Back to Languages

    Maltese - Chapter 4

    Translation by Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

    Verse 1

    Ja nies, ibzgħu minn Sidkom li ħalaqkom minn bniedem wieħed, u minnu ħalaq seħbitu. Minnhom it-tnejn xerred ħafna rgiel u nisa. Ibzgħu minn Alla li f'ismu titolbu dak li tixtiequ mingħand xulxin, u la tonqsux lejn qrabatkom. Alla tabilħaqq iħariskom (u jgħasses fuqkon)

    Verse 2

    Agħtu lill-iltiema gidhom (mera jikbru) u la tbiddlux il- ħazin (u dak li hu projbit għalikom, jigifieri gidhom) mat- tajjeb (jigifieri gidkom). La tiklux gidhom (Gilli għalltuh) ma' gidkom. (Dan) huwa tabilħaqq dnub kbirl

    Verse 3

    U jekk tibzgħu li ma timxux bil-ħaqq mat-tfajliet iltiema, mela zzewgu n-nisa: (l-oħrajn) li tridu, tnejn, tlieta, (jew) erbgħa. U jekk tibzgħu li ma timxux bil-ħaqq (magħhom kollha), mela zzewgu. waħda (biss), jew dawk (in-nisa lsiera). li-għandkom fil-leminija tagħkom. Dan huwa aħjar biex ma tonqsux (lejn in-nisa tagħkom)

    Verse 4

    Agħtu lin-nisa (tagħkom) id-dota tagħhom bħala għotja (mill-qalb). Izda jekk, minn rajhom, iroddulkom xi ħaga minnha, intom tistgħu teħduha u tithennew biha

    Verse 5

    La tagħtux lil dawk ta' moħħhom ħafif il-gid (tagħhom mizmum għandkom, u li huwa wkoll) tagħkom, li Alla ħejja għalikom biex tgħixu bih, izda għajxuhom u libbsuhom minnu, u għidulhom kliem xieraq

    Verse 6

    Għarblu lill-iltiema (biex taraw l-għaqal tagħhom) u meta jilħqu l-eta taz-zwieg, jekk issibu l-għaqal fihom, mela roddulhom: gidhom (bla dewmien). La tiklux (gidhom) fil- ħela u bl-għagla, qabel ma jikbru ( 4 jkun jistħoqqilhom gidhom). Min (fost dawk li jrabbu l-iltiema) ikun għani, għandu jzomm lura fmi/fi jieħu minn gidhom), u min ikun fqir, jista' jieħu bil-ħaqqi Meta (imbagħad) tagħtuhom gidhom, araw li ggibu x-xhieda għalihom. Alla: huwa bizzejjed biex jagħmel il-kontijiet

    Verse 7

    L-irgiel għandhom sehemhom minn dak li jħallu l- genituri u l-qraba (tagħhom), u. (hekk ukoll) in-nisa għandhom sehemhom minn dak li jħallu l-genituri u l- qraba, sew jekk ftit, sew jekk ħafna sehem iffissat (skond il-ligi ta' Alla)

    Verse 8

    (U jekk il-qraba fl-oħra lima jistħoqqilhomx sehem mill-wirt), l-iltiema u. l-foqra jkunu prezenti għall-qsim (tal-wirt), mela agħtuhom minnu, u għidulhom. kliem xieraq

    Verse 9

    Ħalli jibzgħu dawk (li jkunu qed jaqsmu xi wirt, jew min irabbi u jieħu ħsieb l-iltiema, bħalma) kienu jibzgħu kieku ħallew warajhom ulied dgħajfal Mela ħalli jibzgħu minn Alla, u ħalli jgħidu kliem sewwal

    Verse 10

    Tabilħaqq li dawk li jieklu gid l-iltiema mingħajr ħaqq, ma jkunux jieklu ħlief Nar gewwa zaqqhom. Huma se jinxtwew f'ħuggiegal

    Verse 11

    Alla jamrilkom. (b'darr li gej) fuq (il-wirt li jmiss lil) uliedkom: l-iben ikollu daqs is-sehem taz-zewgt ibniet, u jekk (il-werrieta) ikunu nisa (biss, tnejn jew) aktar minn tnejn, (dawn) imisshom zewg terzi minn dak li ħalla (il- missier jew l-omm). Jekk (il-werrieta) tkun mara waħda, din imissha n-nofs. Kull wieħed mill-genituri (tal-mejjet) imissu wieħed minn sitta ta' dak li jkun ħalla, jekk dan ikollu tfal. Jekk ma jkollux tfal, u l-genituri tiegħu jirtuh, ommu tieħu terz (u missieru jieħu zewg terzi). Jekk (il- mejjet) ikollu aħwa, għal ommu (hemm) wieħed minn sitta (u l-bqija jieħdu l-missier). (Qsim il-wirt isir) warali (jitħallas): xi legat li l-mejjet ikun ordna, jew xi dejn. Intom ma tafux min minnhom, il-genituri tagħkom jew uliedkom, huma l-aktar ta' fejda għalikom. (Dawn huma ishma fissi u huma) amar minn Alla. Alla tabilħaqq jaf kollox u Għaref

    Verse 12

    (Hemm) għalikom (l-irgiel) nofs dak li jħallu n-nisa tagħkom, jekk ma jkollhomx tfal (minnkom jew minn ħaddieħor). Jekk ikollhom tfal, intom imisskom il-kwart ta' dak li jħallu, wara li (jitħallas) xi legat li huma jkunu ordnaw (li għandu jitħallas); jew xi dejn. Għalihom (għan-nisa tagħkom waħda jew aktar hemm) kwart ta' dak li tħallu, jekk ma jkollkomx tfal. Jekk ikollkom tfal (minnhom, jew minn nisa oħra), ikun imisshom wieħed minn tmienja ta' dak li tħallu, wara li (jirħal/as) xi legat li tkunu ordnajtu. (li għandu jirħallas), jew xi dejn. Jekk (imbagħad) ragel jew mara ma jkollux werrieta mill- qrib (missier jew iben), izda jkollu lil ħuh jew lil-oħtu (mill-istess omm, izda minn missirijiet differenti), għal kull wieħed minnhom it-tnejn (hemm) wieħed minn sitta. Jekk (l-aħwa mill-istess omm) ikunu aktar minn hekk, huma jkunu sħab (indaqs, subien u bnier) fit-terz, wara li (jitħallas) xi legat (li: l-mejjet ikun ordna li għandu jitħallas), jew xi dejn, mingħajr telf' (lil ħadd mill- werrieta jew persuni oħra). (Dan huwa) amar minn Alla. Alla jaf kollox; Kollu Sabar mal-midinbin

    Verse 13

    Dawk huma d-digrieti ta' Alla. Min joqgħod għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, ( 4//a) idaħħlu f'Gonna bix- xinajjar jigru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Dik hija r-rebħa l-kbira

    Verse 14

    Izda min ma jobdix lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u jikser id-digrieti tiegħu, (A//a) idaħħlu f'Nar li fih jgħammar għal dejjem, u jkollu kastig ta' tkasbir

    Verse 15

    Dawk fost in-nisa tagħkom li jagħtuha għall-għemejjel faħxija, gibu kontrihom erba' xhieda (irgiel Misilmin) minn fostkom. Jekk (dawn) jixhdu (li n-nisa huma ħatja), zommuhom. fid-djar sa ma l-mewt teħodhom, jew (inkella) Alla jsib triq (oħra għalihom). J

    Verse 16

    Dawk it-tnejn (zewgt irgiel jew ragel u mara) fostkom li jagħtuha (għall-għemejjel faħxija), ikkastigawhom it- inejn. li huma. Jekk. (imbagħad) jindmu u jsewwu. l- imgiba tagħhom, ħalluhom. Alla tabilħaqq idur Kollu Maħfra, il-Ħanin

    Verse 17

    Alla jilqa' l-indiema ta' dawk li jagħmlu l-ħazen b'injuranza u bi bluha, imbagħad malajr jindmu minnu. Lejn dawk Alla jdur bil-maħfra. Alla jaf kollox u Għaref

    Verse 18

    Ma hijiex indiema ta' dawk li (jibqgħu) jagħmlu l- għemejjel ħziena sa ma' tasal il-mewt fuq xi ħadd minnhom u (imbagħad) jgħid: ''Issa ndimti' U lanqas (ma hija ndiema) ta' dawk. li jmutu (u jibqgħu) ma jemmnux, Għal dawk ħejjejna kastig ta' wgigħ

