Back to Languages

    Maltese - Chapter 63

    Translation by Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

    Verse 1

    (Meta jiguk dawk ta' wicc b'ieħor jgħidu/lek Muħammad): ''Nixhdu li inti tabilħaqq il-Mibgħut ta' Alla.' Alla jaf li inti tabilħaqq il-Mibgħut tiegħu, u Alla jixhed li dawk ta' wicc b'ieħor huma tabilħaqq giddibin

    Verse 2

    Huma jistkennu wara l-ħalf (fa/z) tagħhom u jzommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla. Tabilħaqq ħazin dak li qegħdin jagħmlu

    Verse 3

    Dak għaliex huma emmnu, imbagħad caħdu t- twemmin, u tqiegħed sigill fuq qlubhom, u għalhekk huma ma jifhmux

    Verse 4

    U meta tarahom (Muħammad, lil dawk ta' wicc b'ieħor) l-igsma tagħhom jogħgbuk, u jekk jgħidu (xi ħaga), inti tisma' kliemhom, (izda kun af li huma bla ruħ) qishom bcejjec ta' l-injam imserrħa. mal-ħajt u (il- biza' kbir li għandhom li jinkixef il-wicc b'ieħor tagħhom iwassalhom. biex) jaħsbu kull għajta (qiegħda ssir) kontrihom. Huma l-għadu mela oqgħod attent għalihomt Alla jeqridhomi Kemm tqarrqul

    Verse 5

    U meta jingħad lilhom: 'Ejjew biex il-Mibgħut ta' Alla jitlob maħfra għalikom,' (arahom) icaqilqu rjushom (bi stmerrija), u tarahom iwarrbu mkabbrin

    Verse 6

    (Kun af. Muħammad, li) xorta waħda għalihom, sew jekk titlob maħfra għalihom, u sew jekk ma titlobx: Alla ma huwiex se jaħfrilhom: Tabilħaqq li Alla ma jurix it- triq it-tajba lill-ħatjin

    Verse 7

    Huma li jgħidu: 'Tonfqux għal dawk (l-emigranti li jinsabu) għand il-Mibgħut ta' Alla, sa ma jitferrxu. (i jitilquh)i' Ta' Alla huma l-ħazniet (tal-gid kollu). tas- smewwiet u ta' l-art, izda ta' wicc b'ieħor ma jifhmux

    Verse 8

    Huma jgħidu: ''Jekk nerggħu lura lejn Medina, zgur li (il-mexxej) l-aktar qawwi (ta' dik il-belt, li huwa wkoll ta' wicc b'ieħor) ikecci. minnha lill-imkasbar (Muħammad u lill-Misilmin).' Ta' Alla hija l-qawwa, u tal-Mibgħut tiegħu u ta' dawk li jemmnu, izda ta' wicc b'ieħor ma jafux

    Verse 9

    Intom li temmnu, araw li gidkom u wliedkom ma jtellfukomx milli tiftakru f'Allal U min jagħmel hekk, dawk huma t-telliefa

    Verse 10

    Onfqu (fil-karita) minn dak li tajniekom għall-għajxien tagħkom, qabel ma tigi l-mewt fuq xi ħadd minnkom, u jgħid: 'Sidi, għaliex ma tajtnix ftit taz-zmien ieħor 7 Kieku kont nagħti karita, u kont inkun mit-tajbin

    Verse 11

    Alla ma huwiex se jtawwal iz-zmien lil ebda ruħ (f'din id-dinja), meta jasal zmienha (biex titlaq għall-Ħajja l- Oħra). Alla jaf sewwa b'dak li tagħmlu