitfa (ta' sperma), imbagħad minn demm. magħqud. Imbagħad joħroġkom (f'għamla ta') tfal, imbagħad (jara) li tilħqu. l-aqwa tagħkom, imbagħad (jippermetti) li tkunu xjuħ. Hemm: minnkom li tintbagħatlu l-mewt qabel, biex tilħqu. żmien imsemmi, u forsi tifhmu

[68] Huwa li jagħti l-ħajja u l-mewt, u meta jaqta' (ll għandha sseħħ) xi ħaġa, jgħidilha biss: 'Kunl' u tkun

[69] Mela marajtx lil dawk li jħaqquha dwar ir-Rivelazzjoni ta' Alla, kif jitwarrbu (u jintbagħtu 'l bogħod mis- sewwa)

[70] (Huma) dawk li jgiddbu l-Ktieb u dak (l-għerf) li bilu bgħatna lill-Mibgħutin tagħna. (Dalwaqt) se jkunu jafiu

[71] meta l-irbit u l-ktajjen (jagħfu) fuq għenuqhom ( 8 jitkaxkru)

[72] fl-ilma jagħli, u jitqabbdu fin-Nar

[73] Imbagħad jintqal lilhom: ''Fejn huma dawk (l-ażlat) li' kontu xxierku (ma' Alla fid-divinità)

[74] minflok Alla 7' Huma jwieġbu: 'Ħallewnal Lel Ma konna nsejħu xejn qabell' Hekk Alla jtellef it-triq. ta' dawk bla twemmin

[75] (U jintqal lilhom:) ''Dak minħabba li kontu tifirħu fuq l-art, mingħajr ħaqq, u minħabba li kontu titkessħu

[76] Idħlu bwieb l-Infern u fih ibqgħu għal dejjemi Ta' għajb l-għamara ta' l-imkabbrini

[77] Mela stabar (Muħammad)l Tabilħaqq li l-wegħda ta' Alla hija minnha. U sew jekk nuruk ftit minn dak (il- kastig) li qegħdin inwegħduhom, u sew jekk (fil-ħniena. tagħna) neħdulek. ħajtek fqabel ma jseħħ il-kastig. imwiegħed, xorta waħda) lejna jitreġġgħu lura

[78] Aħna tassew bgħatna Mibgħutin qablek. Hemm. minnhom li għednielek dwarhom, u oħrajn li ma għednilekx. Ma setax jiġi Mibgħut, b'xi sinjal, jekk. mhux bil-permess ta' Alla. U meta jiġi l-amar ta' Alla (biex il-ħżiena jieħdu l-kastig tagħhom), isir ħaqq bis- sewwa. Dakinhar tellifin joħorġu l-qarrieqal

[79] Alla huwa li għamlilkom il-frat biex tirkbu. wħud. minnhom, u minn oħrajn tieklu

[80] Fihom għandkom ħwejjeġ ta' fejda, u biex bihom tilħqu l-ħtieġa (li jista' jkollkom) ti qlubkom. Fuqhom, u fuq l- iġfna, tinġarru

[81] U (Alla) jurikom is-sinjali tiegħu. Mela liema mis- sinjali ta' Alla tiċħdu

[82] Mela ma terrqux fl-art u ma rawx kif kien it-tmiem (tal- biża') ta' dawk ta' qabilhom 7 Huma kienu. iżjed minnhom, u akbar fil-qawwa u fil-fdalijiet (taċ-ċiviltà tagħhom li ħallew warajhom) fuq l-art, iżda xejn ma' swielhom dak li kisbu (b'għemilhom)

[83] Meta l-Mibgħutin tagħhom ġewhom bis-sinjali ċ-ċari, huma. ferħu bl-għarfien (tad-dinja) li kellhom, u dawwarhom minn kullimkien dak li kienu jkasbru

[84] U meta raw il-kastig qalil tagħna, qalu: 'Nemmnu f'Alla waħdu, u niċħdu dak li konna nxierku miegħul

[85] Iżda ma kienx jiswielhom twemminhom (li ħaddnu biss) meta raw il-kastig qalil tagħna. (Din kienet) d- drawwa ta' Alla li-seħħet mal-qaddejja tiegħu (fl- imgħoddi). Dakinhar tellifin joħorġu dawk li jiċħdu t- twemmin

Mispjega fid-Dettall

Surah 41

[1] Ħa'. Mim

[2] Tinżil (bir-Rivelazzjoni) minn Dak Kollu Ħniena, il- Ħanin

[3] Ktieb li l-versi tiegħu tfasslu (u fissru bir-regqajz- Qoran Għarbi għal nies li jafu (i jifhmu)

[4] (Ktieb) li jagħti l-bxara u jwissi, iżda l-kotra tagħhom. iwarrbu (minnu) u ma jisimgħux

[5] Huma jgħidu: 'Qlubna jistkennu (ir huma mħarsa) minn dak li inti (Muħammad) issejħilna għalih, u f'widnejna (għandna) toqol itarrax, u bejnna u bejnek. hemm velu. Mela agħmel (dak li trid); aħna (ukoll) nagħmlu (dak li rridujf)

[6] Għid(ilhom Muħammad): Jiena biss bniedem bħalkom: tnebbaħ lili li Alla tagħkom huwa Alla wieħed. Mela aqbdu t-triq id-dritta lejh u itolbuh maħfra. Ħażin għal dawk li jxierku (a//at oħra ma' Alla)

[7] dawk li ma jagħtux karità u jiċħdu (il-Ħajja) l-Oħra

[8] Tabilħaqq li dawk li jemmnu, u jagħmlu l-ġid, għandhom ħlas li ma jinqatax (i jibqa' għal dejjem)

[9] (Għidilhom Muħammad): ''Jaqaw intom tiċħdu lil Dak li ħalaq l-art f'jumejn, u tagħmlulu (allar li tgħidu l huma) indaqs miegħu' Dak Sid il-ħolqieni

[10] Huwa qiegħed fiha (fl-art) iġbla (/i jogħlew) fuqha. berikha, u qassam fiha l-ikel tagħha f'erbat ijiem, (ir- jingħata) indaqs lil dawk li jistaqsu

[11] Imbagħad dar lejn is-sema, li huwa duħħan, u qal lilu u lill-art: 'Ejjew flimkien, tridu jew ma triduxf' Huma t- tnejn qalu: 'Aħna niġu flimkien, ubbidjenti

[12] Huwa qata' li jkunu seba' smewwiet f'jumejn, 1 nebbaħ f'kull sema l-amar tiegħu. U żejjinna s-sema ta' isfel bi msiebaħ (il-kwiekeb) u (tajnieh) ħarsien. Dak huwa d-digriet tal-Qawwi li jaf kollox

[13] Iżda jekk iwarrbu (mit-twemmin, għaliex ma jridx jafu), għidtilhom Muħammad): ''Wissejtkom' fli tolqotkom) sajjetta, bħas-sajjetta (li laqtet lit-tribujiet) ta' Għad u Tamdd (fl-igħoddi)

[14] Meta ġewhom il-Mibgħutin minn quddiemhom u minn. warajhom: (u wissewhom): ''La tqimux għajr lil-Alla' (nies Għad u Tamid qalu): ''Kieku ried, Sidna kien iniżżel anġli (biex iwissuna), Għalhekk aħna ma' nemmnux f'dak li ntbagħattu bihi

[15] Nies Għad tkabbru fl-art, mingħajr ħaqq, u qalu: 'Min huwa akbar minna fil-qawwa/' Mela ma rawx li Alla li ħalaqhom huwa akbar minnhom fil-qawwa Huma kienu jiċħdu r-Rivelazzjoni tagħna

[16] Għalhekk bgħatna fuqhom riefnu kiesaħ f'jiem ta' riżq ħażin biex indewquhom. il-kastig. tat-tkasbir. fil-ħajja (f'din) id-dinja. Tassew li l-kastig tal-Oħra (tal-Ħajja l- Oħra) huwa aktar ta' tkasbir, u ma jkunux megħjunin

[17] Nies-Tamiid mexxejniehom fit-triq it-tajba, iżda huma għoġobhom aktar l-għama milli t-tmexxija. t-tajba, għalhekk ħadithom is-sajjetta tal-kastig ta' l-umiljazzjoni minħabba. dak (il-ħażen) li kienu jiksbu (bl-għemejjel tagħhom)

[18] U ħlisna (mill-kastig) lil dawk li emmnu:u kienu jibżgħu minn Alla

[19] Fil-Jum meta l-għedewwa ta' Alla jinġabru għan-Nar (ta' dejjem), huma jinsaqu u jkunu mbuttati (għa/ ġewwa: fih)

[20] U meta jaslu ħdejh (l-/nfern). jixhdu kontrihom is- smigħ tagħhom, dawl għajnejhom, u l-ġlud tagħhom dwar dak li kienu jagħmlu

[21] Huma jgħidu lil ġludhom: ''Għaliex tixhdu kontrinaf' Huma jwieġbu: ''Alla ġegħelna nitkellmu, Dak li ġiegħel kull ħaġa titkellem. Huwa ħalaqkom l-ewwel darba, u lejh titreġġgħu lura

[22] Intom ma kontux tinsatru (u tinħbew) biex is-smigħ tagħkom, dawl għajnejkom: u ġludkom ma jixhdux kontrikom. Iżda intom taħsbu li Alla ma jafx ħafna minn dak li kontu tagħmlu

[23] Dan il-ħsieb tagħkom li ħsibtu dwar Sidkom qeridkom, ussirtu mit-tellifin

[24] Uanki jekk jistabru, in-Nar ikun għamara għalihom; U jekk jitolbu li jintlaqgħu fil-grazzja ta' Alla, huma ma jkunux mill-milqugħin

[25] Aħna tajniehom sħab (xjaten u nies ħżiena biex jgħix magħhom) li żejnulhom dak (l-għemil ħażin) ta' qabel (li għamlu fl-imgħoddi) u dak ta' wara (li se jagħmlu fil- ġejjieni). U seħħet dwarhom il-kelma (tal-kastig). fost ġnus ta' ġinn u bnedmin li għaddew qabilhom (u għamlu bħalhom; kelma li tgħid:) huma tabilħaqq tellifint

[26] Dawkli m'emmnux qalu: 'La tisimgħux dan il-Qoran u ħarbtu fih (kemm tifilħu)t Forsi tegħlbu (lil dawk li jemmnu)

[27] — Tassew li sendewqu lil dawk li m'emmnux kastig qalil, u tassew li se nħallsuhom ta' l-agħar (għemejjel) li kienu jagħmlu

[28] Dak hu l-ħlas ta' l-għedewwa ta' Alla: in-Nar. Fili għandhom id-Dar ta' dejjem; ħlas (xieraq għalihom) talli kienu jiċħdu s-sinjali tagħna

[29] Dawk li ma jemmnux jgħidu: ''Ja Sidna, urina lil-dawk minn fost il-ġinr u l-bnedmin li tellfulna t-triq. Aħna nqegħduhom taħt saqajna biex ikunu minn dawk ta' isfel (u fil-qiegħ)

[30] Tabilħaqq li-dawk. li jgħidu: 'Sidna huwa Alla'' imbagħad iżommu fit-triq id-dritta, l-anġli jinżlu fuqhom (u jgħidulhom): ''La tibżgħux u la titnikktux, u ħudu l- bxara t-tajba dwar il-Ġenna li kontu mwegħdinl

[31] Aħna nħarsukom fil-ħajja (f'din) id-dinja u fl-Oħra, u. fiha jkollkom dak li jixtiequ qlubkom, u jkollkom fiha. dak li titolbu

[32] għotja ta' merħba (f'Dar Alla) mingħand Dak li huwa Kollu Maħfra u Ħanin

[33] U min huwa aħjar fil-kliem minn dak li jsejjaħ lil Alla u jagħmel il-ġid. u jgħid: ''Jiena mill-Misilmin

[34] Il-tajjeb/u l-ħażin ma humiex indaqs. Reġġa' lura (l- għemil ħażin) b'dak (l-għemil) li hu aħjar. Għaliex ara, dak li bejnek u bejnu hemm ostilità u mibegħda (isir) bħallikieku ħabib tal-qalb

[35] U ma jingħatawx (din il-grazzja) ħlief dawk li stabru, tl ma jingħatax (din il-barka) għajr dak ta' riżq tajjeb

[36] U jekk jasallek (Muħammad) tixwix u tiġrib mix-Xitan, stkenn f'Allal Huwa tabilħaqq jisma' kollox u jaf kollox

[37] Minn fost is-sinjali tiegħu (insibu) il-lejl u n-nhar, u x- xemx u l-qamar, La tinxteħtux (bil-qima) quddiem ix- xemx, u lanqas quddiem il-qamar, iżda nxteħtu quddiem: Alla li ħalaqhom, jekk tassew lilu tqimu

[38] Iżda jekk (l-arroganti) jitkabbru, (jeħtieġ ikunu jafu li Alla ma huwiex qiegħed jistenniehom għaliex) dawk (l- anġli) li huma għand Sidek isebbħuh lejl u nhar, u huma. na jiddejqux (jagħtu qima lil Alla)

[39] U fost is-sinjali tiegħu inti tara l-art mhux għammiela, iżda meta nniżżlu fuqha l-ilma, hija titheżżeż u tikber (i tagħti frott). Tabilħaqq li Dak li jagħtiha l-ħajja, jagħti l- ħajja lill-mejtin. Huwa tabilħaqq fuq kollox Setgħan

[40] Tassew li dawk li jgħawġu l-versi tagħna, ma humiex moħbijin: minna. Jaqaw min jinxteħet fin-Nar huwa l- aħjar, jew min jiġi. (għandna). fiż-żgur, f'Jum. il- Qawmien Agħmlu li tridul Huwa tabilħaqq jara sew dak li tagħmlu

[41] Tabilħaqq li dawk li jiċħdu t-tifkira meta taslilhom (huma l-ħatjin). u huwa (il-Qoran) Ktieb ta' ġieħ

[42] Ma jiġihx il-qerq, la minn quddiemu u' lanqas. minn warajh. Huwa tinżil (bir-Rivelazzjoni) minn Għaref, li jistħoqq kull tifħir

[43] Dak jintqal lilek (Muħammad) ma huwiex għajr dak li ntqal lill-Mibgħutin qablek. Sidek tabilħaqq huwa Sid. il-maħfra, u Sid il-kastig ta' wġigħ

[44] Li kieku għamilnieh Qoran bi lsien. barrani. (in/ux Għarbi), huma kienu jgħidu: ''Għaliex il-versi tiegħu ma. tfissrux bir-reqqa (u bi Isienna) 7' (Ktieb) bi lsien barrani u (il-Mibgħur) Għarbiż (Dan. kif jista' jkun 2) Għid (Muħammad): ''Għal dawk li jemmnu, huwa tmexxija tajba u fejqan, u dawk li ma jemmnux għandhom toqol f'widnejhom, u. għalihom huwa għama, Dawk (bħallikieku) jissejħu minn post imbiegħed (u ma jistgħux jisimgħu)

[45] Tassew tajna l-Ktieb lil Mose, u ma kienx hemm qbil dwaru. Li kieku ma laħqitx ħarġet Kelma minn Sidek, kieku l-kwistjoni. kienet tkun maqtugħa. bejniethom. Tassew li huma jinsabu f'dubju kbir dwaru

[46] Minjagħmel is-sewwa (jagħmel hekk) għalih innifsu, u min. jagħmel il-ħażen (jagħmel hekk) kontra tiegħu nnifsu. Sidek ma huwiex inġust mal-qaddejja (tiegħu)

[47] Lura lejh (lejn Alla) jintradd. l-għarfien tas-Siegħa fiha jitqajmu l-bnedmin mill-mewt). Ebda waħda mill- frott ma toħroġ mill-qxur tagħha, u ebda mara ma ġġorr (f'ġufha) u lanqas twelled, jekk mhux bl-għarfien tiegħu (ta' Alla). U fil-Jum meta (Alla). isejħilhom (iċ jistaqsihom): ''Fejn huma sħabi. (l-allat foloz li kontu tqimu minflokij 77 huma jgħidu: 'Ngħarrfuk li ħadd minna ma jixhed (li hemm allat oħra għajrek)

[48] Telquhom dawk (l-allar) li kienu jsejħu qabel, u emmnu li ma għandhomx fejn jaħarbu (mill-kastig li ġej fuqhom)

[49] Il-bniedem ma jegħja qatt jitlob il-ġid, iżda meta jmissu l-ħażen, huwa jaqta' jiesu u jiddispra

[50] U meta ndewquh ħniena mingħandna, wara li tkun messitu xi ħsara, tassew jgħid: 'Dan (bil-ħila) tiegħi, u ma naħsibx li s-Siegħa (tal-Ġudizzju) se sseħħ. U jekk nitreġġa' lura għand Sidi, tassew li nsib għandu l-ġid (is ma huwiex se jikkastigani).' Aħna tassew ngħarrfu lil dawk li ma jemmnux b'dak li għamlu, u tassew indewquhom kastig iebes

[51] Meta nsawbu l-grazzji tagħna fuq il-bniedem, huwa jwarrab (mit-triq it-tajba) u jitkabbar. Iżda meta jmissu l- ħażen, huwa jdum isejjaħ (lil Alla għall-għajnuna)

[52] (Għid/ilhom Muħammad): 'Ħabbruni (intom il-pagani): jekk (dan il-Qoran) huwa (tassew) mingħand Alla, imbagħad m'emmintux fih, min huwa aktar mitluf minn dak li jinsab f'firda kbira (minn Alla)

[53] Aħna se nuruhom is-sinjali tagħna f'kull naħa. fl- univers (kollu), u fihom infushom, sa ma jidhrilhom biċ- ċar li (dan il-Qoran) huwa s-sewwa. Jaqaw mhux biżżejjed (għall-pagani) li Sidek (ma jagbiżlu xejn U huwa) Xhud għal kollox

[54] Huma tabilħaqq jinsabu f'dubju dwar il-laqgħa ma' Sidhom (f'Jum. il-Ġudizzju). Huwa tabilħaqq. għandu kollox taħt idejh

Il-Konsultazzjoni

Surah 42

[1] ħa Ħa'. Mim

[2] Għajn. Sin. Qaf

[3] Hekk inebbħek Alla l-Qawwi u l-Għaref, u lil dawk (li: ġew) qablek

[4] Tiegħu dak li jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Huwa l- Għoli, il-Kbir bla qjies

[5] Is-smewwiet għoddhom jinqasmu minn fuqhom, u l- anġli jfaħħru s-sebħ ta' Sidhom u jitolbu maħfra għal min jinsab fl-art. Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin

[6] U dawk li ħadu (għalihom allat foloz, u mhux lil Alla) biex iħarsuhom minfloku, Alla jħarishom (mill-ħsara), u inti (Muħammad) m'intix responsabbli għalihom

[7] Hekk Aħna nebbaħnielek Qoran Għarbi biex twissi lil Omm il-bliet (Żif Mekka), u lil min jinsab madwarha, u twissi b'Jum il-Ġabra (tal-bnedmin kollha) li ma hemmx dubju dwaru, (mera) ġemgħa tkun fil-Ġenna, u ġemgħa. (oħra) in-Nar iħeġġeġ

[8] Kieku ried, Alla kien jagħmilhom nazzjon wieħed (bl- istess. reliġjon: l-Islam), iżda jdaħħal lil min irid fil- ħniena tiegħu. U l-ħżiena la għandhom min iħarishom u lanqas min jagħtihom l-għajnuna

[9] Jaqaw ħadu (għalihom allat foloz, u mhux lil-Alla) biex iħarsuhom minfloku. Iżda Alla, Huwa jħares, Huwa jagħti l-ħajja lill-mejtin, u Huwa fuq kollox Setgħan

[10] Id-deċiżjoni dwar dak li ma qbiltux fuqu tinsab għand Alla. Dak huwa Alla Sidi; f'idejh ħallejt u lejh indur (Bl- indiema)

[11] Ħallieq is-smewwiet u art: Huwa għamlilkom minnkom infuskom in-nisa (tagħkom), u l-frat f'żewġ (għamliet ukoll għamilhom), biex b'hekk ikattarkom. Ma hemm xejn bħalu, u Huwa jisma' kollox u jara kollox

[12] (Tiegħu l-imfietaħ tas-smewwiet u ta' l-art: jifrex il-ġid tiegħu bix-xaba ') fuq min irid, kif ukoll inaqqsu (lil min irid). Huwa tabilħaqq jaf b'kollox

[13] (Alla) waqqaf għalikom (l-istess) din li kien amar lil Noċ, u li nebbaħnielek (Muħammad; dik ir-reliġjon) li amarna lil Abraham, lil Mosċ u lil Ġesti (is /i rgħid hekk lil dawk li jemmmu:) Żommu sħiħ tid-din, u la tinqasmux fihl Għal dawk li jxierku l-allat, huwa iebes dak li inti (Muħammad) qiegħed isejħilhom għalih. Alla jagħżel għalih lil-min irid, u juri t-triq (li twassal) lejh lil-min. idur lejh (bl-indiema)

[14] Huma ma nqasmux jekk mhux wara li ġiehom l- għarfien, minħabba l-għira ta' bejniethom. U li kieku ma laħqitx ħarġet Kelma minn Sidek għal żmien imsemmi, kieku l-kwistjoni kienet tkun maqtugħa bejniethom. Tabilħaqq li dawk li, warajhom, ingħataw il-Ktieb (it- Torà u l-Evanġelju) b'wirt, jinsabu f'dubju kbir dwaru

[15] Għalhekk sejjaħ (Muħammad lil kulħadd għar-reliġjon ta' Alla), u żomm sod, kif kont imqabbadl La timxix wara x-xewqat tagħhom, iżda għid: 'Nemmen fil-Ktieb li Alla niżżel. Jiena mqabbad nagħmel ħaqq bejnietkom. Alla huwa Sidna u Sidkom. Aħna għandna l-għemejjel tagħna (xi nwieġbu għalihom), u intom għandkom l- għemejjel tagħkom (ukoll). Ma hemm ebda tilwima bejnna u bejnkom. Alla għad jiġborna flimkien, u lura: lejh huwa t-tmiem

[16] Iżda dawk li jħaqquha dwar Alla, wara li kien milqugħ (mill-bniedem), tkun fiergħa t-tilwima tagħhom quddiem. Sidhom, u fuqhom (jaqa ') l-għadab (ta' Alla) u jkollhom kastig qalil

[17] Alla (huwa) li'niżżel il-Ktieb bis-sewwa, u l-Miżien. U xi jġiegħlek tkun taf 7 Għandha mnejn is-Siegħa (tinsab) qrib

[18] Dawk li-ma jemmnux fiha (is-Siegħa tal-Ġudizzju) iridu jgħaġġluha, u dawk li jemmnu huma mbeżżgħin minnha, u jafu li hija s-sewwa. Tabilħaqq li dawk li jmieru dwar is-Siegħa, huma tassew f'telfien imbiegħed (mis-sewwa)

[19] Alla Ħelu mal-qaddejja tiegħu, jagħti l-ġid lil-min irid, u Huwa l-Qawwi, il-Felħan

[20] Min ikun irid il-ħsad tal-(Ħajja) l-Oħra, Aħna nżidulu l-ħsad tiegħu, u min ikun irid il-ħsad ta' (din) id-dinja, Aħna nagħtuh minnu, iżda fil-(Ħajja) l-Oħra ma jkollu ebda sehem

[21] Jaqaw għandhom. ixirka (li xierku ma' Alla) li ordnawlhom, fir-reliġjon, dak li Alla ma ppermettiex 2 Li kieku mhux għall-Kelma ta' deċiżjoni (li laħqet ħarġet), kieku kien. isir ħaqq minnhom. il-ħżiena tabilħaqq għandhom kastig ta' wġigħ

[22] Se tara l-ħżiena. mbeżżgħin minn dak li kisbu (b'għemilhom), u huwa (il-kastig) se jaqa' fuqhom. Iżda dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, (se jgħammru) fil-ħdura sabiħa tal-Ġonna (fejn) ikollhom dak li jridu għand Sidhom. Dik hija t-tjieba l-kbira (ta' Alla mal-ġusti)

[23] Dikkhija l-bxara t-tajba li Alla jagħti lill-qaddejja tiegħu li jemmnu u jagħmlu l-ġid. Għidfilhom Muħammadk 'Ma nitlobkomx ħlas għalih (dan ix-xogħol li qiegħed nagħmel fostkom. bħala Profeta ta' Alla) ħlief (li: turi miegħi) l-imħabba ta' qraba (tiegħi li intom, u tħalhunt naqdi. l-missjoni tiegħi fostkom. mingħajr: tfixkil i periklu):' U min jagħmel għemil tajjeb, tiegħu nżidulu t- tajjeb. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra u jiżżi ħajr

[24] Jaqaw qegħdin jgħidu li (Muħammad) qala' minn żniedu gideb dwar Alla (mera qal li l-Qoran ġej minn Alla) Kieku ried, (u kieku kien minnu li inti gdibt fuq Alla) Alla kien iqiegħed siġill fuq qalbek (u kien inessik il-Qoran). Alta jħassar il-qerq u jseddaq is-sewwa bi kliemu. Huwa tabilħaqq jaf b'kulma hemm fil-qlub

[25] Ħuwa li jilqa' l-indiema tal-qaddejja tiegħu, jaħfer l- għemejjel ħżiena, u jaf b'dak li tagħmlu

[26] Huwa jwieġeb lil-dawk li emmnu u jagħmlu l-ġid, 1 jżidhom mit-tjieba tiegħu. Iżda dawk li ċaħdu it- twemmin, ikollhom kastig qalil

[27] Kieku Alla kellu jifrex il-ġid lill-qaddejja tiegħu, kieku (dawn jitkabbru u) jagħmlu wisq ħażen fuq l-art. Iżda. Huwa jniżżel il-ġid) bil-qjies li jrid. Alla tabilħaqq jaf' sew il-qaddejja tiegħu, u jara (kulma jagħmlu)

[28] Huwarli jniżżel ix-xita wara li qatgħu jieshom, u jifrex il-ħniena tiegħu, Huwa d-Difensur li jistħoqq kull tifħir

[29] Minn fost is-sinjali tiegħu (issibu) il-ħolqien tas- smewwiet u l-art, u l-ħlejjaq li xerred fihom it-tnejn. U jekk irid (u meta jrid), Huwa għandu s-setgħa jiġborhom (lura lejh)

[30] L-għawġ li laqatkom' (ġej) minħabba dak. li għamlu idejkom, iżda Huwa jħassar ħafna (mill-ħrijier)

[31] Intom ma għandkomx fejn taħarbu fl-art (kollha), U barra minn Alla, la għandkom min iħariskom, u lanqas min jgħinkom

[32] Minn fost is-sinjali tiegħu (issibu) l-iġfna fil-baħar, (għoljin) bħall-iġbla

[33] Kieku jrid, ( 4/la) isikket ir-riħ u (l-iġfna) jibqgħu mwaħħla fuq dahru (fuq. wiċċ il-baħar, bla ma jitħarrku): Tabilħaqq. li f'dan (hemm) sinjali għal kulmin iżomm. b'sabru u jiżżi ħajr

[34] Jew (Alla jqanqal l-irjieħ u lill-iġfna u) jeqridhom ta' dak li kisbu (b 'għemilhom) u jħassar ħafna (ħrijiet)

[35] Dawk li jħaqquha dwar is-sinjali tagħna għandhom ikunu jafu li ma għandhomx fejn jaħarbu ('mi/l-kastig)

[36] Dak kollu li ngħatajtu ma huwiex għajr tgawdija għall- ħajja ta' (din) id-dinja, u dak (il-ħlas fil-Ġenna) li jinsab: għand Alla huwa aħjar u jibqa' aktar għal dawk. lir- jemmnu u jħallu f'idejn Sidhom

[37] dawkli jwarrbu mill-ħtijiet kbar u l-għemejjel faħxija, 8 meta jagħdbu, (wara) huma jaħfru

[38] dawk li jwieġbu lil-Sidhom (u jagħmlu r-rieda tiegħu), jagħmlu t-talb, li. l-affarijiet tagħhom (imexxuhom): b'konsultazzjoni bejniethom, :u jonfqu (fil-karità għal ħaddieħor) mill-ġid li tajniehom

[39] dawk. li meta tolqothom. l-inġustizzja, jiddefendu rwieħhom

[40] Il-ħlas ta' għemil ħażin huwa għemil ħażin bħalu. Min jaħfer u jsewwi l-inkwiet (bejnu u bejn l-għadu tiegħu), il-ħlas tiegħu jkun. f'idejn Alla. Huwa tabilħaqq ma jħobbx lill-inġusti

[41] Min jiddefendi ruħu wara inġustizzja kontrih, għal dawk ma hemm ebda triq (ta' kundanna) kontrihom

[42] Immat-triq (ta' kundanna) hija kontra dawk li jagħmlu inġustizzja man-nies, u jagħmlu l-ħażen fl-art, mingħajr ħaqq. Dawk ikollhom kastig ta' wġigħ

[43] Min jistabar u jaħfer, tabilħaqq dan ikun wieħed mill- aqwa għemejjel

[44] U dak li Alla jtelliflu t-triq, ma jkollux min iħarsu, warajh. Se tara l-ħżiena, meta jaraw il-kastig, jgħidu: Ma hemmx xi triq li troddfhna /ura għad-dinja

[45] Se: tarahom jinġiebu. quddiemu (l-/nfern) umiljati minħabba l-għajb (ta' l-għemejjel tagħhom), u jħarsu bis- serqa (/ejn id-dehra tal-biża' ta' quddiemhom). Dawk li jemmnu jgħidu (mill-Ġenna): ''It-tellifin tabilħaqq huma dawk li tilfu lilhom infushom u lil nieshom f'Jum il- Qawmien. il-ħżiena tabilħaqq (jinsabu) f'kastig bla tmiemi

[46] Ma jkollhomx min iħarishom u jgħinhom, minbarra Alla. U dak li Alla jtellfu t-triq (it-tajba) ma jkollux triq. (li twasslu għas-sewwa)

[47] Wieġbu lil Sidkom qabel ma jiġi Jum, minn Alla, li xejn (u ħadd) ma jista' jżommu: Dakinhar ma jkollkom: ebda kenn, lanqas ma jkollkom (jedd għaċ-) ċaħda (ta' dnubietkom)

[48] Jekk ma jagħtux widen, (kun af Muħammad li) Aħna ma bgħatniekx għassa tagħhom. Dmirek huwa biss: li xxandar (it-tagħlim ta' l-Islam). Tabilħaqq li meta Aħna. ndewqu lill-bniedem mill-ħniena tagħna, huwa jifraħ biha, iżda jekk tmisshom xi ħsara, minħabba dak li għamlu idejhom, tassew li l-bniedem ma jiżżix ħajr

[49] Ta' Alla (hija) is-saltna tas-smewwiet u ta' l-art. Huwa joħloq li jrid, u jagħti lil min irid ulied bniet, u jagħti s- subien lil-min irid

[50] jew jagħtihom it-tnejn, subien u bniet, U lil-min irid (minn fost l-irġiel u n-nisa) jagħmlu ma jistax ikollu tfal- Huwa tabilħaqq jaf kollox u fuq kollox Setgħan

[51] Qatt ma kien li bniedem ikellmu Alla, jekk mhux bi tnebbiħ, jew minn wara xi velu, jew (inkella Alla) jibgħat Mibgħut u jnebbaħ bir-rieda tiegħu (li/l-bniedem) dak li jrid. Huwa tabilħaqq Għoli, Għaref

[52] Għalhekk (Muħammad, bħalma għamilna mal- Mibgħutin l-oħra. qablek), nebbaħniek ruħ (li hija r- Rivelazzjoni) bl-amar tagħna. Inti ma kontx. taf x'inhu (dan). il-Ktieb, u. lanqas. it-twemmin, iżda għamilnieh dawl li bih nuru t-triq lil-min irridu mill-qaddejja tagħna. Inti tabilħaqq tmexxi lejn it-triq id-dritta

[53] triq Alla li tiegħu huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl- art. Tabilħaqq li lejn Alla kollox jerġa' lura (għall- Ġudizzju tiegħu)

Id-Deheb

Surah 43

[1] Ħa'Mim

[2] (Naħilfu) fuq il-Ktieb (tal-Qoran, li fih kollox huwa: mfisser b'mod) mill-aktar ċar

[3] Aħna tabilħaqq għamilnieh Qoran Għarbi biex forsi tifhmu

[4] Huwa tassew (jinsab) f'Omm il-Ktieb (li hija l-verżjoni oriġinali li tinsab) għandna (Ktieb) wisq għoli u kollu. għerf

[5] (Jaqaw għandna nwarrbukom u nċaħħdukom mit-tifkira. fli hija l-Qoran) għaliex intom'nies ħatjin ħafna 2 (Lel M'aħniex se nagħmlu hekki)

[6] U kemm-il Profeta bgħatna fost nies il-qedeml

[7] Ma kienx jiġihom Profeta li ma kinux jiddieħku bih

[8] Aħna qridna lil min hu akbar minnhom (mill-Mekkin) fil-qawwa, u diġà għadda ( 4 ssemma fis-suriet ta' qabel) l-eżempju ta' nies il-qedem

[9] Jekk tistaqsihom (Muħammad, lill-Mekkin): ''Min ħalaq is-smewwiet u l-art 7' tassew jgħidu: 'Ħalaghom il- Qawwi, li jaf kolloxi

[10] Dak li għamlilkom l-art (bħal) friex, u għamlilkom fiha mogħdijiet (biex tgħaddu minnhom fit-tħabrik tagħkomu biex forsi timxu fit-triq it-tajba)

[11] u Dak li niżżel mis-sema ilma bil-qjies, u nqajmu bih'art. mejta hekk (ukoll intom) għad tinħarġu (mill-oqbra i titqajmu minn bejn l-imwiet)

[12] u Dak li ħalaq kull żewġ (ta' ħlejjaq. raġel u mara), 18 għamlilkom iġfna u frat biex tirkbu(hom)

[13] biex titilgħu fuq daharhom, imbagħad tiftakru fil-grazzja ta' Sidkom, meta titilgħu fuqhom, u tgħidu: ''Sebħ lil Dak li qiegħed taħt idejna dan (l-irkib: hekk meħtieġ għalina), u ma kienx ikollna l-ħila nagħmlu dan (waħidna)l

[14] Aħna tabilħaqq sejrin lura għand Sidnal

[15] Huma (il-pagani) għamlulu wħud mill-qaddejja tiegħu: (l-anġli) parti (mid-divinità tiegħu). Il-bniedem tabilħaqq ingrat, fil-beraħ

[16] Jaqaw (intom il-paġari qegħdin tgħidu) li (Alla), minn dak li joħloq. għażel (għalih) xi bniet, u għażilkom (biex ikollkom) is-subien

[17] Meta wieħed minnhom jingħata l-bxara (Ii: rwelditlu. tifla, li hija) bħal (l-anġli) li huwa qabbel ma' Dak (Alla) Kollu Ħniena (meta qal li l-anġli huma l-bniet ta' Alla), wiċċu jiswied (bin-niket), u jagħdab minn ġewwa

[18] Jaqaw (ma' Alla jqabblu lil bniet, jiġifieri) min trabba fil-ġojjelli, u li ma jafx ifisser ruħu f'tilwima

[19] (ll-pagani) għamlu lill-anġli, li huma l-qaddejja ta' Alla; bnietl Jaqaw raw il-ħolqien tagħhom 2 (Dawn l- anġli xejn ma ħalqul) Se tinkiteb ix-xhieda tagħhom, u se jkunu mistoġsijini

[20] Jgħidu (il-pagani): ''Kieku Dak (Alla) Kollu Ħniena ried, aħna ma konniex inqimuhom,' Dwar dan ma għandhom ebda għarfient Ma humiex ħlief jigdbul

[21] Jaqaw tajniehom xi ktieb qablu (dan il-Qoran) u huma għadhom iżommu miegħu

[22] Let Huma qalu: ''Aħna tabilħaqq sibna lil missirijietna (mexjin): f'reliġjon, u aħna tassew mexjin. fil-passi tagħhomi

[23] Hekk ukoll ma bgħatniex qablek (Muħammad) lil-min iwissi f'xi belt li l-għonja tagħha ma qalux: ''Aħna tabilħaqq sibna lil missirijietna (vrexjin) f'reliġjon, u aħna. tassew mexjin fil-passi tagħhom

[24] Qal (dak li jwissi, mibgħut minn Alla): ''Anki jekk ġejtkom b'dak (il-Ktieb) li hu aħjar minn dik li sibtu lif missirijietkom. mexjin fuquf' Huma qalu: 'Aħna. tabilħaqq ma nemmnux f'dak li intom mibgħutin bihi

[25] Aħna tħallasna minnhom' Mela ara kif inhu tmiem dawk li jgiddbu

[26] (Ftakar Muħammad) meta Abraham qal lil missieru u lil niesu: 'Jiena ma għandix x'naqsam ma' dak li tqimu

[27] (u ma nagħrafx) ħlief lil Dak li ħalaqni, u Huwa tabilħaqq se jurini t-triql

[28] (Din l-istqarrija) għamilha kelma li tibqa' (miżmuma) f'nislu, biex forsi jerġgħu lura (għat-twemmin veru)

[29] Lel Jiena tajt lil dawn (il-pagani) u lil-missirijiethom tgawdija (f'ħajjithom) sa ma ġiehom. is-sewwa, U (ġiehom) Mibgħut li jfisser biċ-ċar

[30] U meta ġiehom is-sewwa, qalu: ''Dan seħer, u aħna tabilħaqq ma nemmnux fihf

[31] Qalu (il-pagani): 'Għaliex dan il-Qoran ma tniżżilx lil xi raġel kbir (fil-ġieħ) miż-żewġt ibliet (ewlenin fil- peniżola Għarbija, Mekka u Ta'if)

[32] Jaqaw huma jqassmu l-ħniena ta' Sidek (kif jidhrilhomj 7: Aħna qassamna bejniethom l-għajxien tagħhom fil-ħajja (ta' din) id-dinja, u lil uħud minnhom: erfajniehom fuq oħrajn, f'livelli (differenti), biex uħud minnhom jinqdew b'oħrajn biex jaqduhom. Il-ħniena ta' Sidek hija aħjar minn dak fil-ġid materjali) li jiġmgħu

[33] U li-mhux għaliex kieku n-nies kienu jsiru nazzjon wieħed (ta' ħażen), konna nagħmlu d-djar ta' dawk li jiċħdu lil Dak ( 4//a) Kollu Ħniena b'soqfa tal-fidda, u turġien (tal-fidda) biex jitilgħu fuqhom

[34] u għal djarhom (konna nagħmlu) bwieb u divani (kollox tal-fidda) biex jimteddu fuqhom

[35] utiżjin tad-deheb. Dak kollu ma huwiex għajr tgawdija fil-ħajja (f'din) id-dinja, iżda (il-Ħajja). l-Oħra (hija merfugħa) għand Sidek, għal dawk li jibżgħu minnu