    Verse 19

    Intom li temmnu, ma jiswiex li tirtu n-nisa kontra r- rieda tagħhom. Lanqas ma għandkom tkidduhom (jew izzommuhom milli jizzewgu) biex teħdulhom xi ħaga li tajtuhom. (bħala dota), ħlief jekk jagħmlu. għemejjel faħxija bil-miftuħ. Għixu magħhom bit-tjieba, (għaliex anki) jekk tobogħduhom, jista' jkun li tobogħdu xi ħaga li Alla qiegħed fiha gid kbir

    Verse 20

    Jekk tkunu tridu tibdlu mara ma' mara (oħra) minflokha (biex tizzewguha), u kontu tajtu lill-(ewwez) waħda minnhom qantar (deheb: bħala dota), la tieħdu (lura) minnu xejni Jaqaw tridu teħduh b'qerq u bi ħtija (fi ssir) fil-beraħ

    Verse 21

    U kif'teħduh (/ura) meta kellkom x'taqsmu ma' xulxin, u (in-nisa tagħkom) ħadu mingħandkom wegħda soda (dwar l-għaqda tagħkom fiz-zwieg magħhom)

    Verse 22

    La tizzewgux in-nisa li zzewgu missirijietkom, ħlief dak li seħħ fl-imgħoddi. Dan tabilħaqq Kien għemil faħxi u mibgħud, u mgiba ħazina

    Verse 23

    Ma jiswewx għalikom (għaz-zwieg) ommijietkom, il- bniet tagħkom, ħutkom il-bniet, zijietkom min-naħa tal- missier u ta' l-omm, il-bniet ta' ħukom, il-bniet ta' oħtkom, ommijietkom li reddgħukom, ħutkom il-bniet mill-irdigħ, ommijiet in-nisa tagħkom, il-bniet li huma taħt il-ħarsien tagħkom. min-nisa li kellkom. x'taqsmu magħhom izda jekk ma kellkomx x'taqsmu magħhom, ma hemm xejn ħazin li tizzewgu l-bniet tagħhom in- nisa ta' wliedkom li huma minn nisilkom, u (lanqas tistgħu) tizzewgu zewgt aħwa bniet (fl-istess ħin), ħlief dak li diga seħħ fl-imgħoddi. Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin

    Verse 24

    U nenisa mizzewga (ukoll ma. tistgħux: tizzewguhom) ħlief dawk (l-ilsiera) li għandkom fil-leminija tagħkom. Dan hu l-Ktieb (u d-digriet) ta' Alla għalikom. Jiswa għalikom (iz-zwieg man-nisa) li ma humiex minn dawn (in-nisa projbiti li ssemmew), biex tfittxuhom bil-gid (tad-dota) tagħkom, għaz-zwieg u mhux għaz-zina. U ta' l-hena li tieħdu mingħandhom, araw li tagħtuhom il-ħlas (tad-dota), li hu dmir (tagħkom); Ma jkollkom ebda ħtija ta' dak li tiftiehmu bejnietkom wara li d-dota (rkumu ftehimtu fuqha). Alla tabilħaqq jaf kollox, u Għaref

    Verse 25

    Min (minnkoni) ma jkollux biex jizzewweg nisa ħielsa li jemmnu, (ikun jista' jizzewweg) dawk. it-tfajliet (ilsiera) li jemmnu, li għandkom fil-leminija tagħkom. Alla jaf sew bi twemminkom. Intom (gejjin) minn xulxin, għalhekk izzewguhom bir-rieda ta' nieshom, u agħtuhom il-ħlas (fad-dota) tagħhom, kif jixraq, (għaliex huma nisa li) jgħozzu s-safa, mar humiex mogħtija għaz-zina u lanqas ma għandhom maħbubin (oħra): Jekk. meta jizzewgu jagħmlu għemil faħxi, għalihom hemm nofs il- kastig li jmiss lin-nisa ħielsa. Din (ħija l-ligi) għal min, fostkom, jibza' mid-dnub. Ikun aħjar għalikom li toqogħdu b'sabarkom (u ma tizzewgux nisa lsiera). Alla Kollu Maħfra u Ħanin

    Verse 26

    Alla jrid jurikom bic-car u jmexxikom sewwa fit-toroq ta' dawk li (għaddew) qabilkom, u jdur lejkom bil- maħfra. Alla jaf kollox u Għaref

    Verse 27

    Alla jrid idur lejkom bil-maħfra, izda dawk li jimxu wara x-xewqat (ħziena) jixtiqukom. titbiegħdu ħafna (minnu u taqbdu t-triq il-ħazina)

    Verse 28

    Alla jrid iħaffilkom (it-roqol tagħkom b'ligijiet ħfief), għaliex il-bniedem inħalaq dgħajjef

    Verse 29

    Intom li temmnu, la tiklux gidkom bejnietkom bil-qerq (u araw li: ma tiksbux il-gid) ħlief meta jkun hemm (bejnietkom) kummerc li taqblu dwaru. La toqtlux lilkom infuskom (u lil-xulxin)i Alla tabilħaqq huwa (dejjem) ) Ħanin magħkom

    Verse 30

    Min jagħmel hekk b'aggressjoni u b'ingustizzja, se naħarquh fin-Nar. Dan għal Alla huwa ħafif (li jsir)

    Verse 31

    Jekk izzommu 'l bogħod mill-akbar dnubiet li ma għandkomx tagħmlu, Aħna nsaffukom minn ħtijietkom u ndaħħlukom f'daħla ta' gieħ

    Verse 32

    U la tixxennqux għal dak li Alla ta lil uħud minnkom izjed minn ħaddieħor, L-irgiel imisshom sehem minn dak li kisbu, u n-nisa jmisshom sehem minn dak li kisbu. Itolbu lil Alla (jagħtikom) mit-tjieba tiegħu. (minflok tgħiru għal xulxin). Alla tabilħaqq jaf b'kollox

    Verse 33

    U għal kulħadd għamilna werrieta ta' dak li jħallu l- genituri u l-qraba. U agħtu sehemhom (mill-wirt) lil dawk li l-leminija tagħkom daħlet f'rabta magħhom. Alla tabilħaqq Xhud ta' kollox

    Verse 34

    L-irgiel jieħdu ħsieb lin-nisa minħabba li Alla lil dawn (l-irgiel) tahom aktar (qawwa fil-gisem u ħsieb għaqli 'l bogħod. mill-emozzjoni). mill-oħrajn. (min-nisa), u minħabba dak li jonfqu minn gidhom. Għalhekk in-nisa t-twajba. jobdu (lil zwieghom) u, fin-nuqqas. (ta' zwieghom), iħarsu dak li Alla jrid li jitħares (il-pudur, darhom u gidhom). Dawk in-nisa li tibzgħu mill-imgiba ħazina tagħhom, (l-ewwel) wissuhom, (imbagħad jekk ma jisimgħux) itilquhom. waħidhom. fis-sodod u. (fl- aħħarneti, jekk ma jisimgħux) idorbuhom fħafif u b'mod. simboliku, jekk dan isolvi l-problema). Jekk joqogħdu għalikom, tfittxux li (rkomplu) teħduha kontrihom. Alla tabilħaqq huwa Għoli u Kbir

    Verse 35

    U jekk tibzgħu li jkun hemm tilwim u firda bejniethom (bejn ir-ragel u martu), mela ibagħtu għal arbitru minn niesu u arbitru minn niesha, Jekk (l-arbirri, jew il-koppja, ikunu) iridu jsewwu, Alla jgib l-għaqda bejniethom it- tnejn. Alla jaf kollox (dwar dawr il-ħwejjeg) u jaf sewwa (bihom)

    Verse 36

    Qimu lil Alla, u la xxierku xejn miegħu, u gibu rwieħkom tajjeb mal-genituri u mal-qraba, ma' l-iltiema, mal-foqra, mal-gar qarib. (tagħkom) u mal-gar barrani (għalikom), ma' seħibkom qrib tagħkom, ma' min iterraq, u ma' dawk (l-ilsiera) li għandkom fil-leminija tagħkom. Alla tabilħaqq ma jħobbx lill-imkabbar jew lill- faħħari

    Verse 37

    (Alla lanqas ma jħobb) lil dawk li jixxaħħu, u jamru lin-nies ikunu xħaħ (huma wkoll) u jaħbu dak li tahom Alla mit-tjieba tiegħu. Għal dawk li ma jemmnux ħejjejna kastig ta' tkasbir

