Back to Languages

    Maltese - Chapter 81

    Translation by Martin R. Zammit, Muhammad El Sadi

    Verse 1

    Metax-xemx tintewa (ts ma ddawwalx aktar)

    Verse 2

    meta l-kwiekeb jiddallmu u jaqgħu

    Verse 3

    umeta l-igbla jitneħħew

    Verse 4

    umeta l-gemliet b'għaxar xhur tqala jitħallew mitluqin

    Verse 5

    umeta l-bhejjem salvaggi jingabru

    Verse 6

    umeta l-ibħra jsiru ħuggiega

    Verse 7

    u meta l-erwieħ jitlaqqgħu ma' dawk li huma bħalhom (it- tajbin mat-tajbin, u l-ħziena mal-ħziena)

    Verse 8

    u meta t-tifla midfuna hajja tkun mistoqsija

    Verse 9

    għal liema dnub inqatlet

    Verse 10

    u meta l-pagni (bl-għemejjel ta' kulħadd) jinfetħu

    Verse 11

    u meta s-sema jinqala' (mrinzi posti)

    Verse 12

    u meta n-Nar iħeggeg jitkebbes aktar

    Verse 13

    umeta l-Genna titqarreb (/ejn it-tajbin)

    Verse 14

    (dakinhar kull) ruħ tagħraf dak (it-tajjeb jew il-ħazin) li ħejjiet

    Verse 15

    Tabilħaqq naħlef fuq il-kwiekeb li jidhru billejl (i' jinfibew binhar)

    Verse 16

    il-gerrejja li (wara l-giri tagħhom fis-sema) jinħbew

    Verse 17

    u (naħlef) fuq il-lejl meta jersaq

    Verse 18

    ufuq is-sebħ meta jdawwal

    Verse 19

    li (il-Qoran) tabilħaqq huwa kliem ta' Mibgħut ta' gieħ (l- anglu Gabrijel li wassal ir-Rivelazzjoni)

    Verse 20

    (anglu) mogħni b'qawwa, imqiegħed fis-sod għand Dak tat- Tron (Alla)

    Verse 21

    lihuwa obdut hemmhekk (fis-smewwiet, mill-angli), u fidil

    Verse 22

    Seħibkom (Muħammad, ja nies Qurajx) ma huwiex mignun

    Verse 23

    u (Muħammad) tassew rah (lill-anglu Gabrijel) fix-xefaq car

    Verse 24

    Ma huwiex xhiħ fil-mistur (u jkabbar kulma jitnizzel. lilu mis-sema)

    Verse 25

    u (dan il-Qoran) ma huwiex kliem xitan misħut

    Verse 26

    Mela fejn sejrin (bi ħsiebkom u kliemkom)

    Verse 27

    Dan mahuwiex għajr tifkira ( 4 fwissija) lill-ħolqien

    Verse 28

    għal min minnkom irid jimxi dritt

    Verse 29

    Umatridux. ħlief jekk irid Alla Sid il-ħolqien