[36] Min jagħlaq għajnejh għat-tifkira ta' Dak ( 4/la) Kollu Ħniena, nħejjulu xitan, u jkun imsieħeb miegħu (bla ma jitilqu)

[37] Huma (ix-xjaten) tabilħaqq iżommuhom mit-triq (ta' l- Islam) u jaħsbu li huma mexjin fit-triq it-tajba

[38] Meta (il-bniedem bla twemmin) jiġi għandna (f'Jum il- Ħaqq) huwa jgħid (lil dak li ssieħeb miegħu fi triq il- ħażen): ''Mhux li bejni u bejnek kien hemm il-bogħod tal-Lvant mill-Punenti' Ta' għajb is-sieħebl

[39] Ma huwa se jiswielkom xejn, illum, li intom imseħbin fil-kastig, ġaladarba għamiltu l-ħażenl

[40] Jaqaw inti (Muħammad) li ssemma' lit-trux, jew li turi t-triq lill-għomja u lil min hu f'telfien ċar

[41] Jekk neħdulek ħajtek (qabel ma nitħallsu mill-ħżiena, kun af li) Aħna tabilħaqq se nitħallsu minnhom (wara mewtek)

[42] Jew nuruk (Muħammad, il-kastig) li wegħedniehom. Aħna tabilħaqq għandna s-setgħa fuqhom (u ma humiex se jaħarbulna)

[43] Għalhekk żomm sħiħ. (Muħammad) ma' dak li tnebbaħleki Inti tabilħaqq fi triq dritta

[44] Huwa (il-Qoran) tifkira (u ġieħ) lilek u lil niesek, u għad tkunu mistoqsijin

[45] Staqsi lil-min bgħatna qablek mill-Mibgħutin tagħna jekk għamilniex allat (oħra) biex ikunu meqjuma minflok Dak ( 4/la) Kollu Ħniena

[46] Tassew li bgħatna lil-Mosċ bis-sinjali tagħna għand il- Fargħun u l-kbarat tiegħu, u qal(/s): 'Jiena tabilħaqq il- Mibgħut ta' Sid il-ħolqieni

[47] U meta ġiehom bis-sinjali tagħna, ara, huma ddieħku bihoml

[48] ma wrejnihomx sinjal li-ma kienx akbar minn ieħor bħalu, u ħadniehom (għa/ għarrieda) bil-kastig biex forsi jerġgħu lura (fit-triq it-tajba)

[49] Huma qalu (hekk meta raw il-kastig): 'Ja saħħar, sejjaħ lil Sidek għalina, skond il-patt li għamel miegħek. (Jekk Huwa jeħlisna mill-kastig), aħna tabilħaqq se nimxu fit- triq it-tajbal

[50] U meta neħħejna l-kastig minn fuqhom, arahom jiksru l-patt (u jerġgħu għalli kienu)

[51] Il-Fargħun sejjaħ lil niesu. Qal: 'Ja niesi, jaqaw ma għandix is-saltna ta' l-Eġittu u dawn ix-xmajjar jiġru taħti 2 Mela ma tarawx

[52] Mela m'iniex aħjar minn dan (Mosċ) li huwa mkasbar, u li bilkemm jaf jitkellem ċar

[53] Għaliex ma tniżżlulux brazzuletti tad-deheb (mingħand Alla), jew ġew l-anġli mseħbin miegħu

[54] Għalhekk (il-Fargħun) iddieħek b'niesu, u huma obdewh. Huma tabilħaqq kienu nies ħżiena

[55] Għalhekk meta xegħlu l-għadab tagħna, Aħna tħallasna minnhom u għerriqniehom kollha kemm huma

[56] u għamilniehom ħaġa ta' l-imgħoddi, u eżempju għall- oħrajn (li jiġu warajhom)

[57] Meta (Ġesi)-bin Marija ngħata b'eżempju (għall- Mekkin), arahom) niesek. (Muħammad). jgħajtu (bi tkasbir) minħabba dan

[58] Huma jgħidu: ''Min hu l-aħjar, l-allat tagħna jew huwa. (Ġesii)f 7 Ma: jgħiduhx (dan il-kliem) jekk mhux biex jitlewmu (u mhux għaliex iridu jsiru jafu). Let Huma nies li jħobbu t-tilwim (is joħolqu l-mibegħda)

[59] Huwa (Ġesi) ma huwiex għajr qaddej li fuqu xħetna l- grazzja tagħna u għamilnieh eżempju għal Ulied Israel

[60] Kieku ridna, konna nqiegħdu minflokkom anġli biex ikunu s-suċċessuri (tagħkom) fl-art

[61] (Ġesii) huwa tabilħaqq sinjal tas-Siegħa (tal-Qawmien mill-imwiet). Mela tiddubitawx fiha, u (għidilhom Muħammad): 'Imxu warajjat Din triq dritta

[62] La (tħallux) li x-Xitan iżommkom (milli timxu fit-triq it-tajba). Huwa tabilħaqq għadu fil-beraħ tagħkom

[63] U meta Ġesii ġie bis-sinjali ċ-ċari, huwa qal: 'Ġejtkom bl-għerf, u biex infissrilkom ftit minn dak li ma qbiltux fuqu. Mela ibżgħu minn Alla, u obdunil

[64] Alla tabilħaqq huwa Sidi u Sidkom. Mela qimuhl Din triq drittaf

[65] Iżda l-ġemgħat ma qablux bejniethom, u ħażin għal dawk li għamlu l-ħażen minħabba l-kastig tal-Jum ta' wġigħl

[66] Jaqaw ma jistennewx ħlief li tiġihom is-Siegħa għal għarrieda, meta huma ma jintebħux

[67] Dakinhar il-ħbieb ikunu għedewwa ta' xulxin, ħlief dawk (il-ġusti) li jibżgħu minn Alla

[68] Ja qaddejja tiegħi, ebda biża' ma jkun fuqkom illum, u intom ma titnikktux

[69] (għaliex intom minn) dawk li emmnu fis-sinjali tagħna u kienu Misilmin

[70] Idħlu l-Ġenna, intom (il-ġusti) u n-nisa tagħkom, u tithennewt

[71] Jitqassmulhom platti tad-deheb u bwieqi, u fiha (il- Ġenna) jinsab dak (kollu) li jixtiequ l-erwieħ u (li biħ) jitgħaxxqu l-għajnejn. Intom fiha tibqgħu għal dejjem

[72] Dik hija l-Ġenna li ngħatajtu b'wirt, ta' dak (il-ġid) li kontu tagħmlu

[73] Fiha għandkom frott kotran; minnu tieklu

[74] Tassewli l-ħatjin (ikunu). fil-kastig ta' l-Infern għal dejjem

[75] Ma jitħaffilhomx (il-kastig), u fih huma jaqtgħu jieshom għal kollox

[76] Mhux 'Aħna li-nqasna lejhom, iżda kienu' huma. li-naqst (lejna u għamlu l-ħażen)

[77] U (il-ħżiena) sejħu (lil. Malik, l-għassies. ta' l-Infern, u qalulu): 'Ja MAlik, ħalli jeqridna Sidek (u b'hekk nistrieħu minn dan. il-kastig) Qal(ilhom Malik): 'Intom tabilaqq Se tibqgħu (fil-kasrig għal dejjem I)

[78] Tabilħaqq li ġejniekom bis-sewwa, iżda l-kotra fostkom jobogħdu s-sewwa

[79] Jaqaw (il-pagani Mekkin) iddeċidew bejniethom dwar ill kwistjoni (ta' kif inassu kontra Muħammad) 7 Aħna tabilħaqq. iddeċidejna (li ngħinuh u neħilsuh mill-ħażen tal-Mekkin)

[80] (Jaqaw jaħsbu li Aħna ma nisimgħux is-sigriet tagħhom i t- taħdit ta' bejniethom Mela nisimgħuhom), u. (l-anġii) il- Mibgħutin. tagħna. jinsabu għandhom, jiktbu (l-għemejjet tagħhom)

[81] Għid (Muħammad): ''Kieku Dak (alla) Kollu Ħniena kellu wild, jiena kont inkun l-ewwel fost dawk li jqimaf

[82] Sebħ lil Sid is-smewwiet u l-art, Sid it-Tron, (għaliex huwa ogħla) minn dak li jaqilgħu (dwaru)

[83] Mela ħallihom (Muħammad) iħawdu u jilagħbu (Ġil-klienz fieragħ), sa ma jiltaqgħu mal-Jum tagħhom (Jun il-Qawmien) li kienu mwegħdin

[84] Huwa Dakli fis-sema huwa Alla, u fl-art huwa Alla. Huwa l- Għaref; jaf kollox

[85] Jitbierek Dak li tiegħu hija s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art, u dak li hemm bejniethom, Għandu l-għarfien tas-siegħa, u lejl titreġġgħu (f'Jum il-Qawmien)

[86] Dawk (l-allat l-oħra) li (in-nies) isejħu minfloku (minflok Alla) ma għandhom il-jedd. jaqbżu għal ħadd, ħlief. dak (minnhom) li jixhed għas-sewwa, u huma jafu (is-sewwa)

[87] U jekk tistaqsihom (Muħammad) min ħalaqhom, huma tassew jgħidu/lek): 'Allat' Mela kif jitqarrqu

[88] Kliemu (Muħammad, kien): 'Ja Sidi, dawn (il-Mekkin) huma tabilħaqq nies li ma jemmnuxt' I

[89] Għalhekk (Muħammad) aħfrilhom u għid: 'Sliemf' Huma (dalwaqt) se jkunu jafu. MTA SA AST SAT TAT ET VETĦAX

Id-Duħħan

Surah 44

[1] Ħa' Mim

[2] (Naħilfu) fuq il-Ktieb (tal-Qoran li fih kollox. hi mfisser b'mod) mill-aktar ċar

[3] Aħna tabilħaqq niżżilnieh f'lejla mbierka. Aħna tabill (dejjem) inwissu

[4] Fiha (dik il-lejla) kull kwistjoni tinqata' darba dejjem

[5] b'amar mingħandna. Aħna tabilħaqq nibagħtu (il-Mibgħuri tagħna)

[6] bi ħniena minn Sidek (Muħammad). Huwa tabilħaqq jisma) kollox u jaf kollox

[7] Sid is-smewwiet u l-art, u dak li jinsab bejniethom, jekk intom tassew temmnu

[8] Ma hemmx alla ħliefu, Jagħti l-ħajja u l-mewt. Sidkom B Sid missirijietkom tal-qedem

[9] Iżda huma jinsabu f'dubju, (ir jedhew) u jilagħbu

[10] Għalhekk stenna (Muħammad) il-Jum li fih is-sema jġib duħħan jidher

[11] lijiksi lin-nies. Dan kastig ta' wġigħl

[12] (il-ħżiena jgħidu) 'Sidna, neħħi minn fuqna. l-kastig. Aħna tabilħaqq nemmnur

[13] Kif jistgħu jiftakru (fis-sewwa) meta. (diġà) ġiehom Mibgħut li jfisser biċ-ċar (ir-Rivelazzjoni ta' Alla)

[14] imbagħad tawh daharhom (u ma rawx widen), u qalus fMgħallem fininn ħaddieħor dan Muħammad); miġnuni

[15] (Aħna tabilħaqq inneħħu finin: fuqkom il-ħżiena) il-kastig għal ftit. Intom tabilħaqq se terġgħu lura (għalli kontu)

[16] (Fil-Jum meta naqbdufhom) qabda kbira (v nagħtuhom il- kastig mistħoqq), Aħna tabilħaqq inpattuha (lill-ħżiena)t

[17] Aħna tassew ġarrabna qabilhom lil nies il-Fargħun, metat ġiehom ( Mosċ) Mibgħut kollu ġieħ

[18] (u qalilhom) 'Agħtuni l-qaddejja ta' Alla (Ulied Israeljt Jiena tabilħaqq Mibgħut li tistgħu toqogħdu fuqu)

[19] (U qalilhom ukoll) 'La togħlewx fuq Allal Jiena tabilħaqg. ġej għandkom bi prova ċara

[20] Jiena tabilħaqq nistkenn f'Sidi u f'Sidkom, li ma tmorrux tħaġġruni

[21] Jekk ma temmnunix, warrbu minnif

[22] U sejjaħ (Mosċ) lil Sidu: ''Dawn tabilħaqq nies ħatjint

[23] (Mosċ ħa din it-tweġiba): ''Itlaq bil-qaddejja tiegħi, billejl Intom tabilħaqq se jkollkom min jiġi għal warajkom (il- Fargħun u niesu)

[24] U ħalli l-baħar mifrud (warajk, bħal foss); huma tabilħaqq: suldati mgħerrqini

[25] Kemm-il ġnien u għajn ta' l-ilma ħallew warajhom

[26] uraba' miżrugħ u mkejjen sbieħ

[27] u(kull) grazzja li kienu jitgħaxxqu bihal

[28] Hekk (għamilna), u (dak il-ġid kollu) tajnieh b'wirt lil nies oħra

[29] Ma'bkewx għalihom is-sema u l-art, u ma ngħatawx aktar. żmien. B

[30] Aħna tassew ħlisna lil Ulied Israel mit-tbatija ta' tkasbir

[31] tal-Fargħun. Huwa tabilħaqq kien imkabbar, minn. dawk wisq ħatjin

[32] Aħna tassew għażilniehom (lil Ulied Israel), fl-għarfien (tagħna), fuq il-ħolqien (ta' żmienhom)

[33] u tajniehom mis-sinjali (tagħna) dak li fih tiġrib biċ-ċar

[34] Dawn (il-pagani ta' Qurajx) tabilħaqq jgħidu

[35] Din ma hijiex ħlief l-ewwel (u l-aħħar) mewta tagħna, u m'aħniex se nitqajmu (innha)

[36] Għalhekk ġibu (lura: mill-mewt) lil missirijietna, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[37] Jaqaw (dawn il-pagani) huma l-aħjar, jew nies Tubbagħ (nies is-saltna ta' Saba, fil-Jemen, li kellhom wisq ġid: materjali) u dawk ta' qabilhom 7 Aħna qridniehom. Huma. tabilħaqq kienu ħatjin

[38] Aħna ma ħlaqniex is-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, bil-logħob

[39] Ma. ħlaqnihomx jekk mhux bis-sewwa, iżda l-kotra. tagħhom ma jafux

[40] Jum il-Ġudizzju huwa tabilhaqq iż-żmien: magħżul għalihom ilkoll

[41] (fil-Jum meta ħabib ma jista' jkun ta' fejda għal ħabibfi) f'xejn, u lanqas ma jkunu megħjunin

[42] ħlief dawk li Alla ħenn għalihom (u għalhekk jistgħu jidħlu għal xulxin, jew ħaddieħor. jidħol. għalihom). Huwa tabilħaqq il-Qawwi, il-Ħanin

[43] Tabilħaqq li s-siġra taż-żaqqaimi

[44] hija ikel il-ħati

[45] bħar-ramm imdewweb se jagħli fiż-żaqq (tal-ħżiena)

[46] bħalma jagħli l-misħun

[47] Imbagħad jingħata l-amar lill-għassiesa ta' l-Infernj: S'Ħuduh (lill-bniedem ħażin) u kaxkruh sewwa sew f'nofs in-Nar iħeġġeġ

[48] imbagħad sawbu fuq rasu l-kastig ta' l-ilma jagħlil

[49] (U għidulu): 'Dugf Inti tabilħaqq il-qawwi, ta' ġieħt

[50] Dan tabilħaqq huwa dak li kontu tiddubitaw dwaru

[51] Tabilħaqq li dawk li jibżgħu minn Alla jinsabu f'post imħares

[52] f'Ġonna u għejun ta' l-ilma

[53] Sejilbsu l-ħarir (irgig) u l-imbrukkat, iħarsu lejn xulxin (fil-hena)

[54] Hekk. (ikum ħlashom)L U nżewġuhom nisa: sbieħ, b'għajnejn kbar

[55] Fihom (dawk il-Ġonna) jitolbu kull għamla ta' frott, imħarsin (mill-kastig ta' l-Infern)

[56] Fihom ma jduqux il-mewt, ħlief l-ewwel mewta (l 7 daqu qabel waslu hemm), u (Alla) iħarishom mill-kastig ta' l-Infern

[57] b'tjieba minn Sidek: Dik tkun ir-rebħa l-kbiral

[58] Aħna ħaffifnieh (il-Qoran) bi lsienek (Muħammad, l- ilsien Għarbi) biex forsi jiftakru

[59] Mela stenna (Muħammad, u ara x'se jiġri minnhom); huma tabilħaqq jistennew (biex jaraw x'se jiġri)

Għarkupptejhom

Surah 45

[1] ĦA' Mm

[2] Tinżil il-Ktieb (al-Qoran) minn Alla l-Qawwi, l-Għaref

[3] Tabilħaqq fi fis-smewwiet u fl-art hemm sinjali għal dawk: li jemmnu

[4] U fil-ħolqien tagħkom u f'dawk il-ħlejjaq li jxerred (nia' l-art kollha ssib) sinjali għal nies li jemmmu bis-sħiħ

[5] (U fid-dawrien Gwarz xulxin) tal-lejl u n-nhar, f'dak il-ġid li Alla niżżel mis-sema u bih ta l-ħajja lill-art wara mewtha, u fit-taqlib ta' l-irjieħ, (issib) sinjali għal nies bil-għaqal

[6] Dawn huma lwersi ta' Alla, Aħna. naqrawhomiok (Muħammad) fis-sewwa. Mela f'liema kliem jemmnu, wara. (li ċaħdu til) Alla u l-versi tiegħu

[7] Ħażin għal kull qarrieq ħatil

[8] Huwa jisma' l-versi ta' Allà fmeta/ jinqrawlu, imbagħad iwebbes rasu għaliex imkabbar, qisu ma semagħhomx. Mela ħabbarlu (Muħammad) kastig ta' wġigħ (fi ġej fuqu)

[9] U meta jsir jaf xi ħaġa mill-versi tagħna, huwa jeħodhom. biċ-ċajt, Dawk (il-ħżiena) għandhom kastig ta' tkasbir

[10] Warajhom hemm l-Infern, u ma jiswewlhom xejn dawk (l- għemejjel) li kisbu, u lanqas dawk fl-allar) i ħadu biex. jaqbżu għalikom, minflok Alla. Għalihom (hemm) kastig mill-kbar

[11] Din imexxija tajba, u dawk li ina jemmmux fil-versi. ta' sidhom għandhom kastig ta' wġigħ

[12] Alla huwa li (bil-qawwa u l-ħniena kbira tiegħu) qiegħed il-baħar għall-qadi tagħkom biex fih jiġru l-imriekeb. bl- amar tiegħu, biex tfittxu mit-tjieba tiegħu (għajxien xieraq għalikom), u biex forsi tiżżu ħajr (ta' dan koll)

[13] U qiegħed ukoll għall-qadi tagħkomr kulma jinsab fis- smewwiet. u fl-art: (kollox ġej) minnu, Tabilħaqq f'dan (kollu) hemm sinjali għal nies li jixtarru (is-siwi tagħhom)

[14] Għid (Muħammad) lil-dawk li jemmnu biex jaħfru lil dawk li ma jittamawx fil-jiem ta' Alla, biex ( 4/la) iħallas lil xi nies ta' dak li kienu jiksbu (bl-għemil tagħhom)

[15] Min jagħmel il-ġid, (jagħmlu) għalih innifsu, u min jagħmel. il-ħażen, (jagħmlu) kontra tiegħu. nnifsu, imbagħad lejn Sidkom titreġġgħu lura

[16] Aħna tassew tajna lil Ulied Israel il-Ktieb, l-għerf u l- profezija, tajniehom ħwejjeġ tajba (għall-għajxien tagħhom) u ppreferejniehom mill-ġnus kollha

[17] Tajniehom sinjali ċari dwar il-kwistjoni (tar-reliġjon). u ma tlewmux jekk mhux wara li ġiehom l-għarfien, minħabba l-għira ta' bejniethom. Tabilħaqq li. Sidek (Muħammad) jagħmel ħaqq minnhom f'Jum il-Qawmien dwar dak li ma kinux jaqblu fuqu

[18] Imbagħad qabbadniek (Muħammad) triq. tajba: fil- kwistjoni (tar-reliġjon). Mela imxi fiha, u la timxix fuq ix-xewqat ta' dawk li ma jafux

[19] Huma tabilħaqq ma jiswewlek xejn kontra. Alla. Tassew li l-ħżiena huma ħbieb ta' xulxin, iżda Alla huwa d-Difensur ta' dawk li jibżgħu minnu

[20] Dawn huma dwal ċari lin-nies, u tmexxija tajba u ħniena lil nies li jemmnu bis-sħiħ

[21] Jaqaw dawk li jagħmlu l-ħażen jaħsbu li se nagħmluhom. bħal dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, indaqs fil-ħajja u fil-mewt 7 Ħażin il-ġudizzju tagħhom

[22] Alla ħalaq is-smewwiet u l-art bis-sewwa, u biex kull ruħ titħallas ta' dak li kisbet (bl-għemil tagħha). Ma ssirx inġustizzja magħhom

[23] Ħabbarni dwar min ħa b'alla (tiegħu) lil-xewqtu, u Alla (imbagħad) tellfu t-triq, minkejja l-għarfien (li dan il- bniedem għandu tat-tajjeb u tal-ħażin), u (Alla) qiegħed siġill fuq is-smigħ tiegħu u fuq qalbu, u fuq għajnejh (Alla) għamel għamad. Mela min jurih it-triq, wara Alla' Jaqaw ma tiftakrux (fit-twissija tiegħu)

[24] Huma (il-pagani) qalu: '(Din) ma hijiex ħlief ħajjitna (f'din) id-dinja (u ma' għandniex. għajrha); immutu u. ngħixu, u xejn ma jeqridna ħlief iż-żmien.' Iżda dwar dan ma għandhom ebda għarfien, u ma humiex ħlief jistħajlu

[25] U meta jinqrawlhom il-versi ċ-ċari tagħna, l-argument tagħhom. ma jkunx ħlief li jgħidu: 'Ġibulna (lura) lil missirijietna, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal

[26] Għid (Muħammad): 'Alla jagħtikom il-ħajja, imbagħad jibagħtilkom il-mewt, imbagħad jiġborkom għal Jum il- Qawmien li ma hemm ebda dubju dwaru.' Iżda l-kotra: tan-nies ma jafux

[27] Ta' Alla (hija) is-saltna tas-smewwiet u ta' l-art, u fil- Jum i tasal is-Siegħa, dakinhar ikunu telliefa l-qarrieqa

[28] U se tara kull nazzjon għarkubbtejh. Kull nazzjon isejjaħ lejn il-ktieb tiegħu (u jingħad (iku) Illum titħallsu ta' dak li kontu tagħmlul

[29] Danhu l-ktieb tagħna (/i fih jinsabu mniżżla l-għemejjel kollha tagħkom u) li jitkellem kontrikom. bis-sewwa. Aħna tabilħaqq konna niktbu (fi/) dak li kontu tagħmlu

[30] Dawk li emmnu u għamlu l-ġid, Sidhom idaħħalhom fil-ħniena tiegħu. Dik hija r-rebħa fid-dieher

[31] Dawk li ċaħdu t-twemmin (jingħad lilhom): 'Jaqaw il- versi tiegħi ma kinux jinqrawlkomż Iżda tkabbartu u kontu nies ħatjin

[32] U meta ntqal (lilkom): 'Il-wegħda ta' Alla hija tassew, u s-Siegħa ma hemmx dubju dwarha;' għedtu: 'Ma. nafux x'inhi s-Siegħa. Ma naħsbux ħlief li (din is-Siegħa) hija biss stħajjil u ma nafux fiż-żguri

[33] U sejidhrulhom l-għemejjel ħżiena li għamlu, u dak (il- kastig) li kienu jżebilħu jdawwarhom minn kullimkien

[34] U se jingħad (lilhom): 'Illum ninsewkom, bħalma. nsejtu l-laqgħa ta' dan il-Jum tagħkom, u l-kenn tagħkom ikun in-Nar, u ma għandkomx min jgħinkom

[35] Dak għaliex kasbartu l-versi ta' Alla, u l-ħajja fid-dinja qarrqet bikom. (bil-frugħa kollha tagħha).' Għalhekk illum ma jinħarġux minnu (min-Nar) u ma jitħallewx isewwu l-ħażen tagħhom u jindmu

[36] Mela lil Alla t-tifħir, Sid is-smewwiet u Sid l-art, Sid il- ħolqient

[37] Tiegħu l-kobor fis-smewwiet u fl-art, u Huwa l-Qawwi, l-Għaref

L-Għoljiet tar-Ramel

Surah 46

[1] Ħa'. Mim

[2] Tinżil il-Ktieb (tal-Qoran) minn Alla l-Qawwi, l- Għaref

[3] Ħa Ma ħlaqniex is-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, jekk mhux bis-sewwa, u sa żmien imsemmi (meta dan il-ħolqien jintemm u jasal Jum il-Qawmien). U dawk li ma jemmnux ma jagħtux widen għal dak li twiddbu (dwaru)

[4] Għid(ilhom Muħammad): 'Ħabbruni: dawk li ssejħu minflok Alla, uruni x'ħalqu mill-art, jew għandhomx sehem mis-smewwiet 7 Ġibuli ktieb qabel dan (il-Qoran), jew xi fdal ta' għarfien, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal

[5] Min hu aktar mitluf minn dak li jsejjaħ, minflok lil Alla, lil min ma jweġbux sa Jum il-Qawmien u (l- allat foloz) ma jintebħux bis-sejħa tagħhom

[6] U meta n-nies jinġabru (f'Jum il-Qawmien, l-allat I foloz) ikunulhom għedewwa u jiċħdu l-qima tagħhom

[7] U meta irigrawlhom il-versi ċ-ċirii tagħ, dswie ll m'emmnux jgħidu dwar is-sewwa (il-Qoran), meta jiġihom: ''Dan seħer fid-diehert

[8] Jaqaw jgħidu: 'Qalgħu minn żniedu (Muħammad dan il-Qoran)i' Għidfilhom Muħammad): 'Jekk qlajtu minn żmiedi, intom ma tkunu tistgħu tagħmlu xejn għalija quddiem Allat (Iżda jiena ma qlajt xejn minn żniedil) Huwa l-aktar li jaf b'dak li qegħdin titkellmu dwaru. Huwa biżżejjed bħala xhud bejni u bejnkom, u Huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin

[9] (Għidfilhom Muħammad): ''M'iniex. l-ewwel fost. il- Mibgħutin, u ma naf'la x'se jsir minni u lanqas minnkom. M'iniex nimxi ħlief fuq dak li tnebbaħ lili, u m'iniex ħlief wieħed li jwissi fid-dieher

[10] (Għidfilhom Muħammad): ''Ħabbruni: jekk (lassew dan il-Qoran). huwa. mingħand; Alla u ċħadtuh, meta. xhud. (għaref) minn Ulied. Israel xehed (għar-Rivelazzjoni ta' Ktieb) bħalu (it-Tora) u emmen (fil-Qoran), iżda intom tkabbartu, (x'se tkun il-qagħda tagħkom) 9 Alla tabilħaqq ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

[11] Dawk li-ma jemmnux jgħidu lil dawk. li emmnu: Kieku (dan il-Qoran) kien tajjeb, (il-fqar u d-dgħajfin) ma kinux jaslu għalih qabilna.' U minħabba li ma jimxux fuqu, se jgħidu: 'Dan qerq qadimi

[12] Qablu (il-Qoran, kien hemm) Ktieb. Mosċ. (it-Tora); tmexxija (tajba) u ħniena (minn Alla), u dan (il-Qoran) huwa Ktieb li jseddaq (Ktieb Mosċ), bl-ilsien Għarbi, biex iwissi lil dawk li għamlu l-ħażen, u bxara (tajba) għal dawk li jagħmlu t-tajjeb

[13] Tabilħaqq li dawk li jgħidu: 'Sidna huwa Alla;' imbagħad iżommu fit-triq id-dritta, ebda biża' ma hemm fuqhom; u lanqas jitnikktu

[14] Dawk huma nies il-Ġenna, u. fiha jgħammru għal dejjem, bħala ħlas ta' dak li kienu jagħmlu

[15] L-amar tagħna lill-bniedem huwa li juri tjubija mal- ġenituri tiegħu (u ma għandux jinsa li) ommu ġarritu (f'ġufha) bi tbatija, u wellditu bi tbatija; jinġarr (fi ħdan ommu) u jinfatam fi żmien tletin xahar. Imbagħad meta jilħaq l-aqwa tiegħu u jsir ta' erbgħin sena, huwa jgħid: SSidi, qangalni biex niżżik ħajr tal-grazzja tiegħek li sawwabt fuqi u fuq il-ġenituri tiegħi, u biex nagħmel il- ġid li jogħġbok. U agħmel li nisli jkun ġust. Jiena tassew niedem quddiemek, u jiena tabilħaqq mill-Misilmint

[16] Dawk huma li nilqgħu mingħandhom l-aħjar għemejjel tagħhom, u ma nħarsux lejn l-għemejjel ħżiena tagħhom. (Huma jkunu) fost nies il-Ġenna; (din hija) il-wegħda i tas-sewwa li kienu mwegħdin

[17] Iżda dak li jgħid lill-ġenituri tiegħu: 'Uff, intom it- tnejnt Jaqaw qegħdin twegħduni li (wara mewti) nerġa' nitqajjem, meta għadda kemm-il nisel qabli (iingħajr ma tqajjem mill-mewt) 7'. Huma t-tnejn jitolbu l-għajnuna ta' Alla (biex juri t-triq it-tajba lil binhom, filwaqt li lil dan jgħidulu): ''Ħażin għalikl Emmenl Tabilħaqq minnha l- wegħda ta' Allaf' Iżda huwa jgħid: ''Dan. (kliemkom dwar il-qawmien mill-imwiet) ma huwiex ħlief stejjer ta' nies il-qedemb

[18] Dawk huma li seħħet kontrihom il-kelma (ta' kundanna) minn fost ġnus ta' ġinn u bnedmin li għaddew qabilhom. Huma tabilħaqq kienu t-tellifin

[19] Għal kulħadd hemm gradi (ta' rjieba u ħażen), skond dak li għamlu, biex jagħtihom ħlas sħiħ ta' l-għemejjel tagħhom, u ma ssirx inġustizzja magħhom

[20] Fil-Jum meta dawk li m'emmnux jinġiebu quddiem in- Nar (se jingħad lilhom): 'Ħlejtu l-ħwejjeġ tajbin tagħkom fil-ħajja tagħkom. fid-dinja, u gawdejtuhom (iżda issa ma baqagħlkom xejn). Għalhekk illum se titħallsu bil-kastig tat-tkasbir, talli kontu titkabbru fuq l- art mingħajr ħaqq, u talli kontu tagħmlu l-ħażen

[21] U semmi (Muħammad). lil ħu Għad, meta wissa lil niesu. fl-għoljiet tar-ramel, meta dawk li jwissu ki ġew qablu u warajh (bit-twissija li tgħid): 'La tqimuw ħlief lil Allal Jiena tabilħaqq nibża' li jkollkom il-kastiġ. ta' Jum mill-kbar

[22] Huma qalu: 'Jaqaw ġejtna biex tbegħedna. mill-allat tagħna 7 Mela ġib fuqna dak (il-kastig) li qiegħed twegħedna, jekk qiegħed tgħid is-sewwal

[23] Huwa qal: ''L-għarfien (ta' meta jiġi l-kastig) jinsab biss għand Alla, u jiena qiegħed inħabbrilkom dak li ntbagħatt bih. Iżda qiegħed nara li intom nies li ma tafux

[24] U meta rawh (il-kastig) f'għamla ta' sħaba riesqa lejtt il-widien tagħhom, qalu: 'Din sħaba li se ġġibilna x- xita.' Le, (mhux. kif qegħdin taħsbu), iżda huwa (il- kastig) li intom ridtu tgħaġġlu (biex jasal fuqkom): riħ Il- fih kastig ta' wġigħ

[25] li jeqred kollox bl-amar ta' Sidu. U saru (f'qagħda tal- biża' hekk li) xejn ma kien jidher ħlief djarhom. Hekk inħallsu lill-ħatjinl

[26] Aħna saħħaħniehom (lil nies Għad) f'dak li ma saħħaħnikomx (ilkom nies Mekka, għaliex lilhom tajniehom ħafna aktar qawwa u ġid minnkom), u tajniehom is-smigħ, dawl l-għajnejn, u l-qlub. Iżda la s- smigħ, la dawl l-għajnejn, u lanqas. qlubhom. ma swewlhom għal xejn minħabba li kienu jiċħdu s-sinjali ta' Alla, u dawwarhom minn kullimkien dak (il-kastig) li kienu jżebilħu

[27] Aħna tassew qridna l-ibliet ta' madwarkom (ja Mekkiri, bħall-ibliet ta' Għad, Tamiid u Saba), u. fissirna. u tennejna r-Rivelazzjoni tagħna biex forsi jerġgħu lura

[28] Għaliex ma għenuhomx dawk l-allat li ħadu, minflok Alla, biex iressquhom (/ejh) 7 Lel Telquhom għal riħhom. Dak huwa l-qerq tagħhom, u dak li kienu jaqilgħu minn. żniedhom

[29] U (ftakar Muħammad) meta bgħatnielek ġemgħa mill- ġinn biex jisimgħu l-Qoran, u meta semgħuh, qalu (fil xulxin): ''Isktu u isimgħuf' U meta ntemm (il-qari tal- Qoran) reġgħu lura lejn nieshom iwissufhom

[30] Huma qalu: 'Ja niesna, aħna tabilħaqq smajna Ktieb imniżżel wara Mosċ, li jseddaq dak li kien qablu; (Ktieb li) imexxi lejn is-sewwa u lejn triq dritta

[31] Ja'poplu tagħna, wieġbu lil dak (Muħammad) li jsejjaħ lejn Alla, u emmnu fihl Huwa (A/a) jaħfrilkom dnubietkom, jeħliskom, u jħariskom minn kastig ta' wġigħ

[32] Min-ma jweġibx lil-dak li jsejjaħ lejn Alla, ma (jsibx fejn) jaħrab fl-art, u ma għandux difensuri minfloku (flok Alla). Dawk huma f'telfien mill-aktar ċar

[33] Jaqaw ma rawx li Alla, li ħalaq is-smewwiet u l-art, u ma għejiex fil-ħolqien tagħhom, għandu s-setgħa jagħti l- ħajja. lill-mejtin: Melal Huwa tabilħaqq fuq kollox Setgħan

[34] Fil-Jum meta dawk li m'emmnux jinġiebu quddiem in- Nar (jingħad lilhom): ''Jaqaw dan (il-kastig) ma huwiex. tabilħaqqż' Huma jgħidu: 'Mela, fuq Sidna. (naħilfuh dan)V' Jgħid(ilhom Alla l-Imbierek): 'Mela duqu l-kastig, talli m'emmintuxi

[35] Mela stabar (Muħammad) bħalma stabru l-Mibgħutin ta' rieda qawwija, u tgħaġġillhomx (il-kastig tagħhom). Fil-Jum meta jaraw dak (il-kastig) li kienu mwegħdin, ikkizr' ġieħċeġi ma daniex (id-dirja) ħlief siegħa mina tall binhar. (Din hija) taħbira (u twissija ċara). Jaqaw jinqerdu għajr in-nies il-ħżiena

Muhammad

Surah 47

[1] Dawk li ċaħdu t-twemmin u jżommu (lil ħaddieħor) mit- triq ta' Alla (imisshom jafu li) Huwa: jġib fix-xejn l- għemejjel tagħhom

[2] U lil-dawk li jemmnu, jagħmlu l-ġid, u jemmnu f'dak (il- Qoran) li tniżżel fuq Muħammad li huwa s-sewwa minn: Sidhom - Huwa jħassrilhom l-għemejjel ħżiena tagħhom u jtejjeb il-qagħda tagħhom

[3] Dan għaliex dawk li ma jemmnux jimxu wara l-qerq, iżda dawk li jemmnu jimxu. wara s-sewwa minn Sidhom. Hekk Alla juri lin-nies it-tixbihat tagħhom (biex jgħallimhom)

[4] Meta tiltaqgħu (fit-taqbid) ma' dawk li. ma jemmnux, idorbu(hom) fl-għenuq (u oqtluhom), u meta tegħlbuhom, issikkaw l-irbit (tal-priġunieri, imbagħad) jew teħilsuhom (bla ħlas), jew bil-fidwa, sa ma t-taqbida tintemm. Hekk. (irid isir). Kieku ried, Alla kien jegħlibhom (lill-għedewwa ta' l-Islam mingħajr. taqbid, iżda. riedkom. titqabdu magħhom) biex iġarrab lil uħud minnkom b'xulxin. U dawk li nqatlu għal Alla, Huwa ma huwiex se jġib fix-xejn l- għemejjel tagħhom

[5] Huwa sejurihom it-triq u jtejjeb il-qagħda tagħhom

[6] U jdaħħalhom il-Ġenna (li kien) għarrafhielhom

[7] Intom li temmnu, jekk tgħinu (fil-kawża) ta' Alla, Huwa. jgħinkom u jsaħħaħ riġlejkom

[8] Iżda dawk li ma jemmnux, għalihom hemm il-qerda, u Huwa jġib fix-xejn l-għemejjel tagħhom

[9] Dan għaliex huma bagħdu dak li Alla niżżel, u Huwa xejjen l-għemejjel tagħhom

[10] Jaqaw ma terrqux fl-art u ma rawx kif kien it-tmiem ta' dawk (li għexu) qabilhom/ Alla ġab il-qerda fuqhom, u dawk li ma jemmnux se jkollhom (tmiem) bħalu

[11] Dan għaliex Alla jħares lil dawk li jemmnu, u dawk li ma. jemmnux ma għandhom lil ħadd min iħarishom

[12] Alla tabilħaqq idaħħal lil dawk li jemmnu u jagħmlu l- ġid f'Ġonna (ta' l-Għeden) bix-xmajjar jiġru taħthom. Iżda dawk li ma jemmnux, igawdu u jieklu bħalma jieklu l-frat, u n-Nar ikun għamara għalihom

[13] U (ftakar Muħammad) kemm-il belt qridna (li kiener) aqwa mill-belt tiegħek li keċċietek, u (nies dawk l-ibliet) ma kellhomx min jgħinhom

[14] Jaqaw dak li għandu sinjal ċar (il-Qoran) minn Sidu huwa bħal dak li żżejjinlu l-ħażen ta' għemilu, u (dawk li) jimxu wara x-xewqat tagħhom

[15] Ix-xbieha tal-Ġenna mwiegħda lil dawk li jibżgħu minn Alla (hija din): fiha xmajjar b'ilma ġieri, mhux qiegħed: xmajjar ta' ħalib li togħmtu ma tinbidilx, xmajjar ta' nbid bnin għal min jixrob, u xmajjar ta' għasel imsoffi. Fiha wkoll ikollhom mill-frott kollu, u (ikollhom) maħfra minn Sidhom. (Jaqaw min igawdi dan kollu huwa) bħal min jinsab fin-Nar għal-dejjem, u jingħataw jixorbu ilma jagħli li jqatta' l-ġewwieni tagħhom