    Verse 38

    (Lanqas ma jħobb) lil dawk (ta' wicc b'ieħor) li jonfqu gidhom għal għajnejn in-nies, u ma jemmnux f'Alla u lanqas fl-Aħħar Jum. Dak li x-Xitan huwa s-sieħeb (tiegħu, ma jistax ikollu) sieħeb agħar minnu

    Verse 39

    X'kienu se jitilfu li kieku emmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum, u nefqu (fil-gid) minn dak li tahom Alla. Alla jaf kollox dwarhom

    Verse 40

    Alla ma jonqos (lejn ħadd, lanqas) bit-toqol ta' farka: U jekk ikun (sar) xi gid, (arah) ikattru għal ħafna drabi, u jagħti mingħandu ħlas kbir

    Verse 41

    U kif (ikunu l-ħziena, u x'se jigri minnhom f'Jum il- Qawmien) meta ngibu xhud minn kull gens, u ngibuk (Muħammad) xhud kontra dawn (in-nies)

    Verse 42

    Dakinhar (tal-Gudizzju) dawk li ma jemmnux u ma jobdux lill-Mibgħut (Muħammad) ikunu jixtiequ li kieku l-art titwaħħad magħhom (u jindifinu fiha), izda xejn ma (jkunu jistgħu) jaħbu mihn Alla

    Verse 43

    Intom li temmnu, la toqorbux lejn it-talb meta intom fis-sakra, sa ma (tgħaddilkom is-sakra) u tkunu tafu x'qegħdin tgħidu, u lanqas meta. tkunu mniggsin (minħabba relazzjoni sesswali jew minħabba tnixxija ta' sperma), ħlief meta tkunu qegħdin itterrqu (u tgħaddu mill-moskea), sa ma tinħaslu. Jekk tkunu morda (u l-ħasil bl-ilma ma jagħmililkomx tajjeb), jew f'safar, jew xi ħadd minnkom gie lura mill-ħtigijiet naturali tiegħu, jew missejtu n-nisa (sesswalment) u ma ssibux ilma, mela fittxu (ssaffiu) b'ramel (jew trab) safi u imsħu bih l-ucuħ tagħkom u idejkom. Alla tabilħaqq iħassar id-dnubiet u Kollu Maħfra

    Verse 44

    Mela ma rajtx (Muħammad) lil dawk li ngħataw sehem mill-Ktieb (it-Tora) 2. (Arahom, il-qassisin tal-Lhud) jixtru t-telfien, u jixtiequ li intom (il-Misilmin) toħorgu mit-triq (it-tajba)

    Verse 45

    Izda Alla jaf l-aktar bl-għedewwa tagħkom: Alla huwa bizzejjed (għalikom): biex iħariskom, u Alla huwa bizzejjed (għalikom) biex jgħinkom

    Verse 46

    Uħud mil-Lhud jgħawgu l-kliem (tat-Tora u jaqilgħuh) minn postu u jgħidu: ''Smajna (Muħammad, dak li għed), izda ma nobduxt' (U jgħidu) ''Isma' (dak li qed ngħidulek), bla ma tisma' (għax nixtiquk tittarrax):' (Jgħidu wkoll kliem imħawwad bħal) ''Ragħinat' (li taħsbu jfisser. 'ħu ħsiebna'', izda għalihom għandu tifsira ħazina), b'tagħwig fi Isienhom, u b'zebliħ għar- religjon. U li kieku qalu: 'Smajna u obdejna,' u 'Isma' u ħares lejna,' kien ikun aħjar għalihom, u aktar xieraq. Izda Alla seħethom tan-nuqqas ta' twemmin tagħhom, u ftit huma (dawk fosthom) li jemmnu

    Verse 47

    Intom (il-Lhud) li ngħatajtu l-Ktieb, emmnu f'dak li nizzilna. (il-Qoran). li jseddaq dak li diga għandkom, qabel ma nħassru xi wcuħ u naqilbuhom ta' wara quddiem (biex ma jingħarfux), jew nisħtuhom bħalma sħetna lil dawk li kisru s-Sibt (u ħadu l-għamla ta' xadini). L-amar ta' Alla jrid iseħħl

    Verse 48

    Alla tabilħaqq ma jaħfirx li jixxierek (ma' ħaddieħor), izda jaħfer dak li huwa anqas minn hekk, lil-min irid Hu. Miniixierek ma' Alla, ikun għamel dnub mill-kbar

    Verse 49

    Mela marrajtx dawk (il-Lhud) li jgħidu li huma safjin (ia jiftaħru li huma wlied Allaj) Lel Huwa Alla li jsaffi lil min irid, u ma jmorru minn taħt lanqas b'ħarira

    Verse 50

    Ara (Muħammad) kif jaqilgħu l-gideb dwar Alla (u jgħidu li huma l-ulied għeziez tiegħujl Dan. huwa bizzejjed (biex jitqisilhom bħala) dnub mill-aktar car

    Verse 51

    Mela ma rajtx dawk (il-Lhud) li ngħataw sehem mill- Ktieb (it-Tora) 2 (Madanakollu) huma jemmnu fl-idoli u fl-allat foloz; u lil dawk (il-pagani ta' Mekka) li ma jemmnux jgħidu li dawn huma aktar fit-triq it-tajba (mill- 'Misilmin) li jemmnul

    Verse 52

    Dawk huma (in-nies) li Alla seħethom (u begħedhom mill-ħniena. tiegħu), u lil min: Alla jisħet, inti (Muħammad) ma ssiblux min jgħinu

    Verse 53

    Jaqaw għandhom sehem mis-saltna 7 Kieku (fix-xeħħa kbira tagħhom) lanqas naqra ta' għadma ta' tamra ma jagħtu lin-nies

    Verse 54

    Jaqaw jgħiru għan-nies minħabba dak li: Alla tahom mit-tjieba tiegħu Aħna tajna lil nies Abraham il-Ktieb u l-għerf, u tajniehom saltna mill-aktar kbira

    Verse 55

    (Kien hemm) minnhom li emmnu fih (fil-Ktieb), u kien hemm. minnhom li warrbu minnu. L-Infern bizzejjed (għalihom) biex jinħarqu (fih)

    Verse 56

    Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux fis-sinjali tagħna se naħarquhom. fin-Nar, u kull darba. li l-gilda. tagħhom tinxtewa, Aħna nbiddluhielhom b'gilda oħra biex iduqu l-kastig. Alla huwa tabilħaqq Qawwi u Għaref

    Verse 57

    Dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba. se ndaħħluhom f'Gonna bix-xmajjar jigru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Fihom. ikollhom. nisa safjin (f'kollox); u ndaħħluhom f'dell li jdellel (fuqhom għal dejjem)

    Verse 58

    Alla tabilħaqq jamrilkom troddu lura lil sħabhom dak li fdawkom bih u ħallewh għandkom, u jekk tagħmlu ħaqq min-nics, agħmlu ħaqq bil-gustizzja. Tabilħaqq ma hawnx aħjar mit-twissija ta' Allal Tabilħaqq Alla jisma' kollox u jara kollox

    Verse 59

    Intom li temmnu, obdu lil Alla u obdu lill-Mibgħut (tiegħu), u lil dawk minnkom li għandhom l-awtorita. Jekk titlewmu dwar xi ħaga, għadduha lil Alla u lill- Mibgħut (tiegħu), jekk temmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum; Dan (l-għemil) huwa l-aħjar u l-aktar (ħaga) xierqa (biex imorru tajjeb bejnietkom)

    Verse 60

    Mela ma rajtx lil-dawk li jgħidu li jemmnu f'dak li tnizzel lilek (Muħammad, il-Qoran) u f'dak. li tnizzel qablek (it-Tora u. l-Evangelju). (Madanakollu). huma. jridu li (fir-rilwim' ta' bejniethom). joqogħdu: għall- gudizzju ta' l-allat; għalkemm kellhom l-amar biex jicħduhom' Ix-Xitan irid itellifhom (it-trig. ir-tajba) u jbegħedhom ħafna (minnha)

    Verse 61

    U meta jintqalilhom (til ta' wicc b'ieħor): 'Ejjew lejn dak li Alla nizzel (il-Qoran) u lejn il-Mibgħut (riegħu),' tara lil dawk ta' wicc b'ieħor iwarrbu minnek għal kollox

    Verse 62

    Mela kif (se kun il-qagħda tagħhom) meta jigihom xi għawg li gabu b'idejhom' Imbagħad (tarahom). gejjin għandek, jaħilfu b'Alla (u jgħidi): ''Aħna ridna biss gid u tjieba, u (/i ngibu) tiswija u għaqda (fost in-nies)

    Verse 63

    Dawk huma li Alla jaf (sewwa) b'dak li għandhom fi qlubhom, Mela. tbiegħed minnhom, wissihom u għidilhom dwar ruħhom kliem car (li jganqal)

    Verse 64

    Aħna ma bgħatna ebda Mibgħut jekk mhux biex ikun obdut, bir-rieda ta' Alla; Li kieku (dawk ra' wicc b'ieħor), meta. naqsu lejhom infushom. (għaliex ma semgħux: kliemek u l-gudizzju. tiegħek, Muħammad), gewk jitolbu l-maħfra ta' Alla, u l-Mibgħut kien jitlob maħfra. għalihom, huma kienu jsibu lil Alla jdur Kollu Maħfra u Ħanin

    Verse 65

    Izda le naħlef fuq Sidek ma jemmnux (għal kollox fik, Muħammad) qabel ma jqabbduk tagħmel ħaqq fit- tilwim ta' bejniethom. Imbagħad ma jsibux fihom infushom ebda diqa għal dak li tkun qtajt, u (ikum lesti) joqogħdu għalih għal kollox

    Verse 66

    Li kieku tajniehom l-amar (lil ta' wicc b'ieħor, bħalma konna amarna lil ta' qabilhom, u għednielhom): 'Oqtlu lilkom infuskom. (jigifieri. tqarlu għal Allaji'. jew 'Qħorgu minn djarkom (u minn artkom)l' ftit minnhom kienu jagħmlu dan. U li kieku għamlu dak li kienu mwissija, kien ikun aħjar għalihom u jsaħħaħhom aktar (fit-twemmin tagħhom)

    Verse 67

    Imbagħad konna. nagħtuhom. ħlas mill-aktar kbir, mingħandna

    Verse 68

    ukonna nuruhom (e gabbduhom) triq aritta

    Verse 69

    Min joqgħod għal Alla u għall-Mibgħut (tiegħu), ikun ma' dawk li Alla wera t-tjieba tiegħu magħhom minn fost J il-Profeti, dawk li jħobbu s-sewwa (f'kollox), il-martri u t-twajbin. Mill-aħjar tassew dik is-sħubijal

    Verse 70

    Dik hija t-tjieba minn Alla, u huwa bizzejjed li Alla jaf kollox

    Verse 71

    Intom. li temmnu, moħħkom hemml Oħorgu (għat- taqbid) fi qtajja', jew oħorgu Ikoll flimkien

    Verse 72

    Tabilħaqq li fostkom hemm min joqgħod lura (mit- taqbid), u jekk jigrilkom xi għawg, (ikun hemm min) jgħid: 'Alla wera t-tjieba tiegħu fuqi għaliex ma kontx xhud magħhom

    Verse 73

    Izda jekk issibkom tjieba minn Alla (għaliex toħorgu rebbiħin u tiksbu ħafna priza tal-gwerra), zgur li (dak ta' wicc. b'ieħor) jgħid bħallikieku ma kienx hemm imħabba bejnkom u bejnu: ''Kemm nixtieqni kont magħhom, għaliex kont nirbaħ rebħa mill-akbart

    Verse 74

    Ħalli jitqatlu għal Alla dawk li jbigħu l-ħajja ta' din id- dinja biex jiksbu (il-ħajja) l-Oħral Min jitqatel għal Alla; sew jekk jinqatel u sew jekk jegħleb (lill-għadu tiegħu), se nagħtuh ħlas mill-akbar

    Verse 75

    U (intom li temmnu) għaliex ma għandkomx- titqatlu għal Alla u għad-dgħajfin fost l-irgiel, in-nisa, u t-tfal ( 27 huma. mizmumin mill-pagani milli jħallu Mekka u) li jgħidu; 'Sidna, oħrogna minn din il-belt (pagana ta' Mekka), li niesha huma mill-agħar (u jħabirku wisq biex jeqirdu l-Islam). Ibagħtilna mingħandek min iħarisna, u ibagħtilna mingħandek min jgħinnaf

    Verse 76

    Dawk li-jemmnu jitqatlu għal Alla, u dawk li-ma' jemmnux jitqatlu għall-allat foloz: Mela (intom il-ħbieb. ta' Alla) tqatlu kontra ħbieb ix-Xitan. Tabilħaqq li l-qerq tax-Xitan huwa dgħajjef

    Verse 77

    Mela ma rajtx (Muħammad) lil-dawk li ntqalilhom: sZommu idejkom (er titqatlux, għaliex għadu mhux iz- zmien), u agħmlu t-talb u agħtu l-karitaf' Meta (wara xi zmien) inkitbilhom li għandhom jitqatlu (kontra l-pagani: ta' Mekka), gara li gemgħa minnhom bezgħu min-nies (għedewwa tagħhom), bħalma. (kellu jkun) il-biza' (tagħhom) minn Alla, u aktar imbezzgħin minn hekk. Huma qalu: ''Sidna, għaliex ktibtilna li għandna nitqatlu 2 Ma tistax forsi tagħtina ftit zmien ieħorf' Għidfi/hom Muħammad): ''It-tgawdija tad-dinja hija (tassew) qasira, u (il-Ħajja) l-Oħra hija (wisq) aħjar għal min jibza' minn Alla, u (fil-ħlas li jingħatalkom) ma tmorru minn taħt. lanqas b'ħarira. I

    Verse 78

    (Tkunu fejn tkunu, il-mewt tilħaqkom; saħansitra jekk ttistkennu): f'torrijiet għoljint' U jekk (lif ta' wicc b'ieħor) tmisshom xi ħaga tajba, jgħidu: ''Din minn Alla,' izda jekk tmisshom xi ħaga ħazina, jgħidu: ''Din mingħandek (Muħammad)U' Għid(ilhom: Muħammad): 'Kollox (jigi) mingħand Allaf' Izda x'għandhom dawn in-nies biex ma jistgħu jifhmu xejn I

    Verse 79

    Kull ħaga tajba li tigik (ja Profeta, ur int, ja bniedem) hija minn Alla, u kull ħaga ħazina li tigrilek hija minnek innifsek (minħabba d-dnub tiegħek). U Aħna bgħatniek (Muħammad). bħala. Mibgħut lin-nies, u Alla huwa bizzejjed (għalikom) bħala Xhud (ta' dan). m w-wa-awZa 4n 20mmmmmmmmmm.mm

    Verse 80

    Min jobdi lill-Mibgħut (ta' A/la, lil Muħammad) ikun qiegħed jobdi lil Alla, izda dawk li jagħtu daharhom fu ma jagħtux widen, ftakar, Muħammad, li) Aħna ma bgħatniekx għassies fuqhom

    Verse 81

    Jgħidu (ta' wicc b'ieħor): '(Aħna nuru) ubbidjenza. ' Izda meta jitilqu mingħandek. (Muħammad), gemgħa minnhom tgħaddi l-lejl tnassas (fuq kif se tagħmel) dak li inti ma tgħidx (/i għandu jsir). Alla jikteb dak li huma jnassu billejl. Mela tbiegħed minnhom u ħalli f'idejn Alla. Alla huwa bizzejjed (għalikom) biex tħallu f'idejh

    Verse 82

    Jaqaw ma jixtarrux il-Qoran 7 Kieku (il-Qoran) kien (imnizzel) mingħand ħaddieħor għajr Alla, kieku kienu jsibu fih ħafna li ma jaqbilx

    Verse 83

    Meta (lil ta' wicc b'ieħor) jigihom l-aħbar (dwar) is- sigurta (fost dawk li emmnu minħabba. r-rebħa fuq l- għedewwa tagħhom), jew (l-aħbar dwar) il-biza' (li waqa' fost dawk li emnmu meta jgarrbu t-telfa, arahom) ixandruh. U li kieku (dawn l-aħbarijiet) għaddewhom lill-Mibgħut, jew lil min għandu s-setgħa fosthom, fgabel ma jxandruhom), dawk li (jafu) jistħarrgu (is-sewwa) kienu jkunu jafuhom (u jafu jekk kellhomx jixxandru jew le). U li mhux għat-tjieba u l-ħniena ta' Alla fuqkom, kontu timxu wara x-Xitan, għajr għal ftit (minnkom)