[16] Hemm minnhom (ta' wiċċ b'ieħor) li jisimgħuk (Muħammad), imbagħad meta joħorġu mingħandek. jgħidu lil dawk li ngħataw l-għarfien: 'X' għadu kif qal) Dawk huma li Alla għamel siġill fuq qlubhom, u li jimxu wara x-xewqat tagħhom

[17] U dawk li mxew fit-triq it-tajba, Alla jżidhom fit- tmexxija t-tajba u jagħtihom it-tjieba tagħhom (u l-biża' ta' Alla)

[18] Jaqaw (dawk li ma jemmnux) ma jistennewx għajr li tiġihom is-Siegħa għal għarrieda 7 Tassew li diġà waslu s- sinjali tagħha. U x'se tiswielhom it-tifkira (tal-Qoran) ġaladarba (is-Siegħa) tkun diġà waslet fuqhom

[19] Mela kun af (Muħammad) li ma hemmx alla ħlief Alla, u itlob maħfra għal dnubek, u għal dawk l-irġiel u n-nisa li jemmnu. Alla jaf iċ-ċaqliq tagħkom u (jaf ukoll) fejn tistrieħu u torqdu

[20] Dawkri jemmnu jgħidu: ''Għaliex ma titniżżilx xi sura (li tamar. biex nitqabdu għar-reliġjonj 7' Meta titniżżel sura ċara u preċiża li fiha jissemma t-taqbid, inti (Muħammad) tara lil-dawk li fi qlubhom hemm marda jħarsu lejk b'ħarsa ta' min hu mbeżża' mill-mewt. (Tkun) aħjar għalihom

[21] ubbidjenza (lil Alla u lill-Profeta) u kelma tajbal U meta l-kwistjoni tkun maqtugħa (dwar il-ħtieġa li jitqabdu għar-reliġjon), kieku żammu. kelmithom ma' Alla. (u tqabdu kif kien dmirhom li jagħmlu), kien ikun aħjar għalihom

[22] U jekk ma tagħtux kas (l-armar biex titqabdu); u terġgħu għalli kontu, taħsbu li m'intomx se tagħmlu ħsara fuq l-art, u taqtgħu r-rabtiet ta' qrubija bejnietkom

[23] Dawk huma li Alla seħet, u għalhekk tarraxhom (biex ma jisimgħux is-sewwa) u għamielhom dawl għajnejhom (biex ma jsibux it-triq id-dritta)

[24] Mela ma jixtarrux. il-Qoran 7 Jew fuq qlubhom. hemm sokriet (maqfula)

[25] Dawk li reġgħu lura għalli kienu, wara li. ntweriet lilhom it-tmexxija t-tajba, ix-Xitan ħajjarhom (jagħmlu hekk) u qanqal fihom tamiet (foloz)

[26] Dan għaliex (l-ipokriti li kienu wiegħdu li se jitqabdu għal Alla, imma ma tqabdux) qalu lil-dawk (il-Chud) li kienu jobogħdu dak li Alla niżżel (il-Qoran): 'Se nobdukom. f'parti mill-kwistjoni (tat-taqbid, għaliex m'aħniex se nitqabdu).' Iżda Alla jaf is-sigrieti tagħhom

[27] Mela kif (se tkun il-qagħda ta' l-ipokriti) meta l-anġli tal-kastig). jeħdulhom: ħajjithom u jidorbuhom fuq wiċċhom u daharhom

[28] Dan għaliex huma mxew wara dak li għaddab lil Alla, u (għaliex. huma) kienu jobogħdu l-għaxqa tiegħu. Għalhekk Huwa xejjen l-għemejjel tagħhom

[29] Jaqaw dawk. (l-ipokriti) li fi qlubhom hemm marda jaħsbu li Alla ma huwiex se joħroġ fil-beraħ il-mibegħda kbira tagħhom (/ejn l-Islam u l-Misilmin)

[30] Kieku ridna. (Muħammad) konna. nuruhomlok (l- ipokriti), u kont tagħrafhom mis-sinjali. tagħhom. Inti tassew tagħrafhom mill-ħażen tal-kliem (tagħhom u ta' għemilhom). Alla jaf l-għemejjel tagħkom

[31] Aħna tassew inġarrbukom biex inkunu nafu min minnkom: huma: l-ġellieda (għar-reliġjon) u dawk. li jistabru, u nġarrbu (ukoll) l-għemejjel tagħkom (it-tajbin tt l-ħżiena)

[32] Tabilħaqq li dawk li-ma jemmnux, li jżommu (Zif ħaddieħor) mit-triq ta' Alla, u jeħduha kontra l-Profeta, wara li-ntweritilhom biċ-ċar it-tmexxija t-tajba, xejn ma huma se jagħmlu ħsara lil Alla, u Huwa jxejnilhom l- għemejjel tagħhom

[33] Intom li-temmnu, obdu lil-Alla, obdu lill-Mibgħut (tiegħu), u la ġġibux fix-xejn l-għemejjel tagħkom

[34] Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux, li jżommu (lil ħaddieħor). mit-triq ta' Alla; imbagħad imutu bla twemmin, Alla ma huwiex se jaħfrilhom

[35] Mela la tiddgħajfux, u ssejħux għas-sliem (qabel ma ssir ġustizzja), meta intom minn fuql U Alla magħkom u ma jnaqqsilkomx l-għemejjel (tajba) tagħkom

[36] Il-ħajja tad-dinja hija biss logħob u mogħdija ta' żmien, u jekk temmnu u tibżgħu minn Alla, jagħtikom ħlaskom u ma jitlobkomx ġidkom (biex 1on/ġuh kollu għal Alla)

[37] Li kieku jitlobhulkom u jagħfaskom. (biex tonfej kollu), kieku tixxaħħu. (miegħu), u Huwa joħroġ (minnkom) il-mibegħda tagħkom (fil-beraħ)

[38] Hawn intom, dawk li tissejħu biex tonfqu għal Alla. iżda hemm. minnkom min. jixxaħħaħ. Min jixxaħħaħ, ikun jixxaħħaħ biss miegħu nnifsu. Alla huwa l-Għani, u intom il-foqra. U jekk terġgħu lura għalli kontu, Huwa. jibdilkom ma' ġens ieħor, u mbagħad (dawn in-nies) ma' jkunux bħalkom

Ir-Rebħa

Surah 48

[1] Tabilħaqq rebbaħniek. (Muħammad) (rebħa biċ-ċar. (f'Mekka)

[2] biex Alla jaħfirlek dnubek ta' qabel u ta' wara, iġib fil- milja tagħha l-grazzja tiegħu fuqek, u jmexxik fi triq dritta

[3] Alla jagħtik rebħa kbira

[4] Huwa li (f'Ħudajbija) niżżel ir-rahan tas-sliem fi qlub dawk li jemmnu biex jiżdiedu fi twemminhom.f' Ta' Alla huma l-qawwiet tas-smewwiet u ta' l-art (l-anġli, il-ġinn, il-beraq, it-theżżiż ta' l-art, il-bhejjem, u qawwiet oħra li ħadd ma jegħlibhom). Alla jaf kollox, l-Għaref

[5] biex idaħħal lill-irġiel u lin-nisa li jemmnu f'Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, biex fihom jibqgħu għal dejjem, u jħassrilhom l-għemejjel ħżiena tagħhom dik tkun rebħa kbira quddiem Alla

[6] u biex jikkastiga lill-irġiel u lin-nisa ipokriti, u lill-irġiel u lin-nisa li jxierku allat foloz ma' Alla, li jaħsbu ħażin f'Alla. Ħalli jdur fuqhom il-ħażen (u d-deni li jixtiequ lil dawk li jemmnu)t Alla jagħdab għalihom u jisħethom, u ħejjielhom l-Infern tmiem ħażin (tassew)i

[7] Ta' Alla huma l-qawwiet tas-smewwiet u ta' l-art. Alla: Felħan, Għaref

[8] Aħna tabilħaqq bgħatniek xhud u wieħed li jagħti l- bxara u jwissi

[9] biex temmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu, u biex tkunu ta' għajnuna għalih, tagħtuh ġieħ, u ssebbħub (lil 4/la) filgħodu u filgħaxija

[10] Tabilħaqq li dawk li jaħilfu fedeltà lejk (Muħammad) ma jkunux jaħilfu fedeltà jekk mhux lejn Alla. Id Alla tkun fuq idejhom. Min jikser (dik) ir-rabta, ma jiksirhiex jekk mhux bi ħsara għalih innifsu, u min iżomm il- wegħda tiegħu ma' Alla, (A//a) se jagħtih ħlas kbir

[11] Il-bedwini (ta' Medina) li baqgħu lura (u ma' ħarġux jitqabdu miegħek, Muħammad) se jgħidulek: ''Konna mħabbtin b'ġidna u b'niesna (u għalhekk ma stajniex noħorġu nitqabdu). Għalhekk itlob maħfra għalina.' Bi lsienhom jgħidu dak li ma huwiex fi qlubhom. Għid(ilhom Muħammad): ''Min jista' jagħmlilkom xi ħaġa quddiem Alla, jekk Huwa jridilkom xi ħsara, jew iridilkom xi fejda 7' Lel Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[12] Let Intom ħsibtu li l-Mibgħut (Muħammad) u dawk li jemmnu (il-Misilmin) ma kienu se jerġgħu lura qatt lejn qrabathom (f'Medina għaliex ħsibtu li l-pagani Mekkin se joqtluhom); dak (il-ħsieb) dehrilkom sabiħ fi qlubkom u ħsibtu ħażin, Intom kontu nies meqrudin

[13] U min m'emminx f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu (għandi jkun jaf) li Aħna tabilħaqq ħejjejna Nar iħeġġeġ għal dawk li ċaħdu t-twemmin

[14] Ta' Alla (hija) is-saltna fuq is-smewwiet u fuq l-art. Huwa jaħfer lil min irid, u jikkastiga lil-min irid. Alla Kollu Maħfra, il-Ħanin

[15] Dawkli baqgħu lura (u ma ħarġux jitqabdu) se jgħidu (hekk) meta toħorġu biex tieħdu l-priża; 'Ħalluna niġu warajkom. ' Huma jridu jbiddlu kliem Alla (/i wiegħed il- priża lil dawk biss li ħarġu mal-Profeta). Għid(ilhom Muħammad): ''M'intomx ġejjin warajnal Hekk qal Alla, qabel.' Se jgħidu(/kom): 'Lel Intom tgħiru għalina ' Le, (mhux hekk)l Ma kinux jifhmu, għajr ftit

[16] Għid (Muħammad) lill-bedwini (ta' Medina) li baqgħu lura (u ma ħarġux jitqabdu miegħek meta mort Mekka): 'Se tissejħu (biex titqabdu) ma' nies ta' qilla kbira. (Jew) titqabdu magħhom, jew isiru Misilmin (b/a taqbid). U jekk tobdu, Alla jagħtikom ħlas tajjeb. Iżda jekk terġgħu lura (u ma toħorġux għat-tagbid), bħalma. rġajtu lura qabel, Huwa jagħtikom kastig ta' wġigħi

[17] Ma hemm ebda ħtija fuq l-agħma, u la fuq iz-zopp; u lanqas fuq il-marid ma hemm ħtija (jekk ma joħorġux jitqabdu mal-bqija tal-Misilmin). U min joqgħod għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, Huwa jdaħħlu f'Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, iżda min jerġa' lura ( 4 mi jitqabadx), Huwa jagħtih kastig ta' wġigħ

[18] Tabilħaqq l-għaxqa ta' Alla kienet fuq dawk li jemmnu, meta ħalfulek. (Muħammad) fedeltà taħt. is-siġra (f'Ħudajbija). Huwa kien jaf x'hemm fi qlubhom u (għalhekk) niżżel fuqhom ir-rahan tas-sliem, u ħallashom b'rebħa f'qasir żmien (dik f'Ħajbar)

[19] u bi priża kotrana li huma jieħdu. Alla huwa Qawwi, Għaref

[20] Alla wegħedkom li tieħdu priża kotrana u għalhekk għaġġlilkom din. (il-priża, għaliex ma' domtux. ma' ksibtuha f'Ħajbar), u żamm lura idejn in-nies minn fuqkom (hekk li l-għedewwa tagħkom ma setgħu jagħmlulkom xejn) biex (ir-rebħa) tkun sinjal għal dawk li jemmnu, u Huwa jmexxikom fi triq dritta

[21] (Hemm. priża) oħra li ma stajtux għaliha (il-belt ta' Mekka), u li Alla tassew iżomm taħt idejh. Alla huwa fuq kollox Setgħan

[22] Kieku dawk li ma jemmnux jitqabdu magħkom, kieku jaħarbu lura, u mbagħad ma jsibux min iħarishom u lanqas min jgħinhom

[23] Hija d-drawwa ta' Alla li kienet fis-seħħ sa minn qabel, u m'intix se ssib tibdil fid-drawwa ta' Alla

[24] Huwa li-żamm idejhom (il-pagani) minn fuqkom, (biex ma. jagħmlulkom xejn, u żamm) idejkom. minn fuqhom fil-wied ta' Mekka, wara li ħariġkom rebbiħin fuqhom fur qbadtu lil uħud minnhom priġunieri). Alla jara sew dak li tagħmlu

[25] Huma li m'emmnux u Żżammukom: mill-Moskea mqaddsa u żammu s-sagrifiċċju (f'għamla ta' bhejjem) milli jasal f'postu (f'Mekka). Li kieku mhux għal irġiel u nisa (f'Mekka) li jemmnu (bil-moħbi), u li intom ma tafuhomx biex ma. titfeħuhomx. taħt saqajkom, u minħabba fihom issibkom il-ħtija bla ma tafu ( 4/la kien iħallikom tidħlu f'Mekka bil-qawwa, iżda żammkom milli tagħmlu dan) biex Alla jdaħħal fil-ħniena tiegħu lil min irid; Kieku (dawk li jemmmu u l-oħrajn li-ma jemmmux) jinfirdu minn: xulxin, konna nikkastigaw. lil dawk minnhom li m'emmnux b'kastig ta' wġigħ

[26] Meta dawk, li m'emmnux xeħtu l-kburija (i/ l- fanatiżmu) fi qlubhom il-kburija ta' (żmien) l-injuranza (qabel ma deher l-Islam) Alla niżżel ir-rahan tas-sliem tiegħu fuq il-Mibgħut tiegħu u fuq dawk li jemmnu, u rabathom bil-kelma tal-biża' ta' Alla. Huma kienu l-aktar li jistħoqquha u tixirqilhom. Alla jaf b'kollox

[27] Alla tabilħaqq seddaq il-ħolma li ra l-Mibgħut tiegħu (dwar ir-rebħa kbira tal-Misilmin fuq il-pagani f'Mekka, u din se. sseħħ). Intom. (Muħammad u. l-Misilmin miegħek) tassew. tidħlu l-Moskea mqaddsa. (f'Mekka), jekk Alla jrid, imħarsin, bi rjuskom imqaxxrin jew. xagħarkom imqassar, u ma tibżgħux. Huwa jaf dak li ma tafux, u qabel dak, ġab rebħa f'qasir żmien (ir-rebħa f'Ħudajbija)

[28] Huwa li bagħat lill-Mibgħut tiegħu bit-tmexxija t-tajba u bid-din tas-sewwa, biex jgħollih fuq kull din. (ieħor). Alla huwa biżżejjed (għalikom) bħala Xhud

[29] Muħammad huwa l-Mibgħut ta' Alla, u dawk ta' miegħu huma qliel kontra dawk li ma jemmnux, juru ħniena lejn xulxin, u tarahom milwijin u mixħutin fl-art jitolbu barka u għaxqa minn Alla. Is-sinjal tagħhom jinsab fl-uċuħ. tagħhom, ( 4 jingħarfu) mill-marki li jidhru, minħabba li jinxteħtu fl-art (iqimu lil Alla). Din hija t-tixbiha tagħhom fit-Torà, u t-tixbiha tagħhom fl- Evanġelju: (huwa) bħal żerriegħa li ħarġet il-werqa tagħha, qawwietha sa ma bbieset u waqfet fuq iz-zokk tagħha. Hija togħġob lil dawk li żergħu(ha) biex bihom (b'dawk li żergħu din ix-xitla) Huwa jqanqal l-għadab ta'. dawk li ma jemmnux, Alla wiegħed maħfra u ħlas kbir lil dawk minnhom li jemmnu u jagħmlu l-ġid

Il-Kmamar

Surah 49

[1] Intom li temmnu, tqegħdux lilkom infuskom qabel Alla u l-Mibgħut tiegħu (Muħammad, billi taqbdu u tieħdu xi. deċiżjoni qabel ma tisimgħu mingħand Alla u l-Mibgħut tiegħu), u ibżgħu minn Allal Alla tabilħaqq jisma' kollox u jaf kollox

[2] Intom li temmnu, la terfgħux leħinkom fuq leħen il- Profeta, u la tgħollux leħinkom miegħu, bħalma tgħollu leħinkom bejnietkom, li ma jiġux fix-xejn l-għemejjel tagħkom mingħajr ma tintebħul

[3] Tabilħaqq li dawk li jbaxxu leħinhom quddiem il- Mibgħut ta' Alla huma dawk li Alla ħejja qlubhom għat- tjieba. Għalihom hemm maħfra u ħlas kbir (fil-Ġenna)

[4] Tabilħaqq li dawk li jsejħulek (Muħammad) minn wara l-kmamar ta' ġewwa (/ċjnr joqogħdu n-nisa tiegħek), il- kotra tagħhom ma jifhmux (għaliex ma jmisshomx jagħmlu hekk). I

[5] Kieku qagħdu b'sabarhom sakemm toħroġ ħdejhom, kien ikun aħjar għalihom. Alla Kollu Maħfra, Ħanin

[6] Intom li temmnu, jekk jiġikom bniedem ħażin b'xi aħbar, iflu sew (dak li tisimgħu), li ma tagħmlux ħsara lil xi nies mingħajr ma tafu, u tindmu minn dak li għamiltu

[7] U kunu afu li fostkom hemm il-Mibgħut ta' Alla. Kieku kellu jobdikom f'ħafna mill-ħwejjeġ (Żi: rressqu quddiemu), kontu tbatu (għaliex ħafna minnhom huma ta' ħsara għalikom), iżda Alla ħabbibkom mat-twemmin, żejnu fi qlubkom u għamilkom tistkerrhu ċ-ċaħda tat- twemmin, il-ħażen u d-diżubbidjenza. Dawk huma li qegħdin fit-triq it-tajba

[8] b'tjieba u bi grazzja minn Alla. Alla jaf kollox, Għaref

[9] U jekk żewġ ġemgħat minn dawk li jemmnu jitqatlu bejniethom, agħmluhom paċil U jekk waħda minnhom it- tnejn iġġib ruħha ħażin ma' l-oħra, tqabdu kontra dik li ġġib ruħha ħażin, sa ma terġa' lura lejn l-amar ta' Alla (/ż jrid li l-Misilmin jgħixu fis-sliem bejniethom)l Jekk (dik il-ġemgħa) terġa' lura, agħmluhom paċi bil-ħaqq, u kunu ġustil Tassew li Alla jħobb lill-ġusti

[10] Dawk li jemmnu ma humiex ħlief aħwa. Mela agħmlu paċi liż-żewġ ħutkom (Zi rlewmu), u ibżgħu minn Alla biex forsi tiksbu l-ħniena

[11] Intom li temmnu, (kunu afis li) irġiel ma għandhomx jiddieħku b'irġiel (oħra); għandu mnejn (dawn ta' l- aħħar) ikunu aħjar minnhom. Lanqas nisa (ma għandhom jiddieħku). b'nisa (oħra); għandu mnejn (dawn ta' l- aħħar) ikunu aħjar minnhom. La żżebilħux lil xulxin, u lanqas tinku lil xulxin bil-laqmijiet. Huwa ta' għajb l- isem ħażin (li jkollu bniedem) wara (li jkun ġieh) it- twemmin. U min (fostkom) ma jindimx, dawk huma l- ħżiena

[12] Intom. li temmnu, warrbu minn ħafna mill-ħsibijiet (għaliex) tabilħaqq. li xi. ħsibijiet huma dnub. La titkixxfux fuq xulxin, u la titkellmux ħażin fuq xulxin minn wara daharkom. Jaqaw hemm xi ħadd minnkom li jħobb jiekol laħam ħuh il-mejjetż Din. (il-ħaġa) tistkerrhuha. Ibżgħu minn Allat Alla tabilħaqq idur Kollu Maħfra, Ħanin

[13] Janies, Aħna tabilħaqq ħlaqniekom minn raġel u mara, u għamilniekom ġnus u tribujiet biex issiru tafu lil xulxin. Tabilħaqq li l-aktar wieħed imweġġaħ minnkom quddiem Alla huwa l-aktar wieħed ġust minnkom, u jibża' minn Alla. Alla jaf kollox (dwar dawn il-ħwejjeġ) u jaf sewwa (bihom)

[14] (Il-Bedwini qalu: VEmmInnal' Għidfilhom Muħammad): ''M'emmintux (tassew), iżda għidu: SĊedejnal' għaliex it-twemmin għadu ma daħalx fi qlubkom. U jekk toqogħdu għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, Huwa ma jnaqqsilkom. xejn. mill-għemejjel tagħkom. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

[15] Dawk li jemmnu (tassew) ma humiex ħlief dawk li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu (Muħammad). Imbagħad ma jiddubitawx u jitqabdu b'ġidhom u bihom infushom għal Alla. Dawk huma li jgħidu u jagħmlu s- sewwa

[16] (Għidfilhom Muħammad): ''Jaqaw intom tgħallmu lil Alla dwar it-twemmin tagħkom Alla jaf b'dak li hemm fis-smewwiet u b'dak li hemm fl-arti' Alla jaf b'kolloxi

[17] Huma jqisu li għamlulek (Muħammad) xi pjaċir għaliex saru. Misilmin. Għidfilhom): 'M'intomx tagħmluli xi 4 pjaċir. għaliex. sirtu. Misilmin, iżda huwa Alla. li għamlilkom pjaċir, li mexxiekom lejn it-twemmin, jekk qegħdin tgħidu u tagħmlu s-sewwa

[18] Alla tabilħaqq jaf il-ħwejjeġ mistura tas-smewwiet u l- art, u Alla jara sew dak li tagħmlu

Qaf

Surah 50

[1] Qaf: (Aħna naħilfu). fuq il-Qoran il-glorjuż (li Muħammad huwa l-Mibgħut tagħna)

[2] Le, (ma laqgħuhx il-paganijl Huma jistagħġbu li ġiehom wieħed minnhom biex iwissihom, u dawk li ma jemmnux jgħidu: 'Din ħaġa ta' l-għaġebl)

[3] Jaqaw meta mmutu u nsiru trab (se nerġgħu nitqajmu) 7 Dik wasla lura mbiegħda (wisq mill-għarfien tagħna)f

[4] Nafii tassew dak li l-art tnaqqas ( 4 fiekol) minnhom (mera jkunu midfimin fiha). u għandna ktieb li jżomm kollox (is ebda tagħrif ma jintilef dwar il-bnedmin)

[5] Le, (mhux biss stagħġbu bil-Mibgħut, imma) giddbu s-sewwa meta ġiehom, u huma f'qagħda mħawda

[6] Melama jħarsux lejn is-sema, fuqhom, kif bnejnieh (u jżomm mingħajr. kolonni), żejjinnieh. (bil-kwiekeb), u. ma. għandux xquq

[7] U l-art middejniċha, qegħedna fiha l-iġbla, u nibbitna fiha minn kull għamla sabiħa

[8] turija (tal-kobor ta' Alla) u tifkira għal kull qaddej niedem

[9] Aħna nniżżlu mis-sema ilma mbierek, u nnibbtu bih ġonna u qmuħ għall-ħsad

[10] u (innibbru wkoll) is-siġar: għoli: tal-palm. b'għenieqed imgeddsin qrib xulxin

[11] ġid għall-qaddejja (tagħna), u (l-ilma tax-xita) tajna bih il-ħajja lil art mejta, Hekk ukoll il-ħruġ (tagħkom minn taħt l-art, f'Jum il-Qawmien)

[12] Qabilhom, (bħalhom) giddbu (lill-Mibgħutin ta' Alla) ġens Noċ u nies (il-bir imsejjaħ) ar-Rass, u TamGd

[13] u (hekk ukoll kienu għamlu nies) Għad, il-Fargħun, u ħut Lot

[14] u nies il-masġar (nies Xugħajb), u ġens it-Tubbagħ (dawk) kollha giddbu lill-Mibgħutin, u għalhekk seħħet il-wegħda tiegħi (dwar il-kastig kontrihom)

[15] Jaqaw għejejna bl-ewwel ħolqien (hekk li ma' nistgħux nagħmlu t-tieni wieħed, li huwa l-qawmien mill-mewt tal- bnedmin għal ħajja ġdida)t Le, (ma għejejniexji Huma l- imħawdin dwar ħolqien ġdid)

[16] Aħna ħlaqna tassew lill-bniedem, u nafu dak li tfesfislu: qalbu. Aħna eqreb lejh mill-vina ġugulari (li tgħaqqad il-qalb mar-ras)

[17] meta ż-żewġ (anġli kustodji) jilqgħu (u jiktbu l-għemejjel tal- bnedmin, wieħed) bil-qiegħda fuq il-lemin (li jniżżel l-għemejjel tajba) u l-ieħor fuq ix-xellug (li jniżżel l-għemejjel ħżiena)

[18] (il-bniedem) ma jlissinx kelma li ma għandux għassies miegħu fiċ lest jikteb kollox

[19] U tiġi s-sakra tal-mewt, bis-sewwa ( 4 l-bniedem jintilef minn sensih, u jintqal lilu:) 'Dak huwa li kont taħrab minnul

[20] U (imbagħad) tindaqq it-trumbetta. Dak ikun Jum il-wegħda tal- kastig (fi wissew dwarha l-Mibgħutin ta' Alla)

[21] Utiġi kull ruħ, u magħha (jkollha anġlu) sewwieq (li jsugha lejn il-Ġenna jew l-Infern), u (anġlu ieħor) xhud (li jixhed għall- għemejjel tal-bniedem)

[22] Inti tassew kellek moħħok imtajjar (u ma tajtx kas) ta' dan (il- Jum tal-biża'), iżda Aħna nikxfu minn fuqek l-għata tiegħek (li kellek fuq qalbek u moħħok), u dawl għajnejk, illum, huwa tal- ħadid (u qiegħed tara dak li qatt ma rajt qabel)

[23] (Sieħbu fl-anġlu kustodju) jgħid: 'Dan huwa li għandi lest (il- ktieb bl-għemejjel tal-bniedem)

[24] Intom it-tnejn (l-ariġ/u s-sewwieq u l-anġlu x-xhud) ixbtu fl- Infern kull ingrat ta' rasu iebsa

[25] dakli ma jħallix il-ġid (anzi jfixklu), jikser il-liġi, u kollu dubji

[26] li għamel alla ieħor ma' Alla' Mela ixħtuk fil-kastig il-qalilt

[27] Sieħbu (ix-xitan li kellu miegħu) jgħid: 'Sidna, jiena ma ġegħeltux jirvilla, iżda huwa kien f'telfien (kbir) u mbiegħed (mit- triq it-tajba)

[28] Jgħid (Alla lill-ħżiena): 'La titlewmux quddiemi (u issa kollu għalxejn)' Jiena tassew kont wissejtkom qabelt

[29] Il-kelma tiegħi ma tinbidilx, u Jiena m'iniex inġust mal-qaddejja (tiegħi l-bnedmin)

[30] Fil-Jum meta ngħidu lill-Infern: 'Imtlejtf' huwa jgħid: 'Jaqaw hemm iżjed (midinbin)

[31] Il-Ġenna titressaq lejn il-ġusti; ma tkunx imbiegħda

[32] (lill-ġusti jingħad hekk): ''Dan (li qegħdin taraw) huwa dak li kontu mwegħdin. (Huwa mħejji) għal kulmin dejjem idur lejn Alla, u li jżomm il-patt miegħu

[33] min jibża' minn Dak Kollu Ħniena (minkejja li Huwa jinsab) fil- mistur, u jiġi b'qalb niedma

[34] Idħlu fiha (il-Ġenna) bis-sliem; dak. huwa l-Jum tal-ħajja ta' dejjem

[35] Ikollhom dak li jridu fiha, u għandha aktar (merfisgħ għalihom)

[36] U kemm-il ġens (imkabbar bħalhom) qridna qabilhom, li kienu akbar minnhom (inill-Mekkin) fil-qawwa, u li terrqu fl- artijiet (li ħakmu). Jaqaw kien hemm xi kenn (għalihom fejn setgħu jaħarbu l-mewt u l-kastig)

[37] Tabilħaqq li f'dak (fi ġara lill-ġnus ta' qabel u l-qerda tagħhom) hemm tifkira għal min għandu qalb (jiġifieri moħħ biex jifhem), jew jagħti widen, u huwa xhud (għas-sewwa)

[38] Aħna tassew ħlaqna s-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom, f'sitt ijiem, u ma messitna ebda għeja

[39] Mela żomm b'sabrek (Muħammad) dwar dak li jgħidu (il- Lhud u l-Qurajxin dwar il-ħolqien, u ħallihom iħawdu), u faħħar is-sebħ ta' Sidek qabel tlugħ ix-xemx, u qabel inżulha

[40] U sebbħu (Muħammad, lil Alla) billejl, u wara li tinxteħet fl- art għat-talb

[41] u isma' lil-dak (l-anġlu Israfil) li jsejjaħ (l-erwieħ), fil-Jum li jsejjaħ minn post fil-qrib

[42] fil-Jumli jisimgħu s-sejħa bil-ħaqq. Dak ikun Jum il-Ħruġ

[43] Aħna tabilħaqq nagħtu l-ħajja u l-mewt, u lejna t-tmiem (ta' kollox u ta' kulħadd)

[44] Fil-Jum li l-art tixxaqqaq madwarhom (l-erwieħ joħorġu) mgħaġġlin (mill-oqbra biex jinġabru għall-Ġudizzju). Dik ġabra (ta' l-erwieħ mill-imwiet u hija) ħafifa għalina

[45] Aħna nafu aktar (minn ħaddieħor) b'dak li qalu (il-Qurajxin dwar. il-qawmien mill-mewt), u inti (Muħammad) m'intix wieħed li ġġegħelhom (jidhlu fl-Islam). Mela fakkar (u wissi) bil-Qoran lil min jibża' mit-theddid tiegħi

Dawk li jxerrdu

Surah 51

[1] (Aħna naħilfu) fuq l-irjieħ derrejja, li jderru (u jħarrku s- sħab, it-trab, ir-ramel, u d-dakra tas-siġar u l-fjuri)

[2] fuq (is-sħab) l-imgħobbi bit-tagħbija (tax-xita)

[3] ufuq (l-imriekeb) il-ġerrejja b'ħeffa (fil-baħar)

[4] ufuq dawk (l-anġli) li jqassmu l-ordnijiet (ta' A/la)

[5] lidakliintom imwegħdin huwa minnu

[6] utabilħaqq li l-Ġudizzju se jseħħ (f'Junx il-Qawmien)l

[7] (Naħilfir wkoll) fuq is-sema bit-toroq sbieħ (iiegħu)

[8] li intom tabilħaqq ma taqblux fi kliemkom (dwar is-sewwa ta' Alla)

[9] Jitqarraq dwaru min hu mqarraq (għaliex irid)

[10] Misħutin il-giddibin

[11] lihuma f'taħwid kbir, b'moħħ imtajjart

[12] Huma jistaqsu: 'Meta Jum il-Ħaqq

[13] (Ikun) fil-Jum li jiġġarrbu fuq in-Nar

[14] Dugu t-tiġrib tagħkoml Dan huwa' dak (il-kastig) li kontu. qegħdin tgħaġġluh (meta għedtu: 'Ma hemm li jasal fuqnaf)

[15] Tabilħaqq li l-ġusti li jibżgħu minn Alla jinsabu f'Ġonna (ta'. l-Għeden) u (qrib) għejun ta' l-ilma

[16] qegħdin jieħdu dak li tahom Sidhom, (għaliex) qabel dan (il- ħlas xieraq) huma tabilħaqq kienu jagħmlu t-tajjeb

[17] Ma kinux ħlief jorqdu ftit mil-lejl (u l-bqija jgattgħuh fit- talb)

[18] u qabel is-sebħ jitolbu maħfra (minn Sidhom)

[19] u f'ġidhom kien hemm sehem għat-tallab u għall-imċaħħad

[20] Fl-arthemm sinjali għal dawk li jemmnu sħiħ

[21] ufikom infuskom (ukoll issibuhom). Mela ma tarawx

[22] Fis-sema l-għajxien tagħkom, u dak li kien imwiegħed lilkom

[23] U (naħilfu) fuq Sid is-sema u l-art: Dan (li inrom imwegħdin) hu. tabilħaqq. is-sewwa, bħalma. (huwa minnu fi). intom. titkellmu (u ma hemm ebda dubju dwar dan)

[24] Waslitlek (Muħammad) l-aħbar. dwar. il-mistednin imweġġħin ta' Abraham (li kienu anġli ta' Alla)

[25] (Meta daħlu għandu qalu: 'Sliemi' Qalilhom Abraham): €Sliem,' (u qal f'qalbu: Dawn) nies mhux magħrufa

[26] U għaġġel għal għand niesu, u ġab għoġol smin

[27] unewwilhulhom. (Mera ma kilux) qal: 'Mela ma tiklux

[28] (Imbagħad beża' minnhom. Qalulu): 'La tibżaxt' u tawh il- bxara dwar (it-twelid ta') tifel għaref (ibnu Iżakk, minn martu Sara)

[29] Martu (Sara) resqet tgħajjat, tat fuq wiċċha bil-ħarta, u qalet: t'Xwejħa li ma jistax ikollha tfal (se tiled)

[30] Qalu(lha l-mistednin): 'Hekk qal Sidek (li se jiġrijt Huwa l- Għaref, li jaf kollox)

[31] Qal (Abraham): X'inhi l-qadja tagħkom, ja Mibgħutini

[32] Qalu: 'Aħna tabilħaqq intbagħatna għand nies ħatjin

[33] biex nibagħtu fuqhom ġebel ta' tafal (moħmi)

[34] (kull ġebla) immarkata mingħand Sidek, għal dawk li għamlu wisq ħażen

[35] U ħriġna 'l barra (mill-belt ta' Lor) lil dawk, fiha, li kienu jemmnu

[36] uma sibniex fiha għajr dar (waħda biss) ta' Misilmin

[37] U ħallejna fiha (f'dik il-belt meqruda) sinjal. lil-dawk li jibżgħu mill-kastig ta' wġigħ

[38] U f'Mosċ wkoll (hemmi sinjal), meta bgħatnieh għand il- Fargħun bi prova ċara

[39] Iżda hu (il-Fargħun), bil-qawwiet tiegħu, ma tax kas, u qal: '(Dan Mosċ) saħħar jew miġnuni

[40] Għalhekk ħadna lilu u lis-suldati tiegħu u xħetniehom fil- baħar, u kien ta' min ilumu

[41] U f'Għad (tribii fil-peniżola Għarbija, seħħ sinjal ieħor), meta bgħatna fuqhom ir-riħ qerried

[42] Malħalla xejn minn dak li nefaħ fuqu li ma għamlux trab

[43] U (seħħ sinjal ieħor) f'Tamid. meta ntqalilhom: 'Gawdu għal xi żmieni

[44] Iżda huma ħaduha kontra l-amar ta' Sidhom, u ħadithom is-sajjetta (għal għarrieda), huma u jħarsu

[45] Għalhekk ma setgħux iqumu (mill-qawwa tat-tifġigħa tas- sajjetta) u ma kinux rebbiħin

[46] U (qridna wkoll) lil nies Noċ, qabel. Huma tabilħaqq kienu nies ħżiena

[47] Is-sema bnejnieh bil-qawwa, u Aħna tabilħaqq inwessgħu (il-ħolqien kif irridu)

[48] U l-art frixnieha (b'kull ġid). Kemm meddejnieha tajjebl

[49] U minn kollox ħlaqna f'żewġ (għamliet: raġel u mara), biex forsi tiftakru

[50] Mela aħarbu lejn Allat Jiena tabilħaqq (ġej) minnu biex inwissikom biċ-ċar

[51] U la tagħmlux ma' Alla alla ieħor. Jiena tabilħaqq (ġej) minnu biex inwissikom biċ-ċar

[52] Hekk ukoll ma ġiex Mibgħut għand dawk (il-ġnus) qabilhom li ma qalux: ''(Dan) saħħar jew miġnuni

[53] Jaqaw wissew lil-xulxin (li għandhom jgħidu) dan (il-kliem li jgiddeb lil kull Mibgħut li jiġi fosthomji Le. Huma nies ħżiena għall-aħħar)

[54] Mela itlaghom (Muħammad) u m'intix ta' min wieħed ilumek

[55] U fakkar, għaliex it-tifkira hija tabilħaqq ta' fejda għal dawk li jemmnu

[56] Jiena ma ħlaqtx il-ġinn u l-bnedmin jekk mhux biex jagħtuni qima

[57] Marrid minnhom ebda ġid ('marerjali) u ma rridx li jitimgħuni

[58] Alla huwa tabilħaqq Dak li jagħti l-għajxien (fill-ħolqien kollu); Dak ta' qawwa, is-Sod

[59] Tabilħaqq li dawk li għamlu l-ħażen għandhom sehem' (mill- kastig) bħas-sehem ta' sħabhom (li nqerdu qabilhom). Mela ħalli ma jgħaġġlux (il-kastig, għaliex żgur ġej fuqhom)l

[60] Ħażin għal dawk li ma jemmnux, minħabba l-Jum tagħhom li twiegħed lilhomi

Il-Muntanja

Surah 52

[1] (Naħilfu) fuq il-muntanja (Sinaj, fejn Alla kellem lil-Mosċ)

[2] u(naħilfu) fuq Ktieb miktub (il-Qoran)

[3] (miktub) fuq ġild irqiq mifrux

[4] u (naħilfu) fuq id-dar li jgħammru fiha (l-anġli)

[5] u fuq is-saqaf (as-sema) merfugħ (mingħajr kolonni)

[6] u fuq il-baħar li jaqbad bin-nar (f'Jum: il-Qawmien)

[7] (naħilfiu li) tabilħaqq il-kastig ta' Sidek (Muħammad) se jseħħ

[8] xejn ma għandu xi jżommu (milli jseħħ)i

[9] Fil-Jum meta s-sema jitriegħed sewwa (bil-biża ta' dawk il- waqtiet tremendi)

[10] ul-iġbla jgħaddu għal kollox (qishom qatt ma kienu)

[11] kastig qalil, dakinhar, għal dawk li jgiddbu (lill-Profeti ir tir- Rivelazzjoni)