    Verse 84

    Mela tqatel (Muħammad) għal Alla. Inti mitlub twiegeb għalik innifsek biss. Ħeggeg lil dawk li jemmnu (biex huma wkoll jitqatlu). Jista' jkun li Alla jrazzan il-qawwa ta' dawk li ma jemmnux. Alla huwa eqqel fil-qawwa u eqqel fil-kastig

    Verse 85

    Min jidħol għal xi ħadd, jew jgħin f'xi ħaga tajba, ikollu sehem minnha ('mill-premju tagħha), u min jidħol għal xi ħadd, jew jgħin f'xi ħaga ħazina, ikollu sehem minnha (mill-kastig tagħha). Alla jieħu ħsieb kollox

    Verse 86

    Meta jsellmulkom b'tislima, sellmu b'aħjar minnha, jew (għallinqas) rodduha (l-istess. bħalhom). Alla tabilħaqq jagħmel il-kontijiet ta' kollox

    Verse 87

    Alla ma hemmx alla (ieħor) ħliefu. Huwa tabilħaqq jigmagħkom għal Jum il-Qawmien li ma hemm ebda dubju dwaru. U min jgħid is-sewwa aktar minn Alla

    Verse 88

    Għaliex tinsabu (maqsumin) f'zewg gemgħat dwar (x'għandkom: tagħmlu. lil) ta' wicc b'ieħor, meta Alla reggagħhom lura bla twemmin minħabba dak li għamlu'/ Jaqaw tridu turu t-triq it-tajba lil min Alla tellifhielu 2 U lil dak li Alla jtellfu t-triq (it-tajba), ma ssiblu (ebda) triq (oħra)

    Verse 89

    Huma jixtiequ li kieku ticħdu t-twemmin bħalma caħduh huma, u b'hekk tkunu ndaqs. Mela teħduhomx bi ħbieb (tagħkom). qabel ma jemigraw għal Alla. U jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen, bħala għedewwa tagħkom), ħuduhom u oqtluhom kull fejn issibuhom. La teħduhomx bi ħbiebkom, u lanqas (ffittxuhom) għall- għajnuna

    Verse 90

    ħlief dawk (fosthom) li jingħaqdu ma' nies li bejnietkom hemm rabta (ta' sliem), jew dawk. li jigu għandkom għaliex qlubhom ma tawhomx li jitqatlu magħkom, jew jitqatlu ma' nieshom, (u la huma magħkom. u lanqas kontrikom). Li kieku ried, Alla tahom is-setgħa fuqkom, u kienu jitqatlu kontrikom. Għalhekk. jekk iwarrbu minnkom, ma jitqatlux. Kontrikom, u jridu s-sliem magħkom, mela Alla ma għamlilkomx. triq kontrihom (biex tkunulhom ta' ħsara)

    Verse 91

    Se ssibu oħrajn (dawk ta' wicc b'ieħor) li jridu jkunu mħarsa. minnkom. (għaliex jagħmluha tabirruħhom. li jemmnu), u mħarsa minn nieshom (il-pagani. wkoll, għaliex meta jkunu fosthom igibu rwieħhom ta' nies li ma jemmnux). Kull. darba li jerggħu lura għall-għawg (tagħhom ic-caħda tat-twemmin arahom) jinqabdu fih. Jekk la jwarrbu minnkom, la jridu s-sliem magħkom, u lanqas ma' jzommu idejhom (mill-glied kontrikom), mela ħuduhom u oqtluhom kull fejn issibuhom. U kontra dawk għamilnielkom setgħa bic-car

    Verse 92

    (Ma jkun qatt li min jemmen joqtol wieħed li jemmen, jekk mhux bi zball. Min joqtol bi zball lil-xi ħadd li ) jemmen, ikollu jeħles ilsir li jemmen, u jħallas kumpens ) lil niesu (nies il-vittma); ħlief jekk (dawn) icedu (il- kumpens) b'karita. Jekk. (il-vittma) tkun. minn. nies għedewwa tagħkom, u jkun jemmen, (il-qattiel għandu jara li) jeħles ilsir li jemmen. Jekk (il-vittma) ikun minn nies li bejnkom u bejnhom. hemm xi rabta, għandu jitħallas kumpens lil niesu, u jinħeles ilsir li jemmen. Min ma jsibx (kif jeħles ilsir) għandu jsum xahrejn wara xulxin. Din hija l-indiema (/i kija magħzula għalikom) minn Alla. Alla jaf kollox u Għaref

    Verse 93

    Min joqtol lil-xi ħadd li jemmen, għaliex irid, il-ħlas tiegħu jkun l-Infern, u fih jibqa' għal dejjem. Alla jagħdab għalih u jisħtu, u ħejjielu kastig mill-kbar

    Verse 94

    Intom li temmnu, meta titilqu biex titqatlu għal Alla, iflu sewwa (il-qagħda, araw ma' min se tissieltu) u la tgħidux li min isellmilkom' (it-tislima. tal-Misilmin): 'Inti ma temminx,' għaliex tixtiequ (kaħrfis taħt idejkom) dak il-gid li jgħaddi fil-ħajja (ta' din) id-dinja, filwaqt li għand Alla hemm ħafna priza (i gid kbir ieħor). Qabel, intom ukoll kontu hekk (bħa' dawk li ma jemmnux), sa ma Alla ħaseb fikom ( 4 wriekom it-triq). Mela iflu sewwa. (il-qagħda, qabel. titqabdu). Alla tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu

    Verse 95

    Ma humiex indaqs dawk li jemmnu (izda) joqogħdu (id-dar, mingħajr ma joħorgu għat-taqbid) ħlief dawk li jbatu minn xi difett (u dawk li jemmnu) u li jħabirku għal Alla b'gidhom u bihom infushom. Alla jzomm. f'targa (il fuq) lil dawk li jħabirku b'gidhom u b'ħajjithom fuq dawk li joqogħdu (id-dar). Lil kulħadd (sew lil min tqabad, u sew lil min ma tqabadx għaliex ma kienx. jiflaħ) Alla wiegħed l-aħjar (ħlas), izda. Alla pprefera lil dawk li jħabirku minn dawk li joqogħdu (id- dar) bi ħlas mill-akbar

    Verse 96

    gradi (għoljin) minnu, maħfra u ħniena. Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin

    Verse 97

    Tabilħaqq li l-Angli, lil dawk (l-erwieħ) li jkunu temmewlhom ħajjithom, u li jkunu ħatja kontra tagħhom infushom (għaliex setgħu emigraw għal Alla, izda ma għamlux hekk) jgħidu(lhom): 'Kif kontu (fir-religjon) 7' (Dawk l-erwieħ, bi skuza) iwiegbu: ''Konna maħqurin fl- art (fejn. konna. mgħixu)' (Imbagħad l-Angli) jgħidu(lhom): ''Mela l-art ta' Alla ma kinitx wiesgħa (bizzejjed għalikom) biex temigraw fiha 7' Dawk il-kenn tagħhom ikun fl-Infern tmiem ħazin (tassew ikollhom)

    Verse 98

    ħlief dawk li huma (tassew) dgħajfa fost l-irgiel, in-nisa, u t-tfal, li ma jafux x'għandhom jagħmlu (u lanqas a għandhom il-mezzi), u ma jsibux triq (biex jemigraw)

    Verse 99

    Jista' jkun li Alla lil dawn jaħfrilhom. Alla huwa Kollu Mogħdrija, Kollu Maħfra

    Verse 100

    Min jemigra (minħabba twemminu u biex imur iħabrek) għal Alla, isib fl-art ħafna kenn u bosta gid. U min joħrog minn daru u jemigra lejn (il-ħidma ta') Alla u tal- Mibgħut (tiegħu), imbagħad tigi fuqu l-mewt (qabel ma jilħaq jasal), ħlasu jkun zgur għand Alla. Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin

    Verse 101

    Meta tterrqu fl-art, ma jkollkom ebda ħtija jekk tqassru t-talb, jekk tibzgħu li jgarrbukom dawk li ma jemmnux Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux huma għadu fil-beraħ tagħkom

    Verse 102

    (Muħammad) meta tkun magħhom u trid tmexxilhom it-talb (imsejjaħ salaru l-ħawf, it-talba tal-biza '), gemgħa minnhom għandha tieqaf (fit-talb) miegħek u għandha tieħu l-armi (tagħha). Meta jkunu nxteħtu fl-art (ic talbu miegħek l-ewwel rakgħa), ara li (meta jagħmlu rakgħa oħra waħidhom u jlestu) imorru warajkom. (biex iħarsukom). Ħalli tigi gemgħa oħra, li tkun għadha ma talbitx, biex titlob miegħek (it-tieni rakgħa), u ara li jieħdu ħsieb, u jieħdu l-armi tagħhom. Dawk li ma jemmnux jixtiequ li kieku ma tiħdux ħsieb l-armi tagħkom u (il-bqija ta') ħwejjigkom, biex jaħbtu għalikom fi ħbit wieħed. Ma jkollkom ebda ħtija jekk, I minħabba x-xita jew għaliex tkunu morda, tħallu l-armi tagħkom, (izda) moħħkom hemmi Alla tabilħaqq ħejja għal dawk li ma jemmnux kastig ta' tkasbir

    Verse 103

    Meta ttemmu t-talb, ftakru f'Alla bil-wieqfa, bil- qiegħda u fuq genbejkom. Meta (imbagħad) tħossukom ħielsa mill-biza', agħmlu t-talb (sħiħ, kif għandu jkun). Tabilħaqq li t-talb għal dawk li jemmnu huwa obbligu li jrid isir fil-ħinijiet maħsuba għalih

    Verse 104

    La tkunux bla ħila meta toħorgu għall-għadu. Jekk tkunu qegħdin tbatu (mill-grieħi tat-taqbid), huma bħalkom ikunu qegħdin ibatu. Intom tittamaw mingħand Alla dak li huma ma jittamawx (il-premju fil-Genna). Alla jaf kollox u Għaref

    Verse 105

    Aħna tabilħaqq nizzilnielek (Muħammad) il-Ktieb bis- sewwa biex tagħmel ħaqq min-nies skond dak li wriek Alla. U la tkunx (minn dawk) li jaqbzu għat-tradituri

    Verse 106

    Itlob il-maħfra ta' Allat Alla tabilħaqq Kollu Maħfra u I Ħanin

    Verse 107

    Lanqas (ima għandek toqgħod) tħaqqaqha (u taqbez) għal dawk li jqarrqu bihom infushom. Alla tabilħaqq ma. jħobbx lil min hu traditur u ħazin

    Verse 108

    Huma: jinħbew (għaliex. jistħu). min-nies, U ma jinħbewx minn Alla. Huwa jkun magħhom meta jgħaddu l-lejl inassu u jgħidu kliem li-ma jogħgbux. Alla jaf sewwa b'dak li jagħmlu

    Verse 109

    Hawn intom, qgħadtu tħaqquha f'isimhom (u qbizt għalihom) fil-ħajja (ta' din) id-dinja. Izda min se jħaqqaqha ma' Alla: għalihom f'Jum il-Qawmien, jew min se jkun il-protettur tagħhom

    Verse 110

    Min jagħmel xi ħazen jew jonqos lejh innifsu, imbagħad jitlob il-maħfra ta' Alla, isib lil Alla Kollu Maħfra u Ħanin

    Verse 111

    Min jagħmel xi dnub, ikun għamlu kontra. tiegħu nnifsu. Alla jaf kollox u Għaref

    Verse 112

    U min jagħmel xi ħtija jew dnub, imbagħad iwaħħal f'xi ħadd innocenti, ikun ħa fuqu l-qerq u (jkun ħati ta') dnub mill-aktar car

    Verse 113

    Li kieku ma kinitx għat-tjieba u għall-ħniena ta' Alla fuqek (Muħammad), gemgħa minnhom kienet qatgħetha li jtellfuk it-triq (it-tajba). Izda ma jtellfux it-triq għajr lilhom infushom. Huma ma jagħmlulek xejn. ħsara (għaliex Alla miegħek). Alla nizzel fuqek il-Ktieb u l- għerf, u għallmek dak li makontx taf. It-tjieba ta' Alla fuqek hija ta' kobor bla tarf

    Verse 114

    Ma hemmx fejda f'ħafna mill-kliem mistur tagħhom, ħlief (fil-kliem) ta' dak li jamar il-karita jew l-għemil it- tajjeb, jew inkella jsewwi (il-glied) ta' bejn in-nies. Min. ) jagħmel hekk, bix-xewqa li jogħgob lil Alla, (arana) se nagħtuh ħlas mill-kbar

    Verse 115

    Min jieqaf lill-Mibgħut (tagħna Muħammad u jeħodha kontrih), wara li t-tmexxija t-tajba tkun intwerietlu bic- car, u jimxi fi triq oħra li ma hijiex ta' dawk li jemmnu, Aħna nħalluh (fiz-trig) li qabad, u naħarquh fin-Nar. (Dan ikun tassew) tmiem ħazin

    Verse 116

    Alla ma jaħfirhiex li jixxierek (ma' allat oħra), izda jaħfer (dnubiet) anqas minn dan, lil min irid. Min ixierek (allat oħra) ma' Alla jkun tbiegħed wisq mit-triq it-tajba

    Verse 117

    Minfloku (il-pagani) isejħu u jitolbu lil allat nisa. Izda (fis-sew): ma jkunux qegħdin isejħu għajr lix-Xitan li ma jehdiex jirvilla (kontra l-amar ta' Alla)

    Verse 118

    Alla seħtu, izda (ix-Xitan) qal(lu): ''Tassew se nieħu sehem magħzul mill-qaddejja tiegħek

    Verse 119

    Tassew li ntellifhom it-triq, inqanqal fihom ix-xewqat (ħziena), nikkmandahom, u tassew icarrtu widnejn il-frat; nikkmandahom, u tassew ibiddlu l-ħolqien ta' Alla.' Min jieħu x-Xitan b'ħabib, minflok lil Alla, ikun daħal f'telf mill-aktar car

    Verse 120

    (ix-Xitan) iwegħedhom (ħwejjeg kbar) u jqanqal fihom xewqat (ħziena). Izda (fis-sew) ma jwegħedhomx għajr qerq

    Verse 121

    (Dawkli jimxu warajh isibu) il-kenn tagħhom fl-Infern, u ma jsibu mkien minn fejn jaħarbu minnu

    Verse 122

    Izda dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, (arana) se. ndaħħluhom f'Gonna bix-xmajjar jigru taħthom, u. fihom jgħammru għal-dejjem. (Din hija) il- wegħda ta' Alla tabilħaqq. U min jista' jkollu kelma aktar sewwa minn Alla

    Verse 123

    Din ma hijiex (xi ħaga li tiddependi) mix-xewqat tagħkom (il-Misilmin), jew mix-xewqat ta' Nies il-Ktieb. Min jagħmel xi ħazen, jitħallas tiegħu u, barra minn Alla, ma jsibx min iħarsu, u lanqas min jgħinu

    Verse 124

    Kulmin, ragel jew mara, jagħmel għemejjel tajba, u jkun jemmen, dawk jidħlu l-Genna, u ma jmorrux minn taħt, lanqas naqra

    Verse 125

    Min huwa aħjar, fid-din, minn dak li jintelaq (kollu kemm hu) F'Alla, jagħmel it-tajjeb, u jimxi fi triq Abraham illi kellu twemmin safi 2 Alla ħa lil Abraham b'ħabib

    Verse 126

    Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Alla jaf sewwa b'kollox

    Verse 127

    Huma jitolbu l-parir tiegħek (Muħammad) dwar in-nisa. Għid(ilhom): ''Alla jgħallimkom (dan) dwarhom, u (la tinsewx) dak li tħabbar lilkom fil-Ktieb dwar l-iltiema nisa li ma tagħtuhomx (id-dota) miktuba għalihom, minkejja li tixtiequ tizzewguhom, u (dwar il-ħtiega li tħarsu jeddijiet) id-dgħajfa fost it-tfal, u li jeħtieg li tieqfu ma' l-iltiema bil-ħaqq (l-aktar fejn jidħlu l-wirt u d-dota). Kull gid li tagħmlu, Alla tabilħaqq jaf kollox dwaru