[12] dawkli jilagħbu bi kliem fieragħ u qarrieq

[13] Fil-Jum meta jkunu mbuttati lejn nar l-Infern bil-qawwa kollha

[14] (se jingħad lilhom): ''Dan hu n-Nar li kontu tgiddbu (u tiċħdujt)

[15] Jaqaw dan (il-kastig) huwa seħer, jew intom ma tarawx

[16] Inxtwew fihl U sew jekk tistabru (fih), u sew jekk ma tistabrux, l-istess ikun għalikoml Se titħallsu biss ta' dak li kontu tagħmlul

[17] Tabilħaqq li l-ġusti jkunu f'Ġonna u hena

[18] henjin b'dak li tahom Sidhom. U Sidhom iħarishom mill- kastig tan-Nar iħeġġeġ

[19] (Se jingħad lilhom): ''Kulu u ixorbu, henjinl (Dan ħlaskom) ta' dak li kontu tagħmlu

[20] (Imbagħad jistrieħu) mimdudin fuq divani qrib xulxin. U nżewġuhom ma' nisa sbieħ b'għajnejn kbar

[21] U lil-dawk li jemmnu, u (li għandhom) nisilhom jimxi warajhom bi twemmin, Aħna ngħaqqdu ma' nisilhom, u. ma nnaqqsulhom xejn minn għemilhom. Kull bniedem huwa marbut b'dak li kiseb (b'għemilu, u responsabbli għalih)

[22] U (fil-Ġenna) se nagħtuhom frott u laħam; minn dak li jixtiequ

[23] Fiha jnewlu lil xulxin tazza (bl-inbid) li la fiha frugħa (li twassal għal kliem żejjed u tilwim) u lanqas ħtija (għaliex l- inbid ta' ġewwa fiha ma jsakkarx)

[24] U jduru magħhom (biex igassmulhom u jaqduhom) subien (qaddejja) tagħhom, qishom perli mkennin

[25] Uħud minnhom jersqu lejn oħrajn, u jsaqsu lil xulxin

[26] jgħidu: 'Tabilħaqq li qabel, (mera konna għadna) fost niesna, konna mbeżżgħin

[27] Għalhekk Alla wera l-grazzja tiegħu magħna, u ħarisna mill-kastig tan-Nar jikwi

[28] Tassew konna nsejħulu, qabel. Tabilħaqq li Huwa t- Twajjeb, il-Ħanin

[29] Mela fakkar (lil niesek, Muħammad)l Bil-grazzja ta' Sidek (li hija l-profezija li ngħatatlek) m'intix wieħed li jbassar u lanqas miġnun

[30] Jaqaw (il-pagani qegħdin) jgħidu: '(Ma huwiex: ħlief) poeta; nistennew li jmut f'xi ħin jew ieħor

[31] Għid(ilhom Muħammad): ''Stennew (kemm tridu)l Jiena. tabilħaqq magħkom fost dawk li jistennewf

[32] Jaqaw l-imħuħ tagħhom jikkmandawhom dwar dan (il-gideb. tagħhom), jew huma nies ħżiena għall-aħħar

[33] Jew jgħidu (il-pagani): 'Qalgħu minn żniedu (Muħammad dan il-Qoran)'') Le, ma jemmnuxt

[34] Mela ħalli jġibu kliem bħalu (dan il-Qoran), jekk qegħdin jgħidu s-sewwal

[35] Jaqaw inħalqu mingħajr xejn (u mingħajr Ħallieq), jew huma l-ħallieqa (u ħalqu lilhom infushom)

[36] Jewħalqu s-smewwiet u l-art 7 Le, ma jemmnux bis-sħiħl

[37] Jaqaw għandhom il-ħażniet (tal-ġid u l-ħniena) ta' Sidek (u jagħtu l-profezija lil min iridu) 2 Jew tagħhom hi l-ħakma

[38] Jew għandhom sellum li bih' (jitilgħu fis-smewwiet u) jissemmgħu. (lill-anġli u lil-Allaj Mela ħalli lis-semmiegħ tagħhom iġib prova ċaral)

[39] Jaqaw (A/la) għandu l-bniet, u intom għandkom is-subien

[40] Jaqaw qiegħed titlobhom xi ħlas (tal-profezija tiegħek, Muħammad), u għalhekk huma mtaqqlin bid-dejn

[41] Jew għandhom (l-għarfien) tal-ħwejjeġ mistura, u għalhekk. jiktbuŻ l

[42] Jaqaw (Muħammad, il-pagani) iridu(lek) il-qerq Iżda huma dawk li ma jemmnux li jitqarrqu

[43] Jew għandhom xi alla minflok Alla 2 Sebħ lil-Alla (għaliex huwa ogħla) minn dak li jxierku (miegħu)

[44] U jekk jaraw biċċa mis-sema taqa' (għal fuqhom), jgħidu: ''(Dan) gods sħab miġbur

[45] Melaħallihom (jedhew, Muħammad, bil-frugħat tagħhom) sa ma jiltaqgħu mal-Jum tagħhom li fih jintilfu minn sensihom (bil-biża' kbir li jaħkimhom)

[46] fil-Jum meta ma jiswielhom xejn il-qerq tagħhom, u. lanqas ikunu megħjuna

[47] Tabilħaqq li għal dawk li għamlu l-ħażen hemm kastig (ieħor) barra. dan. (fid-dinja, jew fil-qabar), iżda' l-kotra tagħhom ma jafux

[48] U stenna bis-sabar (Muħammad) il-Ġudizzju ta' Sidek, għaliex inti tinsab taħt għajnejna (u nħarsuk bla waqfien). U faħħar is-sebħ ta' Sidek meta tqum

[49] ubillejl sebbħu (u agħtih ima), u ma' nżul il-kwiekeb ftaħt ix- xefaq, fl-aħħar tal-lejl

L-Istilla

Surah 53

[1] (Waħilfi) fuq il-kewkba meta taqa'l

[2] Matilifx it-triq seħibkom ( Muħammad) u lanqas tqarraq

[3] umajitkellimx mix-xewqa (tiegħu stess)

[4] (fll-Qoran u kliem il-Profeta) ma huwiex għajr. tnebbiħ i jitnebbah

[5] Għallmu (fil Muħammad) dak ta' wisq qawwa (Gabrijel)

[6] dak ta' qilla, u deher sħiħ (is-sura oriġinali tiegħu)

[7] meta kien fl-ogħla xefuq

[8] Imbagħad resaq u ddendel

[9] ukien (bogħod minn Muħammad) daqs żewġt igwies, jew eqreb

[10] unebbaħ lill-qaddej tiegħu (Muħarrnad) dak li nebbal

[11] Il-qalb (ra' Muħammad) ma gidbitx dwar dak li rat (matu/ is- safra minn Mekka għal Ġerusalemm u, minn hemm, lejn is-sema)

[12] Jaqaw (intom il-pagani) tmeruh dwar dak li ra

[13] U (Muħammad lill-anġlu Gabrijel) tassew rah fi nżul ieħor

[14] ħdejn is-Siġra tat-Tmiem (fis-seba ' sema)

[15] qtibha heżnm il-Ġenis tal-kenri (aħħari)

[16] Metadak (ta' l-għaġeb) i jiksi kesa s-siġra

[17] L-għajnejn (tal-Profeta Muħammad) ma tħarrkux, u lanqas qabżu l-limiti

[18] Huwa tassew ra wħud mill-akbar sinjali ta' Sidu

[19] Jaqaw (inrorr il-paġani) rajtu lil-Lat u lill-Għużża

[20] ulil-Manat, it-tielet waħda, l-oħra (mit-rliet allat li tgħidu li huma l-bniet ta' Allajif)

[21] Jaqaw (iżżommu). għalikom is-subien, u għalih (għa/ Alla, tħallu) il-bniet

[22] Dik tassew qasma (bejn subien u bniet) li ma hijiex bil-ħaqal

[23] Ma humiex għajr ismijiet li semmejtu intom u missirijietkor,. Alla ma niżżel ebda setgħa għalihom, Huma ma jimxux jekk mhux fuq l-istħajjil (tagħhom) u fuq dak li huma nflishom jixtiequ, minkejja li tassew ġiethom tmexxija tajba minn Sidhom

[24] Jaqaw il-bniedem ikollu dak li jixtieq

[25] Ta' Alla hija l-Aħħar (Ħajja), u l-ewwel waħda

[26] U kemm hemm anġli fis-smewwiet li l-interċessjoni tagħhom ma. tiswa xejn, jekk mhux wara li Alla jippermetti (din /- interċessjoni) lil min irid u jogħġbu

[27] Tabilħaqq li-dawk li-ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l- Oħra) isemmu lill-anġli b'ismijiet ta' mara

[28] Huma ma għandhomx għarfien dwar dan u ma jimxux jekk mhux fuq l-istħajjil (mgħawweġ tagħhom). Tabilħaqq li l-istħajjil ma jiswa xejn għas-sewwa

[29] Għalhekk warrab (Muħammad) minn min telaq it-tifkira tagħna u ma jridx ħlief il-ħajja (f'din) id-dinja

[30] Sa hemm jasal l-għarfien tagħhoml Tabilħaqq li Sidek (Muħammad) jaf l-aktar dwar min ħareġ minn triqtu, u l- aktar li jaf b'min jinsab fit-triq it-tajba

[31] U ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, biex iħallas lil dawk li jagħmlu l-ħażen skond għemilhom, u jħallas lil dawk li jagħmlu t-tajjeb bl-aħjar (ħlas)

[32] Huma dawk li jaħarbu mill-ħtijiet il-kbar u mill-għemejjel taħxija, ħlief għan-nuqqasijiet iż-żgħar. Tabilħaqq li Sidek wiesa' fil-maħfra. Huwa. l-aktar li kien jafkom, meta ħalaqkom mill-art, u meta kontu trabi moħbija fi ġwief ommijietkom. Għalhekk la tiftaħrux bis-safa tagħkom infuskoml Huwa l-aktar li jaf b'min għandu l-biża' ta' Alla

[33] Jaqaw rajt (Muħammad) lil-dak (il-midneb) li telaq 'l hemm (u tbiegħed mit-twemmin)

[34] lita ftit, imbagħad ixxaħħaħ

[35] Jaqaw għandu l-għarfien tal-ħwejjeġ mistura u għalhekk jara (dak li ħaddieħor ma jarax)

[36] Jew ma kienx mgħarraf b'dak li hemm fil-Kotba ta' Mosċ (it-Torà)

[37] u (fil-Kotba ta') Abraham li qeda sa l-aħħar fl-amar ta' Allaj

[38] (Jeħtieġ ikun magħruf) li dik (ir-ruħ) li terfa' t-toqol ftad- dnub) ma terfax toqol ta' ruħ oħra

[39] uli l-bniedem ma għandux għajr dak li ħabrek għalih

[40] ullit-tħabrik tiegħu se jintwera (Zi/u f'Jum il-Qawmien)

[41] imbagħad jitħallas tiegħu l-ħlas is-sħiħ

[42] (Jeħtieġ ikun magħruf) li għand Sidek: it-tmiem. (ta' kollox)

[43] uli Huwa li jdaħħak u li jbikki (Zill-bniedem)

[44] uli Huwa li jagħti l-mewt u jagħti l-ħajja

[45] uli ħalaq iż-żewġ (bnedmin), ir-raġel u l-mara

[46] minnnitfa (ta' sperma) meta tinħareġ

[47] uli għalih (għal Alfa) il-qawmien (tal-ħolqien) darba oħra

[48] uli Huwa li jagħti l-għana u l-ġid (fil min irid)

[49] uli Huwa Sid (tal-kewkba) Sirju (meqjuma mill-pagani)

[50] uri qered lill-(ġens ta') Għad tal-qedem

[51] ulil (ġens ta') Tamid, u ma ħalliex (minnhom ħajjin)

[52] ulilnies Noċ, qabel. Tabilħaqq li kienu huma l-aktar inġusti u l-aktar ħżienal

[53] U qered il-bliet meqluba (ta' taħt fuq ta' Sodoma u Gomorra)

[54] (u għattiehom dak fil-kastiġ) li għattiehom

[55] Mela liema grazzji ta' Sidek qiegħed tmieriż

[56] Dan (Muħammad) huwa wieħed li jwissi, bħal dawk li jwissu minn tal-qedem

[57] Qiegħda toqrob dik (is-siegħa ta' Jum. il-Qawmien) li dejjem riesqa

[58] Xejn, ħlief Alla, ma jikxifha

[59] Jaqawrtistagħġbu b'dan il-kliem

[60] U tidħku, u ma tibkux

[61] (għaliex) intom moħħkom imtajjar (u medhijin bil-frugħat)i

[62] Mela nxteħtu quddiem Alla u qimu(h/l)

Il-Qamar

Surah 54

[1] Qorbot is-Siegħa (ta' Jum il-Qawmien. mill-imwiet) u xxaqqaq il-qamar

[2] U jekk (dawk li ma jemmmux) jaraw sinjal, huma jagħtu(h) daharhom u jgħidu: ''Seħer bla waqfieni

[3] U giddbu (lill-Profeta) u mxew wara x-xewqat tagħhom. (iżda għandhom jiftakru li) kull ħaġa għandha tmiemha

[4] Tassew waslulhom ġrajjiet (ta' ġnus ħżiena oħra) li fihom (isibu) dak li jżommhom (milli jagħmlu bħalhom)

[5] għerf sħiħ (waslilhom), iżda ma jiswewx it-twissijiet

[6] Mela warrab minnhom (Muħammad) fil-Jum meta dak li jsejjaħ (l-anġlu Israfii) isejjaħ lejn ħaġa mistkerrha

[7] B'għajnejhom 'l isfel joħorġu mill-oqbra bħall ġrad imxerred

[8] sejrin mgħaġġlin lejn dak li jsejħilhom. Dawk li ma jemmnux jgħidu: 'Dan Jumi iebest

[9] Qabilhom (il-pagani), nies Noċ giddbufh lill-Profeta tagħhom) u giddbu lill-qaddej tagħna, u qalu: 'Miġnun (Noċii'' U kien imżeblaħ u mhedded)

[10] Għalhekk sejjaħ il Sidu. (il-Mulej u qal): 'Jiena. tabilħaqq megħlubt Mela agħti(ni) l-għajnuna

[11] Għalhekk ftaħna bwieb is-sema b'ilma mferra

[12] u mill-art ħriġna għejun ta' l-ilma, u l-ilma: (mis-sema u l-art) iltaqa' għal għan maħsub (mi;v; qabel: l-għarqa tal-ħżiena)

[13] U ġarrejnieh (lil Noċ) fuq mirkeb ta' twavel u imsiemer

[14] li-jiġri (fiġ l-ilmijiet) taħt għajnejna (u fil-ħarsien tagħna); ħlas għal min kien miċħud (ninni niesu)

[15] Aħna tassew ħallejnieha. (dik il-ġrajja tad-dilhnvju) b'sinjal (għall-ġmus. li ġew. wara). Tgħid hemm min. jieħu tagħlima (minnha)

[16] Mela (ara) kemm kien (fal-biża') il-kastig tiegħi u t-twiddib tiegħi (li/ dawk li ċaħdu s-sinjali li ġewhom)i

[17] (Aħna tassew ħaffifna l-Qoran biex tiftakru/h). Tgħid hemm min jieħu tagħlima (minnu)

[18] (fil-ġens ta') Għad giddeb (lill-Mibgħut Hud). Mela ara) kemm kien. (tal-biża'). il-kastig. tiegħi u t-twiddib. tiegħi (li) dawk li ċaħduhii

[19] Aħna tabilħaqq bgħatna fuqhom riefnu. kiesaħ f'jum. ta' riżq ħażin bla tmiem

[20] li qala' n-nies (minni posthom bil-qawwa. kbira tiegħu), qishom għeruq tas-siġar tal-palm maqlugħa

[21] Mela (ara) kemm kien (tal-biża ) il-kastig tiegħi u t-twiddib tiegħil

[22] (Aħna tassew ħaffifna l-Qoran biex tiftakrufh), Tgħid hemm min jieħu tagħlima fmninnu

[23] (Ġens) Tamid gideb it-twiddib (ta' Saliħ, il-Mibgħur)

[24] u qalu: 'Jaqaw għandna nimxu wara bniedem waħdu, minn fostna Mela (jekk nagħmlu hekk) tassew inkunu f'telfien. u f'ġenni

[25] Jaqaw lilu ntbagħtet it-tifkira, minn. (daqshekk nies) fostna (li għandhom wisq aktar qawwa u ġid minnujt Le, (dan Saliħ ma huwiex Mibgħut)l Huwa giddieb wisqf

[26] Għadase jkunu jafu min hu l-giddieb wisql

[27] Tabilhaqq li se nibagħtu l-ġemja b'tiġrib għalihom. Mela għasses fuqhom (a Sa/iħ, u ara x'se jagħmlu) u żomm b'sabrekt

[28] U għarrafhom li l-ilma għandu jinqasam bejniethom: kull xarba jiġi għaliha min imissu (b'hekk nies Tamid u l-ġemla jiġu għax- xorb fil-jum maħsub għalihom)

[29] Għalhekk (nies Tamid) sejħu lil seħibhom (Qaddar bin Salif, l- agħar wieħed fit-tribis tagħhom) u qabad (sejf) u qatilha

[30] Mela (ara) kemm kien (tal-biża') il-kastig tiegħi u t-twiddib tiegħil

[31] Aħna Tabilħaqq bgħatna fuqhom ħoss qawwi, wieħed; u saru bħall-qasbija ta' dak li jħejji l-mandra (għall-bhejjem)

[32] Aħna tassew ħaffifna l-Qoran biex tiftakru(h). Tgħid hemm min jieħu tagħlima (minnu)

[33] Ġens Lot giddeb it-twissijiet (tal-Mibgħur Lor)

[34] Aħna tabilħaqq bgħatna fuqhom riefnu kbir ta' ġebel (/i qered lil kulħadd), ħlief lill-familja ta' Lot (u dawk li emmnu miegħu) li ħlisniehom fl-aħħar tal-lejl

[35] biegrazzja mingħandna. Hekk inħallsu lil min jiżżi ħajrl

[36] (Lot) tassew widdibhom bil-kastig tagħna, iżda huma qagħdu jmieru (u ddubiraw) it-twiddib

[37] Huma tassew talbuh (b'ħażen) il-mistednin tiegħu (l-anġli li marru għandu, u riedu jidinbu magħhom), iżda Aħna ħassarna għajnejhom. (/ntgal: lilhom): ''Mela duqu l-kastig tiegħi u t- twiddib tiegħif

[38] Tassew ġiehom kastig filgħodu kmieni, dejjiemi

[39] (Intqal lilhom): 'Mela duqu l-kastig tiegħi u t-twiddib tiegħif

[40] (Aħna tassew ħaffifna l-Qoran biex tiftakru/h). Tgħid hemm min jieħu tagħlima (iriniu)

[41] Tassew wasal it-twiddib għand nies il-Fargħun

[42] Huma giddbu s-sinjali tagħna kollha, għalhekk ħadniehom (għal għarrieda) kif jeħodhom wieħed felħan li għandu s-setgħa fuq kollox (u għelibnieħom)

[43] Jaqaw dawk minnkom (il-pagani ta' Mekka) li ma jemmnux huma aħjar minn. dawk. (il-vus tal-qedem), jew għandkom ħelsien (mill-kastig) fil-Kotba (li ġew bihom il-Mibgħutin)

[44] Jew jgħidu: ''Aħna ġemgħa (kbira u qawwija, u għalhekk aħna) rebbiħin

[45] Setingħeleb il-ġemgħa, u jagħtu daharhom frsaħrubin

[46] Le' Is-Siegħa hija l-ħin imwiegħed tagħhom, U s-Siegħa tkun aktar ta' għawġ u aktar morra (għalihom mill-jasar u l-gril)

[47] Tabilħaqq li l-ħatjin jinsabu f'telfien u f'nirient

[48] Fil-Jum meta jkunu mkaxkrin fin-Nar fuq uċuħhom. (jingħad lilhom:) ''Duqu l-mess ta' l-Infernt

[49] Aħna tabilħaqq ħlaqna kollox bil-qjies, l

[50] u l-amar tagħna ma huwiex ħlief wieħed, bħal tebqa ta' għajn

[51] Aħna tassew qridna lil dawk li jixbhukom (fiċ-ċaħda tat- twemmin). Tgħid hemm min jieħu tagħlima

[52] U kulma għamlu jinsab fil-kotba (ta' l-għemejjel tal- bniedem, li jinsabu miżmuma għand l-anġli), WI

[53] u kull (għeri) żgħir jew kbir huwa miktub (f'dawk il- kotba)

[54] Tabilħaqq li dawk li jibżgħu minn Alla jinsabu f'Ġonna u fixmajjar

[55] fi mkien is-sewwa, għand Sultan li għandu s-setgħa fuq kollox

Dak li jagħmel il-Ġid

Surah 55

[1] (Alla) Kollu Ħniena

[2] għallem il-Qoran

[3] Ħalaq il-bniedem

[4] għallmu t-taħdit

[5] Ix-xemx u l-qamar (jifħarrku) b'kalkolu (eżatt)

[6] ul-kwiekeb u s-siġar jinxteħtu (quddiem Alla bil-qima)

[7] U s-sema (Alla)-refgħu (mingħajr kolorni), u qiegħed il- miżien (għall-għarfien tas-sewwa, taż-żejjed u tan-nieqes)

[8] biex ma tagħtux użin ħażin

[9] Agħtu l-użin bil-ġustizzja, u la tagħtux użin nieqest

[10] L-art (A/la) qegħedha għall-ħlejjaq

[11] fiha frottu siġar tal-palm bl-għenieqed (taż-tamar)

[12] u l-qmuħ bil-ħliefa u x-xtieli b'riħa tfuħ

[13] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu (u tiċħdu intom il- bnedmin u l-ġinn)

[14] Ħalaq il-bniedem minn tafal (niexef) li jċenċel (meta tħabbat fuqu), bħall-fuħħar

[15] u ħalaq lill-ġini minn nar bla duħħan

[16] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[17] Sid iż-żewġ inħawi tat-tlugħ (tax-xemx u l-qamar). u ż- żewġ inħawi ta' l-inżul (irinn fejn jinżlu x-xemx u l-qamar)

[18] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[19] Ħalla ż-żewġt ibħra (dak mieleħ u dak ħelu) jimirħu u jiltaqgħu

[20] bejniethom hemm barrikata li ma jaqbżuhiex

[21] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[22] Minnhom it-tnejn (miż-żewġt ibħra) joħorġu l-perli u l- qroll

[23] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[24] Tiegħu l-imriekeb merfugħa, bħall-iġbla, fil-baħar

[25] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[26] Kulmin jinsab fuqha (l-art) għad jintemm

[27] ujibqa' Wiċċ Sidek, li tiegħu hi l-glorja u l-ġieħ

[28] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[29] (Jitolbuh fl-għajnuna) dawk li jinsabu fis-smewwiet u fl- ) art; ta' kuljum Huwa f'xi għemil (mill-għemejjel divini I tiegħu)

[30] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[31] Senieħdu ħsiebkom (u nagħmlu ħaqq minnkom f'Jum il- Qawmien), intom il-bnedmin u l-ġinnt

[32] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[33] Ja ġemgħat tal-ġinn u tan-nies, jekk tistgħu tinfdu l-inħawi tas-smewwiet u l-art (biex forsi taħarbu l-kastig ta' Alla), mela infdu(kors)i M'intomx se tinfdu(hor), jekk mhux bis- setgħa (tagħnajl)

[34] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[35] Jintbagħtu fuqkom it-tnejn (dakinhar ta' Jum il-Qawmien) ilsna tan-nar bla duħħan u ram (imdewweb li jissawwab fuqkom), u ma tħarsux lilkom infuskom

[36] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[37] U meta s-sema jixxaqqaq (f'Jum il-Qawmien) ikun (minn lewn il-) warda, bħall-ġild l-aħmar

[38] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[39] Dakinhar ebda bniedem jew ġinn ma jkun mistoqsi dwar id-dnub tiegħu (għaliex ikunu magħrufin il-ħatjin)

[40] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[41] Il-ħatjin jingħarfu mill-marki tagħhom, u jittieħdu mill- bżiebeż u mis-saqajn (ir jinxteħtu fl-Infern)

[42] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[43] Dan hu l-Infern li jgiddbu l-ħatjin

[44] iduru bejnu (nar l-Infern) u bejn l-ilma li ma jistax jagħli aktar

[45] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[46] U għal min jibża' li għad iqum quddiem Sidu (il-Mulej) hemm żewġ Ġonna (waħda għalih u oħra għal niesu)

[47] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[48] (F'dawn iż-żewġ Ġonna jinsabu siġar) bi friegħi (mifruxin u bil- frott)

[49] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[50] Fihomit-tnejn jinsabu żewġ għejun ta' ilma ġieri

[51] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[52] Fihomit-tnejn hemm żewġ (għamliet) minn kull frotta

[53] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[54] Mimdudin (ikunu l-ġusti) fuq sodod infurrati bl- imbrukkat, u l-frott taż-żewġ Ġonna jinsab fil-qrib. (u jinqata', kotran, mingħajr tbatija)

[55] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[56] Fihom (fiż-żewġ Ġonna) jinsabu nisa li jgħakksu għajnejhom (u jħarsu biss lejn żwieġhom), u li, qabilhom, ma messhom la bniedem u lanqas ġinn

[57] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[58] (Dawk in-nisa sbieħ) bħall-ġjaċint u l-qroll

[59] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[60] Jaqawil-ħlas tat-tjieba ma huwiex it-tjieba

[61] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[62] Inqasminn dawn it-tnejn, hemm żewġ Ġonna (oħra)

[63] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[64] Jagħtu fl-iswed (daqskemm hemm ħdura u siġar fihom)

[65] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[66] Fihom it-tnejn hemm żewġ għejun ta' ilma jgelgel kotran

[67] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[68] Fihomit-tnejn hemm frott, siġar tal-palm u rummien

[69] Melaliema għorjiet ta' Sidkom tgiddbu

[70] Fihomit-tnejn hemm ħwejjeġ tajbin u sbieħ

[71] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[72] Nisa sbieħ b'għajnejn kbar (imsejħa ħar) miżmuma fit-tined kbar

[73] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[74] Qabilhom (qabel żwieġhom) ma messhom la bniedem u lanqas ġinn

[75] Mela liema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[76] Mimdudin (il-ġusti) fuq imħaded ħodor u twapet ħoxnin, sbieħ

[77] Melaliema għotjiet ta' Sidkom tgiddbu

[78] Mbierek Isem Sidek, li tiegħu hi l-glorja u l-ġieħ

Il-Ġrajja

Surah 56

[1] Metal-Ġrajja (ta' Jun il-Qawmien) isseħħ

[2] uħadd ma jista' jgiddeb meta sseħħ

[3] litmiżżel (lil uħud fl-Infern) u tgħolli (oħrajn fil-Ġenna)

[4] metal-art titheżżeż sewwa

[5] ul-iġbla jitfarrku

[6] ujsiru għabra mxerrda (mar-riħ)

[7] (dakinhar) tkunu tliet ġemgħat (dawk li jiġu l-ewwel. fl- għemejjel tajba, imbagħad nies il-lemin, jiġifieri l-bqija tan- nies li jidħlu l-Ġenna, u nies ix-xellug li jmorru l-Infern)

[8] Niesil-lemin (taf xejn) min huma nies il-lemin

[9] Uniesix-xellug ( 1a/xejn) min huma nies ix-xellug

[10] U dawk li jisbqu (lil kulħadd fl-għemejjel tajba) ikunu dawk li jisbqu (lil kulħadd fit-tgawdija fil-Ġenna)

[11] Dawk huma li jitqarrbu (lejn 4/la)

[12] fil-Ġonna ta' l-hena

[13] (ta' l-ewwel ikunu) ġemgħa kbira mill-(ġnus) tal-qedem

[14] uftitmill-(ġ 115) ta' l-aħħar (li ġew wara)

[15] Fuq divani (iqiegħdu) minsuġa (bid-deheb u bil-ħaġa prezzjuż)

[16] mimdudin fuqhom, quddiem xulxin

[17] jduru magħhom (biex jaqduhom) żgħażagħ subien li qatt ma jmutu

[18] bi bwieqi, buqari u tazza (bl-iffen inbid miġjub) minn għajn (mill-għejun kotrana tal-Ġenna)

[19] la tuġagħhom rashom bih u lanqas jiskru

[20] U (ikollhom) frott (kotran), minn kulma jagħżlu

[21] ulaħam it-tajr, minn kulma jixtiequ

[22] unisa sbieħ b'għajnejn kbar

[23] bħall-perli mkennin

[24] (dan kollu) bi ħlas ta' dak (il-ġid) li kienu jagħmlu

[25] Fiha (fil-Ġenna) la jisimgħu kliem ta' frugħa u lanqas ħtija

[26] (majjisimgħux) għajr il-kliem: sliem (is aktar) sliem

[27] U nies il-lemin (taf xejn) min huma nies il-lemin

[28] (Huma jkunu fid-dell) f'nofs siġar bla xewk (u mimli frott)

[29] (taħt) siġar tal-banana mgħobbija frott

[30] (ujkunu f) dell dejjiem

[31] (ufgrib) ilma jgelgel

[32] ufrott kotran

[33] (li) la jintemm, u lanqas ikun projbit

[34] U (jimteddu) fuq sodod merfugħa

[35] Tabilħaqq li (fin-nisa tal-Ġenna) ħlaqniehom bħala ħolqien (ġdid)

[36] u għamilniehom verġni

[37] ujħobbu biss lil żwieġhom; u (jkunu) tamparhom

[38] (nisasafja) għal nies il-lemin

[39] (Huma) ġemgħa kbira mill-(ġnus) tal-qedem

[40] u ġemgħa kbira mill-(ġ/us) ta' l-aħħar (li ġew wara)

[41] Uniesix-xellug (af xejn) min huma nies ix-xellug

[42] (Dawn) ikunu f'riħ jaħraq u ilma jagħli

[43] (u jkunu) f'dell id-duħħan sewdien

[44] delljili la hu biered u lanqas sabiħ

[45] Qabel dak (il-kastig, meta kienu għadhom fid-dinja) huma tabilħaqq kienu fi tgawdija u f'lussu kbir, I

[46] ukienu jwebbsu rashom fid-dnub il-kbir (il-paganiżmu)

[47] Kienu jgħidu: 'Jaqaw meta mmutu u nsiru trab u għadam, tabilħaqq għad nitqajmu mill-mewt

[48] umissirijietna tal-qedem ukoll

[49] Għid(ilhom Muħammad): ''Tabilħaqq li l-ġnus tal-qedem u. ta' l-aħħar (li ġew warajhom)

[50] tassew jinġemgħu ( 4 jitqajmu) għall-waqt ta' Jum magħruf

[51] Imbagħad tabilħaqq li intom, ja mitlufin. li giddibtu (il- qawmien mill-imwiet)

[52] setieklu minn siġar taż-żaqġiim (li jikber biss f'qiegħ l-Infern u li l-frott tiegħu huwa wisq ħażin)

[53] usetimlew żaqqkom bih

[54] u fuqu (dak l-ikel mis-siġra ħażina) tixorbu ilma jagħli

[55] utixorbu (kemm tifilħu minnu) bħalma jixrob il-ġemel għatxanl

[56] Dan hemm imħejji għalihom f'Jum il-Ħaqql

[57] Aħna ħlaqniekom (mix-xejn). Mela għaliex ma temmnux (/i se nqajmukom għal ħajja ġdida)

[58] Ħabbruni: dik iż-żerriegħa (ta' l-isperma) li-xxerrdu (minn ġisimkom, u minnha jitnisslu l-ulied)

[59] jaqaw intom toħolquha, jew Aħna l-Ħallieqa

[60] Aħna ordnajna l-mewt fostkom u ħadd ma jgħaddina (jew iwaqqafna)

[61] (ekk irridu nistgħu neqirdikom) u nibdlukom b'nies bħalkom, u (f'kum il-Qawmien) nerġgħu nagħmlukom (ħolqien ġdid) b'mod li ma tafux

[62] Intom tassew tafu l-ewwel ħolqien, Mela kif ma tiftakrux (Iż Alla joħloq ukoll it-tieni ħolqien)

[63] Ħabbruni: dak li tiżirgħu

[64] jaqaw intom tkabbruh, jew Aħna dawk li nikabbru

[65] Kieku ridna, (dan il-miżrugħ) għamilnieh karfa, u kontu tibqgħu tistagħġbu (i tgħidu)

[66] S'Aħna tassew tellifini

[67] Le, (mhux biss, anzi) aħna mċaħħdini

[68] Ħabbrumi: l-ilma li tixorbu

[69] jaqaw intom niżżiltuh mis-sħab, jew Aħna li nniżżlub

[70] Kieku ridna, (dan l-ilma) konna nagħmluh mielaħ fir ma jinxtorobx). Mela kif ma tiżżux ħajr

[71] Ħabbruni: in-nar li tkebbsu

[72] jaqaw intom kabbartu s-siġra tiegħu (biex ikollkom l-injam xi tqabbdu u x'itfeħu fih), jew Aħna kabbarnieha

[73] Aħna (in-nar tad-dinja) għamilnieh tifkira. (tan-nar ta' l- Infern): u kumdità għal dawk li jterrqu u jsiefru

[74] Mela sebbaħ b'Isem Sidek ta' kobor bla tarfl

[75] Tabilħaqq naħlef fuq l-imkejjen ta' nżul il-kwiekeb

[76] u(din) hija tabilħaqq ħalfa kbira, kieku tafu

[77] li tabilħaqq huwa Qoran ta' ġieħ

[78] (li jinsab) fi Ktieb imħares (għand Alla)

[79] majjmissuhx għajr l-imsaffijin

[80] tinżil (b 'Rivelazzjoni) minn Sid il-ħolqien

[81] Jaqaw intom tgiddbu dan il-kliem (dwar il-Qoran)

[82] u tagħmlu l-għajxien tagħkom billi tgiddbu (il-Qoran, minflok tiżżu ħajr ta' kulma Alla għamel magħkom)

[83] Mela meta (ir-ruħ) tasal sal-gerżuma (ta' dak li wasal biex imut)

[84] uintom, dak il-ħin, tkunu qegħdin tħarsu

[85] u- Aħna nkunu eqreb lejh minnkom, iżda ma tarawx

[86] jekk intom meħlusin mill-ħaqq, (kif tgħidu)

[87] għaliex ma treġġgħuhiex lura (fir-ruħ tal-mejjef biex ma jsirx ħaqq minnha), jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[88] Mela jekk (il-mejjet) ikun minn dawk li tqarrbu (/ejn Alla bl-għemejjel tajba tagħhom)

[89] (ikollu) mistrieħ, ġid u Ġonna ta' hena (fl-Għeden)

[90] U jekkikun minn nies il-lemin

[91] (jingħad lilu): ''Sliem lilek minn nies il-lemint

[92] Iżda jekk ikun minn. dawk li giddbu (is-sewwa), il- mitlufin

[93] il-merħba (li jingħata tkun) ta' ilma jagħli

[94] uħruq fin-Nar iħeġġeġ (ta' l-Infernji)

[95] Tabilħaqq lidan (kollu li ħabbarnielek, Muħammad) huwa s-sewwa kollu minnul

[96] Mela sebbaħ Isem Sidek, il-Kbir bla qjiesl

Il-Ħadid

Surah 57

[1] sebbaħ lil Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Huwa l-Qawwi, l-Għaref

[2] Tiegħu hija s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art; jagħti l-ħajja u jagħti l-mewt, u Huwa fuq kollox Setgħan

[3] Huwa l-Ewwel u l-Aħħar, Dak li jidher u l-Mistur, u Huwa jaf b'kollox

[4] Huwa li ħalaq is-smewwiet u l-art f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron. Huwa jaf b'dak li jinfed l- art u b'dak li joħroġ minnha: b'dak li jinżel mis-sema, u b'dak li jitla' fih. Huwa magħkom kulfejn tkunu. Alla jara sew dak li tagħmlu

[5] Tiegħu hija s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art, u kollox jerġa' lura għand Alla (għall-Ġudizzju tiegħu)

[6] Huwa jdaħħal il-lejl fin-nhar, u jdaħħal in-nhar fil-lejl. Huwa jaf b'kulma hemm fil-qlub

[7] Emmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu u onfqu minn dak (il-ġid) li għamilkom werrieta tiegħu. U dawk minnkom li jemmnu u jonfqu (minn dan il-ġid kif jixraq) ikollhom ħlas kbir

[8] (U x'fraġuni) għandkom biex ma temmnux f'Alla meta l-Mibgħut isejħilkom biex temmnu f'Sidkom, u Hu ( 4/la) daħal f'patt magħkom, jekk intom temmnu

[9] Huwa li jniżżel fuq il-qaddej tiegħu versi ċari biex joħroġkom mid-dalmiet għad-dawl. Alla tabilħaqq Kollu Tjubija magħkom, Ħanin

[10] (U x'fraġuni) għandkom biex ma'tonfqux għal Alla, meta ta' Alla huwa l-wirt tas-smewwiet u ta' l-art 7 Dawk minnkom li nefqu, qabel ir-rebħa (il-kbira tal-Misilmin f'Mekka) u tqabdu (għal Alla), ma humiex daqs (dawk li nefqu minn ġidhom u tqabdu għal Alla wara r-rebħa ta' Mekka). Dawk (ta' l-ewwel) huma fi grad ogħla minn dawk li nefqu u tqabdu (għal Alla) wara (ir-rebħa). Alla lil kulħadd wiegħed l-aħjar ħlas (fil-Ġenna). Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[11] Min hu dak li jsellef lil Alla self tajjeb 2 Hu jkattarħulu bil-bosta u jkollu ħlas tajjeb u kotran

[12] Fil-Jum meta tara (Muħammad) lil dawk l-irġiel u n-nisa li jemmnu, bid-dawl ħiereġ quddiemhom u fuq il-leminija tagħhom, (jingħad. lilhom): (Din. hija) il-bxara. t-tajba għalikom illum: Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom igħammru għal dejjem. Dik tkun ir-rebħa l-kbiral

[13] Fil-Jum (tal-Ġudizzju) meta dawk l-irġiel u n-nisa ta' wiċċ b'ieħor jgħidu lil dawk li jemmnu: 'Stennew(na), biex nieħdu mid-dawl tagħkom (ħalli: naraw. fejn. sejrin),' jingħad (/ilhom): ''Erġgħu lura (fid-dinja, jekk għandkom il- ħila) u fittxu dawl (imma issa tard wisq)i' U jqum bejnhom (bejn dawk li jemmnu u dawk ta' wiċċ b'ieħor) sur li jkollu bieb: minn ġewwa (in-naħa ta' dawk li jemmnu) fih il- ħniena, u minn barra (in-naħa ta' dawk ta' wiċċ b'ieħor), quddiemu (hemm) il-kastig