    Verse 128

    Jekk mara tibza' mill-imgiba ħazina ta' zewgha, jew li jibred minnha, ma hemm xejn ħazin li huma t-tnejn jaslu għal ftehim bejniethom, għaliex. il-ftehim huwa aħjar (għalihom). Izda l-bnedmin imilu lejn ix-xeħħa (i jaqgħu fiha). Imma jekk tagħmlu t-tajjeb, u zzommu 'l bogħod mill-ħazen, Alla tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu

    Verse 129

    M'intomx se tkunu tistgħu tagħmlu gustizzja (fl- imħabba) bejn in-nisa tagħkom; anki jekk tkunu ħerqana: J (li tagħmlu dan). Għalhekk la twarrbux għal kollox (szinri. J mara minnhom, jekk tħossu inqas gibda lejha), hekk li tħalluha bħal imdendla (fl-arja, qisha la hija mizzewga u lanqas. divorzjata). Jekk issewwu (l-inkwiet ta' bejnietkom), u zzommu 'l bogħod mill-ħazen, Alla tabilħaqq huwa Kollu Maħfra u Ħanin

    Verse 130

    Izda jekk huma t-tnejn jinfirdu, Alla jagħni lit-tnejn li huma mill-wisa' (tal-gid tiegħu). Alla huwa Wiesa' (fiz- tjieba tiegħu) u Għaref

    Verse 131

    Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Aħna wissejna lil dawk li ngħataw il-Ktieb qabilkom (il- Lhud u l-Insara), u lilkom (il-Misilmin. ukoll), biex tibzgħu minn Alla. Izda jekk ma temmnux, tabilħaqq li ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art. Alla huwa Għani (f'kollox) u jistħoqq kull tifħir

    Verse 132

    Ta' Alla huwa kulma jinsab. fis-smewwiet u. fl-art, Bizzejjed (għalikom) li Alla jieħu ħsieb kollox

    Verse 133

    Ja nies, jekk irid (A/la jista') jeqridkom u jgib (nies) oħrajn (minflokkom). Alla għandu s-setgħa kollha biex jagħmel dan

    Verse 134

    Min irid il-ħlas tad-dinja (għandu jkun jaf li) għand Alla hemm il-ħlas ta' (din) id-dinja u ta' l-Oħra, Alla jisma' kollox u jara kollox

    Verse 135

    Intom li temmnu, ieqfu bil-ħaqq bħala xhieda ta' Alla, anki jekk (ikollkom tixhdu) kontra tagħkom infuskom, jew kontra l-genituri u l-qraba (tagħkom). Sew jekk (dak li qegħdin tixhdu għalih ikun) għani, sew jekk fqir, Alla I jaf jieħu ħsieb: it-tnejn li huma, (l-għani u l-fgir). La timxux wara x-xewqat (ra' qlubkom) u titbiegħdu mill- ħaqq. Jekk tgħawgu (il-fatti), jew ma tkunux tridu (tagħtu xhieda), Alla jkun jaf sew b'dak li tagħmlu

    Verse 136

    Intom li temmnu, emmnu f'Alla, fil-Mibgħut tiegħu (Muħammad), fil-Ktieb li nizzel fuq il-Mibgħut tiegħu (il-Qoran), u fil-Ktieb (tal-Lhud, it-Tora, u l-Evangelju ta' l-Insara) li nizzel qabel. Min ma jemminx f'Alla, fl- angli tiegħu, fil-Kotba tiegħu, fil-Mibgħutin tiegħu, u fl- Aħħar Jum, ikun tbiegħed wisq mit-triq it-tajba

    Verse 137

    Tabilħaqq li dawk li. jemmnu, imbagħad. jicħdu (twemminhom), imbagħad jerggħu jemmnu, u' (wara) jerggħu jicħdu (twemminhom), u jibqgħu jizdiedu fic- caħda tat-twemmin, ma jkun (gar) li Alla jaħfirlhom, u lanqas jurihom it-triq

    Verse 138

    Agħti l-bxara (Muħammad) lil dawk ta' wicc b'ieħor li għalihom hemm kastig ta' wgigħ

    Verse 139

    Dawk huma li jieħdu bi ħbiebhom (u b'alleati tagħhom) lil dawk li ma jemmnux, minflok lil-dawk li jemmnu. Jaqaw jittamaw li jsibu fihom il-qawwa u l- gieħ 2 Tabilħaqq li kull qawwa u gieħ huma ta' Alla

    Verse 140

    Huwa nizzlilkom fil-Ktieb (il-Qoran) li, meta tisimgħu li l-versi. ta' Alla jkunu micħuda u jitwaqqgħu għaz- zebliħ, ma għandkomx toqogħdu magħhom (dawk in-nies il-ħziena), sa ma jaqbdu kliem ieħor. Jekk. tibqgħu magħhom, mela tkunu bħalhom, Tabilħaqq li Alla jigma' lil ta' wicc b'ieħor u lil dawk li ma jemmnux ilkoll fl- Infern. l

    Verse 141

    (Huma) dawk li joqogħdu jgħassulkom: kull meta I jkollkom ir-rebħa minn Alla (fuq l-għedewwa tagħkom u) tiksbu ħafna priza, arawhom), jgħidu: ''Mela aħna ma ) konniex magħkom' (Mela agħtuna sehemnal)' Izda meta) dawk li ma jemmnux ikunu rebbieħa (fuqkom, dawk ta' wicc b'ieħor malajr) jgħidu (lil dawk li ma jemmmux): UMela ma konniex nistgħu għalikom ( 4 stajna jassarniekom jew qtilniekom, izda minflok) ħarisniekom minn dawk li jemmnu 7 (Mela agħruna sehemnal)' Izda Alla jagħmel ħaqq minnkom f'Jum il-Qawmien. Alla ma huwa qatt se jwassal lil dawk li ma jemmnux (biex ikunu rebbieħa għal dejjem) fuq dawk li jemmnu

    Verse 142

    Tabilħaqq li ta' wicc b'ieħor (mingħalihom li) qegħdin iqarrqu b'Alla, izda Huwa jqarraq bihom. Kull meta jqumu għat-talb, (arahom) iqumu bl-għazz, għal għajn in-nies (u mhux għaliex tassew iridu jitolbu), u ftit li xejn jiftakru f'Alla

    Verse 143

    Huma bejn ħalltejn (bejn it-twemmin u c-caħda tiegħu), la ma' dawn (li jemmnu), u lanqas ma' l-oħrajn (li ma jemmnux. Għalhekk ma humiex ta' min wieħed joqgħod fuqhom), Lil dak li Alla jtellfu t-triq, m'intix se ssiblu triq (oħra)

    Verse 144

    Intom li temmnu, la tiħdux bi ħbieb (u b'alleari) lil dawk li ma jemmnux, minflok lil dawk li jemmnu. Jaqaw tridu tagħtu lil Alla xhieda cara kontrikom (/i intom ta' wicc b'ieħor)

    Verse 145

    Tabilħaqq li dawk ta' wicc b'ieħor ikunu f'qiegħ in- Nar, u m'intix se ssibilhom min jgħinhom

    Verse 146

    (Massibx min jgħin) ħlief lil dawk li jindmu, li jinbidlu għall-aħjar, li jzommu. sħiħ. F'Alla, u jsaffu. r-religjon tagħhom għal Alla (u ħsiebhom biss fiha); huma (jingħaddu) ma' dawk li jemmnu. Alla se jagħti lil dawk li jemmnu ħlas mill-kbar

    Verse 147

    X'se jagħmel Alla bil-kastig tagħkom, jekk tizzu ħajr u temmnu' Alla jrodd il-ħajr (lil min ħaqqu) u jaf kollox

    Verse 148

    Alla ma jħobbx li jixxandar kliem ħazin, ħlief minn min bata xi ingustizzja. Alla jisma' kollox u jaf kollox

    Verse 149

    Sew jekk turu għemil tajjeb, sew jekk taħbuh, jew jekk taħfru xi ħazen, Alla tabilħaqq huwa Kollu Mogħdrija, Setgħan

    Verse 150

    Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux FAlla u fil- Mibgħutin tiegħu, u jridu jifirdu bejn Alla u l-Mibgħutin tiegħu, jgħidu: ''Nemmnu fi wħud (minnhom) u nicħdu. oħrajn,' u jridu jieħdu t-triq tan-nofs bejn it-twemmin u c-caħda tiegħu

    Verse 151

    Dawk huma, tabilħaqq, li ma jemmnux. U għal dawk li ma jemmnux ħejjejna kastig ta' tkasbir