[14] Isejħulhom (ta' wiċċ b'ieħor lil dawk li jemmnu, u jgħidulhom): ''Mela ma konniex magħkom (fid-dinja u għamilna bħalkomj)' Jgħidulhom: ''Mela, iżda intom ġarrabtu lilkom infuskom (bil-wiċċ b'ieħor tagħkom) u qgħadtu tistennew u tiddubitaw. U x-xewqat daħku bikom, sa ma ġie l-amar ta' Alla (il-mewt), u (ix-Xitan) il-qarrieq daħak bikom dwar Alla (għaliex daħħlilkom f'raskom li, fit- tjieba kbira tiegħu Alla ma huwiex se jikkastigakom)

[15] Għalhekk illum ma tittieħed minnkom ebda fidwa, u lanqas minn dawk li m'emmnux, Il-kenn tagħkom huwa n- Nar: huwa jieħu ħsiebkom, u (dak ikun tassew) tmiem mill- agħar

[16] Jaqaw ma wasalx il-ħin għal dawk li jemmnu biex qlubhom joqogħdu għat-tifkira ta' Alla u għas-sewwa li niżel (fil-Qoran), biex ma jkunux bħal dawk li, qabel, kienu ngħataw il-Ktieb, iżda għadda żmien twil minn fuqhom u qlubhom ibbiesu 7 Ħafna minnhom huma ħżiena

[17] Kunu afu li Alla jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha. Aħna tassew. urejniekom biċ-ċar is-sinjali (tagħna) biex forsi tifhmul

[18] Tabilħaqq li dawk l-irġiel u n-nisa li jagħtu l-karità u jsellfu lil Alla self tajjeb, Huwa jkattrilhom (il-premju) u jkollhom ħlas tajjeb u kotran

[19] U dawk li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu, dawk huma l-fidili u x-xhieda quddiem Sidhom. Huma jkollhom il-ħlas tagħhom u d-dawl tagħhom. Iżda dawk li jgiddbu r-Rivelazzjoni u s-sinjali tagħna, dawk huma nies in-Nar iħeġġeġ

[20] Kunu afu li l-ħajja (f'din) id-dinja ma hijiex għajr logħob, mogħdija ta' żmien, tiżjin, ftaħir bejnietkom u tkattir tal-ġid u ta' l-ulied. (Dan) bħal xita qawwija li x- xitel (fi jinbet minnha) jogħġob lill-bdiewa. Imbagħad jinxef, u tarah musfar, u wara jsir karfa. U fl-Oħra (fil- Ħajja l-Oħra) hemm kastig qalil (għall-ħżiena) u maħfra minn Alla u għaxqa (għat-tajbin). U l-ħajja (f'din) id- dinja ma hijiex għajr tgawdija qarrieqa

[21] Tellqu bejnietkom (u għaġġlu) lejn il-maħfra. minn Sidkom u lejn Ġenna li l-wisa' tagħha huwa daqs il-wisa' tas-sema u ta' l-art; hija tħejjiet għal dawk li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħutin tiegħu. Dik hija t-tjieba ta' Alla li jagħtiha lil min irid. Alla huwa ta' tjieba mill-akbar

[22] Ma jiġrix xi għawġ fl-art (bħal theżżiżiet, ġuħ, u nixfa), jew fikom. infuskom (mard u faqar) li-ma huwiex (miktub). fi ktieb, sa minn qabel ma noħolquh. Dan tabilħaqq ħafif għal Alla

[23] biex la titnikktu għal dak li naqaskom, u lanqas tifirħu b'dak (il-ġid) li ġiekom (fid-dinja). Alla ma jħobb ebda mkabbar li kollu ftaħir bih innifsu

[24] (li jkun bħal) dawk li jixxaħħu (u ma jonfqux minn ġidhom għal Alla), u jordnaw ix-xeħħa lin-nies. U min jagħti dahru (u ma jagħtix kas tal-kawża ta' Alla, għandu jkun jaf li) Alla tabilħaqq huwa l-Għani li jistħoqq kull tifħir

[25] Aħna tassew bgħatna lill-Mibgħutin tagħna bis-sinjali ċ-ċari, u niżżilna magħhom il-Ktieb u l-miżien, biex in- nies jimxu bil-ħaqq. U ħlaqna l-ħadid li fih qilla kbira (għaliex jintuża fil-gwerer) u fejdiet għan-nies (għaliex minnu jagħmlu l-għodod, u ħlaqnieh biex dawk li jemmnu jużawh biex jagħmlu ġustizzja), u biex (b'hekk) Alla jkun jaf min jieqaf miegħu u mal-Mibgħutin tiegħu fis-satra. Alla tabilħaqq Qawwi, Felħan

[26] Aħna tassew bgħatna lil Noċ u lil Abraham, u għamilna l-profezija u l-Ktieb f'nisilhom it-tnejn. Hemm minnhom li jinsabu fit-triq it-tajba, u ħafna minnhom huma ħżiena

[27] Imbagħad bgħatna lill-Mibgħutin. tagħna. fil-passi tagħhom, u bgħatna lil Ġesti bin Marija u tajnieh l- Evanġelju. U fi qlub dawk li mxew warajh għamilna l- mogħdrija u. l-ħniena, iżda l-monastiċiżmu huma vvintawh, u ma ktibnihulhomx (ma kellhomx) ħlief ifittxu l-għaxqa ta' Alla, u ma ħarsuhiex kif kellhom jħarsuha. Lil dawk minnhom li emmnu. tajniehom ħlashom, u ħafna minnhom huma ħżiena

[28] Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla u emmnu fil- Profeta tiegħu. Huwa jagħtikom darbtejn mill-ħniena tiegħu, jagħmlilkom dawl li timxu fih, u jaħfrilkom. Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin

[29] biex Nies il-Ktieb ikunu jafu li ma għandhom xejn setgħa fuq it-tjieba ta' Alla, u li t-tjieba tinsab f'idejn Alla. Huwa jagħtiha lil min irid. Alla huwa ta' tjieba mill- akbar

Dik li titlob

Surah 58

[1] Alla tassew sema' kliem dik (Ħawla bint Tagħlaba) li tħaqqaqha miegħek (Muħammad) dwar żewġha ('Aws ibu as-Samit li nfired minnha biż-zihar) u tilmenta ma' Alla (bil-ħerqa). Alla jisma' l-argument tagħkom it-tnejn. Alla tabilħaqq jisma' kollox, u jara kolloxi

[2] Dawk minnkom li jgħidu lin-nisa tagħhom li huma projbiti għalihom: bħal ommijiethom: (meta fil-fatt. ma humiex, għandhom jiftakru li) dawk ma humiex tabilħaqq ommijiethom. Ommijiethom. ma humiex għajr: dawk. li wellduhom. Huma tassew jgħidu kliem. mistkerrah u qarrieq. Alla tabilħaqq Kollu Mogħdrija, Kollu Maħfra

[3] U dawk li jgħidu lin-nisa tagħhom li huma projbiti għalihom bħal ommijiethom (meta fil-fatt ma humiex), u mbagħad jibilgħu lura dak li qalu (u jkunu jixtiequ jerġgħu jibdew. ħajja miżżewġa normali man-nisa tagħhom, ikollhom) jeħilsu Isir qabel ma (huwa u martu jerġgħu) imissu lil-xulxin, B'dak titwissewl Alla jaf sewwa b'dak li tagħmlu

[4] U min ma jsibx (ilsir x'jeħles), mela (jeħtieġlu jagħmel) sawm għal xahrejn wara xulxin, qabel ma (huwa u martu jerġgħu) imissu lil xulxin. U min ma jistax. (isum), mela. (jeħtieġlu) jitma' sittin fqir. Dak biex temmnu f'Alla u fil- Mibgħut tiegħu, u dawk huma l-limiti ta' Alla, Għal dawk li ma jemmnux hemm kastig ta' wġigħ

[5] Tabilħaqq li-dawk ti jeħduha kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu jitwaqqgħu fil-baxx, bħalma twaqqgħu fil-baxx dawk ta' qabilhom. Tassew niżżilna versi ċari, u għal dawk li ma jemmnux hemm kastig ta' tkasbir

[6] fil-Jum meta Alla jqajjimhom' ilkoll: mill-mewt, u jgħarrafhom. b'dak li għamlu, Alla niżżlu (l-għemil ħażin tagħhom fil-ktieb ta' l-għemejjel tagħhom) u huma nsewh. Alla ta' kollox ix-Xhud

[7] Mela ma tarax li Alla jaf b'dak li hemm fis-smewwiet u b'dak li hemm fl-art 7 Ma hemmx kliem mistur bejn tlietà li Huwa ma jkunx ir-Raba' fosthom, jew (bejn) ħamsa, li Hu ma jkunx is-Sitt wieħed, jew inqas minn dak, inkella aktar, li Huwa ma jkunx magħhom, ikunu fejn ikunu. Imbagħad f'Jum il-Qawmien jgħarrafhom b'dak li għamlu. Alla tabilħaqq jaf b'kollox

[8] Mela ma rajtx (Muħammad) lil dawk li kien projbit għalihom. it-taħdit bil-moħbi 2. (Madanakollu) huma reġgħu lura għal dak li kien projbit għalihom u (issa qegħdin) jitkellmu bil-moħbi bil-ħtija, bl-aggressjoni u bid-diżubbidjenza lejn il-Mibgħut 7 U meta jiġu għandek (Muħammad) isellmulek b'dak (it-tislim stramb) li Alla ma jsellimlekx bih (meta, minflok ''as-salamu għalajka '' jgħidulek ''as-samu għalajka'', jiġifieri: ''l-mewt. tiġi għalik'), u jgħidu fihom infushom: ''Għaliex Alla ma jikkastiganiex. ta' dak li ngħiduf' L-Infem biżżejjed għalihom biex jinxtwew (fih), u (dak ikun tassew) tmiem mill-agħar

[9] Intom li temmnu, meta: titkellmu bil-moħbi, la titkellmux bil-ħtija, bl-aggressjoni u bid-diżubbidjenza lejn il-Mibgħut, iżda tkellmu bit-tjieba u bil-biża' ta' Alla, Ibżgħu minn Alla li għandu għad tinġabru (fl-Aħħar Jum)

[10] Il-kliem (ħażin) bil-moħbi ma huwiex ħlief mix-Xitan, biex inikket lil dawk li jemmnu. Hu xejn ma jagħmlilhom ħsara, jekk mhux bil-permess ta' Alla. F'idejn Alla għandhom iħallu dawk li jemmnul

[11] Intom li temmnu, meta jingħad lilkom: 'Agħmlu l-post (lil xulxin) fil-laqgħati' agħmlu l-post; Alla jagħmel post lilkom. U meta jingħad lilkom: ''Qumu (biex tagħmlu post lil ħaddieħor).' qisu li tqumu. Alla jgħolli fi gradi (ta' ġieħ) lil dawk minnkom li jemmnu, u lil dawk li ngħataw l-għarfien. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[12] (Intom li temmnu, meta tikkonsultaw lill-Mibgħut, ras imb'ras, qabel it-taħdit privat tagħkom friegħu), agħtu karità. Dan ikun aħjar għalikom u (ssiru) aktar safjin. U jekk ma ssibux (kif tagħmlu din il-karità, kunu afu li) Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

[13] Jaqaw (intom li temmnu) bżajtu tagħtu karità qabel it- taħdit privat tagħkom (mal-Profeta) 7 U billi ma għamiltux (karità), u Alla dar lejkom bil-maħfra (u wara li sirtu tafu li t-taħdit privat mal-Profeta huwa ħaġa serja ħafna), mela (għallinqas) agħmlu t-talb, agħtu l-karità (obbligatorja, iż- żakat), u oqogħdu għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu. Alla jaf sewwa b'dak li tagħmlu

[14] Mela ma tarax (Muħammad) lil dawk (ta' wiċċ b'ieħor) li ssieħbu ma' nies (il-Lhud) li Alla għadab għalihom' (Dawn ta' wiċċ b'ieħor) ma humiex minnkom (il-Misilmin), u lanqas minnhom (mil-Lhud), u jaħilfu bil-ġideb (u jgħidu: UFuq Alla, aħna tassew Misilmini'') u jafu (li dan ma huwiex minnu)

[15] Alla ħejja għalihom kastig qalil. Tabilħaqq ħażin dak li kienu jagħmlul

[16] Huma jistkennu wara l-ħalf (fa/z) tagħhom u jżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla. Għalhekk ikollhom kastig ta' tkasbir

[17] Xejn, la ġidhom, u lanqas uliedhom, ina jħarsuhom minn Alla (u l-kastig tiegħu). Dawk huma nies in-Nar; huma fih jgħammru għal dejjemi

[18] Fil-Jum meta Alla jqajjimhom ilkoll mill-mewt, huma jaħilfulu bħalma jaħilfulkom (issa) u jaħsbu li għandhom xi ħaġa (li jistgħu joqogħdu fuqha). U ara, huma tabilħaqq il- giddibin

[19] Ħakimhom ix-Xitan u nessiehom it-tifkira ta' Alla. Dawk huma l-ġemgħa tax-Xitan. U ara, tabilħaqq li (dawk ta') il- ġemgħa tax-Xitan huma t-telliefa

[20] Tabilħaqq li dawk li jeħduha kontra Alla u l-Mibgħut tiegħu jkunu fost l-aktar imkasbrin

[21] Alla kiteb (dan id-digriet): Tassew negħleb (lill- għedewwa tiegħi), Jiena u l-Mibgħutin tiegħi. Alla tabilħaqq huwa Qawwi, Felħan

[22] Ma: ssibx (Muħammad) nies li jemmnu f'Alla u fl- Aħħar Jum li jitħabbu ma' min jeħodha kontra Alla u l- Mibgħut tiegħu, lanqas jekk ikunu missirijiethom jew uliedhom, jew ħuthom, jew nies it-tribii tagħhom. Dawk (in-nies li jemmnu, Alla) kiteb it-twemmin fi qlubhom, qawwiehom. b'ruħ. mingħandu, u jdaħħalhom: f'Ġonna (ta' l-Għeden). bix-Xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. L-għaxqa ta' Alla fuqhom, u l- għaxqa tagħhom fuqu. Dawk huma l-ġemgħa ta' Allat U ara, tabilħaqq (dawk ta') il-ġemgħa ta' Alla huma r- rebbiħini

L-Eżilju

Surah 59

[1] Isebbaħ lil Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-artl Huwa l-Qawwi, l-Għaref

[2] Huwa li ħareġ minn djarhom lil dawk minn fost Nies il- Ktieb (il-Lhud tat-tribi: Banii n-Nadir) li ma jemmnux, għall-ewwel. ġabra (tagħhom: l-eżilju. mill-peniżola Għarbija). Ma kontux taħsbu li se joħorġu (eżiljati minn arthom), u. (il-Lhud) ħasbu li l-fortizzi tagħhom se jħarsuhom minn Alla (u mill-kastig tiegħu). U Alla ġiehom (għal għarrieda) minn fejn ma stennewx, u xeħet fi qlubhom il-biża'. Huma għamlu ħerba minn djarhom b'idejhom. (stess, biex il-Misilmin ma jkunux jistgħu jgħammru fihom), u b'idejn dawk li jemmnu. Mela ħudu tagħlima, intom li għandkom għajnejn biex taraw (i tifhmujl)

[3] U kieku Alla ma kitbilhomx (b'digriet divin) il-ħruġ, (xorta waħda) kien jikkastigahom fid-dinja (bħalma għamel wara, mal-Lhud ta' Banii Qurajza li ttradew lill- Profeta: Muħammad, u għalhekk inqatlu mill-Misilmin). Fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) ikollhom kastig in-Narl

[4] (Dak fl-eżilju u l-kastig: kien. jistħoqqilhom). għaliex huma waqfu lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u min jieqaf lil Alla, Alla tabilħaqq Qalil fil-kastig (li jagħtih)

[5] Dak mis-siġar tal-palm (ta' Bari n-Nadir) li (intom il- Misilmin) taqtgħu. (biex iġġegħluhom joħorġu minn artijiethom), jew tħalluhom weqfin fuq għeruqhom, (ma jseħħx) jekk mhux bil-permess ta' Alla, u biex ikasbar lill-ħżiena

[6] U dik (il-priża) li Alla ta lill-Mibgħut tiegħu (meħuda) minnhom (mil-Lhud tat-tribii ta' Banit n-Nadir), intom ma qanqaltux la żwiemel u lanqas iġmla għal fuqha, iżda Alla jagħti s-setgħa lill-Mibgħutin tiegħu fuq min irid. Alla fuq kollox Setgħan

[7] U dik (il-priża) li Alla ta lill-Mibgħut tiegħu (meħuda) minn nies il-bliet (il-Lhud tat-tribir ta' Banii n-Nadir, ta' Banii Qurajza, u oħrajn, għandha tmur) għal Alla u għall-Mibgħut, għall-qraba (tal-Profeta, għaliex. mhux sew. li jaqgħu għall-karità), għall-iltiema, għall-foqra u għal dawk li jterrqu, biex (il-ġid) ma jgħaddix biss bejn l- għonja fostkom (mingħajr ma jasal għand min tassew jeħtieġu). Dak li jagħtikom il-Mibgħut, ħuduh, u dak li jżommkom minnu, iċċaħħdu (minnu), u ibżgħu minn Allat Alla tabilħaqq Qalil fil-kastigl

[8] (Il-priża maqbuda għandha tmur) għall-emigranti foqra li nħarġu minn djarhom u mill-propjetà tagħhom, għaliex jittamaw. f'tjieba u f'għaxqa minn Alla u jżommu ma' Alla u mal-Mibgħut tiegħu. Dawk huma li jgħidu (u jagħmlu) is-sewwa

[9] U dawk li għammru fil-belt (ta' Medina) u (daħlu) fit- twemmin (ta' l-Islam) qabilhom (qabel ħafna emigranti Misilmin. li waslu hemm) iħobbu (u jgħinu). lil-min jemigra lejhom, u ma jsibux fi qlubhom għira minħabba dik (il-priża) li ngħataw (l-emigranti. Misilmin), u jippreferu(hom) minnhom infushom, anki jekk huma wkoll jinsabu fil-faqar. U min jitħares mix-xeħħa tiegħu nnifsu, (nies bħal) dawk ikunu r-rebbieħa

[10] U dawk li ġew warajhom jgħidu: 'Sidna, aħfer lilna u lil ħutna li waslu qabilna fit-twemmin, u la. tqegħidx mibegħda fi qlubna għal dawk li-emmnu (u daħlu fl- Islam). Sidna, Inti tabilħaqq kollok tjubija, Ħanin

[11] Mela ma rajtx (Muħammad) lil dawk ta' wiċċ b'ieħor (fost il-Misilmin) li jgħidu lil ħuthom minn Nies il-Ktieb (it-tribujiet Lhud ta' Banii n-Nadir u Banit Qurajza) li m'emmnux (fil-missjoni ta' Muħammad): Jekk titkeċċew (minn. Medina), aħna żgur li noħorġu magħkom, u qatt ma nobdu (l-amar) ta' ħadd dwarkom. U jekk tkunu attakkati (mill-Misilmin), aħna żgur li ngħinukomi' Alla jixhed li huma tabilħaqq giddibin

[12] Jekk (il-Lhud ta' Medina) jitkeċċew, (ta' wiċċ b'ieħor) ma humiex se joħorġu magħhom, u jekk ikunu attakkati (mill-Misilmin, ta' wiċċ b'ieħor) ma humiex se jgħinuhom. U jekk jgħinuhom, żgur li jagħtu daharhom u jaħarbu, u mbagħad (dawk il-Lhud) ma jkunux megħjunin

[13] Tabilħaqq li intom (il-Misilmin tnisslu) aktar biża' fi qlubhom minn Allal Dak għaliex huma nies li-ma jifhmux (il-kobor ta' Alla)

[14] Ma jitqatlux (il-Lhud) ilkoll (kontrikom il-Misilmin), ħlief fi bliet b'fortizzi, jew minn wara swar. Il-ġlied ta' bejniethom qalil; taħsibhom' xi ġemgħa waħda (magħquda), iżda qlubhom mifrudin. Dak għaliex huma nies li ma jifhmux (għaliex ma jridux)

[15] (Banii n-Nadir ġralhom) bħal dawk (il-pagani Mekkin u l-Lhud ta' Banit Qajnuqa'' ta' qabilhom, sa ftit ilu: huma daqu l-imrar ta' l-imġiba (ħażina) tagħhom (fit-telfa li ġarrbu); u għalihom hemm kastig ta' wġigħ (fil-Ħajja l- Oħra)

[16] Bħax-Xitan (huma dawk ta' wiċċ b'ieħor), meta qal lill- bniedem: 'Temminxi' U meta (il-bniedem) m'emminx, qal(lu x-Xitan): ''Jiena ma għandix x'naqsam miegħekl Jiena tabilħaqq nibża' minn Alla Sid il-ħolqieni

[17] U t-tmiem tagħhom it-tnejn ikun fin-Nar; fih jgħammru għal dejjem. Dak hu l-ħlas tal-ħżiena

[18] Intom li temmnu, ibżgħu minn Allal Ħalli tara (kull) ruħ. x'ħejjiet għal għadal Ibżgħu minn Allal Alla tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu

[19] Latkunux bħal dawk li nsew lil Alla, u għalhekk ( 4//a) nessiehom lilhom infushoml Dawk huma l-ħżiena

[20] Ma humiex indaqs nies in-Nar u nies il-Ġenna. Nies il- Ġenna huma r-rebbiħini

[21] Kieku niżżilna dan il-Qoran fuq muntanja, kont taraha umli u mxaqqa bil-biża' ta' Alla, Dawn huma t-tixbihat li nxebbhu għan-nies biex forsi jixtarru (is-siwi tagħhom)

[22] Huwa Alla illi ma hemmx alla għajru; jaf dak lima jidhirx u dak li jidher. Huwa Kollu Ħniena, il-Ħanin

[23] Huwa Alla illi ma hemmx alla għajru; is-Sultan, il- Qaddis, is-Sliem, li jagħti l-ħarsien, l-Għassies, il-Felħan, Dak li jġib kollox taħt idejh, ta' kobor bla qjies. Sebħ lil Alla (għaliex huwa ogħla) minn dak li jxierku (miegħuji)

[24] Huwa Alla l-Ħallieq, li jibda (il-ħolqien) mix-xejn; Dak li jsawwar (kollox). Tiegħu. l-isbaħ. ismijiet. Isebbħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Huwa l-Felħan, l- Għaref

Dik li għandha tiġi eżaminata

Surah 60

[1] Intom li temmnu, la tiħdux l-għadu tiegħi u l-għadu tagħkom b'alleati, billi tingħataw lilhom bl-imħabba, meta (tafir li dawn) ċaħdu dak is-sewwa li ġiekom, u jkeċċu lill-Mibgħut, u lilkom, għaliex temmnu f'Alla Sidkom. Jekk kontu ħriġtu (titqabdu) biex tħabirku għalija, u għaliex xtaqtu togħġbuni, (mela /a titħabbux ma' l-għedewwa tiegħi u tagħkom). Intom. turuhom l- imħabba, bil-moħbi, meta Jiena naf dak li taħbu u dak li turu. U min minnkom jagħmlu (dan l-għemil), ikun ħareġ mit-triq it-tajba

[2] Jekk (il-pagani) jaqbdukom, ikunulkom għedewwa u jmiddu idejhom u lsienhom fuqkom, bil-ħażen, u jixtiqukom ma temmnux

[3] Ma humiex ħa jiswewlkom ir-rabtiet ta' qrubija bejnietkom, u lanqas uliedkom. F'Jum il-Qawmien Huwa jifridkom (u t-tajbin jintbagħtu fil-Ġenna, u l-ħżiena fl- Infern). Alla jara sew dak li tagħmlu

[4] Tassew għandkom f'Abraham; u dawk ta' miegħu, mudell sabiħ (biex timxu fiqu), meta qalu lil-nieshom: SAħna ma għandniex x'naqsmu magħkom u ma' dak li tqimu minflok Alla. Aħna ċħadniekom, u dehret bejnna u bejnkom l-ostilità u l-mibegħda, għal dejjem, sa ma temmnu f'Alla waħdu' ħlief kliem Abraham. lil missieru (il-pagan meta qallu): ''Tassew se nitlob maħfra għalik (mingħand Alla), għalkemm ma nista' nagħmillek xejn quddiem Alla.' (Abraham u dawk ta' miegħu talbu hekk) ''Sidna, aħna fik nafdaw, lejk induru bl-indiema, u lejk nerġgħu lura

[5] Sidna, la ġġarrabx bina lil dawk li ċaħdu t-twemmin, u aħfrilna, Sidna. Tabilħaqq li Inti (waħdek) il-Felħan, l- Għaref

[6] Tassew għandkom minnhom (minn Abraham u ta' miegħu) mudell sabiħ, għal min ifittex lil Alla u l-Aħħar Jum. U min jagħti dahru (/is-sewwa, għandu jkun jaf li) Alla huwa tabilħaqq l-Għani (li ma jeħtieġ xejn u lil ħadd), u jistħoqq kull tifħir

[7] Għandu mnejn Alla jġib l-imħabba bejnkom u bejn dawk minnhom (il-pagani f'Mekka) li sirtu għedewwa tagħhom. Alla Setgħan. Alla Kollu Maħfra, Ħanin

[8] Alla ma jżommkomx milli turu tjiebu u ġustizzja lejn dawk li la tqatlu kontrikom minħabba d-din, u lanqas keċċewkom minn djarkom. Alla tabilħaqq iħobb lill-ġusti

[9] Alla jżommkom biss.milli tissieħbu ma' dawk li tqatlu kontrikom minħabba d-din, keċċewkom minn djarkom, u għenu (lill-għedewwa tagħkom) fit-tkeċċija tagħkom. U min jissieħeb magħhom, dawk ikunu l-ħżiena

[10] Intom. li temmnu, meta jiġukom (f'Medina) in-nisa emigrati (minni Mekka) li jemmnu, stħarrġuhom (dwar it- twemmin li jgħidu li għandhom)l Alla jaf aktar bit-twemmin tagħhom. U. jekk . issibuhom. jemmnu (fassew), la treġġgħuhomx lura għand dawk (żwieġhom f'Mekka) li ma jemmnux. (In-nisa li jemmnu) la jiswew għalihom (għal żwieġhom. il-pagani), u lanqas huma (l-irġiel pagani) ma jiswew għalihom (għan-nisa Misilmin). U (lil żwieġ dawk in-nisa) agħtuhom dak li nefqu (għan-nisa tagħhom f'dota). Ma jkollkom ebda ħtija jekk tiżżewġuhom, jekk tagħtuhom il-ħlasijiet tagħhom (tad-dota). La żżommux ir-rabtiet (taż- żwieġ) man-nisa li ma jemmnux, u itolbu (mingħand il- pagani) dak li nfaqtu (f'dota, meta n-nisa tagħkom imorru għandhom għaliex ma jemmnux), u ħalli (il-pagani) jitolbu (mingħandkom) dak li nefqu (f'dota; meta n-nisa tagħhom jiġu għandkom għaliex jemmnu). Dak huwa l-ħaqq ta' Alla; Huwa jagħmel ħaqq bejnietkom. Alla jaf kollox, u Huwa Għaref

[11] Jekk xi ħadd min-nisa tagħkom (titlaqkom u) tmur għand dawk lima jemmnux, imbagħad tikkastigawhom (billi tattakkawhom u tieħdu l-priża), agħtu (mill-priża) lil-dawk (il-Misilmin) li n-nisa tagħhom telqu(hom) daqs kemm nefqu (f'dota). U ibżgħu minn Alla li intom temmnu fihl

[12] Ja Profeta (Muħammad), meta jiġuk in-nisa li jemmnu u jagħtuk il-wegħda ta' lealtà lejk, li ma jxirkux (allat oħra) ma' Alla, u li ma jisirqux, ma jiżnux, ma joqtlux lil uliedhom, ma jaqilgħu ebda gidba minn żniedhom dwar min huwa tassew missier uliedhom (u jgħidu lil żwieġhom: 'Dan ibnek' meta fil-fatt ma jkunx), u ma jmorrux kontra r-rieda tiegħek f'dak li hu xieraq, mela ilqa' l-wegħda tagħhom u itlob maħfra għalihom mingħand Alla. Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

[13] Intom li temmnu, la tisseħbux ma' nies li Alla għadab għalihom, (nies) li qatgħu jieshom mill-ħlas tajjeb fil- Ħajja) l-Oħra, bħalma dawk li ma jemmnux qatgħu jieshom minn nies l-oqbra (għaliex ma. jistennewx. li dawn se jitqajmu għal ħajja ġdida)

Il-Linji

Surah 61

[1] Isebbaħ lil Alla kulma jinsab: fis-smewwiet u fl-art, Huwa l-Felħan, l-Għaref

[2] Intomlitemmnu, għaliex tgħidu dak li ma tagħmlux

[3] Kiber fil-mibegħda (dan l-għemil tagħkom) quddiem Alla, li tgħidu dak li ma tagħmlux

[4] Alla tabilħaqq iħobb lil dawk li jitqatlu għalih, saff wieħed, bħallikieku kienu bini marsus (u mibni fis-sod hekk li xejn ma jegħlbu)

[5] U (ftakar, Muħammad) meta Mosċ qal lil niesu: 'Ja niesi, għaliex tweġġgħuni, meta tafu li jiena l-Mibgħut ta' Alla għandkom'' U meta ħarġu mit-triq (it-tajba), Alla ħareġ lil-qlubhom. mit-triq (it-tajba; u ġew fl- għama). Alla ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

[6] U (ftakar ukoll, Muħammad) meta Ġesà bin Marija qal: 'Ja Wlied Israel, jiena l-Mibgħut ta' Alla għandkom, li nseddaq dik it-Tora li għandi quddiemi, u li nagħti l- bxara dwar Mibgħut li ġej warajja, jismu 'Aħmad.' U meta ġabilhom is-sinjali ċ-ċari (il-mirakli li kien jagħmel, il-Lhud) qalu: ''Dan seħer fid-diehert

[7] Min huwa eħżen minn dak li jaqla' l-gideb dwar Alla (ur jgħid li l-Profeta tiegħu huwa saħħar), meta huwa msejjaħ lejn l-Islam Alla ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

[8] Tridu jitfu d-dawl ta' Alla (Iż huwa r-reliġjon tiegħu) b'fommhom, iżda Alla jġib id-dawl tiegħu fil-milja tiegħu, għalkemm dawk li ma jemmnux jistkerrhu (din il- ħaġa)

[9] Huwa li bagħat lill-Mibgħut tiegħu bit-tmexxija t-tajba u bid-din tas-sewwa, biex jgħollih fuq id-djien (l-oħra) kollha, għalkemm dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) jistkerrhu (din il-ħaġa)

[10] Intom li temmnu, (friduni) inwassalkom għal negozju (ta' fejda) li jeħliskom minn kastig qalil

[11] Intom se temmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu, u tħabirku u titqabdu għal Alla b'ġidkom u bikom infuskom. Dak ikun aħjar għalikom, li kieku kontu tafu

[12] Huwa jaħfrilkom dnubietkom u jdaħħalkom f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u (jkollkom) għamajjar tajba fil-Ġonna ta' l-Għeden. Dik hija r-rebħa l-kbira

[13] U (jagħtikom grazzja) oħra li intom tħobbu: għajnuna minn Alla u. rebħa fil-qribl Agħti l-bxara t-tajba (Muħammad) lil dawk li jemmnu

[14] Intom li temmnu, kunu minn dawk li jieqfu ma' Alla, bħalma. qal Ġesti bin Marija lid-dixxipli: 'Min huma dawk li jżommu miegħi għal Alla 7' Id-dixxipli qalu: 'Aħna dawk li nżommu ma' Allaf' Għalhekk ġemgħa minn Ulied Israel emmnet, u ġemgħa (oħra) m'emmnitx. Għalhekk saħħaħna lil dawk li emmnu kontra l-għadu tagħhom, (għelbuh) u saru minn ta' fuq

Il-Ġimgħa

Surah 62

[1] Isebbaħ lil Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art; is- Sultan, il-Qaddis, il-Felħan, l-Għaref

[2] Huwa li bagħat fost dawk bla tagħlim Mibgħut minnhom (Muħammad) biex jaqralhom il-versi tiegħu, isaffihom (mid-dnub) u jgħallimhom il-Ktieb (tal-Qoran) u l-għerf, għalkemm qabel kienu tassew f'telfien mill- aktar ċar

[3] (U Alla bagħat lill-Mibgħut għal nies) oħrajn minnhom li kienu għadhom ma laħquhomx (/ill-Misilmin ta' żmien Muħammad, għaliex: daħlu. fl-Islam. fis-sekli wara. l- missjoni tal-Profeta). Huwa l-Felħan, l-Għaret

[4] Dik hija t-tjieba'li Alla jagħti lil min irid. Alla huwa ta' tjieba bla qjies

[5] Dawk li tgħabbew bit-Torà (il-Lhud), imbagħad ma ġarrewhiex (għaliex ma mxewx fuq it-tagħlim tagħha), huma bħall-ħmar li jġorr xi kotba. Ta' għajb (din) it- tixbiha ta' nies li jgiddbu r-Rivelazzjoni ta' Alla. Alla ma jurix it-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

[6] Għid(i/hom Muħammad): ''Intom ta' din Lhudi, jekk qegħdin tgħidu li intom il-ħbieb ta' Alla, minn fost in- nies, mela xxennqu għall-mewt, jekk qegħdin tgħidu s- sewwa

[7] Iżda huma qatt ma jixtiquha (il-mewr) minħabba dak li għamlu b'idejhom. Alla jaf kollox dwar dawk li jagħmlu l-ħażen

[8] (Għidfilhom Muħammad): ''Tabilħaqq li l-mewt, li intom taħarbu minnha, ġejja tiltaqa' magħkom, imbagħad tintraddu lura lejn Dak li jaf kull ħaġa li ma tidhirx, u kulma jidher, u jgħarrafkom b'dak li kontu tagħmlu

[9] Intom li temmnu, meta ssir is-sejħa għat-talb f'jum il- Ġimgħa, araw li tmorru bil-ħeffa lejn it-tifkira ta' Alla, u ħallu (warajkom) il-bejgħ. Dak ikun aħjar għalikom, li kieku kontu tafu

[10] U meta jintemm it-talb, xterdu fl-art u itolbu t-tjieba ta' Alla, u ftakru ħafna f'Alla biex forsi tkunu rebbiħin

[11] U meta (uħud mill-Misilmin) jaraw. xi negozju, jew mogħdija' taż-żmien. (arahom: jitilqu mill-moskea u) jitferrxu (biex imorru) għaliha, u' jħalluk. wieqaf (tippriedka lil ftit fidili). Għid(ilhom Muħammad): ''Dak li għandu Alla huwa aħjar mill-mogħdija taż-żmien u min-negozjul' Alla huwa l-Aħjar li jagħti l-għajxien

L-Ipokriti

Surah 63

[1] (Meta jiġuk dawk ta' wiċċ b'ieħor jgħidu/lek Muħammad): ''Nixhdu li inti tabilħaqq il-Mibgħut ta' Alla.' Alla jaf li inti tabilħaqq il-Mibgħut tiegħu, u Alla jixhed li dawk ta' wiċċ b'ieħor huma tabilħaqq giddibin

[2] Huma jistkennu wara l-ħalf (fa/z) tagħhom u jżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla. Tabilħaqq ħażin dak li qegħdin jagħmlu

[3] Dak għaliex huma emmnu, imbagħad ċaħdu t- twemmin, u tqiegħed siġill fuq qlubhom, u għalhekk huma ma jifhmux

[4] U meta tarahom (Muħammad, lil dawk ta' wiċċ b'ieħor) l-iġsma tagħhom jogħġbuk, u jekk jgħidu (xi ħaġa), inti tisma' kliemhom, (iżda kun af li huma bla ruħ) qishom bċejjeċ ta' l-injam imserrħa. mal-ħajt u (il- biża' kbir li għandhom li jinkixef il-wiċċ b'ieħor tagħhom iwassalhom. biex) jaħsbu kull għajta (qiegħda ssir) kontrihom. Huma l-għadu mela oqgħod attent għalihomt Alla jeqridhomi Kemm tqarrqul

[5] U meta jingħad lilhom: 'Ejjew biex il-Mibgħut ta' Alla jitlob maħfra għalikom,' (arahom) iċaqilqu rjushom (bi stmerrija), u tarahom iwarrbu mkabbrin

[6] (Kun af. Muħammad, li) xorta waħda għalihom, sew jekk titlob maħfra għalihom, u sew jekk ma titlobx: Alla ma huwiex se jaħfrilhom: Tabilħaqq li Alla ma jurix it- triq it-tajba lill-ħatjin

[7] Huma li jgħidu: 'Tonfqux għal dawk (l-emigranti li jinsabu) għand il-Mibgħut ta' Alla, sa ma jitferrxu. (i jitilquh)i' Ta' Alla huma l-ħażniet (tal-ġid kollu). tas- smewwiet u ta' l-art, iżda ta' wiċċ b'ieħor ma jifhmux

[8] Huma jgħidu: ''Jekk nerġgħu lura lejn Medina, żgur li (il-mexxej) l-aktar qawwi (ta' dik il-belt, li huwa wkoll ta' wiċċ b'ieħor) ikeċċi. minnha lill-imkasbar (Muħammad u lill-Misilmin).' Ta' Alla hija l-qawwa, u tal-Mibgħut tiegħu u ta' dawk li jemmnu, iżda ta' wiċċ b'ieħor ma jafux

[9] Intom li temmnu, araw li ġidkom u wliedkom ma jtellfukomx milli tiftakru f'Allal U min jagħmel hekk, dawk huma t-telliefa

[10] Onfqu (fil-karità) minn dak li tajniekom għall-għajxien tagħkom, qabel ma tiġi l-mewt fuq xi ħadd minnkom, u jgħid: 'Sidi, għaliex ma tajtnix ftit taż-żmien ieħor 7 Kieku kont nagħti karità, u kont inkun mit-tajbin

[11] Alla ma huwiex se jtawwal iż-żmien lil ebda ruħ (f'din id-dinja), meta jasal żmienha (biex titlaq għall-Ħajja l- Oħra). Alla jaf sewwa b'dak li tagħmlu

It-Telf ta' Illużjoni

Surah 64

[1] Isebbaħ lil Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art; tiegħu huma s-saltna u t-tifħir, u Huwa fuq kollox Setgħan

[2] Huwali ħalaqkom. Hemm minnkom li ma jemminx, u hemm minnkom li jemmen. Alla jara kulma tagħmlu

[3] Huwa ħalaq is-smewwiet u l-art bil-ħaqq, u sawwarkom u għamilkom fl-aħjar għamla. Lejh it-tmiem (ta' kollox u ta' kulħadd)

[4] Huwa jaf x'hemm fis-smewwiet u fl-art, u jaf dak-li taħbu u dak li turu, Alla jaf b'kulma hemm fil-qlub

[5] Jaqaw ma ġitkomx l-aħbar ta' dawk li, qabel, ċaħdu t- twemmin u daqu l-imrar ta' l-imġiba (ħażina) tagħhom Huma jkollhom kastig ta' wġigħ

[6] Dak għaliex kienu jiġuhom il-Mibgħutin tagħhom bis- sinjali ċ-ċari, u (dawk li ma jemmmux) kienu jgħidu; 'Jaqaw bnedmin (bħalna) se jmexxuna fit-triq it-tajba 77 Huma m'emmnux u taw daharhom. Alla ma għandux bżonn(hom). Alla Għani u jistħoqq kull tifħir

[7] Dawk li ma jemmnux jgħidu (i jallegaw) li ma humiex se jitqajmu mill-mewt: Għid(ilhom Muħammad): 'Ival (Naħlef). fuq Sidi li tassew. titqajmu mill-mewt, u mbagħad tkunu mgħarrfin b'dak li għamiltu.' Dak, għal Alla, ħafifl

[8] Mela emmnu f'Alla, fil-Mibgħut tiegħu u fid-dawl li Aħna niżżilna, Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

[9] Fil-Jum meta jiġborkom għal Jum il-Ġabra, dak ikun Jum it-tilwim u t-telfa tal-ħżiena (għaliex dakinhar iwaħħlu f'xulxin). U min jemmen f'Alla u jagħmel il-ġid, (Alla) iħassarlu l-għemejjel ħżiena tiegħu u jdaħħlu f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija r-rebħa l-kbiral

[10] U dawk li ma jemmnux u jgiddbu l-versi tagħna, dawk huma nies in-Nar, u fih jgħammru għal dejjem. (Dak ikun) tassew tmiem mill-agħart

[11] Ma jiġrix xi għawġ jekk mhux bil-permess ta' Alla. Min jemmen f'Alla, imexxi lil qalbu fit-triq it-tajba. Alla jaf b'kollox

[12] Obdu lil Alla, u obdu lill-Mibgħutl U jekk tagħtu daharkom. (u terġgħu lura għalli kontu, kunu afir ii) il- Mibgħut tagħna għandu biss ixandar biċ-ċar (it-tagħlim ta' l-Islam. Jekk temmnuhx jew le, din hija l-għażla u r- responsabbiltà tagħkom)

[13] Allat Ma' hemmx alla (ieħor) għajrul Ħalli jafdaw f'Alla dawk li jemmnut

[14] Intom li temmnu, tabilħaqq li fost in-nisa tagħkom u wliedkom hemm min hu għadu tagħkom. Għalhekk oqogħdu attenti għalihoml U jekk tagħdru(hom), tagħlqu għajnejkom ( 4 ma titlewmux magħhom) u taħfru(/hom), Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

[15] Ġidkom u wliedkom huma biss tiġrib (mingħand Alla, biex jara x'se tagħmlu bihom). Alla għandu ħlas kbir

[16] Mela ibżgħu minn Alla, kemm tistgħu, u isimgħu (is- sewwa li jingħad lilkom), obdu (lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu), u onfqu (mill-ġid li takom Alla dak ikun) aħjar għalikom infuskom. U min jitħares mix-xeħħa tiegħu nnifsu, (hies bħal) dawk huma r-rebbiħini

[17] (Jekk issellfu lil Alla self tajjeb, Huwa jkattarhulkom, u jaħfrilkom. Alla. jiżżijkom) ħajr, u Kollu Sabar mal- midinbin

[18] Huwa jaf dak li ma jidhirx u dak li jidher. Il-Felħan, l- Għaref

Id-Divorzju

Surah 65

[1] Ja Profeta (Muħammad), meta. tiddivorzjaw lin-nisa, iddiverzjawhom' (fil-bidu) taż-żmien ta' stennija maħsub għalihom (meta l-mara tkun nadifa mit-tnixxija mestrwali, u r-raġel ma jkunx messha), għoddu ż-żmien ta' stennija, u ibżgħu minn Alla Sidkom. La toħorġuhomx minn djarhom (hekk kif tiddivorzjawhom, iżda araw li tħarsu ż-żmien ta' stennija maħsub għalihom). Ma għandhomx joħorġu (minn djarhom) ħlief meta jagħmlu xi għemil faħxi fid-dieher, Dawk huma l-limiti ta' Alla. Min jaqbeż il-limiti ta' Alla, ikun jonqos lejh innifsu. Inti ma tafxl Għandu mnejn li, wara dak (id-divorzju), Alla jġiegħel xi ħaġa tiġri (li rwassal biex il-koppja terġa' tingħaqad)

[2] U meta jkun qorob li (in-nisa tagħkom) jgħaddilhom żmienhom (ta' stennija), jew żommuhom kif jixraq, jew. infirdu minnhom kif jixraq. (Meta żżommuhom jew meta tinfirdu minnhom). ġibu żewġ xhieda rġiel minn fostkom, ġusti, u agħtu xhieda lil Alla. B'dan huwa mwissi min jemmen f'Alla u fl-Aħħar Jum. U min jibża' minn Alla, (Alla) isiblu ħruġ (tajjeb minn kull għawġ)

[3] jagħtih l-għajxien minn fejn ma jobsorx. Min jafda f'Alla, (Alla) ikun biżżejjed għalih. Tabilħaqq li Alla jilħaq l-għan tiegħul Alla tassew għamel qjies għal kull ħaġa

[4] Dawk min-nisa tagħkom li qatgħu jieshom li jaraw id- demm (mestrwali), jekk għandkom xi dubju, iż-żmien ta' stennija tagħhom ikun ta' tliet xhur, u (l-istess żmien għal) dawk li għadhom ma rawx demm (għaliex għadhom żgħar fl-għomor). Dawk in-nisa tqal, iż-żmien tagħhom ikun sa ma jwelldu t-toqol tagħhom. Min jibża' minn Alla, (A//a) iħaffiflu xogħlu

[5] Dak huwa l-amar ta' Alla li niżżlilkom. (biex intom li temmnu. timxu fuqu), u min jibża' minn Alla, (Alla) iħassarlu l-għemejjel ħżiena tiegħu u jkabbarlu l-ħlas

[6] Agħtuhom kenn (lin-nisa. divorzjati) fejn toqogħdu intom, kif tistgħu, u tagħmlulhomx ħsara biex iddejquhom (u ġġegħluhom jitilqu minn djarkom). Jekk ikunu tqal, onfqu għalihom sa ma jwelldu t-toqol tagħhom. U jekk ireddgħu, għalikom. agħtuhom il- ħlasijiet tagħhom u ftiehmu bejnietkom kif jixraq, iżda jekk ma tiftehmux, mela mara oħra tredda' għalih (għal missier it-tarbija)

[7] Ħalli jonfoq dak li għandu (ġid) bil-kotra mill-kotra tiegħu, u min l-għajxien tiegħu huwa bil-qjies, ħalli jonfoq minn dak li tah Alla. Alla ma jgħabbix lir-ruħ ħlief b'dak li taha. Wara l-iebes Alla jġib il-ħafif

[8] U kemm-il belt ħaditha kontra l-amar ta' Sidha u tal- Mibgħutin tiegħul Aħna għamilna kont iebes magħha u kkastigajnieha b'kastiġ mill-agħar

[9] Hija daqet l-imrar ta' l-imġiba tagħha u t-tmiem tagħha kien it-telfien

[10] Alla ħejja għalihom kastig qalil. Mela ibżgħu minn Alla, ja nies ta' dehen li jemmnu. Alla tassew niżżlilkom tifkira

[11] Mibgħutli jaqralkom il-versi ċ-ċari ta' Alla biex joħroġ lil dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid mid-dlamijiet għad- dawl. U min jemmen f'Alla u jagħmel il-ġid, ( 4//a) idaħħlu f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Alla tassew tejjiblu (Zill-ġust) l- għajxien (tiegħu fil-Ġenna)

[12] Alla huwa li ħalaq seba' smewwiet, u daqshekk ieħor (ħalaq) mill-art. L-amar jitniżżel bejniethom (bejn is- smewwiet u l-art) biex tkunu tafu li Alla Setgħan fuq kollox, u li Alla għandu kollox taħt idejħ fl-għerf (tiegħu)

Il-Projbizzjoni

Surah 66

[1] Ja Profeta (Muħammad), għaliex tipprojbixxi dak li Alla għamlu jiswa għalik (i rorgod ma' martek, il-qaddejja Eġizzjana Marija), biex togħġob. lin-nisa tiegħek 7 Alla Kollu Maħfra, Ħanin

[2] Tabilħaqq Alla ordnalkom tħollija mill-ħalf tagħkom. Alla huwa l-Protettur tagħkom; u Huwa jaf kollox u Għaref

[3] Meta l-Profeta. (Muħammad) qal kliem sigriet lil-waħda min-nisa tiegħu (/i/ Ħafġa), u meta (din Ħafsa) ħabbret (lil Għajxa) dwaru (dak. il-kliem), u. Alla. wrihulu. (lil Muħammad dak li għamlet Ħafsa), huwa għarraffha) b'parti minnu (il-kliem li qalet lil Għajxa) u ħalla barra l-bqija. U meta (il-Profeta) ħabbarha dwaru, qalet (Ħafsa): 'Min ħabbrek b'dan 7' Qal(ilha): 'Ħabbarni Dak li jaf kollox, u li jaf sew (b'kulma jiġri)

[4] Jekk intom it-tnejn (Ħafsa u Għajxa) idduru lejn Alla bl- indiema, għaliex qlubkom tbiegħdu mis-sewwa, (Alla jilqa' l-indiema tagħkom), iżda jekk tiftiehmu kontrih (u toħolqu l-inkwiet man-nisa l-oħra, kunu afu li) Alla tabilħaqq huwa l-Protettur tiegħu, kif ukoll Gabrijel u l-ġusti fost dawk li jemmnu. U barra minn dawk, l-anġli (ukoll) jagħtuh l- għajnuna

[5] Għandu mnejn Sidu, jekk (Muħammad) jiddivorzjakom, jagħtih minflokkom nisa aħjar minnkom li jintelqu f'Alla (Misilmin), jemmnu, devoti, nedmin, iqimu. (lil. Alla), iħobbu s-sawm, li kienu diġà miżżewġin (iżda issa huma romol jew divorzjati) jew verġni

[6] Intom li temmnu, ħarsu lilkom infuskom u lill-familji tagħkom minn Nar li l-ħatab tiegħu huma n-nies.u l-ġebel: fuqu (kemm) anġli ħorox u qliel li ma jeħduhiex kontra dak li jamrilhom Alla, u jagħmlu dak li jitqabbdu

[7] Intom li ma temmnux, titolbux mogħdrija llum (f'Jum il- Qawmien, għal dnubietkom, għaliex issa tard wisq); se titħallsu biss ta' dak li kontu tagħmlu

[8] Intom li temmnu, duru lejn Alla bi ndiema sinċieral Għandu mnejn Sidkom iħassrilkom l-għemejjel ħżiena tagħkom, u jdaħħalkom: f'Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom; fil-Jum meta Alla ma jbaxxix lill-Profeta (Muħammad) u lil-dawk li jemmnu miegħu. Id-dawl tagħhom ħiereġ quddiemhom u fuq il-leminija tagħhom. Huma jgħidu: 'Sidna, ġibilna d-dawl tagħna fil-milja tiegħu, u aħftilna, Inti tabilħaqq fuq kollox Setgħani

[9] Ja Profeta, tqabad kontra dawk li jiċħdu t-twemmin u kontra ta' wiċċ b'ieħor, u kun aħrax magħhoml' Il-kenn tagħhom fl-Infern; (dan tassew) tmiem ta' għajbl

[10] Lil dawk li ċaħdu t-twemmin Alla jġib l-eżempju ta' mart Noċ u mart Lot li kienu taħt żewġ qaddejja mill- qaddejja ġusti tagħna (Noċ u Lor). (Dawn iż-żewġ nisa) ittradewhom (fil żwieġhom: għaliex. baqgħu. jiċħdu t- twemmin) u (għalhekk Noċ u Lot) ma swewlhom xejn quddiem Alla (u ma setgħux jeħilsuhom mill-kastig). Intqal (fiż-żewġ nisa): ''Intom it-tnejn, idħlu fin-Nar (ta' l-Infern) ma' dawk li deħlini

[11] Lil dawk li jemmnu Alla jġib l-eżempju ta' mart il- Fargħun, meta qalet: ''Sidi (u Mulej Alla tiegħi), ibnili għandek dar fil-Ġenna, eħlisni mill-Fargħun u minn għemilu, u eħlisni min-nies il-ħżiena

[12] (Hemm ukoll l-eżempju) ta' Marija bint Għimran, li ħarset is-safa ta' ġisimha, u Aħna nfaħna minn Ruħna fiha, emmnet fi Kliem Sidha u fil-Kotba tiegħu, u kienet minn dawk mogħtija għal Alla

Is-Sovranità

Surah 67

[1] Imbierek Dakli f'idu għandu s-setgħa (fiq is-svnewwiet u fuq l-art), u Huwa Setgħan fuq kollox

[2] Dakeli ħalaq il-mewt u l-ħajja biex iġarrabkom (u jara) min minnkom huwa. l-aħjar. fl-għemil. Huwa. l-Qawwi, Kollu Maħfra

[3] Dalli ħalaq seba' smewwiet fuq xulxin. Fil-ħolqien ta' Dak Kollu Ħniena ma tara ebda nuqqas. U erġa' ħaresl Qiegħed tara xi xquq

[4] Imbagħad erġa' ħares għal darbtejn oħra (wara xulxinji Il- ħars jerġa' lura lejk umli (għaliex ma sabx in-nuqqasijiet li ħaseb li se jsib fil-ħolqien) u għajjien (u dgħajjef minn dak il- ħars kollu)

[5] Aħna tassew żejjinna l-eqreb sema (iejkom) bi msiebaħ fil- kwiekeb), u. għamilniehom biex (bin-nirien li joħorġu minnhom) jitħaġġru x-xjaten, u ħejjejnielhom il-kastig tan-Nar iħeġġeġ

[6] U għal dawk li jiċħdu lil-Sidhom hemm il-kastig ta' l-Infern, u ta' għajb it-tmiem (tagħhom)l

[7] Meta jinxteħtu. fih huma jisimgħu ħoss tal-biża' ħiereġ minnu, filwaqt li (in-Nar) ifur (għaliex. jagħli u jħeġġeġ bil- midinbin)

[8] (L-Infern) għoddu jinqasam bl-għadab (tiegħu għall-ħżiena); kull darba li tinxteħet fih ġemgħa (ra' midinbin), l-għassiesa tiegħu jsaqsuhom: 'Mela ma ġikomx min iwissi(kom)

[9] Huma jgħidu: ''Melal Tassew ġiena min iwissi, iżda aħna ġiddibna (lilu u lil kliemi), u għedna: 'Alla ma niżżel xejni (Intom il-Mibgħutin) m'intomx ħlief f'telfien kbirt

[10] Huma jgħidu: ''Kieku konna nisimgħu. (it-nwissijiet. tal- Mibgħutin), jew nifhmu (dak li kienu qegħdin jgħidulna), ma konniex inkunu fost nies in-Nar iħeġġeġi

[11] Huma (imbagħad) jagħrfu dnubhom (iżda dan ikun tard wisq). Mela ħalli jitbiegħdu (mill-ħniena ta' Alla) nies in-Nar iħeġġeġ

[12] Tabilħaqq li dawk li jibżgħu minn Sidhom, li jinsab mistur, ikollhom maħfra u ħlas kbir

[13] Ostru kliemkom, jew għiduh bil-miftuħl Huwa tabilħaqq jaf b'kulma hemm fil-qlub

[14] Jaqaw min ħalaq ma jafx' Huwa jaf bl-irqaqat kollha, u kollox jaf sew

[15] Huwa li għamlilkom l-art toqgħod għalikom. Mela imxu (u siefru) fl-inħawi tagħha (għall-qligħ tagħkom), u kulu mill- għajxien tiegħu (ta' AIla), Lejh ikun il-qawmien (mill-imwier)

[16] Jaqaw intom (li mma temmnux) serraħtu. raskom li Dak li jinsab fis-sema ma huwiex se jġiegħel l-art tiblagħkom, meta din titheżżeż

[17] Jewserraħtu raskom li Dak li jinsab fis-sema ma huwiex se jibgħat fuqkom riefnu (ta' ġebel, bħalma għamel qabel ma' nies Lot, u ma' nies l-Iljunfantji 79 Imbagħad se tkunu tafu kif kienet it-twissija tiegħil)

[18] Dawk ta' qabilhom (minni żmien il-qedem) tassew giddbu (lill-Profeti), u (ara) kif kienet il-kundanna tiegħi (lil dawk il- ġnus u kif ikkastigajthomji)

[19] Mela ma jarawx it-tjur fuqhom, kif jifirxu. u jagħlqu. l- ġwienaħ (meta jtiru) Ħadd ma jżommhom (fl-ajru), ħlief Dak Kollu Ħniena. Huwa tabilħaqq jara kollox

[20] Jewmin hu dan li huwa (bħa/) armata għalikom fu jħariskom mill-kastig), li jgħinkom minflok Dak Kollu Ħniena' Dawk li ma jemmnux ma humiex ħlief f'qerq

[21] Jew min hu dan li jagħtikom il-ġid għall-għajxien, li kieku (Alla) ried iżomm il-ġid tiegħu' Lel Iżda huma għamlu wisq ħażen, u tnaffru (għal kollox mis-sewwa)

[22] Jaqaw min jimxi wiċċu lejn l-art jinsab miexi aħjar minn min jimxi sewwa fi triq dritta

[23] (Għidfilhom Muħammad): 'Huwa li ħalaqkom u takom is- smigħ, dawl l-għajnejn u l-qlub (biex tifkoru, iżda intom). ftit tiżżu ħajr

[24] Għidiilhomj: 'Huwa. li kattarkom fl-art, u għandu għad tinġabru

[25] Huma jgħidu: ''Meta (sseħħ) din il-wegħda, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

[26] (Ghiddilhom): 'L-għerf (dwar dan) jinsab biss għand Alla, u jiena m'iniex ħlief wieħed li jwissi biċ-ċar (dwar il-kastig imħejji għall-ħżiena)

[27] U meta jarawh (il-kastig) fil-qrib, jitnikktu uċuħ dawk li ma jemmnux, u jingħad (lilhom): 'Dan (il-kastig) huwa dak. li kontu ssejħu (meta kontu għadkom fid-dinja, u żeblaħtu t- twissijiet ta' Alla, u giddibtuhom)

[28] Għid(ilhom Muħammad): ''Ħabbruni: Sew jekk Alla jeqred lili u lil-min jinsab miegħi, sew jekk iħenn għalina, lil dawk li ċaħdu t-twemmin min iħarishom) minn kastig ta' wġigħ

[29] (Għidfilhom Muħammad): ''Huwa Dak Kollu Ħnienal Emminna fih u fih nafdawl Se tkunu tafu min huwa f'telfien mill-aktar ċar

[30] Għid(ilhom Muħammad): ''Ħabbruni: Jekk l-ilma tagħkom 'jgħib ġewwa l-art, min iġibilkom ilma ġieri/' I: Min. (Naħilfii) fuq il-pinna u fuq dak li jiktbu (l-anġli)

Il-Pinna

Surah 68

[1] l- kittieba ġusti

[2] (li) m'intix (Muħammad), bil-grazzja ta' Sidek, miġnunt

[3] Tabilħaqq ikollok ħlas li ma jinqatax (u jibqa ' għal dejjem)

[4] Intitabilħaqq ta' karattru mill-aqwat

[5] Se tara (Muħammad), u huma (dawk li ċaħdu t-twemmin) se jaraw (ukoll)

[6] min huwa l-miġnun fostkoml

[7] Sidek tabilħaqq jaf l-aktar b'min tilef triqtu, u Huwa jaf l- aktar b'dawk li qegħdin fit-triq it-tajba

[8] Melatoqgħodx għal dawk li jgiddbu

[9] Huma jixtiequ li kieku inti ċċedi (xi fii. Muħammad) u (imbagħad huma wkoll) iċedu (xi ftit)

[10] U latoqgħodx għal kull imkasbar li dejjem jaħlef

[11] dejjem iqasqas (fuq ħaddieħor) u (il-ħin kollu) għaddej jikxef x'qal ħaddieħor biex jagla' l-inkwiet

[12] li ma jħallix (Zi jsir) il-ġid (anzi jfixklu), jikser il-liġi, u huwa. kollu ħtija

[13] kieferu, barra minn dan, ma huwiex ta' nisel tajjeb

[14] (Jaqaw qiegħed jaqla' l-gideb) għaliex għandu ġid u wlied (flok jiżżi ħajr lil Alla u jgħid is-sewwa)

[15] Meta jinqrawlu l-versi tagħna, jgħid: '(Dawn) stejjer ta' nies il-qedemi

[16] Se nħallulu marka fuq imnieħru (biex jingħaraf sa mewtw)

[17] Aħna tabilħaqq ġarrabniehom (li/l-Mekkin bil-ġuħ u bil-għatx) bħalma ġarrabna nies il-ġnien, meta (fix-xeħħa tagħhom) ħalfu li jaqtgħu l-frott mas-sebħ (qabel ma joħorġu l-foqra)

[18] uma għamlu ebda eċċezzjoni (bil-kliem 'Jekk Alla jrid)

[19] Għalhekk (il-ġnien) dar għalih kastig minn Sidek, huma u reqdin

[20] u mas-sebħ (il-ġnien) sar bħallikieku maħsud (mill-frott tiegħu)

[21] Għalhekk mas-sebħ (vies il-ġnien) sejħu lil xulxin

[22] Oħorġu filgħodu lejn ir-raba' tagħkom, jekk se taqtgħu l-frotti

[23] Għalhekk telqu, huma u jitkellmu minn taħt l-ilsien

[24] C'Arali ilum (fil-ġnien) ma jidħol fuqkom ebda fqirl

[25] U filgħodu marru b'fehma sħiħa (u ħasbu) li setgħu (iżommu l- foqra milli jidħlu fil-ġnien)

[26] Iżda meta rawh qalu: ' (fejn aħna 7) Aħna tabilħaqq intlifnat

[27] (Lefma ntlifniex, iżda) aħna mċaħħdin (minn frott il-ġnien)

[28] L-aħjar fosthom qal(i/kom): 'Jaqaw ma għedtilkomx: Għaliex ma ssebħux (lil Alla u tindmu)

[29] Huma qalu: 'Sebħ lil Sidnal Aħna tabilħaqq konna ħżienat

[30] Għalhekk resqu lejn xulxin, jitlewmu (us fwaħ/u f'xulxin)

[31] Qalu 'Ħażin għalinal Aħna konna tabilħaqq ħżiena għall-aħħari

[32] Għandu mnejn Sidna jbiddlilna (dan il-ġnien) ma' xi ħaġa aħjar minnu. Aħna tabilħaqq induru u nitolbu lil Sidna

[33] Hekk ikun il-kastigt U l-kastig ta' l-Oħra (tal-Ħajja l-Oħra) huwa akbar (minn: dak ta' din id-dinja), li kieku kienu jaful

[34] Tabilħaqq li dawk li jibżghu minn Alla jkollhom għand Sidhom il-Ġonna ta' l-hena

[35] Jaqaw senimxu mal-Misilmin bħallikieku mal-ħatjin

[36] X'għandkom' Kif tagħmlu ħaqq (b'mod daqshekk ingust)

[37] Jew għandkom xi ktieb (ieħor), u minnu titgħallmu

[38] li fil għandkom x'tagħżlu (kif rixtieq qalbkom)

[39] Jew għandkom pattijiet maħlufa magħna, li jwasslu sa Jum il- Qawmien, (Li jwiegħdu) li jkollkom kulma tiddeċiedu

[40] Staqsihom (Muħammad) min, fosthom, jagħmel tajjeb għal dan

[41] Jew għandhom ixirka (minbarra Ala) 2 (Jekk għandhom) mela ħalli jġibu l-ixirka tagħhom, jekk qegħdin jgħidu s-sewwat

[42] (Ftakar) meta fil-Jum iebes (tal-Qawmien mill-imwiet, dawk li jiċħdu t-twemmin) jissejħu biex jinxteħtu wiċċhom fl-art (b'qima lil Alla), iżda ma jkunux jistgħu

[43] (Dawk iżommu) ħarsithom 'l isfel; it-tkasbir jegħlibhom. (Meta kienu għadhom fid-dinja) kienu msejħa biex imilu (u jagħtu qima), meta kienu (għadhom) qawwijin u sħaħ (iżda dak iż-żmien ma ridux)

[44] Mela ħallini (Muħammad) ma' min igiddeb dan il-kliem (biex. nieħu ħsiebu kif jixraqjl Se mmexxuhom, tarġa tarġa (lejn il-qerda tagħhom), bla ma jafu minn fejn

[45] Jiena nagħtihom aktar żmien (biex iżidu fi ħtijiethom). Tabilħaqq li n-nasba tiegħi fis-sod

[46] Jaqaw int (Muħammad) titlobhom ħlas (talli xxandrilhom il- Kelma ta' Alla), u għalhekk jinsabu mtaqqlin bid-dejn

[47] Jew għandhom (l-għarfien dwar) il-mistur, u għalhekk jiktbu fdwaru)i

[48] Mela stenna (Muħammad) bis-sabar l-amar ta' Alla u la tkunx (mgħaġġel u bla sabar) bħal Dak tal-Ħuta (Ġona) meta sejjaħ (lil Sidu) fil-hemm kbir tiegħu (meta kien f'il-ħuta). f

[49] Li kieku mhux għaliex laħqitu grazzja minn Sidu, kien l jinxteħet 'il barra, fil-beraħ, imkasbar

[50] Għalhekk Sidu għażlu (għalih innifsu) u għamlu mill-ġusti

[51] U ara (Muħammad); dawk li ma jemmnux ikunu għoddhom waqqgħuk b'ħarsithom meta jisimgħu t-tifkira (b r-rwissija li inti twissihom), u jgħidu: 'Huwa tabilħaqq miġnuni

[52] (Dan il-Qoran) ma huwiex ħlief tifkira lill-ħolqien

Ir-Realtà

Surah 69

[1] Diklisseħħ żgur (il-qawma mill-imwietji)

[2] X'inhi dik li sseħħ żgur

[3] U x'inhuli jgħarrfek (Muħammad) x'inhi dik li sseħħ żgur

[4] (Nies) Tamiud u Għad giddbu t-taħbit il-kbir (ta' Jum il- Qawmien)

[5] Filwaqt li Tamud inqerdu b'sajjetta

[6] Għad. inqerdu b'riefnu kiesaħ, qalil

[7] (Alla) żammu fuqhom (ir-riefnu) għal seba' ljieli u. tmint ijiem sħaħ (bla waqfien), u stajt tara lin-nies mixħutin fl-art bħal zkuk vojta tas-siġar tal-palm

[8] Qiegħed tara (Muħammad) xi fdal tagħhom

[9] U l-Fargħun, dawk ta' qablu, u l-bliet (ta' Sodoma u Gomorra). li nqalbu ta' taħt fuq, ġew bil-ħtija (taċ-ċaħda tat- Twemmin)

[10] Huma ma qagħdux għall-Mibgħut ta' Sidhom. Għalhekk (Alla) ħadhom (għal għarrieda u kkastigahom) bil-kbir

[11] Meta l-ilma għola żżejjed, Aħna tabilħaqq ġarrejniekom fil- mirkeb

[12] biex nagħmluh tifkira għalikom, u biex il-widna li tiftakar (il- ġċajjiet li tisma ') tiftakarha (ukoll il-ġrajja tad-dilhivju)

[13] U meta tindaqq it-trumbetta, b'nefħa waħda (li jħabbar il- qerda tad-dinja u l-wasla ta' Jum il-Ġudizzju)

[14] ul-artu l-iġbla jinqalgħu u jitfarrku f'tifrika waħda

[15] dakinhar isseħħ il-ġrajja (ta' Jum il-Qawmien)

[16] U s-sema jixxaqqaq, u dakinhar ikun merħi

[17] u l-anġli jkunu ma' trufu. Dakinhar tmienja (ikun l-anġli li) iġorru fuqhom it-Tron ta' Sidek

[18] Dakinhar tintwerew (quddiem Alla). Ma jinħeba ebda sigriet idwarkom

[19] Min jingħata l-ktieb (ta' l-għemejjel) tiegħu f'idu l-leminija, jgħid: 'Hawn, aqraw il-ktieb tiegħil

[20] Jiena kont nemmen li se nsib il-kont tiegħi ( f'dan il-Jum)

[21] Huwajkun f'għajxien hieni

[22] fi Ġnien għoli (fl-Għeden)

[23] il-frott tiegħu jkun fil-qrib

[24] (Imbagħad jingħad lill-ġusti:) 'Kulu u ixorbu għal qalbkom, ta' dak (is-sewwa) li għamiltu qabel, fil-jiem. l-imgħoddija (meta kontu għadkom fid-dinja)

[25] Iżda min jingħata l-ktieb (ta' l-għemejjel) tiegħu f'idu x- xellugija, jgħid: ' Aħjar li ma ngħatajtx il-ktieb tiegħi

[26] (ufaħjar li) ma kontx naf il-kont tiegħi (li għandi nħallasjl)

[27] Mhux li kienet (mewti) ġabitni. fix-xejn (u. ma nerġax nitqajjem għal ħajja oħra)l

[28] Xejn maswieli ġidil

[29] Is-setgħa tiegħi għebet u telqitni (u issa ninsab waħdi, tr ħadd ma huwa se jgħinni)

[30] (Jingħad lill-għassiesa ta' l-Infern:) 'Ħuduh u orbtuh

[31] imbagħad aħarquh fin-Nar iħeġġeġ

[32] imbagħad daħħluh f'katina twila sebgħin driegħi

[33] Tabilħaqq li huwa ma kienx jemmen f'Alla l-Kbir

[34] u'lanqas ma ħeġġeġ (iil-ħaddieħor) biex il-fqir ikun mitmugħ

[35] Għalhekk hawn, illum, ma għandux ħabib

[36] cu lanqas ikel, ħlief it-tnixxija (tinten mill-ġrieħi ta' nies l- Infern)

[37] Ma jikluhiex għajr il-ħatjint

[38] Għalhekk tabilħaqq naħlef fuq dak li taraw

[39] u(fuq) dak li ma tarawx

[40] dan huwa tabilħaqq kliem ta' Mibgħut mogħni bil-ġieħ

[41] uma huwiex kliem xi poeta, (iżda) ftit huwa dak li temmnu

[42] Langasma huwa kliem xi bassar. Ftit huwa dak li tiftakru

[43] (Huwa) tinżil (bir-Rivelazzjoni) minn Sid il-ħolqieni

[44] U kieku (Muħammad) qala' minn żniedu, f'isimna, xi kliem (u qal li Aħna għednieh)

[45] konna tassew naqbduh bis-setgħa (tagħna biex nikkastigawh)

[46] imbagħad konna naqtgħulu l-arterja ta' qalbul

[47] Ħadd minnkom ma kien ikun jista' jħarsu (mill-kastig)

[48] (fll-Qoran) huwa tabilħaqq tifkira għal dawk li jibżgħu minn Alla

[49] wAħna tassew nafu li hemm minnkom li jgiddbu

[50] Huwa tabilħaqq ħasra għal dawk li ma jemmnux

[51] U (il-Qoran) huwa tabilħaqq is-sewwa żgurt

[52] Mela sebbaħ Isem Sidek il-Kbirt

It-Telgħat

Surah 70

[1] Xiħadd (pagan) talab il-kastig (ta' Alla) li (żgur) ġej

[2] għal dawk li ma jemmnux, u ma għandux min iżommu foni//i jseħħ

[3] (kastig) minn Alla li għandu turġien it-tlugħ

[4] L-anġli u r-ruħ (l-anġlu Gabrijel) jitilgħu lejh f'Jum twil daqs ħamsin elf sena (Jum il-Qawmien)

[5] Mela stabar (Muħammad) b'sabar tajjeb (kif jixraq; u tħallix lill-pagani jkidduk)

[6] Huma tabilħaqq li (il-kastig) jarawh imbiegħed

[7] iżda Aħna narawh qrib

[8] Fil-Jum meta s-sema jkun bħar-ram imdewweb

[9] ul-iġbla jkunu bħas-suf

[10] il-ħabib ma jistaqsix għal ħabibfi

[11] (għalkemm) ikunu mġiegħla jħarsu lejn xulxin (i jagħrfir lil xulxin). Dakinhar il-ħati jkun jixtieq jinfeda mill-kastig b'uliedu (billi jibgħat lilhom għall-kastig)

[12] u b'seħbitu (martu u b'ħuh)

[13] ubi qrabatu li tawh kenn

[14] u b'kulmin jinsab fl-art, Imbagħad (jirtama (i dan) jeħilsu (mill- kastig tan-Nar iħeġġeġ)

[15] Melale' Hija tabilħaqq Ħuġġieġa

[16] litaqla' l-ġilda tar-ras

[17] ussejjaħ lil-min ta dahru u ma tax widen (lifl-Mibgħutin ta' Alla)

[18] u/ġema' (il-ġid tad-dinja) u refgħu (u ma tax lill-fqar)

[19] Il-bniedem tabilħaqq inħalaq imbeżża' (u dejjem għandu xi ħaġa li tkiddu)

[20] Meta jmissu d-deni (sew jekk mard u sew jekk faqar, arah) bla sabar u tama

[21] u meta jmissu l-ġid (sew jekk saħħa u sew jekk għana, arah) iżommu għalih biss

[22] ħlief dawk li jitolbu

[23] Dawkli dejjem medhija fit-talb tagħhom

[24] udawkli f'ġidhom hemm jedd magħruf (iż-żakar, li hi l-karità li l- Mislem obbligat jagħti)

[25] lit-tallab u lill-imċaħħad

[26] udawk li jemmnu f'Jum il-Ħaqq

[27] uli huma mbeżżgħin mill-kastig ta' Sidhom

[28] tabilħaqq li l-kastig ta' Sidhom ma fihx serħan il-moħħ

[29] u dawk li jħarsu l-partijiet privati ta' ġisimhom fminx arti sesswali illegali

[30] (furma jersqux) ħlief lejn żwieġhom, jew lejn dawk (in-nisa Isiera) li għandhom f'idejhom, u għalhekk ma humiex ta' min ilumhom

[31] iżda min ifittex aktar minn dak (li huwa permess), dawk ikunu (il- ħarjin) li jaqbżu l-limiti

[32] u dawk li jħarsu l-onestà u rsrabta tagħhom (li jkunu fidili ma' nieshom)

[33] u dawk li jwettqu x-xhidiet tagħhom

[34] udawklli jħarsu t-talb tagħhom

[35] dawkikunu f'Ġonna mweġġħini

[36] Xi ġralhom (Muħammad) dawk li ma jemmnux, ġejjin jgħaġġlu (u jiċċassaw) lejk

[37] fuq il-lemin u fuq ix-xellug, f'ġemgħat (sħaħ)

[38] Jaqaw kull wieħed minnhom jittama li jidħol fi Ġnien il-hena

[39] Mela let Aħna tabilħaqq ħlaqniehom minn dak li jafu (minn nitfa ta' sperma, u għalhekk ma għandhomx għalfejn jitkabbru)

[40] Jiena tabilħaqq naħlef b'Sid l-inħawi minn fejn titla' x- xemx u minn fejn tinżel illi Aħna għandna s-setgħa

[41] linbiddluhom ma' (min hu) aħjar minnhom, u m'Aħniex se ningħelbu

[42] Mela ħallihom (Muħammad) iħawdu u jilagħbu (bil-kliem fieragħ) sa ma jsibu l-Jum tagħhom li kienu mwegħdin

[43] fil-Jum meta joħorġu mill-oqbra, mgħaġġlin, qishom iħaffu lejn xi ħaġra mwaqqfa (biex jagħtuha qima)

[44] b'ħarsithom 'l isfel jegħlibhom it-tkasbir. Dak huwa l-Jum li kienu mwegħdinl

Noè

Surah 71

[1] Aħna tabilħaqq bgħatna lil Noċ għand niesu (u għednielu): sWissi lil niesek qabel ma jiġihom kastig ta' wġigħi

[2] (Qalilhom lil niesu): 7Ja niesi, tabilħaqq li. jiena, għalikom, wieħed li jwissi biċ-ċar

[3] (ufngħidilkom): Qimu lil Alla u ibżgħu minnu, u obduni

[4] (biex b'hekk) jaħfrilkom dnubietkom u jħallikom (sgawdu fil-ħajja) sa żmien imsemmi. Tassew li ż-żmien ta' Alla, meta jasal, ma jitħalliex għal darb'oħra, li kieku kontu taful

[5] Qal (Noċ): 'Sidi, jiena tabilħaqq sejjaħt lil niesi (lejn triq is-sewwa), lejl u nhar

[6] iżda s-sejħa tiegħi ma żidithomx ħlief fil-ħarba (mir- twemmin u ċ-ċaħda tiegħu)

[7] Kull darba li jiena nsejħilhom (/ejn it-twemmin veru), biex Inti taħfrilhom, (arahom) iqiegħdu s-swaba' tagħhom f'widnejhom, jitgħattew bi Ibieshom. (biex ma jarawnix u lanqas jisimgħuni), iwebbsu rashom, u jitkabbru wisq

[8] Imbagħad jiena tabilħaqq sejjaħtilhom bla ħabi

[9] Imbagħad jiena tabilħaqq ħabbartilhom (il-bxara tiegħek) bil-miftuħ u bil-moħbi

[10] (u għedtfilhom): 'ltolbu maħfra mingħand Sidkomt Huwa tabilħaqq dejjem jaħfer

[11] (Jekk tilqgħu kliemi u temmnu f'Alla) Huwa. jibgħat fuqkom is-sema (bix-xita fejjieda), kotrana

[12] jagħtikom ġid u wlied, jagħmlilkom ġonna, u jagħmlilkom xmajjar (biex tithennew bihom)

[13] U għaliex ma tixtiqux tagħtu ġieħ lil Alla

[14] meta ħalaqkom f'(bosta) stadji (u l-ewwel kontu nitfa ta' sperma, imbagħad sirtu demm magħqud. li mal-ħin sar biċċa laħam, u mbagħad sirtu għadam miksi bil-laħam, u ħadtu l-għamla ta' bnedmin)

[15] Mela ma tarawx kif Alla ħalaq seba' smewwiet fuq xulxin

[16] ufihom għamel il-qamar dawl, u għamel ix-xemx musbieħ

[17] Alla nibbitkom mill-art bħan-nebbieta

[18] imbagħad ireġġagħkom fiha (wara mewrkom), u żgur joħroġkom (minnha f'Jum il-Qawmien)

[19] U Alla għamlilkom l-art mifruxa bħal tapit

[20] biex itterrqu fiha, f'mogħdijiet wiesgħa

[21] Qal Noċ: ''Sidi, huma tabilħaqq m'obdewnix, u mxew wara dak (minn fost il-kbarat u l-għonja tagħhom) li ġidu u wliedu ma żiduhx ħlief fit-telfien