    Verse 152

    Dawk li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħutin tiegħu, u ma jifirdu bejn ħadd minnhom, (fi/) dawk (Alla) se jagħtihom il-ħlasijiet tagħhom. Alla huwa Kollu Maħfra u Ħanin

    Verse 153

    Nies il-Ktieb jitolbuk tnizzel fuqhom Ktieb mis-sema. Huma kienu talbu lil Mosc aktar minn hekk, meta qalu: Srina lil Alla fid-dieher U s-sajjetta (faqqgħet u) ħadithom (għal għarrieda) minħabba l-ħazen tagħhom. Imbagħad ħadu l-għogol (biex igimuh), wara li kienu gewhom is-sinjali c-cari, izda Aħna ħfirna dan (id-dnub). U lil Mosc tajnieh qawwa u prova cara

    Verse 154

    U rfajna fuqhom il-Muntanja (Sinaj) meta (daħlu) fir- rabta tagħhom. (magħna). u għednielhom; ''Idħlu l-bieb (ta' Gerusalemm) bil-qimat' Għednielhom (ukoll): 'La tiksrux is-Sibti' U ħadna mingħandhom rabta soda

    Verse 155

    talli: kisru r-rabta. tagħhom: (mia' AHla), talli m'emmnux fir-Rivelazzjoni ta' Alla, talli qatlu l-Profeti mingħajr ħaqq, u talli qalu: 'Qlubna (wgezwia fi) qratas (mimlija għerf u ma neħtigux izjed), Alla qiegħed sigill fuq qlubhom talli m'emmnux, u għalhekk ma jemmnux għajr ftit (minnhom)

    Verse 156

    U talli m'emmnux, u talli qalgħu xniegħa (qarrieqa) kbira dwar Marija

    Verse 157

    u talli qalu: 'Aħna tabilħaqq qtilna lill-Messija Gesti bin Marija, il-Mibgħut ta' Alla,' izda (fis-sew) la qatluh u lanqas sallbuh, izda (tgarrgu, għaliex lil-min sallbu) kien magħmul għalihom jixbhu (Zil Gesi). Tabilħaqq li dawk li-tlewmu fuqu (Gesi) jinsabu f'dubju dwaru. Huma ma għandhom ebda għarfien, ħlief li joqogħdu fuq l-istħajjil (tagħhom). Huma ma qatluhx tassewl

    Verse 158

    Le (ma qarluhx, izda) Alla refgħu lejh. Alla Felħan u Għaref, l

    Verse 159

    U ma hemm ħadd minn Nies il-Ktieb li ma huwiex se jemmen fih (f'Gesi/) qabel mewtu, u f'Jum il-Qawmien se jkun xhud kontrihom

    Verse 160

    U minħabba l-ħazen tal-Lhud, Aħna għamilna ma jiswiex (xi ikel) tajjeb li (qabel) kien jiswa għalihom, u minħabba li zammu lil-ħafna (ili jimxu) fit-triq ta' Alla

    Verse 161

    (għaliex) ħadu l-imgħax, meta. ma. kienx. jiswa għalihom; u talli kielu gid in-nies bil-qerq. Aħna ħejjejna għal dawk fosthom li ma jemmnux kastig ta' wgigħ

    Verse 162

    Izda dawk minnhom li huma sħaħ fl-għerf, u dawk li jemmnu, (dawn tabilħaqq) jemmnu f'dak li tnizzel lilek u f'li tnizzel qablek, (l-aktar) dawk li jagħmlu t-talb, li jagħtu l-karita u li jemmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum. Lil dawk se nagħtuhom ħlas kbir tassew

    Verse 163

    Aħna nebbaħniek (Muħammad, il-messagg tagħna) bħalma nebbaħna lil-Noc u lill-Profeti ta' warajh: Aħna nebbaħna lil-Abraham. lil Ismagħel, lil Izakk, lil Gakobb, lit-tribujiet (li ħargu minn Gakobb), lil Gesti, lil Gob, lil Gona, lil Aron, lil Salamun, u tajna s-Salmi lil David

    Verse 164

    Diga tarrafnielek (f'suriet oħra) il-grajja ta' xi Mibgħutin, u (hemm) Mibgħutin (oħra) li: ma. tarrafnielek (xejn) dwarhom. U lil -Mosc Alla kellmu tiissew

    Verse 165

    (Dawn kienu) Mibgħutin li xandru l-bxara t-tajba u li wissew, biex il-bnedmin ma jkollhom ebda skuza kontra. Alla wara (il-migja) tal-Mibgħutin. Alla huwa Qawwi u Għaref

    Verse 166

    Izda Alla (nnifsu) jixhed għal dak li nizzillek; fl-għerf tiegħu nizzlu, u l-angli (ukoll) jixhdu (għal dan). Alla huwa bizzejjed (għalikom) bħala Xhud

    Verse 167

    Tabilħaqq li-dawk li-ma jemmnux, u jzommu (lil ħaddieħor). mit-triq ta' Alla, tbiegħdu wisq mit-triq it- tajba

    Verse 168

    Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux u jagħmlu l-ħazen, Alla ma jaħfrilhomx u lanqas jurihom triq

    Verse 169

    jekk mhux triq l-Infern, u fih jgħammru għal dejjem. Għal Alla din hija (ħaga) ħafifa

    Verse 170

    Ja nies, il-Mibgħut (Muħammad) giekom bis-sewwa minn Sidkom. Mela emmnu (għaliex) ikun. aħjar għalikomi Jekk ma temmnux, (kunu afu) li ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Alla jaf kollox-u Għaref

    Verse 171

    Ja'Nies il-Ktieb (l-aktar intom l-Insara), la tesagerawx fir-religjon tagħkom, u la tgħidux dwar Alla għajr is- sewwa. Il-Messija Gesti bin Marija ma kienx għajr il- Mibgħut ta' Alla u l-Kelma tiegħu li tefa' f'Marija, u ruħ minnu. Mela emmnu f'Alla u fil-Mibgħutin tiegħu, u la tgħidux (ii Alla huwa) tlieta: leqfu (minn dan il-kliem); (dan ikun) aħjar għalikom. Alla huwa biss Alla Wieħed: (imfaħħar) is-sebħ tiegħu; (huwa Kbir u Għoli wisq) biex ikollu iben. Tiegħu huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl- arti Alla huwa bizzejjed (għalikom). biex jieħu ħsieb kollox

    Verse 172

    Il-Messija ma huwiex se jistmerr li jkun il-qaddej ta' Alla (u ma huwiex se jitkabbar), u lanqas l-eqreb angli. (lejn Alla ma jistmerru li jkunu l-qaddejja tiegħu). (Lil kull) min. jistmerr li jaqdih, u jitkabbar, (A//a) se jigborhom lejh; ilkoll

    Verse 173

    Lil dawk li jemmnu u jagħmlu għemejjel tajba, Huwa jagħtihom il-ħlasijiet sħaħ tagħhom, u jzidhom (fil-ħlas) mit-tjieba tiegħu. Izda lil-dawk li stmerru. (fi jkunu l- qaddejja tiegħu) u tkabbru, arah jikkastigahom b'kastig ta' wgigħ, u huma ma jsibux għalihom, barra minn Alla, min iħarishom jew jgħinhom

    Verse 174

    Janies, tassew gietkom prova minn Sidkom (fil-Profeta Muħammad), u nizzilna fuqkom Dawl. fid-dieher (il- Qoran)

    Verse 175

    Għalhekk lil dawk li emmnu f'Alla u zammu sħiħ fih, Huwa se jdaħħalhom. fil-ħniena u fit-tjieba. tiegħu, u jmexxihom lejh fi triq dritta

    Verse 176

    (Huma. jitolbuk decizjoni. Għidfi/hom): Alla jaqtagħhielkom (hekk) dwar dawk (li jmutu) mingħajr werrieta mill-qrib (a genituri u lanqas ulied): Jekk imut tagel bla wild, izda għandu oħt, din imissha nofs minn dak li ħalla. Huwa jiritha jekk ma jkollhiex tfal. Jekk (il- werrieta) ikunu zewgt aħwa bniet, imisshom zewg terzi minn dak li ħalla. Jekk ikunu aħwa, irgiel u nisa, ir-ragel imissu s-sehem ta' zewg nisa. Alla jurikom bic-car (x'għandkom: tagħmlu) biex ma. tintilfux. Alla jaf b'kollox