[22] U (il-kbarat u l-għonja) nassu tnassis kbir

[23] uqalu (lif xulxin): 'La tħallux lill-allat tagħkom, u la tħallux la lil (l-alla) Wadd, la lil (l-alla) Suwagħ, u lanqas lil (l- allat) Jagħat, Jagħiq u Nasri

[24] U lil ħafna tellfuhom it-triq. Lill-ħżiena (Sidi l-Mulej) iżżidhomx jekk mhux fit-telfient' (U A/la sema' s-sejħa ta' Noċ u għerrighom fid-dilluvju)

[25] Minħabba ħtijiethom kienu mgħarrqa, u ddaħħlu f'Nar (l- Infern). Huma ma sabux lil min jgħinhom, flok Alla

[26] U qal Noċ: ''Sidi, la tħalli lil-ħadd fuq l-art minn dawk li ina jemmnux

[27] Jekk. Inti tħallihom, huma jtellfu t-triq lill-qaddejja tiegħek, u ma jwelldux jekk mhux (i/a/): ħżiena lima jemmnux

[28] Sidi, aħfer lili, lil missieri u lil ommi, lil-min jidħol f'dari bi twemmin, u lil-dawk l-irġiel u lin-nisa li jemmnu. U lill- ħżiena żżidhomx jekk mhux fil-qerda (u t-telfien, sew f'din id-dinja u sew fl-Oħra)

Il-Ġinn

Surah 72

[1] Għid (lil niesek, Muħammad): ''Tnebbaħt li ġemgħa ta' ġinn semgħufni naqra xi versi mill-Qoran) u qalu: 'Aħna tabilħaqq smajna Qoran ta' l-għaġeb

[2] lijmexxi (lif min jisimgħu) lejn it-triq it-tajba, u għalhekk emminna fih. M'aħna se nxierku lil ħadd ma' Sidna

[3] U tabilħaqq (nemmnu wkoll) li Huwa intrefa' fl-għoli s- sebħ ta' Sidna ma ħax għalih sieħba u lanqas wild

[4] U li l-iblah tagħna (/i għandna fostna) kien jaqla' gideb kbir fuq Alla

[5] Aħna (il-ġemgħa tal-ġinn) naħsbu li l-bnedmin u l-ġinu ma humiex se jaqilgħu gideb fuq Alla

[6] U xi rġiel mill-bnedmin kienu tabilħaqq jitolbu l-ħarsien ta' rġiel mill-ġinn, u għalhekk (/i/l-ġinn) żiduhom fil-ħażen

[7] u (dawk il-bnedmin li ċaħdu t-twemmin) ħasbu bħalma ħsibtu (intom il-ġinn)i li Alla ma huwa se jqajjem lil ħadd mill-mewt

[8] Aħna għarrixna s-sema (biex nisimgħu x'jingħad fih) u sibnieh mimli. b'(anġli) għassiesa, qliel, b'ilsna. tan-nar (imħejjija għal min joqrob iżżejjed)

[9] Aħna konna noqogħdu. f'qagħdiet fih (is-sema) biex nisimgħu (xi jkun qiegħed jingħad), iżda issa min jissemma' jsib ilsien tan-nar għassa għalih

[10] Aħna ma nafux jekk dawk li jinsabu fl-art kienx maħsub għalihom il-ħażen, jew inkella Sidhom ridilhomx it-triq it- tajba

[11] U hemm minna li huma ġusti, u minna li huma inqas minn hekk. Aħna ninsabu f'bosta toroq

[12] Aħna naħsbu li m'aħniex. se nfixklu lil-Alla fl-art, u m'aħniex se nfixkluh billi naħarbu (mill-kastig)

[13] U meta smajna t-tmexxija t-tajba (il-Qoran) emminna fiha, għaliex min jemmen f'Sidu, la jibża' minn telfien. tal-ħlas tiegħu) u lanqas minn inġustizzja (għaliex ma jiżdidulux ħtijiet li ma għamilx)

[14] Hemm minna Misilmin, u hemm minna li huma inġusti. U min daħal fl-Islam, dawk huma li għażlu t-triq it-tajba

[15] Imma l-inġusti, dawk ikunu l-ħatab ta' l-Infern

[16] U kieku qabdu t-triq id-dritta. (tal-liġi ta' Alla), konna nisquhom ilma kotran

[17] biex inġarrbuhom bih. U min ma jagħtix widen għat-tifkira ta' Sidu, (A//a) idaħħlu f'kastig mill-agħar

[18] (Muħammad qal: 'Jiena tnebbaħt) li l-moskej huma ta' Alla. Mela la ssejħu lil ħadd ma' Allal

[19] U (tnebbaħt ukoll) li meta l-qaddej ta' Alla qam biex isejjaħlu (lil Sidu l-Mulej, il-ġemgħar. tal-ġinn). kienu għoddhom. ġejjin jagħfsu fuqu (fil-ħeġġa' tagħhom. biex jisimgħu l-Qoran)

[20] Għid (Muħammad): 'Jiena nsejjaħ biss lil Sidi u ma nxierek lil-ħadd miegħu

[21] Għid (Muħammad): ''Tabilħaqq li jiena ma għandix f'idejja s-setgħa (biex nagħmlilkom). il-ħsara (jew biex inġibilkom) it-tmexxija t-tajba

[22] Għid (Muħammad): ''Tabilħaqq li lili ħadd ma jħarisni minn Alla, u m'iniex se nsib kenn barra minnu

[23] (Xejn ma jsalvani) ħliet li nwassal (ir-Rivelazzjoni) minn Alla u l-messaġġi tiegħu. U min ma joqgħodx għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, tabilħaqq ikollu Nar l-Infern u (hu u miin hu bħalu) fih jibqgħu għal dejjem

[24] (Dawk ta' bla twemmin jibqgħu jiddubitaw) sa. (il-Jum) meta. jaraw dak li huma mwegħdin (il-kastig). Imbagħad se jkunu jafu min huwa l-aktar dgħajjef fl-alleati, u min huwa l-inqas fl-għadd

[25] Għid (Muħammad): 'Jiena ma nafx jekk dak li intom imwegħdin (il-kasrig) huwiex qrib, jew jekk Sidi tawwallux iż-żmien

[26] Huwa jaf il-mistur, u ma jgħarraf lil ħadd bil-mistur tiegħu

[27] ħlief lil xi Mibgħut li għażel. Imbagħad jibgħat quddiemu u warajh għassiesa (li jħarsuh mill-ġinn)

[28] biex (Alla) ikun jaf li (il-Mibgħużin tiegħu) ħabbru. l- messaġġi ta' Sidhom. Huwa għandu taħt idejh: kulma għandhom, u jgħodd kollox

L-Imgeżwer

Surah 73

[1] Ja (Muħammad) imgeżwer fil-ħwejjeġ

[2] għaddil-lejl fit-talb, ħlief għal ftit (ħin ta' mistrieħ)

[3] nofsu, jew ftit inqas minnu

[4] jew żid miegħu, u aqra l-Qoran bil-qjiest

[5] Aħna tabilħaqq se nniżżlu fuqek ( Muħammad) kliem tqil

[6] Tabilħaqq li l-qawmien billejl huwa aktar iebes (għal snin jitlob, iżda jsaħħu fil-fidi) u aħjar għall-fehma tal-kliem (li jingħad fit-talb)

[7] Tabilħaqq li binhar għandek taħbit kbir (u mattlu taħdem u taqdi dmirijietek)

[8] Ftakar (u semmi) Isem Sidek (lejl u nhar) u ngħata lilu għal kollox

[9] (Sid il-Lvant u l-Punent, ma hemmx Alla ħlieful Mela lilu ħu biex jieħu ħsiebfek)l

[10] Stabar (Muħammad) b'dak li jgħidu (meta jqisuk saħħar, Poeta, jew miġnun) u itlaqhom bil-ħlewwa (bla ma thumhom)

[11] U ħallini nieħu ħsieb dawk il-giddibin li għandhom il-ġid (biex nitħallas minnhom) u agħtihom ftit taż-żmien (ieħor ta' tgawdija sa ma jieħdu l-kastiġ li ħaqġhom)

[12] Tabilħaqq li għandna (imħejji għall-ħżiena) xkiel: (biex norbtuhom bih) u Nar iħeġġeġ

[13] uikel (mill-agħar) li jxerraq u joħnoq, u kastiġ ta' wġigħ

[14] fil-Jum meta l-art u l-iġbla jitheżżu, u l-iġbla jsiru għoljiet ta' ramel imxerred

[15] Aħna tabilħaqq bgħatnielkom Mibgħut li jixhed għalikom, bħalma bgħatna Mibgħut lill-Fargħun

[16] Iżda l-Fargħun ma qagħadx għall-Mibgħut, u għalhekk ħadnieh (u kkastigajnieh) bil-qilla

[17] Kif; jekk ma temmnux, se tħarsu lilkom infuskom minn Jum li (fil-kruha tiegħu) ibajjad xagħar it-tfal (għaliex jixjieħu qabel żmienhom bil-biża)

[18] Is-sema jkun maqsum bih (bil-biża' ta' dak il-Jum): Il- wegħda tiegħu sseħħl

[19] Din tabilħaqq tifkira (ie twissija), u min irid, isib triq lejn Sidu

[20] Sidek (Muħammad) tabilħaqq jaf li inti tqum (għat-talb u l- qima tiegħu: xi drabi) inqas minn żewġ terzi tal-lejl u fdrabi oħra) nofsu, u (xi kultant) terz minnu, flimkien ma' ġemgħa minn dawk ta' miegħek. Alla jkejjel il-lejl u n-nhar, Huwa jaf li ma' tistgħux titolbu l-lejl kollu, jew parti kbira minnu, u għalhekk dar lejkom bil-maħfra. Mela aqraw kemm tistgħu mill-Qorant Huwa jaf li se jkun hemm minnkom morda, oħrajn iterrqu fl-art, ifittxu t-tjieba ta' Alla, u oħrajn jitqabdu għal Alla. Mela aqraw dak li tistgħu minnuf U agħmlu t-talb, agħtu l-karità, u sellfu lil Alla self tajjeb (Dilli tgħinu lill-foqra u tagħmlu għemejjel tajba)t Kull ġid li tressqu quddiemkom għal ruħkom, issibuh għand Alla (dar il-premju) hu aħjar u akbar fil-ħlas (mill-ġid li tkunu għamiltu fid-dinja). U itolbu l-maħfra ta' Allal Alla tabilħaqq Kollu Maħfra, Ħanin

Il-Mantell

Surah 74

[1] da (Muħammad) l-imgħotti fil-ħwejjeġ

[2] qum u wissi

[3] ulil Sidek kabbar

[4] usaffi ħwejġek

[5] uwarrab kull għemil ħażin

[6] ula toqgħodx tiftaħar bil-ġid li tagħmel u tqisu kotran

[7] ugħal Sidek stabart

[8] U meta tindaqq it-trumbetta (li żuri li wasal Jum il- Qawmien)

[9] dakinhar dak ikun Jum iebes

[10] mahuwiex ħafif għal dawk li ċaħdu t-twemmin

[11] Ħallini (Muħammad) nieħu ħsieb lil min ħlaqt waħdu (f'ġi/ ommu, li ġie b'xejn fid-dinja, jiġifieri. 'al-Walid ibn. al- Mugħiira, wieħed mill-kbarat ta' Quraj)

[12] Lil (dan) tajtu l-ġid bil-kotra

[13] u (għaxar) ulied li kienu xhieda miegħu

[14] uħsibtlu għal kollox (hekk li ma kien jonqsu xejn)

[15] Madanakollu jixtieq li nżid(lu ġiduji)

[16] Lel Huwa tabilħaqq kien iwebbes rasu għas-sinjali tagħnal

[17] Senifnih b'kastig mill-kbarl

[18] Huwa tassew ħaseb (us fehem x 'inhu l-Qoran) u ppjana (il-qerq)

[19] Meqrud huwat Ara kif ippjana (il-qerq uqal li l-Qoran seħer)

[20] U għal-darba oħra, meqrud kif ippjana (dak il-gideb kollu)l

[21] Imbagħad reġa' ħaseb (dwar il-Qoran)

[22] imbagħad tqarras u ħares bl-ikrah

[23] imbagħad ta dahru u tkabbar

[24] Huwa qal: 'Dan (il-Qoran) ma huwiex ħlief seħer, meħud minn ta' qabel

[25] dan ma huwiex ħlief kliem il-bniedemt

[26] Senixwih fl-Infemi

[27] U x'inhuli jgħarrfek (Muħammad) x'inhu l-Infern

[28] Lajjżomm xejn (minn dak li jidħol fih, għaliex jeqirdu) u lanqas iħalli (lil ebda ħati mingħajr ma jaħarqu)

[29] ixejjer lill-bnedmin (mill-bogħod u jarawh għaliex kbir wisq)

[30] Fuqu (l-Infern) hemm dsatax(-i/ għassies ta' qilla kbira)

[31] Maħtarniex għassiesa tan-Nar jekk mhux anġli u ma għamilniex l-għadd (żgħir) tagħhom għajr biex inġarrbu lil dawk li ma jemmnux (għaliex jaħsbu li jistgħu jegħlbuhom), biex dawk li ngħataw il-Ktieb. ikunu jafu fiż-żgur (i Muħammad huwa. l- Mibgħut, u li l-Qoran niżel mingħand Alla), u biex. dawk li jemmnu jiżdiedu fit-twemmin, u biex dawk li ngħataw il-Ktieb, u dawk li jemmnu, ma jkollhomx dubju, u biex dawk li fi qlubhom għandhom marda, u dawk bla twemmin, jgħidu: 'Xi jrid jgħid Alla b'dan l-eżempju 7' Hekk Alla jtellef it-triq lil min irid, u juriha lil min irid. Ħadd ma jaf il-qawwiet ta' Sidek ħliefu, u (din) ma hijiex għajr tifkira lill-bnedmin

[32] Lef (Naħilfi) fuq il-qamar

[33] ufuq il-lejl meta jkun fi tmiemu

[34] u fuq is-sebħ meta jdawwal

[35] li (l-Infern) tabilħaqq wieħed mill-kbar (mis-sinjali l-kbar)

[36] twissija lill-bnedmin

[37] għal-min, minnkom, irid jimxi 'l quddiem, jew jibqa' lura

[38] Kull ruħ miżmuma b'rahan b'dak li kisbet (għaliha nnifisha)

[39] ħlief'nies il-lemin (il-ġusti, li emmnu u għamlu għemejjel tajba)

[40] Huma jistaqsu lil xulxin f'Ġonna (ta' l-Għeden)

[41] dwariil-ħatjin

[42] fiX'daħħalkom fl-Inferi

[43] (Huma fil-ħarjin) jgħidu: 'Ma konniex minn dawk li jitolbu

[44] uma konniex nitimgħu l-fqir

[45] Konnanghidu kliem fieragħ ma' dawk li jgħiduh

[46] u'konna ngiddbu Jum il-Ħaqq

[47] sa ma ġietna dik (il-mewt) li hi żgura

[48] Matiswilhomx l-interċessjoni ta' dawk li jinterċedu

[49] Xijġegħelhom ma jagħtux widen għat-tifkira

[50] Qishom ħmir imgerrxa

[51] li ħarbu minn iljun

[52] Lel Kull bniedem minnhom irid. li jingħata (inr AHMa) paġni miftuħa (u fihom jingħad lilu biex jimxi wara Muħammad)

[53] Lel Iżda ma jibżgħux mill-Oħra (mill-Ħajja l-Oħra)

[54] Lel Tabilħaqq li dan (il-Qoran) huwa tifkira

[55] u'min irid, jiftakarha

[56] U ma jiftakrux ħlief jekk Alla jkun irid. Huwa jistħoqq il-biża' u l-ubbidjenza (ta' dawk li jemmmu), u Huwa Sid il-maħfra

Il-Qawmien

Surah 75

[1] Tabilħaqq naħlef b'Jum il-Qawmien

[2] tabilħaqq naħlef bir-ruħ li tlum (ilha nnifisha u tindem)

[3] Jaqaw il-bniedem (bla hemmin) jaħseb li m'aħniex se niġbru għadmu

[4] Melal Għandna s-setgħa nsawru(ln mill-ġdid) ponot subgħajh

[5] (Iżda l-bniedem irid jibqa' jidneb fu jiċħad Jum il-Ħaqq li jinsab) quddiemu

[6] Huwa jistaqsi: 'Meta Jum il-Qawmien

[7] Metal-għajnejn jitħawdu (bil-biża' tal-kastig)

[8] ujiddallam il-qamar

[9] u jinġemgħu x-xemx u l-qamar

[10] dakinhar il-bniedem jgħid: ''Lejn fejn il-ħarba

[11] Let Ma hemm ebda kenn (mill-kastig ta' Allajt)

[12] Għand Sidek, dakinhar, it-tmiem

[13] Dakinhar il-bniedem jitħabbarlu dak li jkun bagħat quddiemu (f'għemejjel) u x'ħalla warajh (f'għemejjel fejjieda għas-soċjetà)

[14] Let Il-bniedem ikun xhud kontra tiegħu nnifsu (ur ġismu stess jixlih)

[15] għalkemm iġib l-iskużi tiegħu (biex mingħalih jeħles mill-kastig)

[16] La tħarrikx ilsienek bih. (il-Qoran, Muħammad, meta jimmebbaħlek) biex tgħaġġlu (għaliex ribża' li tinsa xi versi)

[17] F'idejna, tabilħaqq, il-ġabra tiegħu (tal-Qoran f'qalbek), u l-qari tiegħu (minriek)

[18] U meta naqrawh (ilek; permezz ta' l-anġlu Gabrijel), isma' l-qari (kollu sa ma jieqaf u la tlissinx kelma inti u tisimgħu)

[19] imbgħad f'idejna t-tifsir tiegħu

[20] (Lel Intom tħobbu fdin) id-dinja li malajr tgħaddi

[21] utħallu (id-dirija) l-Oħra (qisha ma hijiex ġejja fuqkom)

[22] Dakinhar xi wċuħ (dawk tal-ġusti) ikunu jleqqu

[23] lejn Sidhom iħarsu

[24] U xi wċuħ (dawk tal-ħżiena) dakinhar, ikunu kiebja

[25] (għaliex) jafu li ġej fuqhom saram kbir

[26] Le (m'intomx se ddumu bla kastigjt Meta (ir-ruħ) tasal sa l- għadam ta' l-għonq (u tkun għoddha ħarġet mill-bniedem)

[27] u jingħad (mill-qraba): ''Min jitlob għalih u jfejqu

[28] U (min ikun fl-għafja tal-mewt) jaf li huwa tassew it-tluq

[29] u s-sieq tinbaram mas-sieq

[30] lejn Sidek, dakinhar, tinsaql

[31] Huwa (ta' bla twemmin) la emmen u lanqas talab

[32] (iżda giddeb fil-Qoran) u ta dahru (lit-rwemmin)

[33] Imbagħad mar għand niesu, jitkessaħ

[34] Ħażin għalik, ħażin ikun għalikt

[35] Tassew ħażin għalik, ħażin ikun għalikt

[36] Jaqaw il-bniedem jaħseb li jitħalla għal riħu (mingħajr ma jagħti kont lil-Alla, u bla ma jieħu l-ħlas mistħoqq)

[37] (Mela fil-bniedem) ma kienx nitfa ta' sperma li tinxteħet (fil-ġuf daqshekk kien żgħir u ma jiswa xejn)

[38] imbagħad kien demm magħqud' ( 4//a) ħalaq u sawwar

[39] u minnu għamel iż-żewġ: ir-raġel u l-mara

[40] (Jaqaw Dak fil-Ħallieq) ma għandux is-setgħa jagħti l-ħajja lill- mejtin

Iż-Żmien

Surah 76

[1] Jaqaw ma ġiex fuq il-bniedem xi ħin miż-żmien meta ma kien xejn li għandu jissemma (għaliex kien għadu ma nħalaqs)

[2] Aħna tabilħaqq ħlaqna lill-bniedem minn nitfa ta' sperma mħallta (mal-bajda tal-mara) biex inġarrbuh, u għamilnieh jisma' ujara

[3] Aħna wrejnieh it-triq, sew jekk jiżżi ħajr, u sew jekk jiċħad (il- grazzja ta' Alla)

[4] Aħna tabilħaqq ħejjejna għal dawk li jiċħdu t-twemmin ktajjen, xkiel u Nar iħeġġeġ

[5] il-ġusti tabilħaqq jixorbu minn tazza nbid fi jkun imħallat bil- ġanfta

[6] għajn li jixorbu minnha l-qaddejja ta' Alla; iġegħluha tgelgel kotrana

[7] Huma jżommu l-wegħdiet (ragħhom ma' Alla) u jibżgħu minn Jum meta s-saram u l-biża' tiegħu jittajru ma' kullimkien

[8] Għall-imħabba tiegħu (ta' Alla, il-ġusti) jitimgħu l-ikel lill- fqir, lill-iltim u lill-ilsir

[9] Ma nitimgħukomx jekk mhux għal Wiċċ Allat Ma rridu minnkom la ħlas u lanqas ħajr

[10] Aħna tabilħaqq nibżgħu (li jkollna) mingħand Sidna Jum iebes, ta' saram kbir

[11] Għalhekk Alla jħarishom (lill-ġusti) mill-ħażen ta' dak il- Jum u jsawwab fuqhom dawl (fl-uċuħ) u ferħ (fil-qlub)

[12] u jħallashom, talli stabru, bi Ġnien (l-Għeden) u (bi lbies) tal- ħarir

[13] mimdudin fih fuq id-divani; ma jaraw fih la xemx (tikwi) u lanqas kesħa kbira

[14] d-dellijiet tiegħu (dak il-Ġnien) jersqu fuqhom, u l-frott tiegħu jinġieb fil-qrib (biex jaqtgħuk bla ebda taħbit)

[15] u jgħaddu fosthom ġarar tal-fidda u bwieqi li jkunu ta' l-ifjen ħġieġ

[16] (ta') l-ifjen ħġieġ (u magħmula) mill-fidda li (dawk li jħejju x- xorb) jimlewhom bil-qjies (skond il-ħtieġa)

[17] U fih jingħataw jixorbu tazza nbid imħallat bil-ġinġer

[18] (minn) għajn li tinsab fih, jisimha Salsabil

[19] U jduru magħhom (biex igassmulhom u jaqduhom) żgħażagħ subien li ma jmutu qatt; meta tarahom taħsibhom. perli mxerrdin

[20] U meta tħares hemm (fil-Ġenna) tara hena u saltna kbira

[21] (Fuqhom. fil-ġusti jkollhom) ħwejjeġ ħodor tal-ħarir fin u mbrukkat, u jiżżejnu bi brazzuletti tal-fidda, u. Sidhom jisqihom xorb safi

[22] Dan tabilħaqq ikun ħlas għalikom, u t-tħabrik tagħkom ikun (milqugħ u) mogħti ħajr

[23] Aħna tabilħaqq niżżilna fuqek il-Qorant

[24] Mela stabar. (Muħammad) għall-amar ta' Sidek, u la toqgħodx: għal dawke minnhom li huma ħatjin jew jiċħdu t- twemmini

[25] U ftakar f'Isem Sidek filgħodu kmieni u filgħaxija

[26] u (għal xi ħin) mil-lejl inxteħet quddiemu, u sebbħu billejl, fit- tull

[27] Dawn (li ma jemmnux) tabilħaqq iħobbu. (din): id-dinja. li malajr tgħaddi u jħallu warajhom Jum tqil (/w il-Qawmien)

[28] Aħna ħlaqniehom (mix-xejn), u saħħaħna l-ħolqien tagħhom, u meta rridu nbiddluhom tassew ma' oħrajn bħalhom. (fil- ħolqien imma aħjar minnhom fl-għemil)

[29] Tabilħaqq li din (ir-Rivelazzjoni) hija tifkira. Għalhekk min irid, jieħu triq lejn Sidu

[30] U martridux, ħlief jekk Alla jrid. Alla tabilħaqq jaf kollox u Għaref

[31] Huwa jdaħħal lil-min irid fil-ħniena tiegħu, u lill-ħżiena ħejjielhom kastig ta' wġigħ

Dawk li ntbagħtu

Surah 77

[1] (Naħilfu) fuq l-irjieħ il-mibgħuta, wieħed wara l-ieħor

[2] urfuq l-irjieħ qawwija (li jagħmlu ħerba)

[3] ufuq l-anġli li jxerrdu sewwa

[4] ufuq l-anġli li joforgu sewwa (bejn it-tajjeb u l-ħażin)

[5] ufuq l-anġli li jniżżlu t-tifkira (rninn Aila lill-Profeti)

[6] b'mogħdrija jew bi twissija

[7] lidak li intom imwegħdin tabilħaqq iseħħl

[8] Umeta l-kwiekeb jintfew

[9] umeta s-sema jinqasam

[10] umeta l-iġbla (jsiru trab u) jixterdu (mar-riħ)

[11] u meta l-Mibgħutin jingħataw ħin (biex jinġabru quddiem Alla)

[12] għal liema Jum tħallew

[13] Għal Jum il-Firda (taf-tajbin mill-ħżiena)

[14] Ux'inhu li jgħarrfek (Muħamnmiad) x'inhu Jum il-Firda

[15] Dakinhar ħażin għal dawk li jgiddbul

[16] Mela maqridniex il-ġnus tal-qedem

[17] imbagħad bgħatna warajhom (lill-ġnus) l-oħrajn (li għexu warajhom u bħalhom kiemu ċaħdu lil Alla)

[18] Hekk nagħmlu lill-ħatjint

[19] Ħażin ikun, dakinhar, għal dawk li jgiddbul

[20] Jaqaw ma ħlaqnikomx minn ilma mkasbar (l-isperma)

[21] uqegħednieh f'imkien fis-sod (f'ġuf l-omm)

[22] sażmien magħruf

[23] Aħna (hekk) fassalna. Tajbin wisq dawk li jfasslu bis-setgħa (Alla l-Imbierekji)

[24] Ħażin ikun, dakinhar, għal dawk li jgiddbul

[25] Jaqaw ma għamilniex l-art tilqa' kollox fiha

[26] ħajjin u mejtin

[27] u qegħedna fiha iġbla, fis-sod u għoljin, u sqejniekom ilma ħelu

[28] Ħażin ikun, dakinhar, għal dawk li jgiddbul

[29] (Jingħad lilhom:) ''ltilqu lejn dak (il-Jum u l-kastig) li kontu iġiddbul

[30] Itilqu lejn dell (id-duħħan sfiq ta' l-Infern li jitla' 'l fuq) fi tliet kolonni

[31] delijili la jdellel u lanqas jiswa kontra l-ilsna tan-nar

[32] (L-Infern) tabilħaqq jarmi xrar (kbar) bħal kastell

[33] bħal (serbut) iġmla sofor (ħfief fil-ġiri)

[34] Ħażinikun, dakinhar, għal dawk li jgiddbul

[35] Dan Jum fneta ma jitkellmux

[36] U lanqas jitħallew iġibu skużi

[37] Ħażin ikun, dakinhar, għal dawk li jgiddbul

[38] Dan Jum il-Firda (tat-tajbin mill-ħżiena); ġbarniekom mal- ġnus tal-qedem

[39] Mela jekk (issa) għandkom xi nasba, onsbuni (jekk għandkom il-ħila)

[40] Ħażin ikun, dakinhar, għal dawk li jgiddbul

[41] Il-ġusti tabilħaqq ikunu f'dellijiet u f'għejun (ta' l-ilma)

[42] (ujkollhom) frott minn dak li jixtiequ

[43] (Jingħad lilhom:) 'Kulu u ixorbu għal qalbkom, ta' dak (it- tajjeb) li kontu tagħmlu (fid-dinja)f

[44] Tabilħaqq li Aħna hekk inħallsu lil dawk li jagħmlu t-tajjeb

[45] Ħażin ikun, dakinhar, għal dawk li jgiddbul

[46] (Lill-ħżiena ngħidulhom') ''Kulu u gawdu xi ftit (għal issa); intom tabilħaqq ħżienat

[47] Ħażin ikun, dakinhar, għal dawk li jgiddbul

[48] U meta jingħad lilhom (fid-dinja): 'Milu (u agħtu qima): huma ma jmilux

[49] Ħażin ikun, dakinhar, għal dawk li jgiddbul

[50] Mela f'liema kliem warajh (dan il-Qoran) se jemmnu

L-Aħbar

Surah 78

[1] Fuqiex qegħdin jistaqsu wieħed lill-ieħor

[2] Fuql-aħbar il-kbira

[3] liffuqha huma ma jaqblux

[4] Lel Sejkunu jafu (dalwaqt x'inhi din l-aħbarji)

[5] Għalddarba oħra: let Se jkunu jafu

[6] Jaqaw ma għamilniex l-art bħal friex (mifrux quddiemkom)

[7] ul-iġbla bħal utied (biex ma jħalhux l-art ritħarrek)

[8] Ħlaqniekom tnejn tnejn (irġiel u nisa)

[9] ugħamilna l-irqad tagħkom mistrieħ (għalikorr)

[10] us għamilna l-lejl bħal ilbies (Li jgħartikors fid-dalma tiegħu)

[11] ugħamilna n-nhar għall-għajxien (fagħkor)

[12] Ubnejna fuqkom seba' (srrewwier) imqiegħda fis-sod

[13] u għamilna musbieħ jiddi (ix-xemx)

[14] unniżżlu mis-sħab tax-xita ilma kotran

[15] biex bih noħorġu qmuħ u ħxejjex

[16] u ġonna mrassin bis-siġar

[17] Tassew li Jum il-Ħaqq u l-Firda (bejn it-tajbin u l-ħżiena) huwa żmien maħsub

[18] fil-Jum meta tindaqq it-trumbetta u tiġu ġgajtiet ġgajtiet

[19] us-sema jinfetaħ u jsir bħal bibien

[20] ul-iġbla jitneħħew u jkunu (biss) miraġġ

[21] L-Infern, tabilħaqq, nasba (għall-ħarjin)

[22] kenn tal-ħżiena li għamlu wisq

[23] fih jibqgħu għal żminijiet sħaħ

[24] lajduqu fih bruda (i sserraħhom mill-ħruq) u lanqas xorb

[25] (ma jduqux) ħlief xorb jagħli u materja tinten (ħierġa mill- iġsma tal-ħżiena fl-Infern)

[26] (dak ikun) ħlas mistħoqq (tal-ħtijiet tagħhom)

[27] Huma ma kinux jistennew (Ċi jsir) kont (agħhom)

[28] usgiddbu s-sinjali tagħna, kemm felħu

[29] Kollox iżżilna fi ktieb (l-għemejjel, tajbin u ħżiena)

[30] Mela duqu (il-ħlas)l M'aħniex se nżidukom ħlief fil-kastigl

[31] Tabilħaqq li għall-ġusti hemm rebħa (fil-Ġenna)

[32] ġonna u dwieli

[33] uxebbiet b'sider mimli, ta' ghomor wieħed

[34] utazzamfawra

[35] Fiha (il-Ġenna) la jisimgħu kliem fieragħ u lanqas gideb

[36] (danikun) ħlas minn Sidek, għotja kbira

[37] (minn) Sid is-smewwiet u l-art, u dak li hemm bejniethom; Kollu ħniena; ħadd ma jista' jkellmul

[38] Fil-Jum meta r-ruħ (l-anġlu Gabrijel) u l-anġli jqumu saff wieħed, huma ma jitkellmux, għajr dak li ( 4/Ja) Kollu ħniena jħallih (jirkellem) u jgħid is-sewwa

[39] Dak hu l-Jum tassew, u min irid (jisra') jasal lura għal għand Sidu

[40] Aħna tabilħaqq wissejniekom b'kastig fil-qrib, fil-Jum meta l- bniedem jara dak li għamlu idejh, u dak li ċaħad it-twemmin jgħid: SMhux li kont trabi

Dawk li jiġbdu bil-qawwa

Surah 79

[1] (Naħilfu) fuq dawk (l-anġii) li jaħtfu fl-erwieħ tal-ħżiena) bil- qilla

[2] ufuq dawk (l-anġli) li jisiltu (l-erwieħ tat-tajbin) bil-ħlewwa

[3] u fuq dawk (l-anġli) li jgħumu (fis-smewwiet, fil-qadi ta' Alla Sidhom)

[4] (fuq dawk fl-ariġii) li jinsabu minn ta' quddiem

[5] ufuq dawk (l-anġli) li jieħdu ħsieb (kull) amar (ta' Alla)

[6] (li-Jum il-Qawmien mill-imwiet għad jasal tassew); fil-Jum meta sseħħ l-ewwel nefħa fit-trumbetta (u jrmux kulħadd)

[7] uwarajha tiġi (in-nefħa) l-oħra (u dak il-ħin igumu l-mejtin)

[8] Dakinhar il-qlub ikunu beżgħana

[9] (irl-ħżiena jkollhom) għajnejhom iħarsu 'l isfel

[10] Huma jgħidu: 'Jaqaw se nintbagħtu lura fil-ħajja

[11] Jaqaw (dan jista ' jseħħ) meta aħna sima għadam immermer

[12] Huma għidu: ''Mela dik tkun miġja lura mitlufa (għaliex fiha nieħdu l-kastig)

[13] Hija sejħa waħda biss

[14] uara, huma (jguruz minn taħr l-art u jsibu rwieħhom) fuq wiċċ l- art (lesti għal Jum il-Ħaqq)

[15] (Ja Muħammad) waslitiek il-ġrajja ta' Mose

[16] Meta sejjaħlu Sidu fil-wied imqaddes ta' Tuwà ftaħt il- muntanja

[17] Mur għand il-Fargħunl Huwa tabilħaqq għamel wisq ħażen

[18] (Ugħidlu): 'Trid tissaffa (minn dnubietek)

[19] u mmexxik lejn Sidek, u tibża' (mninnu)

[20] U (mar Mosċ għand il-Fargħun. Dan m'emminx u għalhekk Masċ) wrieh is-sinjal il-kbir (meta bidel il-ħatar f'Serp)

[21] U (il-Fargħun) giddeb (lil Mosċ), u ma qagħadx (għal Alla)

[22] imbagħad ta dahru, u mar iħabrek (fil-ħażen tiegħu)

[23] Huwa ġabar (lis-sħaħar) u sejjaħ (lil niestu)

[24] uqal: 'Jiena sidkom, l-ogħlaf

[25] Għalhekk Alla kkastigah ta' l-aħħar (stqarrija tiegħu, meta qal ''Jiena sidkom, l-ogħla'') u ta' l-ewwel (meta qal 'Ma nafx li għandkom alla ieħor għajril)

[26] Tabilħaqq li f'dak hemm tagħlima għal min jibża

[27] Jaqaw intom (il-pagani Mekkin) itqal biex tinħalqu, jew is- sema 2 Huwa bnieh

[28] urefa' l-għoli tiegħu, u għamlu sewwa

[29] udallam il-lejl tiegħu, u ħareġ (u dawwal) l-għodwa tiegħu

[30] U l-art, wara dak (il-ħolqien tas-sema), firixha

[31] ħareġ minnha ilmijietha u l-mergħat tagħha

[32] ull-iġbla qegħedhom fis-sod

[33] tgawdija għalikom u għall-frat tagħkom

[34] Iżdameta jiġi l-akbar l-għawġ (dakinhar ta' Jum il-Qawmien)

[35] fil-Jum meta l-bniedem jiftakar dak li ħabrek għalih

[36] un-Nar iħeġġeġ jintwera lil min jara

[37] (dakinhar) min għamel wisq ħażen

[38] uħabb aktar il-ħajja (ta' din) id-dinja

[39] tabilħaqq li n-Nar iħeġġeġ ikun il-kenn (għalih)

[40] Iżda min beża' mill-waqfien quddiem Sidu (f'/un il-Ħaqq), u rażżan lilu nnifsu mix-xewqat fiergħa (u l-ġibdiet tal-ġisem)

[41] tabilħaqq li l-Ġenna tkun il-kenn (għalih)

[42] Jistaqsuk dwar is-Siegħa ((al-qawmien): 'Meta tasal

[43] (Għaliex jistaqsuk') Inti x'tista' tgħid dwarha

[44] Lejn Sidek it-tmiem tagħha

[45] Iżdainti (Muħammad) il-widdieb, biss, ta' min jibża' minnha. (is-Siegħa tal-qawmien)

[46] Fil-Jum meta (dawk bla twemmin) jarawha, ikunu qishom ma baqgħux (fid-dinja) ħlief għaxija (waħda biss), jew għodwa tagħha

Ix-Xewka

Surah 80

[1] Qarraswiċċu (Muħammad) u ta dahru

[2] għaliex ġiet l-agħma (Għabd AH/ah f'nof' ta' laqgħa)

[3] U fejn taf' Għandu mnejn jissaffa (minn dnubietu b'tagħlimek)

[4] jew jitwissa (bi kliemek), u tiswielu t-tifkira

[5] Iżdamin jaħseb li waħdu jgħaddi (bħalma ħasbu nies Qurajx)

[6] inti (Muħammad) tagħtix kas tiegħu (u risimgħux)

[7] għalkemm ma taħtix jekk ma jissaffiex (b'tagħlimek)

[8] Iżdamin jiġik kollu ħeġġa (biex jitgħallem dwar l-Islam)

[9] ujibża' (minn Alla, bħall-agħma Għabd Allah)

[10] inti (Muħammad) ma tagħtix kasu u tedha bi ħwejjeġ oħra

[11] Le, (tagħmilx hekk)t Din bija, tabilħaqq, twiddibal

[12] U min irid, ħali jiftakarha

[13] F'Paġni ta' ġieħ ffinsab din it-twiddiba

[14] merfugħa (fl-għoli), imsaffija (minn kull miqqas)

[15] b'idejn (l-anġli) il-kittieba (u l-Mibgħutin ta' Alla)

[16] kollhom ġieħ, twajbin

[17] Misħut il-bniedemt Kemm hu bla twemmin u ma jiżżix ħajri

[18] Minn xiex ħalqu (Aila)

[19] Minn nitfa (ta' sperma) ħalqu, u għamlu bil-qjies

[20] imbagħad it-triq ħaffifhielu (u joħroġ minn ġuf ommi)

[21] Imbagħad bagħatlu l-mewt u qiegħdu f'qabar

[22] imbagħad meta jrid; iqajmu (għall-Ħajja ta' dejjem)

[23] Lel (Il-bniedem) ma għamilx dak li ( 41la) qabbdu

[24] Ħallil-bniedem jaħseb dwar l-ikel tiegħu

[25] Aħna sawwabna l-ilma bil-kotra

[26] imbagħad xaqqaqna l-art sewwa

[27] unibbitna fiha l-qmuħ

[28] għeneb u ħxejjex

[29] użebbuġu siġar tal-palm

[30] uġonna b'ħafna siġar

[31] ul-frottu l-għalf

[32] għall-għajxien tagħkom u tal-frat tagħkom

[33] U metajiġi l-ħoss li jtarrax (dakinhar ta' Jum il-Qawmien)

[34] meta l-bniedem jaħrab minn huh

[35] uminnommu u minn missieru

[36] uminn seħbitu u minn uliedu

[37] dakinhar kull bniedem minnhom ikollu biżżejjed fiex jaħseb

[38] Xi wċuħ, dakinhar, ikunu jiddu

[39] daħkana, ferrieħa bil-bxara t-tajba (fi stħaqgilhom jidħlu l-Ġenna)

[40] uxi wċuħ, dakinhar, ikunu miksija bl-għabra

[41] imtaqqla bid-dalma

[42] Ie l ksetà U tib żetuminent il-Kbbesiiz

It-Taqlib

Surah 81

[1] Metax-xemx tintewa (ts ma ddawwalx aktar)

[2] meta l-kwiekeb jiddallmu u jaqgħu

[3] umeta l-iġbla jitneħħew

[4] umeta l-ġemliet b'għaxar xhur tqala jitħallew mitluqin

[5] umeta l-bhejjem salvaġġi jinġabru

[6] umeta l-ibħra jsiru ħuġġieġa

[7] u meta l-erwieħ jitlaqqgħu ma' dawk li huma bħalhom (it- tajbin mat-tajbin, u l-ħżiena mal-ħżiena)

[8] u meta t-tifla midfuna hajja tkun mistoqsija

[9] għal liema dnub inqatlet

[10] u meta l-paġni (bl-għemejjel ta' kulħadd) jinfetħu

[11] u meta s-sema jinqala' (mrinzi posti)

[12] u meta n-Nar iħeġġeġ jitkebbes aktar

[13] umeta l-Ġenna titqarreb (/ejn it-tajbin)

[14] (dakinhar kull) ruħ tagħraf dak (it-tajjeb jew il-ħażin) li ħejjiet

[15] Tabilħaqq naħlef fuq il-kwiekeb li jidhru billejl (i' jinfibew binhar)

[16] il-ġerrejja li (wara l-ġiri tagħhom fis-sema) jinħbew

[17] u (naħlef) fuq il-lejl meta jersaq

[18] ufuq is-sebħ meta jdawwal

[19] li (il-Qoran) tabilħaqq huwa kliem ta' Mibgħut ta' ġieħ (l- anġlu Gabrijel li wassal ir-Rivelazzjoni)

[20] (anġlu) mogħni b'qawwa, imqiegħed fis-sod għand Dak tat- Tron (Alla)

[21] lihuwa obdut hemmhekk (fis-smewwiet, mill-anġli), u fidil

[22] Seħibkom (Muħammad, ja nies Qurajx) ma huwiex miġnun

[23] u (Muħammad) tassew rah (lill-anġlu Gabrijel) fix-xefaq ċar

[24] Ma huwiex xhiħ fil-mistur (u jkabbar kulma jitniżżel. lilu mis-sema)

[25] u (dan il-Qoran) ma huwiex kliem xitan misħut

[26] Mela fejn sejrin (bi ħsiebkom u kliemkom)

[27] Dan mahuwiex għajr tifkira ( 4 fwissija) lill-ħolqien

[28] għal min minnkom irid jimxi dritt

[29] Umatridux. ħlief jekk irid Alla Sid il-ħolqien

Il-Firdiet

Surah 82

[1] Meta s-sema jiċċarrat

[2] umeta l-kwiekeb jixterdu

[3] u meta l-ibħra jkunu mġiegħla jitħalltu u jogħlew

[4] umeta l-oqbra jinqalbu ta' taħt fuq

[5] (dakinhar kull ruħ) tagħraf dak li għamlet qabel u wara

[6] Jabniedem, x'qarrqek dwar Sidek Kollu Ġieħ (u ma tridx ta' bih)

[7] liħalqek u għamlek sħiħ u bil-qjies

[8] utakl-għamla li ried

[9] Lefma għandkomx skużajl Iżda intom tgiddbu Jum il-Ħaqq

[10] (Teiddbu Jum il-Ħaqq) meta tassew hemm (anġli) għassiesa fuqkom (ii jiktbu kollox fil-ktieb ta' l-għemejjel tagħkom)

[11] kittieba ta' ġieħ

[12] lijjafu dak li tagħmlu

[13] Il-ġusti tabilħaqq jinsabu fil-hena

[14] u'-ħżiena tabilħaqq jinsabu fin-Nar iħeġġeġ

[15] jinxtwew fih f'Jum il-Ħaqq

[16] u majgħibux minnu

[17] U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhu Jum il-Ħaqq

[18] Imbagħad (għal darba oħra) x'inhu li: jgħarrfek (Muħammad) x'inhu Jum il-Ħaqq

[19] Fil-Jum meta ebda ruħ ma tista' tagħmel xejn għal ruħ oħra, u l-amar, dakinhar, ikun (kollu kemm hu) ta' Alla

In-Nefqa

Surah 83

[1] Kastig qalil għal dawk li jqarrqu fl-użin

[2] dawlkeli meta jieħdu kejl mingħand in-nies, jeħduh sħiħ

[3] iżda meta huma jkejlu għalihom (għan-nies), jew jiżnulhom, (arahom) inaqqsu (ir ma jagħtux kejl jew użin tajjeb)

[4] Mela dawk (li jqarrqu fl-użin) ma jaħsbux li huma tabilħaqq jitqajmu mill-mewt

[5] għal Jum kbir (Jumi il-Ħaqq)

[6] fil-Jum meta n-nies tqum quddiem Sid il-ħolqien

[7] Le (ħażin qegħdin jaħsbu)t Ktieb il-ħżiena jinsab tabilħaqq f'Siġġin

[8] U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhu Siġġar

[9] Huwa ktieb minqux (bl-għemejjel kollha tal-ħżiena)

[10] Kastig qalil dakinhar għal dawk li jgiddbu

[11] lijiddbu Jum il-Ħaqql

[12] U ħadd ma jgiddbu, ħlief kull midneb ħati

[13] Meta jinqrawlu l-versi tagħna, jgħid: ''Stejjer tal-qedemi

[14] (Lefmhux hekk, imma) saddad fuq qlubhom dak (il-ħażen) li kienu jiksbu (b'għemilhom)

[15] Le(mhux kif qegħdin jgħidujl Dakinhar huma tabilħaqq ma jitħallewx jaraw lil Sidhom)

[16] Imbagħad huma tassew jinxtwew fin-Nar iħeġġeġt

[17] Imbagħad jingħad: 'Dan huwa (il-kastig) li kontu tgiddbul

[18] Lesfmhux tassew li t-tajbin u l-ħżiena huma l-istessji Ktieb it-tajbin jinsab tabilħaqq f'Għiżlijin

[19] U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhu Għillijian

[20] Ktieb minqux (bl-għemejjel kollha tat-tajbin)

[21] lijixhdu għalih dawk (l-anġli) li jitqarrbu (/ejn Alla)

[22] l-ġusti tabilħaqq jinsabu fil-hena

[23] iħarsu minn fuq id-divani (lejn dak kollu li tħejja għalihom)

[24] tagħraf f'uċuħhom id-dija ta' l-hena

[25] Huma jinsqew inbid safi, issiġillat

[26] is-siġill tiegħu il-misk. Ħalli. lill-ħabrieka jikkompetu (bejniethom) għal dan (l-hena fil-Ġenna)

[27] Imħallat (dak l-inbid safi) ma' (ilma mill-għajn msejħa) Tasnim

[28] għajn li minnha jixorbu dawk li jitqarrbu (/ejn AZa)

[29] Tabilħaqq li dawk li għamlu l-ħażen kienu jidħku b'dawk li emmnu

[30] umeta kienu jgħaddu minn ħdejhom kienu jegħmżu lil xulxin

[31] u meta kienu jmorru lejn nieshom, (arahom) jerġgħu lura biż- żufjett

[32] Meta kienu jarawhom (lil dawk li emmnu), kienu jgħidu: 'Dawn tabilħaqq mitlufini

[33] Iżda huma (il-ħżiena) ma ntbagħtux għassiesa fuqhom (fieq it-tajbin)

[34] U llum dawk li jemmnu jidħku b'dawk li ma jemmnux

[35] iħarsu minn fuq id-divani (lejn il-ħżiena u jiddieħku bihom)

[36] Jaqaw dawk li ma jemmnux ma tħallsux ta' dak li kienu jagħmlu

Il-Firda

Surah 84

[1] Meta s-sema jixxaqqaq

[2] ujagħti widen lil Sidu (u l-amar tiegħu), kif ikollu jagħmel

[3] umeta l-arttitwessa

[4] utarmidakti fiha, u titbattal

[5] u tagħti widen lil Sidha (u l-amar tiegħu), kif ikollha tagħmel, (meta jseħħ dan kollu, il-bniedem se jħabbat wiċċu ma' waqtiet. tal-biża)

[6] Ja'bniedem, inti tassew tħabrek (f'ħajtek sa ma tasal) lejn Sidek utiltaqa' miegħu

[7] (Minjingħata l-ktieb fta' l-għemejjel tiegħu) f'idu l-leminija

[8] sejsir ħaqq ħafif minnu

[9] ujerġa' lura ferħan għand niesu (fil-Ġenna)

[10] Iżdamin jingħata l-ktieb (ta' l-għemejjel tiegħu f'idu x-xellugija ti) minnn wara dahru

[11] sejsejjaħ għall-qerda (fiegħu nnifsu)

[12] ujinxtewa f'Nar iħeġġeġ

[13] Huwa kien ferħan fost niesu (is-ma ħasibx għall-Ħajja ta' dejjem)

[14] Huwa tabilħaqq ħaseb li ma huwiex se jerġa' lura (għand 4/la)

[15] Mela (Sidu se jerġa' jqajmu, wara mewtu, għal Jum il-Ħaqq)i Sidu tabilħaqq kien dejjem jarah

[16] Jiena tabilħaqq naħlef fuq il-ħmura fix-xefaq ma' nżul ix-xemx

[17] u fuq il-lejl, u (firq) dak li (il-fejl) jiġbor lura (għall-mistrieħ, sew bnedmin kif ukoll ħlejjaq oħra)

[18] ufuq il-qamar meta jimla

[19] li tassew se tgħaddu (wara mewrkom, ja bnedmin) minn. qagħda għal oħra (sa ma tieħdu ħlaskom)

[20] Mela x'għandhom (il-ħżiena) biex ma jemmnux

[21] umeta jinqralhom il-Qoran ma jinxteħtux fl-art (bil-qima)

[22] Iżdadawk li ma jemmnux igiddbu (liil-Qoran u lill-Profeta)t

[23] Iżda Allajaf aktar b'dak li qegħdin jaħbu (fi ġiubhom)

[24] Mela agħtihom il-bxara ta' kastig ta' wġigħ

[25] ħlief lil dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid. Huma jkollhom ħlas li ma jinqatax (u li jibqa' għal dejjem)

Il-Kostellazzjonijiet

Surah 85

[1] (Naħilfir) fuq is-sema, bil-kostellazzjonijiet (tiegħu)

[2] ufuq il-Jum imwiegħed (tal-Qawmien mill-imwiet)

[3] u fuq jum ix-xhud (jin il-Ġimgħa), u fuq il-jum li jiġu għalih (jum Għarafa)

[4] lissaħta jkollhom nies il-gandott

[5] tan-nar bil-ħatab (li kebbsu biex jaħarqu lil dawk li emmmu)

[6] meta huma (dawk ta' bla twemmin) qagħdu madwaru

[7] u kienu xhieda ta' dak li kienu qegħdin jagħmlu lil-dawk li emmnu

[8] Huma ma vvendikawx irwieħhom. minnhom. jekk. mhux minħabba li (dawk it-tajbin) emmnu f'Alla l-Qawwi, li jistħoqq kull tifħir

[9] littiegħu hi s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art. U Alla għal kollox xhud

[10] Tabilħaqq li dawk li jġarrbu lill-irġiel u lin-nisa li jemmnu, imbagħad ma jihdmux, ikollhom il-kastig ta' l-Infern, u jkollhom il-kastig tan-Nar iħeġġeġ

[11] Tabilħaqq li dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, ikollhom Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom. Dik hija r-rebħa l-kbiral

[12] Tabilħaqq li l-qabda ta' Sidek (vera jikkastiga) hija qalila

[13] Huwa tabilħaqq li jibda (il-ħolqien mix-xejn) u jreġġa' (il- bniedem, wara mewti, għal Ħajja ġdida)

[14] u Huwa Kollu Maħfra u Kollu Mħabba

[15] Sidit-Tron glorjuż

[16] lijagħmel dak li jrid

[17] Jaqaw waslitlek (Muħammad) l-aħbar dwar il-qawwiet

[18] dwar il-Fargħun u Tamdd (u s-suldati tagħhom li kiddu bil-kbir. lill-Mibgħutin ta' Alla)

[19] Iżda dawk li ma jemmnux jibqgħu jgiddbu (is-sewwa)

[20] uAlla lilhom għandu taħt idejh

[21] Le(mhux kif qalu l-ħżienajt Huwa tabilħaqq Qoran glorjuż)

[22] (merfugħ fis-sema) f'Tavla mħarsa (minn kull żjieda jew tnaqqis)

L-Istilla ta' Filgħodu

Surah 86

[1] (Naħilfu) fuq is-sema u fuq il-kewkba

[2] u x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhi l-kewkba

[3] Hija l-kewkba li tinfed (dalmer il-lejl bid-dija tagħha)

[4] Tabilħaqq lima hemmx ruħ li fuqha ma għandhiex (anġlu) għassies

[5] Mela ħalli jara l-bniedem minn xiex inħalaqt

[6] Inħalaqminn ilma li jinxteħet bil-qawwa (/rir-raġe/ fil-mara)

[7] lijoħroġ minn bejn is-sinsla tad-dahar u l-kustilji

[8] Huwa (ila) tassew għandu s-setgħa jreġġgħu lura (għall-ħajja)

[9] fil-Jum meta jinkixef il-mistur

[10] (Dakinhar il-bniedem) la jkollu qawwa u lanqas min jgħin(a)

[11] U (naħilfu) fuq is-sema bix-xita li tinżel u terġa' (lejn l-art)

[12] u (naħilfu) fuq l-art bix-xquq (li minnhom jinbtu l-ħxejjex)

[13] li (il-Qoran) huwa, tabilhaqq. kliem li jagħżel (ir-tajjeb mill-ħażin)

[14] uma huwiex taċ-ċajt

[15] Huma tabilhaqq jonsbu nasba (għalik Muħammad)

[16] u Jiena nonsob nasba (għalihom)t

[17] Mela agħti flit taż-żmien lil dawk bia twemmint Agħtihom flit tan- nifs (imbagħad tara x'nagħmlilhom)

L-Iktar Għoli

Surah 87

[1] Sebbaħ (Muħammad) Isem Sidek, l-Ogħla Wieħed

[2] li'ħalaq u għamel sħiħ (il-ħolqien fiegħu)

[3] uli fassal bil-qjies u wera t-triq

[4] linnibbet il-mergħa

[5] u (wara li għaddar) għamilha qasbija sewda

[6] Senġegħluk taqra biex ma tinsiex

[7] ħlief dak li jrid Alla. Huwa tabilħaqq jaf il-mikxuf u dakri jinħeba

[8] U nħaffulek it-triq fejn (il-liġi t' Alla) il-ħafifa

[9] (Melafakkar fu wissi, Muħammad), jekk tiswa t-tifkira

[10] Sejiflakar (it-twissija) min jibża' (minn Ala)

[11] u jwarrabha l-miżerabbli

[12] li jinxtewa fin-Nar il-kbir

[13] ulajmut fih u lanqas jgħix (ħajja tajba)

[14] Tassew ħareġ rebbieħ min issaffà

[15] uġsemmi Isem Sidu u jitlob

[16] Iżdaintom tħobbu aktar il-ħajja (f'din) id-dinja

[17] iżda (il-Ħajja) l-Oħra aħjar u ddum aktar

[18] Tabilħaqq li dan (/i taqraw hawn) jinsab fil-Paġni tal-qedem

[19] fil-Paġni ta' Abraham u ta' Mosċ

Il-Ġrajja Kbira

Surah 88

[1] Jaqaw waslitlek (Miħammad) l-aħbar tal-ġrajja li tgħatti għal kollox fil-bnedmin

[2] Dakinhar xi wċuħ jaqgħu fil-mistħija

[3] imħabbtin bix-xogħol (iebes fl-/nfern), għajjenin

[4] Huma jinxtwew f'Nar imkebbes

[5] ujinsqew minn għajn tagħli

[6] Majkollhomx ikel għajr ix-xewk (tax-xitla msejħa darigħ)

[7] la jsemmen u lanqas jaqta' ġuħ

[8] Dakinharxi wċuħ ikunu hienja

[9] ferħanin bit-tħabrik tagħhom (tul ħajjirhom)

[10] fi Ġnien għoli (jithennew, fl-Għeden)

[11] Filma tismax kliem fieragħ

[12] Fih għajn ta' ilma ġieri

[13] fih divani merfugħa fl-għoli

[14] ubwieqi mqiegħda (u mhejjija għat-tajbin)

[15] u mħaded ħdejn xulxin

[16] utwapet mifruxin

[17] Jaqaw ma jarawx kif inħalqu l-iġmla

[18] u s-sema kif intrefa' 'l fuq

[19] ul-iġbla kif intasbu (f'posrkom)

[20] ul-art kif infirxet (biex il-bniedem seta' jaħdimha)

[21] Mela fiikkar (Muħammad); Int biss wieħed li jfakkar

[22] M'intix wieħed imqiegħed fuqhom. biex. taħkimhom (is tagħmilhom Misilmin)

[23] Iżdamin ma jagħtix kas u ma jemminx

[24] Allajikkastigah bl-akbar kastigl

[25] Lejna, tabilħaqq, il-wasla lura tagħhom

[26] imbagħad tabilħaqq f'idejna l-kont tagħhom

Is-Sebħ

Surah 89

[1] (Naħilfi) fuq is-sebħ

[2] (fuq l-fewwel) għaxart iljieli (ta' Diż l-Ħiġġa, xahar il- Pellegrinaġġ)

[3] ufuqiż-żewġ u l-fard

[4] ufuqil-lejl meta jgħaddi

[5] Jaqaw f'dan ma hawnx ħalfa għal min għandu moħħ (biex jifhem)

[6] Mela ma rajtx (Muħammad) x'għamel Sidek ma' fir-tribir ta') Għad

[7] (nies il-belt ta') 'Iram bil-bini (għoli) fuq kolonni

[8] (nies) li ma nħalqux bħalhom fil-bliet (u l-pajjiżi l-oħra)

[9] U (marajbex'għamel Sidek) ma' (it-tribis ta') Tamid li qata' l-blat (tal-muntanji) fil-wied (u għex fih)

[10] (u fr'għamel) mal-Fargħun, dak tal-qawwiet

[11] (it-tribujiet ta' Għad u Tamird, kif ukoll il-Fargħun u niesu) li għamlu wisq ħażen fil-pajjiżi (tagħhom)

[12] ukattru fihom il-korruzzjoni

[13] Għalhekk Sidek (Muħammad) sawwab fuqhom għamliet ta' kastig

[14] Tabilħaqq Sidek dejjem għassal

[15] Il-bniedem, meta Sidu jġarrbu, u jagħtih ġieħ u ġid, jgħid: Sidi tani ġieħ

[16] Imma meta jġarrbu, u jnaqqaslu l-ġid, jgħid: ''Sidi ċekkinni

[17] Le (mhux hekk. il-ġieħ ma jitkejjilx bil-faqar u bl-għana, imma bl-ubbidjenza lejn Allajt Iżda intom (b'dak il-ġid kollu li Alla takom) ma tagħtux ġieħ till-iltim

[18] u lanqas ħeġġu lil xulxin biex titimgħu lill-fqir

[19] (anzi) tieklu l-wirt (ra' l-iltiema u tal-fqar), u tibilgħuh b'kilba kbira (bla ma tħallulhom xejn)

[20] Intom tħobbu l-ġid bi mħabba żejdat

[21] Le(dan mhux sewjt Meta l-art titfarrak farka farka)

[22] jiġi Sidek u l-anġli (miegħu), saff saff

[23] dakinhar jinġieb l-Infern (biex jarawk il-ħżiena). Dakinhar il- bniedem jiftakar (fl-għemejjel tiegħu). Iżda x'tiswielu t-tifkira

[24] Huwa jgħid: ''Mhux li ressaqt (għemejjel tajba) għal ħajti (fl- eternità)i

[25] Dakinhar ħadd ma jikkastiga bil-kastig li jagħti Huwa (A//a)

[26] uħadd ma jorbot u jissikka bl-irbit tiegħu

[27] Jaruħ mistrieħa u fis-sliem

[28] erġa' lura lejn Sidek, hienja u thenni (di/ujl)

[29] Idħol fost il-qaddejja tiegħi

[30] uidhol fil-Ġenna tiegħil

Il-Belt

Surah 90

[1] Let Jiena naħlef fuq din il-belt (ta' Mekkajl)

[2] Inti (Muħammad) tgħix f'din il-belt (u tagħmlilha ġieħ)

[3] U (naħlef) fuq wellied (Adam) u fuq dak li wiled

[4] (Naħilfu) li: Aħna ħlaqna l-bniedem. fit-taħbit. (u jibqa' jitħabat)

[5] Jaqaw (min ma jemminx) jaħseb li ħadd ma jista' għalih

[6] Huwa jgħid: 'Berbaqt ġid kbir (kontra Muħammad u l- Islam)

[7] Jaqaw jaħseb li ħadd ma rah

[8] Jaqawma għamilnilux għajnejn

[9] ilsienu xofftejn

[10] u ma wrejniehx iż-żewġ triqat (dik tat-tajjeb u l-oħra tal- ħażin)

[11] Aħjar għalih kieku tela' t-telgħa l-iebsa (ta' l-għemejjel tajba)

[12] U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhi t-telgħa l-iebsa

[13] (Hija) il-ħelsien ta' lsir

[14] jew l-għoti ta' ikel f'jum ta' ġuħ

[15] lililtim qarib

[16] jewtqir miksi bit-trab

[17] Imbagħad huwa jkun minn dawk li jemmnu, iwissu lil-xulxin għas-sabar, u jwissu lil-xulxin għall-ħniena

[18] Dawk huma nies il-lemin (Żi jirtu l-Ġenna)

[19] U dawk li jiċħdu s-sinjali huma nies ix-xellug (li jirtu l- Infern)

[20] fuqhom ikollhom: Nar magħluq (iż-ma jħalli xejn jgħaddi minnu)

Ix-Xemx

Surah 91

[1] (Naħilfu) fuq ix-xemx u d-dawl jiddi tagħha

[2] ufuq il-qamar meta jiġi warajha

[3] u fuq in-nhar meta jikxifha (/ix-emx)

[4] ufuq il-lejl meta jgħattiha (bid-dalma tiegħu)

[5] ufuq is-sema u Min bnieh

[6] ufuq l-art u Min meddha

[7] ufuq ir-ruħ u Min għamilha sħiħa

[8] u nebbaħha l-ħażin u t-tajjeb għaliha

[9] Tabilħaqq joħroġ rebbieħ min (Zir-ruħ) isaffiha

[10] ujkun tellief min ibaxxiha (bid-dnub)

[11] (Nies) Tamid giddbu (is-sewwa) fil-ħażen kbir tagħhom

[12] meta l-agħar fosthom telaq (biex joqtol il-ġemla ta' Alla)

[13] U l-Mibgħut ta' Alla (Sa/iħ) qalilhom: ''(Ħarsu), il-ġemla ta' Alla u ħudu ħsiebha u ħudu ħsieb) ix-xorb tagħhat

[14] Iżda huma giddbuh u qatluha. Alla damdamhom u qeridhom ta' dnubhom, u Ikoll ġabhom indaqs (fil-kasrig)

[15] Huwa ma jibżax minn dak li ġġib magħha (qerda bħa' din)

Il-Lejl

Surah 92

[1] (Naħilfu) fuq il-lejl meta jgħatti (id-dawl bid-dalma tiegħu)

[2] ufuq in-nhar meta jinkixef (u jxerred id-dawl tiegħu)

[3] ufuq Min ħalaq lir-raġel u lill-mara

[4] lir-tħabrik tagħkom huwa tabilħaqq ta' bosta għamliet

[5] Melamin jagħti (minn ġidu) u jibża' minn Alla

[6] ujemmen fl-aħjar (ħlas fil-Ġenna)

[7] senħaffulu (il-mixja) lejn triq il-ġid (kotran fil-Ġenna)

[8] Iżda min jixxaħħaħ u jaħseb li ma għandux bżonn /li/ Alla

[9] ujgiddeb l-aħjar (ħlas fil-Ġenna)

[10] Aħna senħaffulu (il-mixja) lejn it-triq l-iebsa

[11] Majiswilux ġidu meta jinqered (fl-/ 7/e 77i)

[12] Tabilħaqq f'idejna t-tmexxija t-tajba

[13] u tagħna, tabilħaqq, l-Aħħar (Ħajja) u l-ewwel

[14] Għalhekk wissejtkom dwar Nar iħeġġeġ

[15] Majinxtewiex fih għajr l-agħar bniedem

[16] (ligiddeb fis-sewwa) u ma tax kas

[17] U se jitwarrab minnu l-aktar ġust

[18] lijagħti ġidu (biex) jissaffa

[19] ulejn ħadd ma kien obbligat ta' xi pjaċir li jistħoqq jitħallas

[20] ħliefi jixtieq Wiċċ Sidu, l-Ogħla

[21] Huwa tabilħaqq jithenna (fil-Ġennajl)

Is-Sigħat ta' Filgħodu

Surah 93

[1] (Naħilfur) fuq id-dawl ta' l-għodwa

[2] ufuq il-lejl ħiemed u mudlam

[3] Matelqekx Sidek (Muħammad), u (lilek) ma bagħadx

[4] Tabilħaqq li l-Aħħar (ħajja) hija aħjar għalik mill-ewwel

[5] uSidek tabilħaqq se jagħtik, u inti tithenna

[6] (Jaqaw ma sabekx iltim u ta/k) kenn

[7] usabek mitluf u wriek it-triq

[8] usabek fil-ħtieġa u ta(k) il-ġid

[9] Melalill-iltim la taħqarx

[10] ulit-tallab la ċċanfarx u la tkeċċix

[11] ul-grazzja ta' Sidek xandarhal

Il-Faraġ

Surah 94

[1] Jaqaw ma wessajnilekx sidrek (Muħammad, bit-twemmin ti bit-tmexxija t-tajba)

[2] u warrabna minnek it-toqol tiegħek (iera ħfirnielek in- nuqqasijiet tiegħek)

[3] litaqqal dahrek

[4] u għollejnielek ġieħek

[5] Tabilħaqq li mas-saram jiġi l-faraġ

[6] tassew, mas-saram jiġi l-faraġt

[7] U meta ttemm (it-tixrid tal-kelma), ħabrek (fil-qima ta' Alla)

[8] ugħal Sidek ixxennaq

It-Tin

Surah 95

[1] (Naħilfu) fuq it-tin u ż-żebbuġ

[2] ufuq il-muntanja Sinaj

[3] ufuq din il-belt (ta' Mekka) mħarsa

[4] littabilħaqq ħlaqna lill-bniedem fl-aħjar għamla

[5] imbagħad (meta jiċħadna) inniżżluh fil-qiegħ

[6] ħlief lil-dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid: dawn ikollhom ħlas li ma jinqatax (u jibqa ' għal dejjeni)

[7] (Melacja bniedem), xi jġiegħlek tgiddeb (Jum) il-Ħaqq wara (li waslulek is-sinjali ta' Alla)

[8] Jaqaw Alla ma huwiex l-Aktar Ġust fost l-imħallfini

Id-Demm magħqud

Surah 96

[1] Aqra (Muħammad) f'Isem Sidek li ħalaq

[2] ħalaq lill-bniedem minn demm magħqud

[3] Aqral Sidek huwa l-Aktar ta' ġieħ

[4] li-għallem bil-pinna

[5] għallem lill-bniedem dak li ma jafx

[6] Tabilħaqq li l-bniedem iġib ruħu ħażin wisq

[7] għaliex jaħseb li stagħna (i: ma jeħtieġx lil Alla)

[8] Tabilħaqq lejn Sidek il-wasla lural

[9] Rajt (Muħammad) lil dak ('Abiż Ġahi)' li ma jħallix

[10] qaddej meta jitlob

[11] Rajtjekk kienx fit-triq it-tajba

[12] jewjordnax il-biża' ta' Allaż

[13] Rajt (Muħammad) jekk giddibx (il-Qoran) u ta(h) dahru

[14] Melamajafx li Alla jara' I

[15] Lel Jekk mhux se jieqaf (illi jfixkel lill-Misilmin), se naqbdufh) mill-beżbuża

[16] beżbuża giddieba u ħatja (u nixħadi fin-Nar)l

[17] Imbagħad ħalli jsejjaħ lil sħabu (għall-għajnuna) l

[18] Aħna nsejħu lill-anġli tal-kastig (biex jixħtuh fin-Nar)

[19] Let Tismax minnu (u (a titlaqx it-talb) iżda nxteħet fl-art u ersaq (lejn Alla)

Il-Qawwa

Surah 97

[1] Aħna tabilħaqq niżżilnieh (il-Qoran imqaddes) f'lejlet id- destin u l-glorja

[2] U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhi lejlet id-destin u l-glorja

[3] Lejlet id-destin aħjar minn elf xahar

[4] L-anġli u r-ruħ (l-anġlu Gabrijel) jinżlu fiha bil-permess ta' Sidhom, b'kull digriet

[5] Sliem hija (din il-lejla), sa tlugħ is-sebħ

Il-Prova ċara

Surah 98

[1] Dawk li ma jemmnux (fl-Islam) minn Nies il-Ktieb (il- Lhud u l-Insara) u dawk li jxierku (allat oħra ma' Alla) ma jieqfux (min-nuqqas ta' twemminhom), sa ma tiġihom il- prova ċara

[2] Mibgħut minn Alla (Muħammad), jaqra Paġni msaffija

[3] lifihom digrieti sewwa (iż b/a tagħwiġ)

[4] U dawk li ngħataw il-Ktieb ma nfirdux ħlief wara li ġiethom il-prova ċ-ċara

[5] Huma ma tqabbdux għajr li jqimu lil Alla u joqogħdu biss għad-din tiegħu, bi twemmin safi, u jagħmlu t-talb u jagħtu l-karità. Dik hija r-reliġjon sewwa

[6] Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux (fil-Qoran u fil-Profeta) minn Nies il-Ktieb u l-pagani se jkunu f'nar l-Infern għal dejjem. Dawk huma l-agħar ħlejjaq

[7] Tabilħaqq li dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, dawk huma l-aħjar ħlejjaq

[8] Ħlashom għand Sidhom: il-Ġonna ta' l-Għeden bix- xmajjar jiġru taħthom; fihom jgħammru għal. dejjem. Huwa jithenna bihom, u huma jithennew bih. Dak (il- ħlas) għal min jibża' minn Sidu

It-Tħażżiża

Surah 99

[1] Meta l-art titheżżeż bit-theżżiża (qawwija) tagħha

[2] u l-art tferra' t-toqol tagħha (minn ġewwa fiha)

[3] il-bniedem jgħid: 'X'għandha

[4] Dakinhar hija tħabbar l-aħbar tagħha

[5] għaliex Sidek nebbaħha

[6] Dakinhar in-nies joħorġu, imxerrdin, biex jintwerew (lilhom) l-għemejjel tagħhom (u jieħdu l-ħlas mistħoqq)

[7] U min jagħmel b'toqol ta' atomu ġid, jarah

[8] umin jagħmel b'toqol ta' atomu deni, jarahl

Dawk li jiġru

Surah 100

[1] (Naħilfu) fuq iż-żwiemel lebbieta meta jilhġu

[2] ujtajru x-xrar (fil-ġiri kbir tagħhom)

[3] u jaħbtu (għall-għadu) mas-sebħ

[4] ujqanqlu bih (bil-ġiri) għabra kbira

[5] ubih jidħlu f'nofs ta' ġemgħa (minn ta' l-għadu)

[6] (naħilfir) li l-bniedem tabilħaqq ingrat lejn Sidu

[7] uhuwa tabilħaqq xhud għal dan

[8] uhuwa tabilħaqq qalil fl-imħabba tal-ġid (vsarerjaliji)

[9] Mela ma jafx li meta jixxerred dak li hemm fl-oqbra

[10] ujsir magħruf dak li hemm fil-qlub

[11] dakinhar Sidhom tabilħaqq ikun jaf sew bihom

Id-Diżgrazzja

Surah 101

[1] L-għawġ il-kbir

[2] x'inhu l-għawġ il-kbir

[3] U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhu l-għawġ il-kbirż

[4] Fil-Jum meta n-nies ikunu bħal friefet imferrxin

[5] ul-iġbla jkunu bħas-suf il-minfux

[6] Mela min il-miżien tiegħu jitqal (bl-għemejjel it-tajba)

[7] ikun f'għajxien hieni

[8] iżda min il-miżien tiegħu jiħfief (għaliex mingħajr għemejjel tajba)

[9] l-għamara tiegħu tkun ħofra bla qiegħ

[10] U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhi (din il-ħofra bla qiegħ)

[11] Nar imkebbes

Il-Kompetizzjoni

Surah 102

[1] l-pika (ta' Ġejnietkom) fit-tkattir tal-ġid (marerjali) iżżommkom medhijin

[2] sama żżuru l-oqbra

[3] Le(mhux sew. Ħażin qed tagħmlu)t Se tkunu tafill

[4] Għaldarbaoħra: Let (Dalwaqt) se tkunu taful

[5] Le(mhux kif qegħdin taħsbujt Kieku kontu tafu fiċ-ċert (ma kontux toqogħdu tedhew b'dak lima huwiex. siewi u tittraskuraw il-qima ta' Alla)

[6] Naħilfi/ li tabilħaqq taraw Nar iħeġġeġ

[7] Imbagħad tabilħaqq tarawh biċ-ċertezza nnifisha

[8] Imbagħad dakinhar tabilħaqq tkunu mistoqsijin dwar l-hena (li kontu fih meta kontu fid-dinja)

Il-Ħin

Surah 103

[1] (Naħilfu) fuq iż-żmien

[2] lil-bniedem tabilħaqq jinsab f'telfien

[3] ħlief dawk li jemmnu u jagħmlu l-ġid, u jwissu lil-xulxin għas-sewwa, u jwissu lil xulxin għas-sabarl

Il-Għajjat

Surah 104

[1] Kastig kbir għal kulmin iħobb iqasqas u jaqla' fuq ħaddieħor

[2] (tu għal) dak li jiġma' l-ġid f'materjali) u jgħoddu (iżda ma jonfqux fil-karità)

[3] Huwa jaħseb li ġidu se jżommu ħaj għal dejjem

[4] Le (mhux hekk)I Tabilħaqq se jintefa' fin-Nar qerried

[5] U x'inhu li jgħarrfek (Muħammad) x'inhu n-Nar qerried

[6] Nar Alla, imkebbes

[7] lijasal (bil-ħruq tiegħu) sal-qlub

[8] Huwa tabilħaqq jagħlaq fuqhom (ur ma jħalli xejn jgħaddi minnu)

[9] (nirien) f'kolonni twal

L-Iljunfant

Surah 105

[1] Mela ma rajtx (Muħammad) x'għamel Sidek ma' nies l- iljunfant (li rħewlha lejn Mekka biex jaħbtu għaliha)

[2] Mela ma ġabx fix-xejn in-nasba tagħhom

[3] ubagħat fuqhom tajr fi qtajja' kbar

[4] iwaddbulhom ġebel ta' fuħħar iebes

[5] u (Sidek) għamilhom bħal tiben mikul

Kurejš

Surah 106

[1] Talli (nies it-tribis ta') Qurajx draw

[2] draw is-safra tax-xitwa u tas-sajf (u matulha ma jiltaqgħux ma' għawġ)

[3] ħallijqimu lil Sid din id-dar (il-Kagħba)

[4] litemagħhom (u ħelishom) mill-ġuħ, u mill-biża' ħarishoml

Il-Qalb tajba żgħira

Surah 107

[1] Rajt (Muħammad) lil dak li jgiddeb il-Ġudizzju

[2] Huwa dak li jaħqar lill-iltim

[3] uma jħeġġiġx (lill-oħrajn) biex jitimgħu l-fqir

[4] Mela kastig kbir għal dawk (ta' wiċċ b'ieħor) li (taparsi) jitolbu

[5] illi ma jagħtux kas tat-talb tagħhom

[6] dawklijħobbu jidhru (u jagħmlu kollox għal għajnejn in- nies)

[7] jiċħdu l-karità

L-Abbondanza

Surah 108

[1] Aħna tajniek (Muħammad ix-xmara fil-Ġenna msejħa) 'al- Kawtar

[2] Mela itlob lil Sidek u offrilu sagrifiċċjut

[3] Tabilħaqq li dak (al-Għas ibn Wa''il) li jobogħdok huwa l- maqtugħ (mill-ħniena ta' Alla)

Dawk li ma jemmnux

Surah 109

[1] Għid (Muħammad lill-pagani): 'Intom li ma temmnux

[2] (kummafis li) jiena ma nqimx dak li tqimu

[3] ulanqasintom matqimu dak li nqim

[4] La nqim dak li tqimu

[5] ulanqas ma tqimu dak li nqim

[6] Intom għandkom id-din tagħkom, u jiena għandi d-din tiegħi

L-Għajnuna

Surah 110

[1] Meta tiġi l-għajnuna ta' Alla u r-rebħa

[2] u tara (Muħammad) in-nies ġgajtiet deħlin fid-din ta' Alla

[3] mela faħħar is-sebħ ta' Sidek u itolbu maħfra. Tassew li Huwa jdur, Kollu Maħfra

Il-Fjamma

Surah 111

[1] Ħalli jinqerdu idejn 'Abii Lahabl Huwa nqered

[2] Ma swilux ġidu u dak li kiseb

[3] Se jinxtewa f'Nar bl-ilsna jħeġġu

[4] U martu li ġġorr il-ħatab

[5] f'għongha (għandha) ħabel mibrum mill-weraq tal-palm

Is-Sinċerità

Surah 112

[1] Għid (Muħammad): Huwa Alla wieħed

[2] Allalilejh kulħadd idur fil-ħtieġa

[3] lajiledu lanqas jitwieled

[4] ubħalu ma għandu lil-ħaddi

Is-Sebħ

Surah 113

[1] Għid (Muħammad): Nistkenn f'Sid is-sebħ

[2] mill-ħażen ta' dak li ħalaq

[3] mill-ħażen ta' dlam il-lejl meta jinfirex

[4] mill-ħażen ta' dawk (is-sħaħar) li jonfħu fl-għoqod

[5] umill-ħażen ta' l-għajjur meta jgħir

L-Umanità

Surah 114

[1] Għid (Muħammad): Nistkenn f'Sid in-nies

[2] Sultan in-nies

[3] Alla tan-nies

[4] mill-ħażen tal-fesfies li (wara li jfes/es) dlonk jinħeba

[5] lijfesfes fi qlub in-nies

[6] (tfesfis ġej) mill-ġinn u min-nies (qarrieqa)